EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0636

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 636/2007 tas- 7 ta’ Ġunju 2007 deroga mill-Anness għar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE, fir-rigward tad-diviżjonijiet tar-Rumanija

OJ L 146, 8.6.2007, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/636/oj

8.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 146/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 636/2007

tas-7 ta’ Ġunju 2007

deroga mill-Anness għar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE, fir-rigward tad-diviżjonijiet tar-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness għar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1) jistabbilixxi lista ta’ diviżjonijiet fi ħdan it-tifsira ta’ Artikolu 2(d) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skond dak l-Anness, ir-Rumanija hija diviża fi tmien diviżjonijiet. Wara rikjesta mir-Rumanija, għall-għanijiet tar-Regolament Nru 79/65/KEE, ir-Rumanija għandha titqies bħala diviżjoni unika għall-ewwel tliet snin wara l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni Ewropea sabiex tiffaċilità t-tħejjija ta’ pjan realistiku ta’ selezzjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Network dwar l-Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'deroga mill-Anness għar-Regolament Nru 79/65/KEE, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, ir-Rumanija għandha tikkostitwixxi diviżjoni unika sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontijiet 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


Top