EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1942

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2006 tat- 12 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita

OJ L 367, 22.12.2006, p. 18–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 200M, 1.8.2007, p. 514–516 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 058 P. 23 - 25
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 058 P. 23 - 25

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2010; Impliċitament imħassar minn 32010R0912

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1942/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

514


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1942/2006

tat-12 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 171 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-Impriża Konġunta Galileo ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 876/2002 (3) biex ttemm il-fażi ta' żvilupp u tħejji għall-fażijiet sussegwenti tal-programm Galileo. Skond kif jinsab il-programm Galileo bħalissa, il-fażi ta' żvilupp mhix ser tintemm qabel tmiem l-2008.

(2)

L-Awtorità ta' Viġilanza Ewropea tal-GNSS (minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”), ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 (4), biex tiġġestixxi l-interessi pubbliċi relatati mal-programmi Ewropej tal-GNSS u biex taġixxi bħala l-awtorità regolatorja għall-programm matul il-fażijiet ta' preparazzjoni u operazzjoni tal-programm Galileo.

(3)

L-Awtorità hija f'pożizzjoni li tieħu f'idejha l-attivitajiet kollha li qed jitwettqu bħalissa mill-Impriża Konġunta Galileo matul l-2006 u sussegwentement ittemmhom. L-estensjoni taż-żmien ta' l-Impriża Konġunta lil hinn mill-2006 jkun għaldaqstant inutli u ta' spiża żejda vis a vis l-effettività. Huwa għalhekk xieraq li l-Impriża Konġunta Galileo tiġi xolta u li, qabel dan, l-attivitajiet tagħha jiġu trasferiti għall-Awtorità qabel it-tmiem tal-fażi ta' żvilupp.

(4)

Huwa wkoll xieraq li jiġu assenjati b'mod espliċitu lill-Awtorità l-kompiti fdati f'idejn l-Impriża Konġunta Galileo qabel ix-xoljiment tagħha, flimkien mal-kompitu li tattendi, fejn xieraq u li taġixxi skond deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv ta' l-Impriża Konġunta Galileo, għall-proċedimenti involuti fix-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta wara l-31 ta' Diċembru 2006. Huwa wkoll meħtieġ li l-Awtorità tiġi fdata bil-kompitu li twettaq ir-riċerka kollha li tkun ta' benefiċċju għall-programmi Ewropej tal-GNSS.

(5)

Madankollu, it-teħid ta' kontroll tat-tmexxija tal-fażi ta' żvilupp mill-Impriża Konġunta Galileo mhux elenkat bħala wieħed mill-kompiti ta' l-Awtorità kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004, dak l-Artikolu lanqas ma jsemmi attivitajiet ta' riċerka jew ħidma li l-Awtorità tista' tintalab twettaq jew tiffinanzja tul il-fażijiet ta' żvilupp, preparazzjoni u operazzjoni tal-programm.

(6)

Konsegwentement, sabiex jiġu żgurati l-kontinwità tal-programm Galileo u t-trasferiment mingħajr tfixkil ta' l-attivitajiet ta' l-Impriża Konġunta Galileo għall-Awtorità, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għandu jiġi emendat għaldaqstant.

(7)

Barra minn hekk, għall-fini ta' konsistenza, għandu jsir provvediment biex l-Awtorità ssir il-proprjetarja tal-beni tanġibbli u intanġibbli miżmuma mill-Impriża Konġunta Galileo fil-waqt tax-xoljiment tagħha, u mhux fi tmiem il-fażi ta' żvilupp. Għandu wkoll isir provvediment biex l-Awtorità tkun il-proprjetarja tal-beni tanġibbli u intanġibbli li jiġu maħluqa jew żviluppati matul il-fażi ta' żvilupp wara x-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta. Minbarra dan, għandhom isiru dispożizzjonijiet għall-modalitajiet għat-trasferiment.

(8)

Minbarra dan, sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta' differenzi fl-interpretazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1321/2004, jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li l-beni tanġibbli u intanġibbli maħluqa jew żviluppati mid-detentur tal-konċessjoni matul il-fażijiet ta' preparazzjoni u operazzjoni jinkludu dawk maħluqa jew żviluppati mis-sottokuntratturi tiegħu jew mill-impriżi li jaqgħu taħt il-kontroll tiegħu jew mis-sottokuntratturi tagħhom. Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li l-pussess tal-beni tkopri d-drittijiet għat-trejdmark u d-drittijiet l-oħra kollha ta' proprjetà intellettwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2004 tas-27 ta’ April 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta’ ftehim dwar trasferiment ta’ teknoloġijau l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta' l-14 ta' Lulju 1967 li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali.

(9)

Finalment, minħabba r-rwol fundamentali ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) fil-konċepiment u l-iżvilupp tas-sistemi, li jimplika konsiderazzjoni u għarfien ta' l-aspetti kollha relatati mas-sigurtà u s-sigurezza ta' dawk is-sistemi, l-ESA għandha tiġi rappreżentata bħala osservatur fil-Bord Amministrattiv u l-Kumitat ta' Sigurtà u Sigurezza tas-Sistema. Barra minn hekk, dispożizzjonijiet simili għandhom isiru fir-rigward tar-rappreżentazzjoni tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fil-Bord Amministrattiv.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(k)

bil-għan tat-tmiem tal-fażi ta' l-iżvilupp tal-programm Galileo, hija għandha tieħu f'idejha, mhux aktar tard mit-tmiem taż-żmien ta' l-Impriża Konġunta Galileo, il-kompiti assenjati lil din ta' l-aħħar mill-Artikoli 2, 3 u 4 ta' l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 (*). Hija għandha, fejn xieraq u filwaqt li taġixxi skond deċiżjoni mill-Bord Amministrattiv ta' l-Impriża Konġunta Galileo, tattendi l-proċedimenti involuti fix-xoljiment ta' l-Impriża Konġunta wara l-31 ta' Diċembru 2006;

(l)

hija għandha twettaq ir-riċerka kollha li tkun ta' benefiċċju għall-iżvilupp u l-promozzjoni tal-programmi Ewropej tal-GNSS.”

(*)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 1."

(2)

L-Artikolu 3(1) u (2) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Mit-tmiem taż-żmien ta' l-Impriża Konġunta Galileo, kif msemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 876/2002 u fl-Artikolu 20 ta' l-Anness tiegħu, l-Awtorità għandha tkun il-proprjetarja tal-beni kollha tanġibbli u intanġibbli maħluqa jew żviluppati matul il-fażi kollha ta' żvilupp, inklużi dawk li jappartjenu lill-Impriża Konġunta Galileo skond l-Artikolu 6 ta' l-Anness ta' dak ir-Regolament u dawk maħluqa jew żviluppati mill-Aġenzija Spazjali Ewropea u mill-entitajiet inkarigati mill-attivitajiet għall-iżvilupp tal-programm minn din ta' l-aħħar jew mill-Impriża Konġunta Galileo.

2.   L-Awtorità għandha tkun il-proprjetarja tal-beni kollha tanġibbli u intanġibbli maħluqa jew żviluppati mid-detentur tal-konċessjoni matul il-fażijiet ta' preparazzjoni u operazzjoni, inklużi dawk maħluqa jew żviluppati mis-sottokuntratturi tiegħu jew mill-impriżi li jaqgħu taħt il-kontroll tiegħu jew mis-sottokuntratturi tagħhom.

3.   Id-drittijiet tal-pussess għandhom jinkludu d-drittijiet kollha tal-proprjetà intellettwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2004 tas-27 ta' April 2004fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta' ftehim dwar it-trasferiment ta' teknoloġija (**) kif ukoll id-drittijiet kollha ta' proprjetà skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta' l-14 ta' Lulju 1967 li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, u b'mod partikolari d-drittijiet għat-trejdmark.

4.   Il-modalitajiet għat-trasferimenti tal-beni tanġibbli u intanġibbli li jappartjenu lill-Impriża Konġunta Galileo skond l-Artikolu 6 ta' l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, ser jiġu stabbiliti waqt il-proċediment tax-xoljiment kif stabbilit fl-Artikolu 21 ta' l-Anness ta' dak ir-Regolament.

5.   Il-ftehim konkluż bejn l-Awtorità u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 876/2002, jista' jipprevedi l-modalitajiet li għandhom jiġu eżerċitati, mill-ESA f'isem l-Awtorità, id-dritt ta' pussess mogħti lill-Awtorità mill-Paragrafu 1.

6.   Il-kuntratt ta' konċessjoni jista' jipprevedi l-modalitajiet biex jiġi eżerċitat, mid-detentur tal-konċessjoni f'isem l-Awtorità, id-dritt ta' pussess mogħti lill-Awtorità mill-Paragrafu 1.”

(**)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 11."

(3)

L-Artikolu 3(3) għandu jiġi numerat mill-ġdid u jsir 3(7).

(4)

Fl-Artikolu 5(2), is-sub-paragrafu l-ġdid li għandu jiġi miżjud:

“Rappreżentant tas-SĠ/RGħ u rappreżentant ta' l-ESA għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord bħala osservaturi.”

(5)

L-Artikolu 10 (1), għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxiKumitat għas-Sigurtà u l-Protezzjoni tas-Sistema. Dan għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru u wieħed għall-Kummissjoni minn fost esperti ta' sigurezza rikonoxxuti. Rappreżentant tas-SĠ/RGħ u rappreżentant ta' l-ESA għandhom jattendu l-laqgħat tal-Bord bħala osservaturi.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

S.HUOVINEN


(1)  Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 138, 28.5.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 246, 20.7.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 123, 27.4.2002, p. 11.


Top