Help Print this page 

Document 32007D0756

Title and reference
2007/756/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5357)
  • In force
OJ L 305, 23.11.2007, p. 30–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 017 P. 27 - 48

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/756/oj
Multilingual display
Text

23.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 305/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Novembru 2007

li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5357)

(2007/756/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(4) u (5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/16/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(4) u (5) tagħha,

Billi:

(1)

Meta l-Istati Membri jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz tal-vetturi ferrovjarji, għandhom jiżguraw li jiġi assenjat kodiċi ta’ identifikazzjoni lil kull vettura individwali. Dan il-kodiċi mbagħad għandu jiddaħħal f’reġistru nazzjonali tal-vetturi, (minn issa ‘l quddiem “NVR”). Dan ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-konsultazzjoni minn rappreżentanti awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. Ir-reġistri nazzjonali differenti għandhom ikunu konsistenti f’dak li jirrigwarda l-kontenut tad-data u l-format tad-data. Dan jirrikjedi l-istabbiliment tagħhom abbażi ta’ speċifikazzjonijiet operattivi u tekniċi.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-NVR għandhom jiġu adottati abbażi ta’ l-abbozz ta’ speċifikazzjoni imħejji mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”). Dan l-abbozz ta’ speċifikazzjoni għandu jinkludi, partikolarment id-definizzjoni ta’: il-kontenut, l-arkitettura funzjonali u teknika, il-format tad-data, il-modi operattivi, inklużi r-regoli għall-introduzzjoni u l-konsultazzjoni tad-data.

(3)

Din id-Deċiżjoni tħejjiet abbażi tar-rakkomandazzjoni ta’ l-Aġenzija Nru ERA/REC/INT/01-2006 tat-28 ta’ Lulju 2006.

L-NVR ta’ Stat Membru għandu jkun fih il-vetturi kollha awtorizzati f’dak l-Istat Membru. Madankollu, l-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba.

(4)

Għandha tintuża formola standard għall-iskopijiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, tal-konfermazzjoni tar-reġistrazzjoni, l-emendar ta’ l-oġġett(i) tar-reġistrazzjoni u l-konfermazzjoni tat-tibdil(iet).

(5)

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi NVR kompjuterizzat. L-NVRs kollha għandhom ikunu konnessi ma’ Reġistru Virtwali tal-Vetturi (minn issa ‘l quddiem “VVR”) immexxi mill-Aġenzija sabiex jiġi stabbilit ir-reġistru ta’ dokument dwar l-interoperabbiltà msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004. Il-VVR għandu jippermetti lill-utenti jfittxu l-NVRs (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kollha minn portal wieħed u jippermetti l-iskambju tad-data bejn l-NVRs nazzjonali. Madankollu, għal raġunijiet tekniċi, il-konnessjoni mal-VVR ma tistax tiġi stabbilita immedjatament. Għalhekk l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa biss joħolqu konnessjoni għall-NVRs tagħhom mal-VVR ċentrali ladarba jkun intwera li l-VVR jaħdem effettivament. Għal dan l-għan, l-Aġenzija se twettaq proġett pilota.

(6)

Skond il-punt Nru 8 tal-minuti tal-laqgħa Nru 40 tal-Kumitat Regolatorju stabbilit skond l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2001/16/KE, il-vetturi eżistenti kollha għandhom ikunu rreġistrati fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn kienu rreġistrati qabel. It-trasferiment tad-data għandu jqis perjodu trasitorju adegwat u disponibbiltà tad-data.

(7)

Skond l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2001/16/KE, l-NVR għandu jinżamm u jiġi aġġornat minn korp li huwa indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korp li jkunu nnominaw għal dan il-għan, inter alia sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn dawn il-korpi.

(8)

Ċerti Stati Membri għandhom netwerk estensiv tal-“1 520 mm gauge” fejn topera flotta ta’ vaguni li hija komuni għall-pajjiżi tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti (CIS). Dan irriżulta f’sistema ta’ reġistrazzjoni komuni li hija element importanti ta’ l-interoperabilità u s-sikurezza ta’ dan in-netwerk “1 520 mm”. Din il-qagħda speċifika għandha tkun rikonoxxuta u r-regoli speċifiċi stabbiliti biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ konsistenza fl-obbligi marbuta ma’ l-UE u dawk tas-CIS għall-istess vettura.

(9)

Ir-regoli stabbiliti fl-Anness P tat-TSI dwar l-operazzjonijiet u l-ġestjoni tat-traffiku huma applikabbli fir-rigward tas-sistema ta’ numerazzjoni tal-vetturi għall-iskopijiet ta’ reġistrazzjoni fl-NVR. L-Aġenzija se tiżviluppa gwida għall-applikazzjoni armonizzata ta’ dawn ir-regoli.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-ambitu ta’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet komuni tar-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi, skond l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2001/16/KE, kif stipulati fl-Anness huma b’dan adottati.

Artikolu 2

Meta jkunu qed jiġu rreġistrati vetturi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw l-ispeċifikazzjonijiet komuni stipulati fl-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw vetturi eżistenti kif ipprovdut fis-sezzjoni 4 ta’ l-Anness.

Artikolu 4

1.   Skond l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2001/16/KE, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korp nazzjonali li għandu jkun responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament tar-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi. Dan il-korp jista’ jkun l-Awtorità Nazzjonali għas-Sikurezza ta’ l-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkooperaw u jaqsmu l-informazzjoni sabiex jiġi żgurat li t-tibdil tad-data jiġi kkomunikat fil-ħin.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lilll-Istati Membri, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-korp innominat skond il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.   Vetturi ferrovjarji imqiegħda fis-servizz għall-ewwel darba fl-Estonja, il-Latvja jew il-Litwanja maħsuba għall-użu barra l-Unjoni Ewropea bħala parti mill-flotta ta’ vaguni tas-sistema komuni tal-binarji ta’ 1 520 mm għandhom jiġu rreġistratati kemm fl-NVR kif ukoll fid-Database ta’ l-Informazzjoni tal-Kunsill għat-Trasport Ferrovjarju tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti. F’dan il-każ, is-sistema ta’ numerazzjoni bi tmien ċifri tista’ tiġi applikata minflok is-sistema ta’ numerazzjoni speċifikata fl-Anness.

2.   Vetturi ferrovjarji imdaħħla fis-servizz għall-ewwel darba f’pajjiż terz u maħsuba għall-użu fl-Unjoni Ewropea bħala parti mis-sistema komuni tal-flotta ta’ vaguni ta’ l-1 520 mm m’għandhomx jiġu rreġistrati fl-NVR. Madankollu f’konformità ma’ l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2001/16/KE, għandu jkun possibbli li tinsab l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 14(5)(c), (d) u (e) mid-Database ta’ l-Informazzjoni tal-Kunsill CIS għat-Trasport Ferrovjarju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/32/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 63).

(2)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/32/KE tal-Kummissjoni.

(3)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

1.   DATA

Il-lista li ġejja tippreżenta l-format propost għad-data fl-NVR.

In-numerazzjoni ta’ l-oġġetti ssegwi l-loġika tar-reġistrazzjoni proposta fil-forma standard li tinsab fl-Appendiċi 4.

Barra minn hekk, jistgħu jiddaħħlu taqsima(iet) għall-kummenti, bħall-identifikazzjoni ta’ vetturi taħt investigazzjoni (ara t-taqsima 3.4).

1.

Numru Ewropew tal-Vettura

Obbligatorji

Kontenut

Kodiċi ta’ identifikazzjoni numerika kif iddefinit fl-Anness P tat-TSI dwar l-“operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku” (minn issa ‘l quddiem “OPE TSI”) (1)

 

Format

1.1.

Numru

12-il ċifra (*)

1.2.

Numru preċedenti (jekk applikabbli, għall-vettura nnumerata mill-ġdid)

12-il ċifra (*)

2.

Stat Membru u NSA

Obbligatorji

Kontenut

Identifikazzjoni ta’ l-Istat Membru u l-NSA fejn il-vettura ġiet awtorizzata. Għal vetturi li ġejjin minn pajjiż terz, l-Istat Membru fejn ġew awtorizzati.

 

Format

2.1.

Il-kodiċi numeriku ta’ l-Istat Membru kif definit fl-Anness P ta’ l-OPE TSI

kodiċi b’żewġ ċifri

2.2.

Isem l-NSA

Test

3.

Sena tal-manifattura

Obbligatorji

Kontenut

Is-sena li fiha l-vettura telqet mill-fabbrika.

 

Format

3.

Sena tal-manifattura

SSSS

4.

Referenza KE

Obbligatorji

Kontenut

Referenzi għad-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-“KE” u l-korp li joħroġha (l-entità aġġudikanti).

 

Format

4.1.

Data tad-dikjarazzjoni

Data

4.2.

Referenza KE

Test

4.3.

Isem il-korp li joħroġha (entità aġġudikanti)

Test

4.4.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

4.5.

Indirizz ta’ l-organizzazzjoni, Triq u numru

Test

4.6.

Belt

Test

4.7.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

4.8.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

5.

Referenza għar-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji

Obbligatorji

Kontenut

Referenza għall-entità responsabbli għar-reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (2)

 

Format

5.1.

Entità responsabbli għar-reġistru

Test

5.2.

Indirizz ta’ l-entità, Triq u numru

Test

5.3.

Belt

Test

5.4.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

5.5.

Kodiċi postali

Kodiċi alfanumeriku

5.6.

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz elettroniku

5.7.

Referenza li tippermetti s-sejbien tad-data teknika rilevanti tar-reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji

Kodiċi Alfanumeriku

6.

Restrizzjonijiet

Obbligatorji

Kontenut

Kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu tal-vettura

 

Format

6.1.

Restrizzjonijiet fil-forma ta’ kodiċi

(ara l-Appendiċi 1)

Kodiċi

6.2.

Restrizzjonijiet mhux fil-forma ta’ kodiċi

Test

7.

Is-Sid

Fakultattiv

Kontenut

L-identifikazzjoni tas-sid tal-vettura

 

Format

7.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

7.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

7.3.

Indirizz ta’ l-organizzazzjoni, Triq u numru

Test

7.4.

Belt

Test

7.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

7.6.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

8.

Id-Detentur

Obbligatorji

Kontenut

Identifikazzjoni tal-kustodju tal-vettura

 

Format

8.1.

Isem l-organizzazzjoni

Test

8.2.

Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija

Test

8.3.

Indirizz ta’ l-organizzazzjoni, Triq u numru

Test

8.4.

Belt

Test

8.5.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

8.6.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

8.7.

VKM - fakultattiv

Kodiċi Alfanumeriku

9.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Obbligatorji

Kontenut

Referenza għall-entità responsabbli għall-manutenzjoni (3)

 

Format

9.1.

Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Test

9.2.

Indirizz ta’ l-entità, Triq u numru

Test

9.3.

Belt

Test

9.4.

Kodiċi tal-pajjiż

ISO

9.5.

Kodiċi postali

Kodiċi Alfanumeriku

9.6.

Indirizz tal-posta elettronika

Indirizz elettroniku

10.

Irtirar

Obbligatorju fejn ikun applikabbli

Kontenut

Id-data ta’ l-iskrappjar uffiċjali u/jew arranġament ieħor għar-rimi u l-kodiċi għall-mezz ta’ rtirar.

 

Format

10.1.

Mezz ta’ rimi

(ara l-Appendiċi 3)

kodiċi b’żewġ figuri

10.2.

Data ta’ l-irtirar

Data

11.

SM fejn il-vettura hija awtorizzata

Obbligatorji

Kontenut

SM fejn il-vettura hija awtorizzata.

 

Format

11.

Il-kodiċi numeriku ta’ l-Istat Membru kif definit fl-Anness p. 4 ta’ l-OPE TSI

Lista

12.

Numru ta’ l-awtorizzazzjoni

Obbligatorji

Kontenut

Numru armonizzat ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz, iġġenerat mill-NSA.

 

Format

12.

Numru ta’ l-awtorizzazzjoni

Kodiċi alfanumeriku bbażat fuq l-EIN, ara l-Appendiċi 2.

13.

Awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz

Obbligatorji

Kontenut

Data ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz (4) tal-vettura u l-validità tagħha

 

Format

13.1.

Data ta’ l-awtorizzazzjoni

Data (SSSSXXJJ)

13.2.

Awtorizazzjoni valida sa

Data (inkluża)

13.3.

Sospensjoni ta’ l-awtorizzazzjoni

Iva/Le

2.   ARKITETTURA

2.1.   Rabtiet ma’ reġistri oħra

Qed jitwaqqfu diversi reġistri b’konsegwenza tar-reġim regolatorju l-ġdid ta’ l-UE. It-tabella t’hawn taħt tagħti fil-qosor liema huma dawk ir-reġistri u databases li jista’ jkollhom rabtiet ma’ l-NVR fejn huma implimentati.

Reġistru jew Database

Entità responsabbli għalih

Entitajiet oħra li għandhom aċċess għalih

NVR

(Id-Direttivi dwar l-interoperabbiltà)

RE (5)/NSA

NSA/RE/RU/IM/IB/RB/oħrajn/Kustodju/Sid/ERA/OTIF ieħor

RRS

(Id-Direttivi dwar l-interoperabbiltà)

Għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri

RU/IM/NSA/ERA/OTIF/Kustodju/Workshops

RSRD

(TAF TSI & SEDP)

Id-Detentur

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Workshops

WIMO

(TAF TSI & SEDP)

Għadu mhux deċiż

RU/IM/NSA/ERA/Kustodju/Workshops/Utent

Reġistru ferrovjarju tal-Vetturi Ferrovjarji (6)

(il-Konvenzjoni ta’ Cape Town)

Reġistratur:

Pubbliku

Reġistru OTIF

(COTIF 99 - ATMF)

OTIF

L-Awtoritajiet Kompetenti RU/IM/IB/RB/Kustodju/Sid/ERA/OTIF Sec.

Mhux possibbli li wieħed jistenna għall-iżvilupp tar-reġistri kollha għall-implimentazzjoni ta’ l-NVR. Għalhekk l-ispeċifikazzjoni ta’ l-NVR trid tippermetti għal interfacing aktar tard ma’ reġistri oħra. Għal dan il-għan:

RRS: l-NVR jirreferi għal dan, fejn tissemma l-entità responsabbli għall-RRS. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri jkun l-oġġett Nru 5.7

RSRD: dan jinkludi ċerti oġġetti “amministrattivi” ta’ l-NVR. Taħt speċifikazzjoni fi ħdan it-TAF TSI SEDP. Is-SEDP għandu jqis l-ispeċifikazzjoni ta’ l-NVR;

WIMO: Dan jinkludi data mill-RSRD u data ta’ manutenzjoni. Ma hi prevista l-ebda rabta ma’ l-NVR;

VKMR: dan għandu jitmexxa mill-ERA u l-OTIF b’kooperazzjoni bejniethom (ERA għall-UE u OTIF għall-Istati Membri kollha ta’ l-OTIF li mhumiex fl-UE). Il-kustodju huwa rreġistrat fl-NVR. It-TSI OPE jispeċifika reġistri globali ċentrali oħra (bħall-kodiċijiet tat-tipi ta’ vetturi, il-kodiċijiet ta’ l-interoperabbiltà, il-kodiċijiet tal-pajjiżi, eċċ.) li għandhom jiġu ġestiti minn “korp ċentrali” li jirriżulta minn kooperazzjoni bejn l-ERA u l-OTIF.

ir-Reġistru tal-Vetturi Ferrovjarji (il-Konvenzjoni ta’ Cape Town): dan huwa reġistru ta’ informazzjoni passiva marbuta mat-tagħmir mobbli. Dan ir-reġistru jista’ jiġi żviluppat bħala riżultat tal-Konferenza diplomatika li għandha ssir fi Frar 2007. Hemm rabta possibbli għaliex ir-reġistru ta’ l-UNIDROIT jeħtieġ informazzjoni dwar in-numru u s-sid tal-vettura. Il-ħolqa bejn iż-żewġ reġistri għandha tkun l-EVN;

Reġistru OTIF: ir-reġistru OTIF se jkun speċifikat filwaqt li titqies din id-Deċiżjoni u r-reġistri kollha l-oħra ta’ l-UE.

Id-definizzjoni ta’ l-arkitettura tas-sistema kollha, kif ukoll ir-rabtiet bejn l-NVR u r-reġistri l-oħra, se tkun speċifikata b’tali mod li jippermetti s-sejbien ta’ l-informazzjoni mitluba meta jkun meħtieġ.

2.2.   L-arkitettura ta’ l-NVR globali ta’ l-UE

Ir-reġistri NVR għandhom ikunu implimentati permezz ta’ soluzzjoni deċentralizzata. L-għan huwa li tiġi implimentata magna tat-tiftix rigward id-data mqassma, permezz ta’ applikazzjoni komuni tas-softwer, li tippermetti lill-Utenti jsibu data mir-Reġistri Lokali (LR) kollha fl-Istati Membri.

Id-data NVR tinżamm fuq livell nazzjonali u tkun aċċessibbli permezz ta’ applikazzjoni web-based (bl-indirizz ta’ l-Internet tagħha stess).

Ir-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi (EC VVR) huwa magħmul minn żewġ subsistemi:

ir-Reġistru Virtwali tal-Vetturi (VVR) li huwa l-magna ċentrali tat-tiftix fl-ERA,

ir-Reġistru/i Nazzjonali tal-Vetturi (NVR) li huma l-LR fl-Istati Membri

Figura 1

Arkitettura KE - VVR

Image

Din l-arkitettura hija bbażata fuq żewġ subsistemi komplementari li jippermettu tiftix fuq data miżmuma lokalment fl-SM kollha u tikkonsisti fi:

l-istabbiliment ta’ reġistri kompjuterizzati fuq il-livell nazzjonali u l-ftuħ tagħhom għall-konsultazzjoni;

is-sostituzzjoni ta’ reġistri fuq karta b’reġistri kompjuterizzati. Dan jippermetti lill-SM jieħdu ħsieb u jaqsmu l-informazzjoni ma’ SM oħra;

u jippermetti konnessjonijiet bejn l-NVRs u l-VVR, permezz ta’ standards u terminoloġija komuni.

Il-prinċipji ewlenin ta’ din l-arkitettura huma:

l-NVRs kollha se jsiru parti mis-sistema tan-netwerk kompjuterizzat;

meta jaċċessaw is-sistema, l-SM jaraw id-data kollha komuni;

reġistrazzjoni doppja tad-data u l-iżbalji relatati possibbli se jkunu evitati ladarba l-VVR tkun ġiet stabbilita;

data aġġornata.

Din l-arkitettura se tiġi implimentata permezz ta’ dawn il-passi:

l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni;

l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota mill-Aġenzija, inkluża l-VVR b’għallinqas l-NVRs ta’ tliet Stati Membri marbuta magħha, inkluża l-konnessjoni b’suċċess ta’ NVR eżistenti permezz ta’ magna tat-traduzzjoni;

l-evalwazzjoni tal-proġett pilota u, fejn ikun xieraq l-aġġornament ta’ din id-deċiżjoni;

il-pubblikazzjoni mill-Aġenzija ta’ l-ispeċifikazzjoni li għandha tintuża mill-Istati Membri biex jgħaqqdu l-NVRs tagħhom ma’ VVR ċentrali;

bħala l-aħħar pass, permezz ta’ deċiżjoni separata u wara evalwazzjoni tal-proġett pilota, il-konnessjoni ta’ l-NVRs nazzjonali kollha mal-VVR ċentrali.

3.   MOD OPERATTIV

3.1.   L-użu ta’ l-NVR

L-NVR għandu jintuża għal dawn l-għanijiet:

Ir-reġistrazzjoni ta’ awtorizzazzjoni

Ir-reġistrazzjoni ta’ l-EVN allokat għall-vetturi,

It-tiftix ta’ informazzjoni fil-qosor, madwar l-Ewropa, fir-rigward ta’ vettura partikolari,

Azzjoni ta’ segwitu fuq aspetti ġuridiċi bħalma huma obbligi u informazzjoni ġuridika,

Informazzjoni għall-ispezzjonijiet, marbuta l-aktar mas-sikurezza u l-manutenzjoni,

Biex tippermetti li jsir kuntatt mas-sid u l-kustodju,

Issir il-kontroverifika ta’ ċerti rekwiżiti ta’ sikurezza qabel ma’ jinħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Sikurezza,

Isir stħarriġ fuq vettura partikolari.

3.2.   Il-formoli ta’ l-applikazzjoni

3.2.1.   L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Il-formola li għandha tintuża tinsab fl-Appendiċi 4.

L-entità li tapplika għar-reġistrazzjoni ta’ vettura timmarka l-kaxxa li tikkorrispondi għal “Reġistrazzjoni ġdida”. Imbagħad timla l-ewwel parti tal-formola bl-informazzjoni kollha meħtieġa mill-oġġett 2 sa l-oġġett 9 u l-oġġett Nru 11 imbagħad tibgħatha lill-:

RE ta’ l-SM fejn ir-reġistrazzjoni hija mfittxija,

RE ta’ l-ewwel SM fejn biħsiebha topera għal vettura li ġejja minn pajjiż terz.

3.2.2.   Ir-reġistrar ta’ vettura u l-ħruġ ta’ Numru Ewropew tal-Vettura.

Fil-każ ta’ l-ewwel reġistrazzjoni, ir-RE kkonċernat joħroġ in-Numru Ewropew tal-Vettura.

Huwa possibbli li għal sett ta’ vetturi fl-istess serje jew ordni kull vettura jkollha formola tar-reġistrazzjoni individwali, mehmuża mal-lista ta’ numri tal-vetturi.

L-RE għandha tieħu passi raġjonevoli biex tiżgura l-akkuratezza tad-data li ddaħħal fl-NVR. Għal dan l-għan, l-RE tista’ titlob informazzjoni minn REs oħra, partikolarment fil-każ li l-entità li tkun qed tapplika għal reġistrazzjoni fi Stat Membru ma tkunx stabbilita f’dak l-Istat Membru.

3.2.3.   It-tibdil ta’ oġġett ta’ reġistrazzjoni wieħed jew aktar.

L-entità li tapplika għal bidla ta’ l-oġġett(i) ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi:

timmarka fil-kaxxa li tikkorrispondi għal “Modifika”,

timla l-EVN attwali (Oġġett Nru 0),

timmarka fil-kaxxa li tikkorrispondi għal oġġett(i) modifikat(i),

tindika l-kontenut il-ġdid ta’ l-oġġett(i) modifikat(i), imbagħad tibgħat il-formola lill-RE ta’ kwalunwke Stat Membru fejn il-vettura hija rreġistrata.

L-użu tal-formola standard jista’ ma jkunx biżżejjed għal ċerti każijiet. Jekk ikun meħtieġ, l-RE kkonċernata tista’, għalhekk, tuża dokumenti addizjonali, fiżiċi jew elettroniċi.

Jekk jinbidel il-kustodju, hija r-responsabbiltà tal-kustodju attwalment irreġistrat li jinnotifika lill-RE u l-RE għandha tinnotifika lill-kustodju l-ġdid bit-tibdil tar-reġistrazzjoni. Il-kustodju preċedenti jitneħħa biss mill-NVR u jitneħħewlu r-responsabbiltajiet meta l-kustodju l-ġdid ikun aċċetta l-istatus ta’ kustodju.

Fil-każ li jinbidel is-sid, hija fir-responsabbiltà tas-sid attwalment irreġistrat li jinnotifika l-RE. Imbagħad is-sid preċedenti jitneħħa mill-NVR. Is-sid il-ġdid jista’ jitlob li d-dettalji tiegħu jiddaħlu fl-NVR.

Wara li t-tibdil jiġi rreġistrat, l-NSA tista’ toħroġ numru ġdid ta’ l-awtorizzazzjoni u f’ċerti każijiet, EVN ġdida.

3.2.4.   Irtirar ta’ reġistrazzjoni

L-entità li tapplika għall-irtirar tar-reġistrazzjoni timmarka l-kaxxa li tikkorrispondi għal “Irtirar”. Imbagħad timla l-oġġett Nru 10 u tibgħatha lill-RE ta’ kwalunkwe Stat Membru fejn il-vettura tkun irreġistrata.

L-RE tagħti r-reġistrazzjoni ta’ l-irtirar billi timla d-data ta’ l-irtirar u tgħarraf lill-entità kkonċernata li l-irtirar ġie aċċettat.

3.2.5.   Awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri

Meta vettura li diġà hija awtorizzata u rreġistrata fi Stat Membru wieħed tiġi awtorizzata fi Stat Membru ieħor, jeħtieġ li tiġi rreġistrata fl-NVR tiegħu. Madankollu, f’dan il-każ, hija biss id-data marbuta ma’ l-Oġġetti 1, 2, 6, 11, 12 u 13 li trid tiġi rreġistrata, peress li din id-data hija marbuta biss ma’ dan l-Istat Membru ta’ l-aħħar.

Sakemm il-VVR u r-rabta ma’ l-NVRs kollha ma jkunux kompletament operattivi, l-Entitajiet ta’ Reġistrazzjoni għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw li d-data marbuta ma’ l-istess vettura tkun konsistenti.

Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri huma rreġistrati biss fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn jiddaħħlu fis-servizz għall-ewwel darba.

3.3.   Drittijiet ta’ l-aċċess

Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal data ta’ NVR minn SM partikolari “XX” huma elenkati fit-tabella hawn taħt, li fiha l-kodiċijiet ta’ aċċess huma ddefiniti hekk:

Kodiċi ta’ aċċess

Tip ta’ aċċess

0.

L-ebda aċċess

1.

Konsultazzjoni ristretta (kundizzjonijiet fil-kolonna “Drittijiet ta’ qari”)

2.

Konsultazzjoni mhux ristretta

3.

Konsultazzjoni u aġġornament ristretti

4.

Konsultazzjoni u aġġornament mhux ristretti

Kull RE għandu jkollha drittijiet sħaħ għall-aċċess u l-aġġornament biss għad-data fid-database tiegħu. Għalhekk l-kodiċi ta’ aċċess jidher bħala 3.

Entità

Definizzjoni

Drittijiet ta’ qari

Drittijiet ta’ aġġornament

Oġġett Nru 7

L-oġġetti kollha l-oħra

RE/NSA “XX”

Entità ta’ reġistrazzjoni/NSA fl-SM “XX”

Id-data kollha

Id-data kollha

4

4

NSA/REs oħrajn

NSA oħra u/jew Entitajiet Oħra tar-Reġistrazzjoni

Id-data kollha

Xejn

2

2

ERA

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea

Id-data kollha

Xejn

2

2

Kustodji

Kustodju ta’ vettura

Id-data kollha tal-vetturi li huwa kustodju tagħhom

Xejn

1

1

L-amministraturi tal-flotta

Amministrazzjoni ta’ vetturi kif maħtur mill-Kustodju

Vetturi li nħatar għalihom mill-Kustodju

Xejn

1

1

Sidien

Sid tal-vettura

Id-data kollha tal-vetturi li huwa sidhom

Xejn

1

1

RUs

Operatur Ferrovjarju

Id-data kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IMs

Amministratur ta’ l-infrastruttura

Id-data kollha bbażata fuq in-numru tal-vettura

Xejn

0

1

IBs u RBs

Korpi ta’ kontroll u verifika nnotifikati mill-SM

Id-data kollha għall-vetturi li qed jiġu kkontrollati jew ivverifikati

Xejn

2

2

Utenti leġittimi oħra

Utenti każwali oħra rikonoxxuti mill-NSA jew l-ERA

Minn żmien għall-ieħor, dewmien jista’ jkun limitat

Xejn

0

1

3.4.   Reġistri storiċi

Id-data kollha fl-NVR trid tinżamm għal 10 snin mid-data li vettura tiġi rtirata u mneħħija mir-reġistri. Bħala minimu, għall-ewwel tliet snin, id-data trid tkun disponibbli onlajn. Wara tliet snin id-data tista’ tinżamm elettronikament, fiżikament inkella fi kwalunkwe sistema ta’ arkivjar oħra. Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ 10 snin, tinfetaħ investigazzjoni li tinvolvi vettura jew vetturi, id-data marbuta ma’ dawn il-vetturi trid tinżamm ladarba jkun skada l-perjodu ta’ 10 snin, jekk dan ikun meħtieġ.

Kwalunkwe tibdil fl-NVR għandu jiġi rreġistrat. Il-ġestjoni tat-tibdiliet storiċi tista’ tissolva permezz ta’ funzjonijiet tekniċi ta’ l-IT.

4.   VETTURI EŻISTENTI

4.1.   Kontenut tad-data kkunsidrat

Kull wieħed mit-13-il oġġett miżmuma ġew ikkunsidrati sabiex jiġi speċifikat liema minnhom huma obbligatorji u liema m’humiex.

4.1.1.   Oġġett Nru 1 – Numru Ewropew tal-Vettura (Obbligatorju)

(a)   Każ ta’ vetturi diġà nnumerati b’identifikazzjoni ta’ 12-il ċifra

Pajjiżi fejn hemm kodiċi uniku għall-pajjiż: il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali. In-numru ta’ 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika.

Pajjiżi fejn hemm kemm kodiċi ewlieni għall-pajjiż, kif ukoll kodiċi speċifiku allokat aktar kmieni:

Il-Ġermanja, fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 80 u l-kodiċi speċifiku huwa 68 għall-AAE (Ahaus Alstätter Eisenbahn);

L-Iżvizzera fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 85 u l-kodiċi speċifiku huwa 63 għall-BLS (Bern–Lötschberg–Simplon Eisenbahn);

L-Italja, fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 83 u l-kodiċi speċifiku huwa 64 għall-FNME (Ferrovie Nord Milano Esercizio);

L-Ungerija fejn il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż huwa 55 u l-kodiċi speċifiku huwa 43 għall-GySEV/ROeEE (Győr-Sopron-Ebenfurti Vasút Részvénytársaság/Raab-Ödenburg-Ebenfurter Eisenbahn).

Il-vetturi għandhom iżommu n-numru attwali. In-numru ta’ 12-il ċifra għandu jkun irreġistrat bħala tali mingħajr l-ebda modifika (7).

Is-sistema ta’ IT għandha tqis iż-żewġ kodiċijiet (il-kodiċi ewlieni għall-pajjiż u l-kodiċi speċifiku) bħala relatati għall-istess pajjiż.

(b)   Każ ta’ vetturi użati fit-traffiku internazzjonali mingħajr identifikazzjoni ta’ 12-il ċifra

Għandha tapplika proċedura fuq żewġ fażijiet:

Biex jiġi allokat numru ta’ 12-il ċifra fl-NVR (skond l-OPE TSI) li għandu jkun definit skond il-karatteristiċi tal-vettura. Is-sistema ta’ l-IT għandha torbot dan in-numru tar-reġistrazzjoni man-numru attwali tal-vettura.

Biex jiġi applikat fiżikament in-numru ta’ 12-il ċifra fuq il-vettura nnifisha fi żmien perjodu ta’ 6 snin.

(ċ)   Każ ta’ vetturi użati fit-traffiku nazzjonali mingħajr identifikazzjoni ta’ 12-il ċifra

Il-proċedura msemmija hawn fuq tista’ tapplika għal vetturi li jintużaw biss fi traffiku nazzjonali fuq bażi volontarja.

4.1.2.   Oġġett Nru 2 – Stat Membru u NSA (Obbligatorju)

L-Oġġett “Stat Membru” dejjem għandu jirreferi għall-Istat Membru fejn il-vettura qed tiġi rreġistrata fl-NVR tagħha. L-Oġġett “NSA” jirreferi għall-entità li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid tal-vettura fis-servizz.

4.1.3.   Oġġett Nru 3 – Sena tal-Manifattura

Jekk is-sena tal-manifattura mhix magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.1.4.   Oġġett Nru 4 – Referenza tal-KE

Is-soltu referenza bħal din ma teżistix għall-vetturi, ħlief għal ftit HS RS. Għandha tiddaħħal biss jekk tkun disponibbli.

4.1.5.   Oġġett Nru 5 – Referenza għall-RRS

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli.

4.1.6.   Oġġett Nru 6 – Restrizzjonijiet

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli.

4.1.7.   Oġġett Nru 7 – Sid

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli u/jew meħtieġ.

4.1.8.   Oġġett Nru 8 – Kustodju (Obbligatorju).

Normalment disponibbli u obbligatorju.

4.1.9.   Oġġett Nru 9 – Entità responsabbli għall-manutenzjoni

Dan l-oġġett huwa obbligatorju.

4.1.10.   Oġġett Nru 10 – Irtirar

Applikabbli bħala tali.

4.1.11.   Oġġett Nru 11 – SM fejn il-Vettura hija awtorizzata

Normalment vaguni RIV, coaches RIC u vetturi li jaqgħu taħt ftehimiet bilaterali jew multilaterali huma rreġistrati bħala tali. Jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli, għandha tiġi rreġistrata skond dan.

4.1.12.   Oġġett Nru 12 – Numru ta’ awtorizzazzjoni

Għandu jiddaħħal biss jekk disponibbli.

4.1.13.   Oġġett Nru 13 – It-tqegħid fis-servizz (Obbligatorju)

Jekk id-data tat-tqegħid fis-servizz mhix magħrufa preċiżament, għandha tiddaħħal is-sena approssimattiva.

4.2.   Proċedura

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura għandha tqiegħed l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni ta’ l-NSA jew l-RE tal-pajjiż fejn tkun tinsab.

Il-vaguni tal-merkanzija u tal-passiġġieri għandhom jiġu rreġistrati biss fl-NVR ta’ l-Istat Membru fejn kienet tinsab l-entità tar-reġistrazzjoni preċedenti.

Jekk vettura eżistenti kienet ġiet awtorizzata f’diversi Stati Membri, l-RE li tirreġistra din il-vettura għandha tibgħat id-data rilevanti lill-REs ta’ l-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

L-NSA jew l-RE tieħu l-informazzjoni fl-NVR tagħha.

L-NSA jew l-RE tinforma lill-partijiet involuti kollha ladarba t-trasferiment ta’ l-informazzjoni jitlesta. Għallinqas l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu infurmati:

L-entità li qabel kienet responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vettura

Il-kustodju

ERA

4.3.   Perjodu transitorju

4.3.1.   It-tqegħid ta’ l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni għad-dispożizzjoni ta’ l-NSA

L-entità ta’ reġistrazzjoni preċedenti responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi għandha tara li l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli skond ftehim bejnha u l-RE. It-trasferiment tad-data għandu jseħħ għallinqas fi żmien 12-il xahar wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk ikun possibbli, il-format elettroniku għandu jintuża.

4.3.2.   Vetturi użati fit-traffiku internazzjonali

L-RE ta’ kull SM għandha ddaħħal dawn il-vetturi fl-NVR sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Ara wkoll 4.1.1 b)

4.3.3.   Vetturi użati fit-traffiku nazzjonali

L-RE ta’ kull SM għandha ddaħħal dawn il-vetturi fl-NVR sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.


(1)  Fil-11 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2006/920/KE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ l-interoperabilità tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (innotifikata fl-14 ta’ Awwissu 2006). It-TSI korrispondenti għall-Veloċità Għolja hija mistennija li tiġi adottata fl-2007 u tuża l-istess sistema ta’ numerazzjoni.

(*)  Skond l-Artikolu 5.1 ta’ din id-Deċiżjoni, is-sistema ta’ numerazzjoni bi tmien ċifri tal-Kunsill għat-Trasport Ferrovjarju tal-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti, tista’ tapplika wkoll.

(2)  Ir-reġistri pprovduti fl-Artikolu 22a tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2001/16/KE

(3)  Din l-entità tista’ tkun l-Impriża Ferrovjarja li tuża l-vettura, subkuntrattur, jew id-Detentur.

(4)  L-awtorizzazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 96/48/KE jew id-Direttiva 2001/16/KE

(5)  L-entità ta’ reġistrazzjoni (minn issa ‘l quddiem “RE”) hija l-entità nnominata minn kull Stat Membru, skond l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 96/48/KE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2001/16/KE, għaż-żamma u l-aġġornament ta’ l-NVR.

(6)  Kif ipprovdut fl-Abbozz ta’ Protokoll tal-konvenzjoni dwar l-interessi internazzjonali fit-tagħmir mobbli għal kwistjonijiet speċifiċi tal-vetturi ferrovjarji.

(7)  Madankollu kwalunkwe vettura ġdida mdaħħla fis-servizz għall-AAE, BLS, FNME u GySEV/ROeEE għandhom jingħataw il-kodiċi standard tal-pajjiż.

Appendiċi 1

KODIĊIJIET TAR-RESTRIZZJONIJIET

1.   Il-Prinċipji

Restrizzjoni (karatteristiċi tekniċi) diġà rreġistrati f’Reġistri oħra li l-NSA għandhom aċċess għalihom m’hemmx għalfejn jiġu ripetuti fl-NVR.

L-aċċettazzjoni ta’ traffiku transkonfinali hija bbażata fuq:

l-informazzjoni mdaħħla f’kodiċi fin-numru tal-vettura,

il-kodiċi alfabetiku,

u l-marki tal-vettura.

Għalhekk informazzjoni bħal din m’hemmx għalfejn tkun ripetuta fl-NVR.

2.   L-Istruttura

Il-kodiċijiet strutturati għal tliet livelli:

L-1 livell: Il-kategorija tar-restrizzjoni

It-2 livell: It-tip ta’ restrizzjoni

It-3 livell: Valur jew speċifikazzjoni.

Kodiċi tar-Restrizzjonijiet

Kat

Tip

Valur

Isem

1

 

 

Restrizzjonijiet tekniċi marbuta mal-kostruzzjoni

 

1

Numeriku (3)

Radju minimu tal-kurva f’metri

 

2

Restrizzjonijiet fuq it-track circuit

 

3

Numeriku (3)

Restrizzjonijiet tal-veloċità f’Km/h (immarkati fuq il-vaguni u l-kowċis, iżda mhux fuq il-lokomotivi)

2

 

 

Restrizzjonijiet ġeografiċi

 

1

Alfanumeriku (3)

Gauge kinematiku (kodiċi WAG TSI anness C)

 

2

Lista fil-forma ta’ kodiċi

Gauge tas-sett tar-roti

 

 

1

Gauge varjabbli 1435/1520

 

 

2

Gauge varjabbli 1435/1668

 

3

L-ebda CCS abbord

 

4

L-ebda ERTMS A abbord

 

5

Numeriku (3)

Sistema B abbord (*)

3

 

 

Restrizzjonijiet ambjentali

 

1

Lista fil-forma ta’ kodiċi

Żona klimatika EN50125/1999

 

 

1

T1

 

 

2

T2

 

 

3

T3

4

 

 

Restrizzjonijiet fuq l-użu inklużi fiċ-ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni

 

1

Abbażi ta’ żmien

 

2

Abbażi tal-kundizzjoni (distanza fi vjaġġi, kundizzjoni, eċċ)


(*)  Jekk il-vettura hija mgħammra b’aktar minn sistema B waħda, għandu jiġi indikat kodiċi individwali għal kull sistema.

Il-kodiċi numeriku huwa kompost minn tliet karattri, fejn:

1xx jintuża għal vettura mgħammra b’sistema ta’ sinjalazzjoni

2xx jintuża għal vettura mgħammra b’radju

Xx tikkorrispondi għal kodiċi numeriku ta’ l-Anness B tas-CCS TSI

Appendiċi 2

STRUTTURA U KONTENUT TA’ L-EIN

Kodiċi għas-sistema ta’ numerazzjoni armonizzata, imsejjaħ Numru Ewropew għall-Identifikazzjoni (EIN) għaċ-Ċertifikati ta’ Sikurezza u dokumenti oħra

Eżempju:

I

T

5

1

2

0

0

6

0

0

0

5

Kodiċi tal-pajjiż

(2 ittri)

Tip ta’ dokument

(2 ċifri)

Is-sena tal-ħruġ

(4 ċifri)

Counter

(4 ċifri)

Taqsima 1

Taqsima 2

Taqsima 3

Taqsima 4

TAQSIMA 1 –   KODIĊI TAL-PAJJIŻ (2 ITTRI)

Il-kodiċijiet huma dawk uffiċjalment ippubblikati u aġġornati fis-sit Ewropew fil-Gwida interistituzzjonali ta’ l-istil (http://publications.eu.int/code/en/en-5000600.htm)

Stat

Kodiċi

L-Awstrija

AT

Il-Belġju

BE

Il-Bulgarija

BG

Ċipru

CY

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

L-Estonja

EE

Il-Finlandja

FI

Franza

FR

Il-Ġermanja

DE

Il-Greċja

EL

L-Ungerija

HU

L-Islanda

IS

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Il-Latvja

LV

Il-Liechtenstein

LI

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

In-Norveġja

NO

Malta

MT

L-Olanda

NL

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Ir-Rumanija

RO

Ir-Repubblika Slovakka

SK

Is-Slovenja

SI

Spanja

ES

L-Iżvezja

SE

L-Iżvizzera

CH

Ir-Renju Unit

UK

Il-kodiċi għall-awtoritajiet multinazzjonali tas-sikurezza għandu jkun kompost bl-istess mod. Bħalissa hemm biss awtorità waħda: l-Awtorità għas-Sikurezza fiċ-Channel Tunnel. Huwa propost li jintuża l-kodiċi li ġej:

Awtorità multinazzjonali tas-sikurezza

Kodiċi

L-Awtorità għas-Sikurezza fiċ-Channel Tunnel

CT

TAQSIMA 2 –   TIP TA’ DOKUMENT (NUMRU B’ŻEWĠ ĊIFRI)

Żewġ ċifri jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip ta’ dokument

l-ewwel ċifra tidentifika l-klassifikazzjoni ġenerali ta’ dan id-dokument;

it-tieni ċifra tispeċifika s-sottotip tad-dokument.

Bil-ħtieġa għal kodiċijiet oħra din is-sistema ta’ numerazzjoni tista’ tiġi estiża. Din hija l-lista proposta ta’ kombinazzjonijiet magħrufa possibbli ta’ numri b’żewġ ċifri estiżi bil-proposta għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi:

Kombinazzjoni ta’ numri għat-tieni taqsima

Tip ta’ Dokument

Sottotip ta’ dokument

[0 1]

Il-Liċenzji

Liċenzji għar-RUs

[0 x]

Il-Liċenzji

Oħrajn

[1 1]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti A

[1 2]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Parti B

[1 x]

Ċertifikat tas-Sikurezza

Oħrajn

[2 1]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

Parti A

[2 2]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

Parti B

[2 x]

Awtorizzazzjoni tas-Sikurezza

Oħrajn

[3 x]

riżervat eż. manutenzjoni tal-Vetturi Ferrovjarji, għall-infrastruttura jew oħrajn

 

[4 x]

riżervat għall-Korpi Notifikati

eż. tipi differenti ta’ Korpi Notifikati

[5 1] u [5 5] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Lokomotivi

[5 2] u [5 6] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi miġbuda tal-passiġġieri

[5 3] u [5 7] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vaguni

[5 4] u [5 8] (*)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz

Vetturi speċjali

[6 x] … [9 x]

Riżervat (4 tipi ta’ dokumenti)

Riżervat (10 sottotipi kull wieħed)

TAQSIMA 3 –   IS-SENA TAL-ĦRUĠ (NUMRU B’4 ĊIFRI)

Din it-taqsima tindika s-sena (fil-format speċifikat ssss, jiġifieri 4 ċifri) li fiha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni.

TAQSIMA 4 –   COUNTER

Il-counter għandu jkun numru progressiv li jiżdied b’unità waħda kull darba li jinħareġ dokument, ikunx awtorizzazzjoni ġdida, imġedda, jew aġġornata/emendata. Anke fil-każ li ċertifikat ikun irrevokat jew awtorizzazzjoni tkun sospiża, in-numru li jirreferi għaliha ma jistax jerġa’ jintuża.

Kull sena, il-counter jerġa’ jibda minn żero.


(*)  Jekk l-4 ċifri previsti għat-taqsima 4 “Counter” jintużaw kompletament fi żmien sena, l-ewwel żewġ ċifri tat-Taqsima 2 jiċċaqalqu minn:

[5 1] sa [5 5] għal-lokomotivi,

[5 2] sa [5 6] għal vetturi miġbuda tal-passiġġieri,

[5 3] sa [5 7] għal vaguni,

[5 4] sa [5 8] għal vaguni speċjali.

Appendiċi 3

KODIĊIJIET TA’ L-IRTIRAR

Kodiċi

Mezz ta’ rtirar

Deskrizzjoni

00

Xejn

Il-vettura għandha reġistrazzjoni valida.

10

Reġistrazzjoni sospiża

L-ebda raġuni ma hi speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura hija sospiża fuq talba tas-sid jew kustodju jew permezz ta’ deċiżjoni fl-NSA jew l-RE.

11

Reġistrazzjoni sospiża

Il-vettura hija destinata għall-ħżin f’kundizzjoni li taħdem bħala riżerva inattiva jew strateġika.

20

Reġistrazzjoni trasferita

Il-vettura hija rreġistrata mill-ġdid taħt numru differenti jew minn NVR differenti, għall-użu kontinwu fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew (kollu kemm hu jew parti minnu).

30

Imneħħi mir-reġistru

L-ebda raġuni ma hi speċifikata

Ir-reġistrazzjoni tal-vettura għat-tħaddim fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew intemmet mingħajr reġistrazzjoni mill-ġdid.

31

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata għall-użu kontinwu bħala vettura ferrovjarja barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

32

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata għall-irkupru ta’ kostitwenti/moduli/spares interoperabbli ewlenin jew bini mill-ġdid fuq skala kbira.

33

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata għall-iskrappjar u r-rimi tal-materjali (inklużi l-ispares ewlenin) għar-riċiklaġġ.

34

Imneħħi mir-reġistru

Il-vettura hija destinata bħala “vetturi ferrovjarji storiċi ppriżervati” għat-tħaddim fuq netwerk segregat, jew għall-wiri statiku, barra min-netwerk ferrovjarju Ewropew.

L-użu tal-kodiċijiet

Jekk ir-raġuni għall-irtirar mhix speċifikata, il-kodiċijiet 10, 20 u 30 għandhom jintużaw biex jiġi indikat it-tibdil fl-istatus tar-reġistrazzjoni.

Jekk tkun disponibbli r-raġuni għall-irtirar: il-kodiċijiet 11; 31; 32; 33 & 34 huma għażliet disponibbli fid-database ta’ l-NVR. Dawn il-kodiċijiet huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kustodju jew is-sid lill-RE.

Kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni

Vettura b’reġistrazzjoni sospiża jew imneħħija mir-reġistru ma tistax topera fuq in-netwerk ferrovjarju Ewropew taħt ir-reġistrazzjoni li kellha qabel.

Attivazzjoni mill-ġdid ta’ reġistrazzjoni għandha teħtieġ awtorizzazzjoni mill-ġdid mill-NSA, skond il-kundizzjonijiet marbuta mal-kawża jew ir-raġuni għas-sospensjoni u t-tneħħija mir-reġistru.

Trasferiment ta’ reġistrazzjoni jseħħ fi ħdan il-qafas stipulat minn Direttivi ta’ l-UE għall-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni għad-dħul fis-servizz tal-vetturi.

Appendiċi 4

FORMOLA STANDARD GĦAR-REĠISTRAZZJONI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 5

GLOSSARJU

Taqsira

Definizzjoni

CCS

Sistema ta’ Kontroll

CIS

Il-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti

COTIF

Konvenzjoni dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija

CR

Sistema Ferrovjarja Konvenzjonali

DB

Database

EC

Il-Kummissjoni Ewropea

EC VVR

Ir-Reġistru Virtwali Ċentralizzat Ewropew tal-Vetturi

EIN

In-Numru Ewropew ta’ Identifikazzjoni

EN

Standard Ewropew (Euro Norm)

EVN

In-Numru Ewropew tal-Vettura

ERA

L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, magħrufa wkoll bħala “l-Aġenzija”

ERTMS

Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju

UE

Unjoni Ewropea

HS

(Sistema ta’) Veloċità għolja

IB

Korp Investigattiv

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

IM

Amministratur ta’ l-infrastruttura

INF

Infrastruttura

IT

Teknoloġija ta’ l-Informatika

LR

Reġistru Lokali

SM

L-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

NoBo

Korp Notifikat

NSA

Awtorità Nazzjonali tas-Sikurezza

NVR

Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi

OPE (TSI)

Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku (TSI)

OTIF

L-Organizzazzjoni Intergovernattiva għall-Ġarr Internazzjonali bil-Ferrovija

RE

Entità ta’ Reġistrazzjoni, eż. il-korp responsabbli għaż-żamma u l-aġġornament ta’ l-NVR

RB

Korp Regolatorju

RIC

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni u brake vans fit-traffiku internazzjonali

RIV

Regolamenti li jkopru l-użu reċiproku tal-vaguni fit-traffiku internazzjonali

RS jew RST

Vetturi ferrovjarji

RSRD (TAF)

Database ta’ Referenza għall-Vetturi Ferrovjarji (TAF)

RU

Impriża Ferrovjarja

SEDP (TAF)

Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni Strateġika (TAF)

TAF (TSI)

Applikazzjoni Telematika għall-Merkanzija (TSI)

TSI

Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità.

VKM

Marka tal-Kustodju ta’ Vettura

VKMR

Reġistru tal-Marki tad-Detenturi tal-Vetturi

VVR

Reġistru Virtwali tal-Vetturi

WAG (TSI)

Vagun (TSI)

WIMO (TAF)

Database ta’ Vaguni u Operazzjonijiet Intermodali (TAF)


Top