EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0592

592/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 592/2006 tat- 12 ta' April 2006 li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

OJ L 104, 13.4.2006, p. 13–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 312M, 22.11.2008, p. 26–27 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 016 P. 23 - 24
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 016 P. 23 - 24

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/592/oj

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 592/2006

tat-12 ta' April 2006

li jemenda l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 tal-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għaliha fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel (1) u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2002 tal-15 ta' Marzu 2002 li jemenda l-Annessi I, II u VI għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti tal-ikel, u li jistipula regoli dettaljati fir-rigward tat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar l-użu ta' komposti tar-ram (2) tawwal għal erba' snin l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' skart domestiku kompostat jew fermentat fil-biedja organika b'għadd ta' kundizzjonijiet għall-użu tiegħu, li jistgħu jerġgħu jiġu eżaminati wara l-iskadenza ta' dak il-perjodu fid-dawl ta' legiżlazzjoni Komunitarja ġdida dwar l-iskart domestiku.

2.

Il-perjodu ta' erba' snin jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006 u s'issa ma ġiet stabbilita l-ebda leġiżlazzjoni dwar l-iskart domestiku. Għalhekk huwa kkunsidrat xieraq li tinżamm l-awtorizzazzjoni biex jintuża l-iskart domestiku kompostat jew fermentat fil-biedja organika skont il-kundizzjonijiet attwali iżda mingħajr aktar limitu ta' zmien.

3.

Għalhekk l-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jiġi emendat skont dan.

4.

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 10).

(2)  ĠU L 75, 16.3.2002, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 10).


ANNESS

Fit-tabella fil-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (“Prodotti għall-użu fil-fertilizzazzjoni u l-kundizzjonar tal-ħamrija”), għall-prodott “Komposti minn żibel organiku mid-djar [Skart domestiku kompostat jew fermentat]” jitħassar dan li ġej: “Matul il-perjodu li jiskadi fil-31 ta' Marzu 2006 biss”.


Top