EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0425

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007 tad- 19 ta’ April 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

OJ L 103, 20.4.2007, p. 26–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 56M, 29.2.2008, p. 297–310 (MT)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 008 P. 150 - 163

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/08/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0974

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/425/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

297


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 425/2007

tad-19 ta’ April 2007

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, il-Kummissjoni għandha tistipula l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Jeħtieġ li jiġu adattati d-definizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, billi jiżdiedu xi definizzjonijiet ġodda, u billi jiġu pprovduti spjegazzjonijiet u linji gwida għar-rrappurtar tad-data sabiex jiġi żgurat qafas metodoloġiku armonizzat għall-ġbir tad-data u l-kompilazzjoni ta' statistika komparabbli fil-livell Komunitarju.

(3)

Jeħtieġ li jiġi adattat l-ambitu tal-ġbir tad-data u l-kontenut ta' l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 sabiex tingħata kopertura xierqa ta' l-istatistika ta' dan il-mezz ta' trasport u sabiex tiġi żgurata l-kompilazzjoni ta' statistika rilevanti fil-livell Komunitarju.

(4)

Jinħtieġ li tiġi speċifikata d-deskrizzjoni tad-dossiers tad-data, il-format u l-mezz li fih id-data għandha tiġi trażmessa sabiex jiġi żgurat li din id-data tista' tiġi pproċessata malajr u b'mod effettiv għall-flus li jintefqu.

(5)

Għandhom isiru provedimenti għat-tixrid tar-riżultati ta' l-istatistika.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE/Euratom (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘Passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli’ tfisser medda ta' ilma, li ma tkunx parti mill-baħar, li permezz ta' karatteristiċi naturali jew magħmulin mill-bniedem, hija adatta għan-navigazzjoni, primarjament permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

(b)

‘Bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni’ tfisser inġenju li jżomm f'wiċċ l-ilma maħsub għat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri, li jinnaviga primarjament f'passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli jew minn passaġġi ġo, jew li jmissu ma', ilmijiet jew żoni kennija fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet;

(c)

‘Nazzjonalità tal-bastiment’ tfisser il-pajjiż li fih ikun irreġistrat il-bastiment.

(d)

‘Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni’ tfisser kwalunkwe moviment ta' merkanzija u/jew passiġieri permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jsir kollu kemm hu jew parzjalment f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli;

(e)

‘Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali’ tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn żewġ portijiet ta' territorju nazzjonali irrispettivament min-nazzjonalità tal-bastiment;

(f)

‘Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali’ tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn żewġ portijiet f'territorji nazzjonali differenti;

(g)

‘Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni’ tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni minn territorju nazzjonali bejn żewġ portijiet li t-tnejn ikunu jinsabu f'territorju nazzjonali ieħor jew f'territorji nazzjonali oħra, sakemm matul il-vjaġġ kollu ġot-territorju nazzjonali ma jkunux hemm trasbord;

(h)

‘Traffiku fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni’ tfisser kwalunkwe moviment ta' bastiment fuq passaġġ ta' l-ilma intern navigabbli speċifiku.”

2)

L-Annessi A sa F tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 jinbidlu bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, id-definizzjonijiet, l-ispjegazzjonijiet u l-linji ta' gwida għar-rappurtar tad-data addizzjonali stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, l-istatistika għandha tiġi trażmessa jew uploaded b'mezzi elettroniċi lill-punt ta' aċċess uniku għad-data fl-Eurostat skond id-deskrizzjoni tal-fajls tad-data u l-mezz ta' trażmissjoni definiti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

It-trażmissjoni għandha tkun konformi ma' l-istandards xierqa ta' skambju speċifikat mill-Eurostat.

Artikolu 4

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006, il-Kummissjoni għandha xxerred, bi kwalunkwe mezz u bi kwalunkwe struttura tad-data, id-data kollha speċifikata fl-Anness A sa F ta' l-istess Regolament (KE) Nru 1365/2006 li ma tiġix iddikjarata bħala kunfidenzjali mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS I

L-Annessi A sa F tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS A

Tabella A1.   Merkanzija ttrasportata skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“A1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

Tranżitu

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (**)

 

Tip ta' imballaġġ

1-karattrui numeriku

1

=

Merkanzija f'kontejners

2

=

Merkanzija mhux f'kontejners u kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

ANNESS B

Tabella B1.   Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“B1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (***)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (***)

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

1-karattru numeriku

1

=

Barkun immotorizzat

2

=

Barkun mhux immotorizzat

3

=

Barkun tat-tanker immotorizzat

4

=

Barkun tat-tanker mhux immotorizzat

5

=

Bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

6

=

Bastiment marittimu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (****)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km


Tabella B2.   Traffiku tal-bastimenti (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“B2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżiti)

3

=

Tranżitu

 

Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

 

 

Movimenti tal-bastimenti

Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

 

 

Movimenti tal-bastimenti

Bastiment -Km (bastimenti mgħobbija)

 

 

Bastiment-Km

Bastiment-Km (bastimenti vojta)

 

 

Bastiment-Km

NOTA: Il-provvediment ta' din it-Tabella B2 mhux obbligatorju.

ANNESS C

Tabella C1.   Trasport tal-kontejners skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“C1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*****)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (*****)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

Tranżitu

 

Daqs tal-kontejner

1-karattru numeriku

1

=

20' unitajiet ta' tagħbija

2

=

40' unitajiet ta' tagħbija

3

=

unitajiet ta' tagħbija > 20' u < 40'

4

=

unitajiet ta' tagħbija > 40'

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1

=

Kontejners mgħobbija

2

=

Kontejners vojta

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (******)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km

ANNESS D

Tabella D1.   Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“D1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Kwart ta' sena

2-karattri numeriċi

41

=

L-1 kwart

42

=

It-2 kwart

43

=

It-3 kwart

44

=

Ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (*******)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km


Tabella D2.   Trasport bil-kontejner skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“D2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Kwart tas-sena

2-karattri numeriċi

41

=

L-1 kwart

42

=

It-2 kwart

43

=

It-3 kwart

44

=

Ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (********)

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1

=

Kontejners mgħobbija

2

=

Kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km

ANNESS E

Tabella E1.   Trasport ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“E1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

Nazzjonali

2

=

Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

Tranżitu

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (*********)

 

Totral ta' tunnellati trasportati

 

 

Tunnellati

Total ta' tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

ANNESS F

IN-NOMENKLATURA TAL-MERKANZIJA

It-tip ta' merkanzija għandha tiġi rrappurtata skond il-klassifikazzjoni NST-2000 (1) kif muri fit-Tabella F.1. Għandha tintuża l-kodiċi b'żewġ numri tal-kolonna “Gruppi NST-2000”.

Madankollu, fl-2007 biss, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw il-klassifikazzjoni NST/R (2) kif murija fit-Tabella F.2 għar-rappurtar tat-tip ta' merkanzija. Għandha tintuża l-kodiċi b'żewġ numri tal-kolonna “Gruppi ta' merkanzija”.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jirrappurtaw id-data biż-żewġ klassifikazzjonijiet fl-2007. Mill-2008 'l quddiem, il-klassifikazzjoni NST-2000 biss għandha tkun valida.

Tabella F.1   Klassifikazzjoni NST-2000

Gruppi NST-2000

Deskrizzjoni tal-merkanzija

01

Prodotti ta' l-agrikolutra, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

02

Faħam u lignite; pît; żejt mhux raffinat u gass naturali; uranju u torju

03

Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri

04

Prodotti ta' l-ikel, xorb u tabakk

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

06

Injam u prodotti ta' l-injam u tas-sufra (ħlief għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta' l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal rekordjat

07

Kokk, prodotti irfinuti tal-pitrolji u fjuwil nukleari

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik

09

Prodotti oħra minerali li m'humiex metalliċi

10

Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, ħlief makkinarju u tagħmir

11

Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta' l-uffiċċji u computers; makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi u arloġġi ta' l-idejn

12

Tagħmir ta' trasport

13

Għamara; oġġetti oħra mmanifatturi n.e.c.

14

Materja prima sekondarja; skart muniċiopali u tip ieħor ta' skart li mhux speċifikat f'post ieħor fis-CPA

15

Posta, pakketti postali

Nota: din l-intestatura normalment tintuża għal oġġetti ttrasportati permezz ta' l-amministrazzjonijiet tal-posta u s-servizzi speċjalizzati ta' kurjer fid-diviżjonijiet 53.10 u 53.20 tan-Nace Rev. 2

16

Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

Nota: din l-intestatura tkopri oġġetti bħal kontejners vojta, paletti, kaxxi, ċestuni u gaġeġ. Tkopri wkoll vetturi użati sabiex iżommu l-merkanzija, fejn il-vettura nnifisha tinġarr minn vettura oħra. L-eżistenza ta' kodiċi ta' dan it-tip ta' materjal mhix ta' preġudizzju għall-kwistjoni jekk tali materjali għandhomx jgħoddu bħala “merkanzija”, dan jiddependi mir-regoli tal-ġbir tad-data għal kull mezz ta' trasport.

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagali trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

18

Merkanzija ragruppata taħlita ta' tipi ta' merkanzija li huma ttrasportati flimkien

Nota: din l-intestatura tintuża kull meta ma jkunx ikkunsidrat xieraq li l-merkanzija tiġi assenjata separatament lil gruppi 01-16.

19

Merkanzija li ma tistax tiġi identifikata: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01-16.

Nota: din l-intestatura hija intenzjonata tkopri merkanzija fejn l-unità ta' rappurtar ma jkollha ebda informazzjoni dwar it-tip ta' merkanzija li tkun qiegħda tiġi trasportata.

20

Merkanzija oħra n.e.c.

Nota: din l-intestatura tkopri kwalunkwe oġġett li ma jistax jiġi assenjat lil xi wieħed mill-gruppi 01-19. Billi l-gruppi 01-19 huma maħsuba li jkopru l-kategoriji kollha previsti ta' merkanzija trasportata, l-użu tal-grupp 20 għandu jitqies mhux tas-soltu u jista' jindika l-ħtieġa għal kontrolli ulterjuri tad-data rappurtata taħt din l-intestatura.


Tabella F.2   Klassifikazzjoni NST/R

Gruppi ta' merkanzija

Kapitlu NST/R

Gruppi NST/R

Deskrizzjoni

1

0

01

Ċereali

2

02, 03

Patata, frott u ħxejjex oħra friski jew iffriżati

3

00, 06

Annimali ħajjin, pitrava zokkrija

4

05

Injam u sufra

5

04, 09

Tessuti, oġġetti tat-tessuti u fibri magħmulin mill-bniedem, materjal ieħor nej ta' annimali jew ħxejjex

6

1

11, 12, 13, 14, 16, 17

Oġġetti ta' l-ikel u għalf ta' l-annimali

7

18

Żerriegħa taż-żejt u frott u xaħmijiet oleaġinużi

8

2

21, 22, 23

Fjuwils minerali solidi

9

3

31

Żejt mhux raffinat

10

32, 33, 34

Prodotti taż-żejt

11

4

41, 46

Ħadid mhux maħdum, skart tal-ħadid u l-azzar u trab mill-blast furnace

12

45

Minerali mhux maħduma u skart li ma fihomx ħadid

13

5

51, 52, 53, 54, 55, 56

Prodotti tal-metall

14

6

64, 69

Siment, ġir, materjali mmanifatturati tal-bini

15

61, 62, 63, 65

Minerali mhux maħduma u mmanifatturati

16

7

71, 72

Fertilizzanti naturali u kimiċi

17

8

83

Kimiċi tal-faħam, qatran

18

81, 82, 89

Kimiċi li mhumiex kimiċi tal-faħam u qatran

19

84

Polpa tal-karti u skart tal-karti

20

9

91, 92, 93

Tagħmir tat-trasport, makkinarju, apparat, magni, armati jew le, u l-parts tagħhom

21

94

Manifatturi tal-metall

22

95

Ħġieġ, prodotti tal-ħġieġ, prodotti taċ-ċeramika

23

96, 97

Ġilda, tessuti, ħwejjeġ, artikoli oħra mmanifatturati

24

99

Artikoli mixxellanji


(*)  Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(**)  Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.

(***)  Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(****)  Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.

(*****)  Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(******)  Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.

(*******)  Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.

(********)  Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.

(*********)  Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.

(1)  Standard Goods for Transport Statistics, 2000, adottat fl-erbgħa u sittin sessjoni (it-18-21 ta' Frar 2002) tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u riveduta fis-sitta u ħamsin sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Istatistika tat-Trasport (it-8-10 ta' Ġunju 2005) taħt id-Dokument TRANS/WP.6/2004/1/Rev.2.

(2)  Standard Goods Classification for Transport Statistics/Riveduta, 1967. Ippubblikata mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (il-verżjoni Franċiża 1968).


ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET, SPJEGAZZJONIJIET U LINJI TA' GWIDA GĦAR-RAPPURTAR TAD-DATA ADDIZZJONALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006

TAQSIMA I.   TRASPORT FUQ PASSAĠĠ TA' L-ILMA INTERNI

1.   Passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli

Dan it-terminu jkopri xmajjar, lagi, kanali u estwarji navigabbli. Passaġġ ta' l-ilma intern li jifforma fruntiera komuni bejn żewġ pajjiżi għandu jiġi rrappurtat mit-tnejn.

2.   Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, il-movimenti ta' merkanzija u/jew passiġġieri permezz ta' bastimenti marittimi li jseħħu kompletament f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli se jitqiesu bħala trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni u se jkunu soġġetti għall-istess obbligi dwar l-għoti tad-data irrispettivament minn jekk il-bastimenti marittimi jissemmewx speċifikament f'definizzjonijiet oħra.

Il-movimenti ta' merkanzija mibgħuta b'bastiment lil installazzjonijiet offshore huma esklużi. Bankers u ħażniet fornuti lil bastimenti fil-port huma esklużi, iżda żejt tal-banker ixxippjat lil bastimenti offshore huwa inkluż.

3.   Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali

Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali jista' jinvolvi tranżitu minn pajjiż ieħor, iżda għal dan il-pajjiż, dan it-trasport għandu jiġi rrappurtat bħala tranżitu. Trasport b'kabotaġġ iddefinit bħala trasport fuq passaġġi ta' ilma interni nazzjonali mwettaq minn bastiment irreġistrat f'pajjiż ieħor huwa inkluż.

4.   Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali

It-trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali jista' jinvolvi tranżitu minn pajjiż terz wieħed jew iktar. Għal dawn il-pajjiżi msemmija l-aħħar dan it-trasport għandu jiġi rrappurtat bħala tranżitu.

5.   Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni

Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni għandu jitqies bħala tali biss jekk matul il-vjaġġ sħiħ fit-territorju nazzjonali ma jkun hemm ebda trasbord.

6.   Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

Dan huwa l-pajjiż jew ir-reġjun tal-port (livell NUTS2 (1)) fejn il-merkanzija ttrasportata titgħabba fuq bastiment.

7.   Pajjiż/reġjun tal-ħatt

Dan huwa l-pajjiż jew ir-reġjun tal-port (livell NUTS2) fejn il-merkanzija ttrasportata tinħatt minn fuq bastiment.

8.   Tip ta' imballaġġ tal-merkanzija

Il-merkanzija fuq bastiment tista' tiġi ttrasportata permezz ta' żewġ tipi ta' imballaġġ:

Ġewwa kontejners kif definit fit-Taqsima III.1.

Mhux fil-kontejners

TAQSIMA II.   TIPI TA' BASTIMENTI

1.   Barkun immotorizzat

Kwalunkwe bastiment tat-tagħbija mmotorizzat għall-passaġġi fuq l-ilma interni, ħlief barkuni tat-tanker immotorizzati.

2.   Barkun mhux immotorizzat

Kwalunkwe bastiment tat-tagħbija mhux immotorizzat għall-passaġġi fuq l-ilma interni, ħlief barkuni tat-tanker mhux immotorizzati. Din il-kategorija tinkludi barkuni ttowjati, imbuttati u ttowjati-mbuttati.

3.   Barkun tat-tanker immotorizzat:

Barkun immotorizzat maħsub għat-trasport ta' likwidi jew gassijiet f'tankijiet fissi.

4.   Barkun tat-tanker mhux immotorizzat

Barkun mhux immotorizzat maħsub għat-trasport ta' likwidi jew gassijiet f'tankijiet fissi.

5.   Bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

Kwalunkwe tip magħruf jew mhux magħruf ta' bastiment tat-tagħbija għall-passaġġi fuq l-ilma interni maħsub għall-ġarr ta' merkanzija mhux definita fil-kategoriji preċedenti.

6.   Bastiment marittimu

Bastimenti li primarjament jinnavigaw f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli jew f'ilmijiet ġo, jew qrib ħafna ta', ilmijiet kennija jew żoni fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet.

TAQSIMA III.   KONTEJNERS

1.   Kontejner

Kontejner għat-trasport tal-merkanzija jfisser artikolu ta' apparat tat-trasport:

1.

ta' natura permanenti u għalhekk b'saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu repetittiv;

2.

iddiżinjat speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport ta' merkanzija b'mod wieħed jew iktar ta' trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid f'nofs triq;

3.

mgħammar b'apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b'mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mezz wieħed ta' trasport għall-ieħor;

4.

maħsub b'mod li jkun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

5.

li għandu tul ta' 20 pied jew iktar.

2.   Daqs tal-kontejner

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament id-daqs tal-kontejners se jiġi rrappurtat skond erba' kategoriji:

1)

Kontejners ISO ta' 20 Pied (tul ta' 20 pied u wisa' ta' 8 piedi)

2)

Kontejners ISO ta' 40 Pied (tul ta' 40 pied u wisa' ta' 8 piedi)

3)

Kontejners ISO itwal minn 20 pied imma inqas minn 40 pied

4)

Kontejners ISO itwal minn 40 pied

(Kontejners iżgħar minn 20 pied jew ta' daqs mhux magħruf għandhom jiġu rrappurtati taħt il-Kategorija 1).

3.   Status tat-tagħbija tal-kontejners

Il-kontejners jista' jkollhom żewġ tipi ta' status tat-tagħbija irrispettivament mid-daqs tagħhom.

mgħobbija, meta kwalunkwe tip ta' merkanzija tkun qed tiġi ttrasportata ġewwa l-kontejner

vojta, meta l-kontejner ma jkollu ebda merkanzija fih.

TAQSIMA IV.   TRAFFIKU FUQ PASSAĠĠ TA' L-ILMA INTERNI

1.   Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

Moviment wieħed ta' bastiment mgħobbi jingħadd bħala l-moviment ta' bastiment mill-port tat-tagħbija ta' kwalunkwe tip ta' merkanzija sal-port ta' wara tat-tagħbija jew il-ħatt.

2.   Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

Moviment wieħed ta' bastiment vojt jingħadd bħala l-moviment ta' bastiment minn port wieħed sa ieħor li għalih il-piż gross-gross tal-merkanzija jkun żero. Il-moviment ta' bastiment li jġorr kontejners vojta ma jitqiesx bħala bastiment vojt.

TAQSIMA V.   UNITAJIET

1.   Tunnellata

Unità għall-kejl tal-piż tal-merkanzija ttrasportata ekwivalenti għal 1 000 kilogramma.

Il-piż għandu jitqies fil-piż gross-gross tal-merkanzija. Il-piż li jitqies huwa ekwivalenti għall-piż totali tal-merkanzija u l-imballaġġ u l-piż tara tat-tagħmir bħall-kontejners, swap bodies u palletti. Meta dan il-piż tara jiġi eskluż, il-piż ikun il-piż gross.

2.   Tunnellati-Km

Unità għall-kejl tat-trasport tal-merkanzija ekwivalenti għal tunnellata ta' merkanzija ttrasportata fuq distanza ta' kilometru.

Għall-iskopijiet ta' rappurtar tal-prestazzjoni fir-rigward tat-tunnellata-km, għandha titqies biss id-distanza vjaġġata fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni.

3.   TEU

Unità għall-kejl tad-daqs tal-kontejner ekwivalenti għal unità ta' 20 pied. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, japplikaw l-ekwivalenzi li ġejjin:

1)

=

Kontejners ISO ta' 20 Pied (tul ta' 20 pied u wisa' ta' 8 piedi)

=

1TEU

2)

=

Kontejners ISO ta' 40 Pied (tul ta' 40 pied u wisa' ta' 8 piedi)

=

2 TEU

3)

=

Kontejners ISO b'iktar minn 20 pied u inqas minn 40 pied tul

=

1,5 TEU

4)

=

Kontejners ISO itwal minn 40 pied

=

2,25 TEU

4.   TEU-Km

Unità għall-kejl tat-trasport tal-merkanzija ekwivalenti għal TEU waħda ttrasportata fuq distanza ta' kilometru.

Għall-iskopijiet ta' rappurtar tal-prestazzjoni fir-rigward tat-TEU-km, għandha titqies biss id-distanza vjaġġata fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni.

5.   Bastimenti-Km

Unità għall-kejl tat-traffiku tal-bastimenti ekwivalenti għall-moviment ta' bastiment fuq distanza ta' kilometru. Għall-iskopijiet ta' rappurtar tal-prestazzjoni fir-rigward tal-bastiment-km, għandha titqies biss id-distanza vjaġġata fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni.


(1)  In-nomenklatura ta' l-unitajiet territorjali skond ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS). Kwalunkwe aġġornament fil-ġejjieni ta' din il-klassifikazzjoni adottat permezz ta' regolamenti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkun applikabbli għall-iskop ta' dan ir-Regolament.


ANNESS III

DESKRIZZJONI TAL-FAJLS TAD-DATA U L-MEZZ GĦAT-TRAŻMISSJONI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006

Deskrizzjoni ta' l-elementi li għandhom jintużaw f'kull fajl tad-data

Sommarju ta' l-elementi li għandhom jingħataw f'kull fajl tad-data (tabelli) ta' dan ir-Regolament huwa ppreżentat fit-tabella li ġejja.

Elementi

Format u daqs

Tabella

A1

B1

B2

C1

D1

D2

E1

Qisien

Numru tat-tabella

an2

X

X

X

X

X

X

X

Pajjiż tar-rappurtar

a2

X

X

X

X

X

X

X

Sena

n4

X

X

X

X

X

X

X

Kwart tas-sena

n2

 

 

 

 

X

X

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

an4

X

X

 

X

 

 

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

an4

X

X

 

X

 

 

 

Tip ta' trasport

n1

X

X

X

X

X

X

X

Tip ta' merkanzija

n2

X

 

 

X

 

 

X

Tip ta' imballaġġ

n1

X

 

 

 

 

 

 

Tip ta' bastiment

n1

 

X

 

 

 

 

 

Nazzjonalità tal-bastiment

a2

 

X

 

 

X

X

 

Daqs tal-kontejner

n1

 

 

 

X

 

 

 

Status tat-tagħbija

n1

 

 

 

X

 

X

 

Valuri

Tunnellati ttrasportati

n..12

X

X

 

X

X

X

X

Tunnellati-Km

n..18

X

X

 

X

X

X

X

Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

n..12

 

 

X

 

 

 

 

Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

n..12

 

 

X

 

 

 

 

Bastimenti -Km (bastimenti mgħobbija)

n..18

 

 

X

 

 

 

 

Bastiment -Km (bastimenti vojta)

n..18

 

 

X

 

 

 

 

TEU

n..12

 

 

 

X

 

X

 

TEU-Km

n..18

 

 

 

X

 

X

 

Żewġt oqsma huma identifikati fil-kolonna assoċjata mat-tabella rilevanti:

“X”: oqsma li għandhom jingħataw għal tabella;

“” (spazju): oqsma mhux rilevanti għat-tabella (ma għandhomx jiġu pprovduti).

Il-format ta' kull qasam huwa jew numeriku (n) jew alfabetiku (a) jew alfanumeriku (an). Id-daqs huwa jew iffissat (“format + numru” — e.g.: “n4”) jew varjabbli b'numru massimu ta' pożizzjonijiet (“format” + “…” + numru massimu ta' pożizzjonijiet — e.g.: “n..12”).

Deskrizzjoni tal-mezz tat-trażmissjoni

Il-format tat-trażmissjoni li għandu jintuża għandu jkun kompatibbli ma' trażmissjoni awtomatika tad-data (approċċ EDI).

Il-format “CSV” (Comma Separated Values — Valuri Mifrudin b'Virgola) b'punt u virgola (;) li jifirdu l-qasam huwa aċċettabbli.

Format ieħor iktar avvanzat ibbażat fuq standard ta' skambju xieraq jista' wkoll jiġi speċifikat mill-Eurostat. L-Eurostat imbagħad tagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni dettaljata dwar kif jiġi implimentat dan l-istandard skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Id-data għandha tiġi trażmessa jew uploaded permezz ta' mezzi elettroniċi fil-punt ta' aċċess uniku għad-data fl-Eurostat.

Fajl separat wieħed għal kull tabella tar-Regolament u perjodu għandu jintbagħat.

Il-konvenzjoni li ġejja għall-għoti ta' isem li fajl hija meħtieġa:

“IWW_Tabella_Frekwenza_Pajjiż_Sena_Perjodu[_KampFakultattiv].format” fejn:

IWW

Għal Inland Waterways data (Data dwar il-Passaġġi fuq l-ilma interni)

Tabella

“A1”, “B1”, “B2”, “C1”, “D1”, “D2” jew “E1”

Frekwenza

“A” għal Annwali

“Q” għal Trimestru

Pajjiż

Il-pajjiż rapportatur: Uża NUTS0

Sena

Is-sena tad-data fuq 4 pożizzjonijiet (eż. 2007)

Perjodu

“0000” għal Annwali

“0001” għall-ewwel trimestru Q01

“0002” għat-tieni trimestru Q02

“0003” għat-tielet trimestru Q03

“0004” għar-raba' trimestru Q04

[_Qasam Fakultattiv]

Jista' jkun fih kwalunkwe katina minn 1 sa 220 karattru (minn “A” sa “Z”, “0” sa “9” jew “_” biss huma permessi). Dan il-qasam mhuwiex interpretat mill-għodod ta' l-Eurostat.

.format

Il-Format tal-fajl: (eż. “CSV” għal Valur Separat b'Virgola, “GES” għal GESMES)

Eżempju:

Il-fajl “IWW_D1_Q_FR_2007_0002.csv” huwa l-fajl tad-data li fih id-data tat-tabella D1 tar-Regolament għal Franza, għat-tieni trimestru tas-sena 2007.


Top