EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0048

2006/48/KE: Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid)

OJ L 177, 30.6.2006, p. 1–200 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 239M, 10.9.2010, p. 1–200 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 009 P. 3 - 202
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 009 P. 3 - 202
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 008 P. 58 - 257

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013L0036

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/48/oj

10.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


DIRETTIVA 2006/48/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006

rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel u t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (4) ġiet emendata b’mod sinifikattiv diversi drabi. Issa li qed isiru emendi ġodda għal din id-Direttiva, ikun mixtieq li din tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Sabiex ikun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati d-differenzi li l-aktar joħolqu ostakoli bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-liġijiet li għalihom dawn l-istituzzjoni huma suġġetti.

(3)

Din id-Direttiva tikkostitwixxi l-istrument essenzjali għall-ħolqien tas-suq intern f’dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll il-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji, fil-qasam ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(4)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 1999 intitolata “L-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ azzjoni,” elenka numru ta’ għanijiet li għandhom jintlaħqu biex is-suq intern tas-servizzi finanzjarji jkun komplut. Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-23 u ta’ l-24 ta’ Marzu 2000 stabilixxa l-għan li l-pjan ta’ azzjoni jkun implimentat sa l-2005. Ir-rifomulazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-fondi proprji hu element importanti tal-pjan ta’ azzjoni.

(5)

Miżuri biex ikunu kkoordinati l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom, kemm sabiex jipproteġu t-tfaddil u wkoll biex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni bejn dawn l-istituzzjonijiet, japplikaw għalihom kollha. Attenzjoni xierqa għandha madankollu tingħata għad-differenzi oġġettivi fl-istatuti tagħhom u għall-għanijiet xierqa kif stabbiliti bil-liġijiet nazzjonali.

(6)

L-iskop ta’ dawk il-miżuri għandu għalhekk ikun wiesa’ kemm jista’ jkun, li jkopri l-istituzzjonijiet kollha li x-xogħol tagħhom huwa li jirċievu fondi ripagabbli mill-pubbliku, sew jekk f’għamla ta’ depożiti jew f’għamliet oħra bħalma hu l-ħruġ fuq bażi kontinwa ta’ bonds u titoli komparabbli oħra u li jagħtu krediti għall-kont tagħhom. Eċċezzjonijiet għandhom ikunu pprovduti fil-każ ta’ ċerti istituzzjoniet ta’ kreditu li għalihom din id-Direttiva ma tistax tkun applikabbli. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jipprovdu għal awtorizzazzjonijiet supplementari speċjali li jippermettu li l-istituzjonijiet ta’ kreditu jwettqu attivitajiet speċifiċi jew li jidħlu għal tipi ta’ operazzjonijiet speċifiċi.

(7)

Huwa xieraq li ssir biss l-armonizzazzjoni essenzjali meħtieġa u suffiċjenti biex tassigura r-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni u sistemi ta’ superviżjoni prudenti, li jagħmlu possibbli l-għoti ta’ liċenzja unika li tkun rikonoxxuta fil-Komunità u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ superviżjoni prudenti mill-Istat Membru ta’ l-oriġini. Għalhekk, li ħtieġa li jkun prodott programm ta’ operazzjonijiet għandu jkun meqjus sempliċement bħala fattur li jawtorizza lill-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu fuq il-bażi ta’ informazzjoni aktar eżatta bl-użu ta’ kriterji objettivi. Miżura ta’ flessibilità tista’ madankollu tkun possibbli fir-rigward ta’ l-obbligi għall-għamla legali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar il-protezzjoni ta’ l-ismijiet bankarji.

(8)

Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ regoli dwar il-bidu u l-eżerċitar tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u s-superviżjoni prudenzjali tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(9)

Obbligi finanzjarji ekwivalenti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma meħtieġa biex ikunu assigurati salvagwardji simili għal dawk li jfaddlu u kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni bejn gruppi kumparabbli ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Sakemm iseħħ aktar koordinament, proporzjonijiet strutturali (structural ratios) xierqa għandhom ikunu fformulati li jagħmluha possibli fil-qafas ta’ kooperazjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali li josservaw, skond metodi standardizzati, il-pożizzjoni ta’ tipi kumparabbli ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Din il-proċċedura għandha tgħin biex twassal għall-approssimazzjoni gradwali tas-sistemi ta’ koeffiċjenti stabbiliti u applikati mill-Istati Membri. Huwa meħtieġ, madankollu, li ssir distinzjoni bejn koeffiċjenti maħsuba biex jassiguraw l-amministrazzjoni soda ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk stabbiliti għall-iskopijiet ta’ strateġija ekonomika u monetarja.

(10)

Il-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni mill-Istat Membru ta’ l-oriġini jiirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru m’għandhomx jagħtu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huwa l-kontenut ta’ programmi ta’ attivitajiet, id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-attivitajiet jew l-attivitajiet fil-fatt imwettqa, jindikaw ċar li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun għażlet is-sistema legali ta’ Stat Membru partikolari bl-iskop li tevita normi aktar stretti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew ikollha l-ħsieb li twettaq il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet tagħha. Fejn ma jkunx hemm tali indikazzjoni ċara, iżda fejn il-biċċa l-kbira ta’ l-assi totali ta’ l-entitajiet fi grupp bankarju jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor fejn l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, fil-kuntest ta’ l-Artikoli 125 u 126 r-responsabilità biex issir superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tinbidel biss bil-ftehim ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti. Istituzzjoni ta’ kreditu li għandha personalità ġuridikagħandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru fejn ikollha l-uffiċju rreġistrat tagħha. Istituzzjoni ta’ kreditu li m’għandhiex personalità ġuridika għandu jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata. Minbarra dan, Stati Membri għandhom jeżiġu li l-uffiċċju prinċipali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu ikun dejjem jinsab fl-Istat Membru tagħha u li din fil-fatt topera fih.

(11)

L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu jawtorizzaw l-istituzzjoni ta’ kreditu meta jkun hemm il-possibbiltà li jkunu mfixkla milli effettivament iwettqu l-funzjonijiet ta’ superviżjoni tagħhom minħabba rabtiet mill-qrib bejn din l-istituzzjoni u persuni oħra fiżiċi jew ġuridiċi. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu diġà awtorizzati għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward.

(12)

Ir-referenza għall-eżerċitar effettiv mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-funzjonijiet ta’ superviżjoni tagħhom tkopri superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li għandha tkun eżerċitata fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu meta d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità hekk jippermettu. F’każi bħal dawn, l-awtoritajiet li lilhom tkun saret l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti biex jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

(13)

Din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri u/jew lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw rekwiżiti kapitali fuq bażi waħdanija u kkonsolidata, u biex ma japplikawhomx fuq bażi waħdanija fejn jidhrilhom li dan hu xieraq. Superviżjoni waħdanija, ikkonsolidata u kkonsolidata bejn il-fruntieri huma għodda utli għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Din id-Direttiva tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jappoġġjaw istituzzjonijiet bejn il-fruntieri billi tiffaċilita l-koperazzjoni bejniethom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikomplu jagħmlu użu mill-Artikoli 42, 131 u 141 biex jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom u t-talbiet għall-informazzjoni.

(14)

Istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri tagħhom għandhom jitħallew iwettqu, fil-Komunità, kwalunkwe jew uħud mill-attivitajiet imniżżla fl-Anness I billi jistabbilixxu fergħat jew billi jipprovdu servizzi.

(15)

L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu regoli iktar stretti minn dawk li jinsabu fl-ewwel subparagrafu ta’l-Artikolu 9(1), fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikoli 12, 19 sa 21, 44 sa 52, 75 u 120 sa 122 għall-istituzzjonijiet ta’ kredituawtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrikjedu li l-Artikolu 123 jiġi osservat fuq bażi individwali jew fuq bażi oħra, u li s-subkonsolidazzjoni deskritta fl-Artikolu 73(2) tiġi applikata għal livelli oħra fi ħdan grupp.

(16)

Huwa xieraq li jkun estiż ir-rikonoxximent reċiproku ta’ l-attivitajiet imniżżla fl-Anness I meta dawn ikunu mwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji li huma sussidjarji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, sakemm dawk is-sussidjarji jkunu koperti b’superviżjoni kkonsolidata ta’ l-intrapriżi prinċipali tagħhom u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet stretti.

(17)

L-Istat Membru li jospita għandu jkun jista’, fir-rigward ta’ l-eżerċitar tad-dritt ta’ l-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi, jistabbilixxi obbligu ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġijiet jew tar-regolamenti nazzjonali tiegħu min-naħa ta’ l-istituzzjonijiet li ma jkunux awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri tagħhom u fir-rigward ta’ l-attivitajiet li mhumiex imniżżla fl-Anness I sakemm, minnaħa waħda, dawn id-dispożizzjonijiet ikunu kumpatibbli mal-liġi tal-Komunità u jkunu maħsuba biex jipproteġu l-ġid ġenerali u li, min-naħa l-oħra, dawk l-istituzzjonijiet jew attivitajiet ma jkunux suġġetti għal regoli ekwivalenti permezz ta’ din il-leġiżlazzjoni jew tar-regolamenti fl-Istati Membri tagħhom.

(18)

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda ostakoli għat-twettiq ta’ attivitajiet li jirċievu rikonoxximent reċiproku bl-istess manjiera bħal fl-Istat Membru ta’ l-oriġini, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet legali li jipproteġu l-ġid ġenerali fl-Istat Membru li jospitahom.

(19)

Ir-regoli li jirregolaw fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità għandhom ikunu simili fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li jkun stipulat li regoli bħal dawn ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk għal fergħat ta’ istituzzjonijiet minn Stat Membru ieħor. Il-Komunità għandha tkun tista’ tikkonkludi ftehim ma pajjiżi terzi li jistipulaw l-applikazzjoni ta’ regoli li jagħtu lil dawn il-fergħat l-istess trattament fit-territorju tagħha kollu. Il-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet awtorizzati f’pajjiżi terzi m’ għandhomx igawdu l-libertà li jipprovdu servizzi taħt it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 49 tat-Trattat jew il-libertà ta’ l-istabbiliment fi Stati Membri apparti minn dawk li fihom ikunu stabbiliti.

(20)

Għandu jintlaħaq ftehim, fuq il-bażi tar-reċiproċità, bejn il-Komunità u pajjiżi terzi bil-għan li jkun permess l-eżerċizzju prattiku ta’ superviżjoni kkonsolidata fl-akbar żona ġeografika possibbli.

(21)

Ir-responsabbiltà għas-superviżjoni tas-saħħa finanzjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, u partikolarment tas-solvibilità tagħha, għandha tkun ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita għandhom ikunu responsabbli għas-superviżjoni tas-solvibilità tal-fergħat u tal-politiki monetarji. Is-superviżjoni tar-riskju tas-suq għandha tkun is-suġġett ta’ kooperazjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini u dak li jospita.

(22)

L-operat mingħajr xkiel tas-suq bankarju intern jeħtieġ mhux biss regoli legali imma wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza konsiderevolment akbar tal-prattiki regolatorji u ta’ superviżjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Għal dan il-għan, b’mod partikolari, konsiderazzjoni ta’ problemi li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali u l-iskambju reċiproku ta’ l-informazzjoni għandu jseħħ fil-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE (5). Dik il-proċedura għal informazzjoni reċiproka m’għandhiex fi kwalunkwe każ tieħu post il-kooperazzjoni bilaterali. Bla ħsara għall-poteri ta’ kontroll tagħhom stess, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li jospitaw għandhom ikunu jistgħu,f’emerġenza, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew wara l-inizjattiva ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, jivverifikaw li l-attivitajiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fit-territorji tagħhom ikunu konformi mal-liġijiet relevanti u mal-prinċipji ta’ proċeduri ta’ amministrazzjoni u ta’ kontabilità soda u kontrolli interni adegwati.

(23)

Huwa xieraq li jkun permess l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi li, bis-saħħa tal-funzjoni tagħhom, jgħinu sabiex tissaħħaħ l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Sabiex tiġi ppreservata n-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mgħoddija, il-lista ta’ destinatarji għandha tinżamm ristretta.

(24)

Ċerta mġieba, bħal ma huma reati ta’ frodi u ta’ abbuż ta’ informazzjoni minn ġewwa, aktarx li taffettwa l-istabilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, anki meta tinvolvi istituzzjonijiet oħra minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu. Huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet li bihom l-iskambju ta’ informazzjoni f’dawn il-każijiet ikun awtorizzat.

(25)

Meta jkun stipulat li l-informazzjoni tista’ tkun żvelata biss bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti, dawn għandhom ikunu jistgħu, fejn xieraq, jistipulaw li l-kunsens tagħhom ikun suġġett għal konformità ma’ kundizzjonijiet stretti.

(26)

Skambji ta’ informazzjoni bejn, min-naħa waħda, l-awtoritajiet kompetenti u, min-naħa l-oħra, banek ċentrali u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u, fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għal superviżjoni ta’ sistemi ta’ pagament, għandhom ukoll ikunu awtorizzati.

(27)

Sabiex tissaħħaħ is-superviżjoni prudenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-protezzjoni tal-klijenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-awdituri għandu jkollhom id-dover li jirrapurtaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, ikunu fejn ikunu, jekk waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom,isiru jafu b’ċerti fatti li jista’ jkollhom effetti serji fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew tal-kontabilità ta’ xi istituzzjoni ta’ kreditu. Għall-istess raġuni l-Istati Membri għandhom ukoll jistipulaw li dak id-dover għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha fejn fatti bħal dawn ikunu skoperti minn awditur waqt it-twettiq tad-doveri tiegħu f’intrapriża li għandha rabtiet mill-qrib ma’ istituzzjoni ta’ kreditu. Id-dover ta’ l-awdituri li jinfurmaw, fejn xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti b’ċerti fatti u deċiżjonijiet li jikkonċernaw istituzzjoni ta’ kreditu li huma jiskopru matul it-twettiq tad-doveri tagħhom f’intrapriża mhux finanzjarja m’għandhiex minnha nnifisha tbiddel in-natura tad-doveri tagħhom f’dik l-intrapriża u l-anqas il-manjiera li biha huma għandhom iwettqu d-doveri tagħhom f’dik l-intrapriża.

(28)

Din id-Direttiva tispeċifika li għal ċerti elementi ta’ fondi proprji il-kriterji ta’ kwalifika għandhom ikunu speċifikati, bla ħsara għall-possibbiltà li Stati Membri japplikaw dispożizzjonijiet aktar stretti.

(29)

Skond in-natura ta’ l-elementi li jikkostitwixxu l-fondi proprji, din id-Direttiva tiddistingwi bejn min-naħa waħda, elementi li jikkostitwixxu l-fondi proprji oriġinali u, min-naħa l-oħra, dawk li jikkostitwixxu l-fondi proprji addizzjonali.

(30)

Sabiex ikun rifless il-fatt li l-elementi li jikkostitwixxu l-fondi proprji addizjonali ma jkunux ta’ l-istess natura bħal dawk li jikkostitwixxu l-fondi proprji oriġinali, l-ammont ta’ dawk ta’ l-ewwel inklużi fil-fondi proprji m’għandux jeċċedi l-fondi proprji oriġinali. Aktar minn hekk, l-ammont ta’ ċerti elementi ta’ fondi proprji addizzjonali inklużi m’għandux jeċċedi nofs il-fondi proprji oriġinali.

(31)

Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu pubbliċi m’għandhomx jinkludu fil-fondi proprji tagħhom garanziji mogħtija lilhom mill-Istati Membri jew minn awtoritajiet lokali.

(32)

Kull meta waqt li tkun qed issir is-superviżjoni jkun meħtieġ li jkun iddeterminat l-ammont tal-fondi proprji kkonsolidati ta’ grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kalkolu għandu jsir skond din id-Direttiva.

(33)

It-teknika preċiża tal-kontabilità li għandha tintuża għall-kalkolu tal-fondi proprji, l-adegwatezza tagħhom għar-riskju li għalih l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu esposti, u għall-istima tal-konċentrazzjoni ta’ skoperturi għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (6), li tinkorpora ċerti adattamenti tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati (7) jew tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (8) skond liema minnhom jirregola l-kontabilità ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-liġi nazzjonali.

(34)

Obbligi tal-kapital minimu għandhom rwol ċentrali fis-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fir-rikonoxximent reċiproku tal-metodi ta’ superviżjoni. F’dak ir-rigward, id-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tal-kapital minimu għandhom ikunu meqjusa flimkien ma strumenti speċifiċi oħra li wkoll jarmonizzaw il-metodi fundamentali tas-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(35)

Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u sabiex tissaħħaħ is-sistema bankarja fis-suq intern, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi tal-kapital komuni.

(36)

Għall-fini li tkun żgurata solvibilità adegwata huwa importanti li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kapital li jagħtu piż lill-assi u lill-elementi ta’ barra l-karta tal-bilanċ skond il-grad tar-riskju.

(37)

Fuq dan il-punt, fis-26 ta’ Ġunju 2004 l-Kumitat ta’ Basel għas-Superviżjoni Bankarja adotta ftehim qafas dwar il-konverġenza internazzjonali tal-kejl tal-kapital u tar-rekwiżiti kapitali. Id-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva dwar ir-rekwiżitiminimi tal-kapital ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, u d-dispożizzjonijiet dwar il-kapital minimu fid-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji ta’ investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (9), huma ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas ta’ Basel.

(38)

Huwa essenzjali li titqies id-diversità ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Komunità billi jiġu pprovduti approċi alternattivi għall-kalkolu tar- rekwiżiti minimi tal-kapital għal riskju ta’ kreditu li jinkorpora livelli differenti ta’ sensitività għar-riskju u li jirrikjedi gradi differenti ta’ sofistikazzjoni. L-użu ta’ rati esterni u l-estimi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għal parametri individwali għar-riskju ta’ kreditu jirrappreżenta tisħiħ sinifikanti fis-sensitività għar-riskju u l-korrettezza prudenti tar-regoli għar-riskju ta’ kreditu. Għandu jkun hemm inċentivi xierqa sabiex l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jibdew jadottaw il-metodi l-aktar sensittivi għar-riskju. Meta jipproduċu l-estimi meħtieġa biex japplikaw l-approċi għal riskju ta’ kreditu ta’ din id-Direttiva, istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaġġustaw il-ħtiġijiet tagħhom ta’ pproċessar ta’ informazzjoni ma’ l-interessi leġittimi tal-protezzjoni ta’ informazzjoni tal-klijenti tagħhom kif regolati mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-data, filwaqt li jsaħħu l-kejl tar-riskju ta’ kreditu u l-proċessi tat-tmexxija ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jagħmlu disponibbli metodi li jikkalkulaw il-ħtiġijiet regolatorji ta’ fondi proprji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirriflettu s-sofistikazzjoni tal-proċessi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali. L-ipproċessar tad-data għandha tkun skond ir-regoli ta’ trasferiment ta’ informazzjoni personali stipulati fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ informazzjoni personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali informazzjoni (10). F’dan ir-rigward, l-ipproċessar ta’ data b’konnessjoni ma’l-irfigħ u l-immaniġġjar ta’skoperturi għal klijenti u mat-tmexxija tagħhom għandu jiġi kkunsidrat li jinkludi l-iżvilupp u l-validazzjoni ta’ sistemi ta’ tmexxija u ta’ kejl tar-riskju ta’ kreditu. Dak iservi mhux biss biex jissodisfa l-interess leġittimu ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu iżda wkoll l-għan ta’ din id-Direttiva, biex jintużaw metodi aħjar għall-kejl u t-tmexxija ta’ riskju u wkoll jintużaw għal skopijiet ta’ fondi proprji regolatorji.

(39)

Fir-rigward ta’ l-użu kemm ta’ stimi esterni kif ukoll ta’ stimi jew klassifikar intern ta’ l-istituzzjoni stess, għandu jingħata każ tal-fatt li, fil-preżent, ta’ l-aħħar biss huma miġbura minn entità - l-istituzzjoni finanzjarja stess - li hi soġġetta għal proċess ta’ awtorizzazzjoni tal-Komunità. Fil-każ ta’ klassifikar estern jintużaw il-prodotti ta’ dawk li jissejħu aġenziji rikonoxxuti ta’ klassifikar, li fil-Komunità m’humiex fil-preżent soġġetti għal proċess ta’ awtorizzazzjoni. Minħabba l-importanza ta’ l-ikklassifikar estern f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali skond din id-Direttiva, proċessi futuri xierqa ta’awtorizzazzjoni u ta’ sorveljanza għal aġenziji ta’ klassifikar għandhom jibqgħu jiġu riveduti.

(40)

Ir-rekwiżiti minimi tal-kapital għandhom ikunu proporzjonati mar-riskji kkonċernati. B’mod partikolari t-tnaqqis fil-livelli tar-riskju li ġej milli wieħed ikollu numru kbir ta’ skoperturi relattivament żgħar għandu jkun rifless fir-rekwiżiti.

(41)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi jikkunsidraw, b’mod partikolari, id-diversità fid-daqs u fl-iskala ta’ l-operat u l-firxa ta’ attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Rispett għall-prinċipju ta’ proporzjonalità jfisser ukoll li l-iktar proċeduri ta’ klassifikar sempliċi possibbli, inkluż il-Metodu Bbażat fuq l-Ikklassifikar Intern (“IRB Approach”), huma rikonoxxuti għal skoperturi ġenerali.

(42)

In-natura “evoluzjonarja” ta’ din id-Direttiva tagħmilha possibbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu lix jagħżlu bejn tliet approċi ta’ komplessità li tvarja. Sabiex jippermettu lil- istituzzjonijiet ta’ kreditu partikolarment żgħar biex jagħżlu l-IRB Approach li jkun iktar sensittiv għar-riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 89(1)(a) u (b) kull meta jkun xieraq. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu tali li l-klassifikazzjonijiet ta’ skoperturi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 86(1)(a) u (b) jinkludu l-iskoperturi kollha li huma, direttament jew indirettament, imqiegħda fuq l-istess livell magħhom f’din id-Direttiva kollha. Bħala regola ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiddiskriminaw bejn it-tliet approċi fir-rigward tal-Proċess ta’ Reviżjoni ta’ Sorveljanza, i.e. istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw skond id-dispożizzjonijiet tal-Metodu Standardizzat m’għandhomx għal dik ir-raġuni biss jiġu sorveljati fuq bażi iktar stretta.

(43)

Għandu jingħata rikonoxximent akbar għat-tekniki ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu f’qafas ta’ regoli mfassla biex jassiguraw li ma ssirx ħsara lis-solvibilità minħabba rikonoxximent li ma jkunx ġustifikat. Il-garanzija bankarja biex tnaqqas ir-riskji ta’ kreditu użata attwalment fl-Istati Membri rilevanti għandha kull fejn hu possibbli tiġi rikonoxxuta fil-Metodu Standardizzat, iżda wkoll fil-metodi l-oħra.

(44)

Sabiex ikun assigurat li r-riskji u t-tnaqqis tar-riskji li jirriżulta mill-attivitajiet ta’ titolizzazzjoni u investimenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu riflessi kif jixraq fl-rekwiżiti minimi tal-kapital ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huwa neċessarju li jkunu inklużi regoli li jistipulaw trattament sensittiv għar-riskju u prudenzjalment korrett għal dawn l-attivitajiet u investimenti.

(45)

Ir-riskju operattiv huwa riskju sinifikanti li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet li jirrikjedi kopertura minn fondi proprji. Huwa essenzjali li titqies id-diversità ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Kommunità billi jiġu provduti approċi alternattivi għall-kalkolu ta’ rekwiżiti minimi tal-kapital għal riskju ta’ kreditu li jinkorpora livelli differenti ta’ sensitività għar-riskju u li jirrikjedi gradi differenti ta’ sofistikazzjoni. Għandu jkun hemm inċentivi xierqa sabiex l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jibdew jadottaw il-metodi l-aktar senstittivi għar-riskju. Minħabba l-iżviluppi li qed iseħħu fil-kejl u l-ġestjoni tar-riskju operattiv, ir-regoli għandhom jinżammu taħt osservazzjoni u għandhom jiġu aġġornati kif ikun xieraq inkluż fir-rigward tal-koperturi għal linji ta’ negozju differenti u r-rikonoxximent tat-tekniki tat-tnaqqis tar-riskju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari f’dan ir-rigward biex tiġi kkunsidrata l-assikurazzjoni fl-approċi sempliċi biex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti tal-kapital għal riskju operattiv.

(46)

Sabiex tkun żgurata s-solvibilità adegwata ta’ l-istituzzjonijiet fi ħdan grupp huwa essenzjali li r-rekwiżiti minimi ta’ kapital japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-grupp. Sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod xieraq fi ħdan il-grupp u jkunu disponibbli biex jipproteġu l-investimenti fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti minimi tal-kapital għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali fi ħdan grupp, sakemm dan l-għan ma jkunx jista’ jintlaħaq effettivament b’mod ieħor.

(47)

Ir-regoli essenzjali għal monitoraġġ ta’ skoperturi kbar ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu armonizzati. Stati Membri għandhom xorta waħda jkunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva.

(48)

Il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ l-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom ikunu parti integrali mis-superviżjoni tagħha. Għalhekk konċentrament eċċessiv ta’ skoperturi għal klijent wieħed jew grupp ta’ klijenti b’konnessjoni ma’ xulxin jista’ jirriżulta f’riskju mhux aċċettabli ta’ telf. Sitwazzjoni bħal din tista’ tkun ikkunsidrata bħala waħda ta’ preġudizzju għas-solvibilità ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

(49)

Ladarbal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-suq intern huma involuti f’kompetizzjoni diretta ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ għandhom ikunu ekwivalenti fil-Komunità kollha.

(50)

Filwaqt li huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ skoperturi għall-fini tal-limiti għal skoperturi kbar tkun ibbażata fuq dik ipprovduta għall-fini tar-rekwiżiti ta’ -fondi proprji minimi għar-riskju tal-kreditu, mhux xieraq li jkun hemm referenza fil-prinċipju għal- piżijiet jew gradi ta’ riskju. Dawk il-piżijiet u gradi ta’ riskju kienu maħsuba bl-iskop li jkunu stabbilit rekwiżit ġenerali ta’ likwidità li jkopri r-riskju tal-kreditu ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Sabiex jiġi limitat it-telf massimu li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ ssofri permezz ta’ klijent wieħed jew grupp ta’ klijenti b’konnessjoni ma’ xulxin huwa xieraq li jkunu adottati regoli għad-determinazzjoni ta’ skoperturi kbar li jqisu l-valur nominali ta’ l-iskopertura mingħajr ma japplikawpiżijiet jew gradi tar-riskju.

(51)

Filwaqt li huwa tajjeb, sakemm ikunu studjati mill-ġdid id-dispożizzjonijiet dwar l-iskoperturi l-kbar, li jkun permess ir-rikonoxximent ta’ l-effetti tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu b’mod simili għal dak permess għall-fini tar-rekwiżiti minimi tal-kapital sabiex jiġu limitati r-rekwiżiti tal-kalkolu, ir-regoli dwar it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu kienu mfassla fil-kuntest tar-riskju tal-kreditu ġenerali diversifikat li jirriżulta minn skoperturi għal numru kbir ta’ kontropartijiet. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent ta’ l-effetti ta’ dawn it-tekniki għall-fini tal-limiti għal skoperturi kbar imfassla biex jillimitaw it-telf massimu li jista’ jkun sofrut minn klijent wieħed jew grupp ta’ klijenti b’konnessjoni bejniethom għandu jkun suġġett għal salwagwardji prudenti.

(52)

Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha skopertura għall-intrapriża prinċipali tagħha stess jew għal xi sussidjarji ta’ l-intrapriża prinċipali, prudenza partikolari tkun meħtieġa. Il-ġestjoni ta’ skoperturi meħuda mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandha ssir b’manjiera kompletament awtonoma, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni bankarja korretta, mingħajr ma jingħata piż lil xi konsiderazzjonijiet oħra. Meta l-influwenza li tkun eżerċitata minn persuni li direttament jew indirettament ikollhom parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu x’aktarx topera b’detriment ta’ l-amministrazzjoni korretta u prudenti ta’ dik l-amministrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Fil-qasam ta’ skoperturi kbar, normi speċifiċi, inklużi restrizzjonijiet aktar stretti, għandhom ikunu stabbiliti għal skoperturi li tidħol għalihom istituzzjoni ta’ kreditu għall-grupp tagħha stess.Dawn l-istandards, madankollu, m’hemmx bżonn li jkunu applikati meta l-intrapriża prinċipali tkun kumpanija holding finanzjarja jew istituzzjoni ta’ kreditu jew meta s-sussidjarji l-oħra jkunu jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji jew intrapriżi li joffru servizzi anċillari, sakemm dawk l-intrapriżi jkunu koperti bis-superviżjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata.

(53)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li għandhom kapital intern li, fir-rigward tar-riskji li huma esposti għalihom jew jistgħu jkunu esposti għalihom, huwa adegwat fil-kwantità, il-kwalità u d-distribuzzjoni. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom strateġiji u proċessi għall-assessjar u l-preservazzjoni ta’ l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.

(54)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabbiltà li jaċċertaw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom organizzazzjoni tajba u fondi proprji adegwati, fir-rigward tar-riskji li għalihom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma jew jistgħu jkunu esposti.

(55)

Sabiex is-suq intern fil-qasam bankarju jaħdem b’mod effettiv il-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji Ewropej għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva u għall-konverġenza tal-prattiki tas-superviżjoni madwar il-Komunità, u għandu jirrapporta fuq bażi annwali lill-istituzzjonijiet tal-Komunità dwar il-progress magħmul.

(56)

Għall-istess raġuni u sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-Komunità li huma attivi f’diversi Stati Membri ma jkunux mgħobbija b’piżijiet żejda minħabba r-responsabbiltajiet li għandhom ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri individwali għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni, huwa essenzjali li tittejjeb b’mod konsiderevoli l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. F’dan il-kuntest, l-irwol tal-kontrollur li jikkonsolida għandu jissaħħaħ. Il-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji Ewropej għandu jappoġġja u jżid din il-kooperazzjoni.

(57)

Is-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fuq bażi kkonsolidata għandha l-għan b’mod partikolari li tipproteġi l-interessi tad-depożitaturi fl-imsemmija instituzzjonijiet ta’ kreditu u li tassigura l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

(58)

Sabiex tkun effettiva, is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata għandha għalhekk tkun applikata għall-gruppi bankarji kollha, inklużi dawk li l-intrapriżi prinċipali tagħhom ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom l-istrumenti legali meħtieġa biex ikunu jistgħu jeżerċitaw dik is-superviżjoni.

(59)

F’każi ta’ gruppi b’attivitajiet diversifikati li l-intrapriżi prinċipali tagħhom jikkontrollaw mill-anqas istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja waħda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jassessjaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’dak il-grupp. L-awtoritajiet kompetenti għandhom mill-anqas ikollhom il-mezzi li jakkwistaw mill-intrapriżi fil-grupp l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ setturi finanzjarji differenti għandha tkun stabbilita fil-każ ta’ gruppi ta’ intrapriżi li jwettqu firxa ta’ attivitajiet finanzjarji differenti. Sakemm iseħħ koordinament sussegwenti, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu metodi xierqa ta’ konsolidazzjoni biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva.

(60)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiċħdu jew jirtiraw awtorizzazzjoni bankarja fil-każ ta’ ċerti strutturi ta’ gruppi meqjusa bħala mhux xierqa għat-twettiq ta’ attivitajiet bankarji, partikolarment minħabba li dawn l-istrutturi ma tkunx tista’ ssirilhom superviżjoni effettiva. F’dan ir-rigward l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-poteri neċessarji sabiex jassiguraw l-amministrazzjoni korretta u prudenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(61)

Sabiex is-suq intern fil-qasam bankarju jopera b’effikaċja dejjem akbar u sabiex iċ-ċittadini tal-Komunità jibbenefikaw minn livelli adegwati ta’ trasparenza huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw pubblikament u b’mod li jippermetti tqabbil li jinftiehem il-mod li bih din id-Direttiva tkun implimentata.

(62)

Sabiex tissaħħaħ id-dixxiplina tas-suq u sabiex l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiġu motivati li jtejbu l-istrateġija tagħhom tas-suq, il-kontroll tar-riskju u l-organizzazzjoni ta’ l-amministrazzjoni interna tagħhom, għandu jkun stipulat żvelar pubbliku xieraq mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(63)

L-eżami ta’ problemi konnessi ma’ materji koperti b’din id-Direttiva, kif ukoll bid-Direttivi l-oħra dwar in-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tenħtieġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, partikolarment meta mwettqa bil-għan ta’ koordinazzjoni aktar mill-qrib.

(64)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ poteri ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (11).

(65)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji (12), il-Parlament talab li hu u l-Kunsill għandhom ikollhom irwol indaqs fis-sorveljanza tal-mod kif il-Kummissjoni teżerċita l-irwol eżekuttiv tagħha sabiex jiġu riflessi s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. Fid-dikjarazzjoni solenni li saret quddiem il-Parlament fl-istess ġurnata mill-President tagħha, il-Kummissjoni appoġġjat din it-talba. Fil-11 ta’ Diċembru 2002, il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Deċiżjoni 1999/468/KE), u mbagħad issottomettiet proposta emendata fit-22 ta’ April 2004 Il-Parlament ma jqisx li din il-proposta tippreserva l-prerogattivi leġiżlattivi tiegħu. Skond il-Parlament, hu u l-Kunsill għandhom ikollhom l-opportunità li jevalwaw l-għotja ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni f’perjodu stabbilit. Huwa għalhekk xieraq li l-perjodu li waqtu l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni jiġi llimitat.

(66)

Il-Parlament għandu jingħata perjodu ta’ tliet xhur mill-ewwel trażmissjoni ta’ abbozz ta’ emendi u ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni biex ikun jista’ jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f’każijiet urġenti u debitament iġġustifikati, għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jitqassar. Jekk, waqt dak il-perjodu, tiġi adottata xi riżoluzzjoni mill-Parlament, il-Kummissjoni għandha terġa’ teżamina l-abbozz ta’ emendi jew miżuri.

(67)

Sabiex ikun evitat it-tfixkil tas-swieq u tkun żgurata l-kontinwità fil-livelli globali ta’ fondi proprji, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għal arranġamenti ta’ tranżizzjoni speċifiċi.

(68)

Minħabba s-sensittività għar-riskju tar-regoli dwar ir-rekwiżiti minimi tal-kapital, huwa tajjeb li jibqa’ jiġi studjat jekk dawn għandhomx effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku. Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-kontribut tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandha tirrapporta dwar dawn l-aspetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(69)

L-arranġamenti meħtieġa għas-superviżjoni ta’ riskji ta’ likwidità għandhom ukoll ikunu armonizzati.

(70)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità.

(71)

L-obbligu li din id-Direttiva tkun trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla ma’ direttivi preċedenti. L-obbligu li jkunu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jeżisti fid-direttivi preċedenti.

(72)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

WERREJ

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

TITOLU II

REKWIŻITI GĦAL AĊĊESS GĦALL-BIDU U L-EŻERĊIZZJU TAN-NEGOZJU TA’ L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-LIBERTÀ TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI JINGĦATAW SERVIZZI

Sezzjoni 1

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Sezzjoni 2

L-istituzzjonijiet finanzjarji

Sezzjoni 3

Eżerċitar tad-dritt ta’ stabbiliment

Sezzjoni 4

Eżerċitar tal-libertà li jingħataw servizzi

Sezzjoni 5

Poteri ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita

TITOLU IV

RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI

Sezzjoni 1

Notifika dwar l-intrapriżi ta’ pajjiżi terzi u kundizzjonijiet dwar l-aċċess għas-swieq ta’ dawn il-pajjiżi

Sezzjoni 2

Kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi rigward is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata

TITOLU V

PRINĊIPJI U STRUMENTI TEKNIĊI GĦAL SUPERVIŻJONI U ŻVELAR PRUDENTI

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI TAS-SUPERVIŻJONI PRUDENTI

Sezzjoni 1

Kompetenza ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini u ta’ dak li jospita

Sezzjoni 2

Skambju ta’ informazzjoni u s-segretezza professjonali

Sezzjoni 3

Dover ta’ persuni responsabbli għall-kontroll legali ta’ kontijiet annwali u kkonsolidati

Sezzjoni 4

Poter ta’ sanzjoni u dritt ta’ rikors għall-qrati

KAPITOLU 2

STRUMENTI TEKNIĊI TA’ SUPERVIŻJONI PRUDENTI

Sezzjoni 1

Fondi proprji

Sezzjoni 2

Provvediment kontra r-riskji

Subsezzjoni 1

Livell ta’ applikazzjoni

Subsezzjoni 2

Kalkolu tar-rekwiżiti

Subsezzjoni 3

Livell Minimu ta’ Fondi Proprji

Sezzjoni 3

Rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-riskju tal-kreditu

Subsezzjoni 1

Metodu Standardizzat

Subsezzjoni 2

Metodu bbażat fuq l-Ikklassifikar Intern

Subsezzjoni 3

Tnaqqis tar-riskju tal-kreditu

Subsezzjoni 4

Titolizzazzjoni

Sezzjoni 4

Rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv

Sezzjoni 5

Skoperturi kbar

Sezzjoni 6

Holdings li jikkwalifikaw mhux mis-settur finanzjarju

KAPITOLU 3

PROĊESS TA’ EVALWAZZJONI TA’ L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

KAPITOLU 4

SUPERVIŻJONI U ŻVELAR MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Sezzjoni 1

Superviżjoni

Sezzjoni 2

Żvelar mill-awtoritajiet kompetenti

KAPITOLU 5

ŻVELAR MILL-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

TITOLU VI

POTERI TA’ EŻEKUZZJONI

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

ANNESS I

LISTA TA’ ATTIVITAJIET SUĠĠETTI GĦAL RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

ANNESS II

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ELEMENTI LI MA JIDHRUX FIL-KARTA TAL-BILANĊ

ANNESS III

IT-TRATTAMENT TA’ RISKJU TA’ KREDITU TAL-KONTROPARTI TA’ STRUMENTI DERIVATTIVI, TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ XIRI MILL-ĠDID, TA’ SELF JEW TISLIF TA’ TITOLI JEW PRODOTTI, TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ SALDU FIT-TUL U TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ SELF MARĠNI

Parti 1

Definizzjonijiet

Parti 2

Għażla tal-Metodu

Parti 3

Metodu Mark-to-Market

Parti 4

Metodu ta’ Skpertura Oriġinali

Parti 5

Metodu Standardizzat

Parti 6

Metodu ta’ Mudell Intern

Parti 7

Netting kontrattwali

ANNESS IV

TIPI TA’ DERIVATTIVI

ANNESS V

KRITERJI TEKNIĊI DWAR L-ORGANIZZAZZJONI U T-TRATTAMENT TAR-RISKJI

ANNESS VI

METODU STANDARDIZZAT

Parti 1

Piżijiet tar-riskju

Parti 2

Rikonoxximent ta’ l-ECAIs u l-ikklassifikar ta’ l-evalwazzjonijiet tal-kreditu tagħhom

Parti 3

Użu ta’ l-evalwazzjonijiet tal-kreditu ta’ l-ECAIs għall-iskop tad-determinazzjoni tal-piżijiet tar-risjku

ANNESS VII

METODU BBAŻAT FUQ L-IKKLASSIFIKAR INTERN

Parti 1

Ammonti ta’ skopertura mogħtija piż differenzjat skond ir-riskju u ammonti ta’ telf mistenni

Parti 2

PD, LGD u Maturità

Parti 3

Valur ta’ l-iskopertura

Parti 4

Obbligi Minimi għall-Approċ IRB

ANNESS VIII

TNAQQIS TAR-RISKJU TAL-KREDITU

Parti 1

Eliġibilità

Parti 2

Rekwiżiti Minimi

Parti 3

Kalkolu ta’ l-effetti tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu

Parti 4

Differenzi fil-maturitajiet

Parti 5

Kombinazzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fil-Metodu Standardizzat

Parti 6

Tekniki tal-basket tas-CRM

ANNESS IX

TITOLIZZAZZJONI

Parti 1

Definizzjonijiet għall-finijiet ta’ l-Anness IX

Parti 2

Rekwiżiti minimi għar-rikonoxximent ta’ trasferiment sinifikanti ta’ riskju tal-kreditu u kalkolu ta’ l-ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju u ammonti ta’ telf mistennija għal skoperturi titolizzati

Parti 3

Evalwazzjonijiet esterni tal-kreditu

Parti 4

Kalkolu

ANNESS X

RISKJU OPERATTIV

Parti 1

Metodu ta’ Indikatur Bażiku

Parti 2

Metodu Standardizzat

Parti 3

Metodi ta’ Kejl Avvanzat

Parti 4

Użu kombinat ta’ metodoloġiji differenti

Parti 5

Klassifikazzjoni tat-tipi ta’ avvenimenti ta’ telf

ANNESS XI

KRITERJI TEKNIĊI DWAR IR-REVIŻJONI U L-EVALWAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

ANNESS XII

KRITERJI TEKNIĊI DWAR L-IŻVELAR

Parti 1

Kriterji ġenerali

Parti 2

Rekwżiti ġenerali

Parti 3

Kondizzjonijiet għall-kwalifikazzjoni għall-użu ta’ strumenti jew metodoloġiji partikolari

ANNESS XIII Parti A

DIRETTIVI MĦASSRA, FLIMKIEN MA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHOM (imsemmija fl-Artikolu 158)

ANNESS XIII Parti B

SKADENZI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI (imsemmija fl-Artikolu 158)

ANNESS XIV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li jikkonċernaw il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzjonijiet ta’ kreditu, u s-superviżjoni prudenti tagħhom.

2.   L-Artikolu 39 u Sezzjoni 1 tal- Kapitolu 4, Titolu V, għandhom japplikaw għal kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding ta’ attività mħallta li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fil-Komunità.

3.   L-istituzzjonijiet permanentement esklużi skond l-Artikolu 2, bl-eċċezzjoni, madankollu, tal-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri, għandhom ikunu trattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-fini ta’ l-Artikoli 39 u Sezzjoni 1 tal- Kapitolu 4, Titolu V.

Artikolu 2

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawn li ġejjin:

il-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri,

l-istituzzjonijiet giro ta’ uffiċċji postali,

fil-Belġju, l-«Institut de Réescompte et de Garantie/Herdiscontering- en Waarborginstituut»,

fid-Danimarka, “Dansk Eksportfinansieringsfond”, “Danmarks Skibskreditfond”, “Dansk Landbrugs Realkreditfond”, u il-“KommuneKredit”,

fil-Ġermanja, il-«Kreditanstalt für Wiederaufbau», intrapriżi li huma rikonoxxuti permezz tal-«Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz» bħala korpi tal-politika ta’ l-Istat dwar id-djar u li mhumiex prinċipalment involuti fi tranżazzjonijiet bankarji, u intrapriżi rikonoxxuti taħt dik il-liġi bħala intrapriżi tad-djar li ma jaħdmux għall-profitt,

fil-Greċja, “Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων” (Tamio Parakatathikon kai Danion),

fi Spanja, l-«Instituto de Crédito Oficial»,

fi Franza, il-«Caisse des dépôts et consignations»,

fl-Irlanda, l-għaqdiet ta’ kreditu u soċjetajiet ta’ ħbieb,

fl-Italja, il-«Cassa depositi e prestiti»,

fil-Latvja, l-intrapriżi “krājaizdevu sabiedrības”, li huma rikonoxxuti taħt il-“krājaizdevu sabiedrību likums” bħala intrapriżi kooperattivi li jagħtu servizzi finanzjarji biss lill-membri tagħhom,

fil-Litwanja, il-“kredito unijos” minbarra ċ-«Centrine kredito unija»,

fl-Ungerija, il-“Magyar Fejlesztési Bank Rt.” u l-“Magyar Export-Import Bank Rt.”,

fl-Olanda, in-«Netherlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV», il-«NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij», l-«NV Industriebank Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering» u l-«Overijsselse Ontwikkelingsmaatschappij NV»,

fl-Awstrija, intrapriżi rikonoxxuti bħala għaqdiet tad-djar ta’ interess pubbliku u l-«Österreichische Kontrollbank AG»,

fil-Polonja, l-“Spółdzielcze Kasy Oszczędnościowo - Kreditowe” u l-“Bank Gospodarstwa Krajowego”,

fil-Portugall, «Caixas Económicas» li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1986 bl-eċċezzjoni ta’ dawk inkorporati bħala kumpaniji limitati u l-«Caixa Económica Montepio Geral»,

fil-Findlandja, “Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB”, u “Finnvera Oyj/Finnvera Abp”,

fl-Iżvezja, il-«Svenska Skeppshypotekskassan»,

fir-Renju Unit, in-“National Savings Bank”, il-“Commonwealth Development Finance Company Ltd,” l-“Agricultural Mortgage Corporation Ltd,” l-“iScottish Agricultural Securities Corporation Ltd,” il-“Crown Agents” għal gvernijiet u amministrazzjonijiet barranin, għaqdiet ta’ kreditu u banek muniċipali.

Artikolu 3

1.   Istituzzjoni waħda jew aktar ta’ kreditu li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati fuq bażi permanenti, fil-15 ta’ Diċembru 1977, ma’ korp ċentrali li jagħmel superviżjoni fuqhom u li huwa stabbilit fl-istess Stat Membru, jistgħu jkunu eżentati mill-obbligi ta’ l-Artikoli 7 u 11(1) jekk, mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 1979, il-liġi nazzjonali tkun tistipula li:

(a)

l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati huma responsabbiltajiet in solidum, jew l-impenji ta’ l-istituzzjonijiet affiljati miegħu huma ggarantiti kompletament mill-korp ċentrali;

(b)

is-solvibilità u l-likwidità tal-korp ċentrali u ta’ l-istituzzjonijiet kollha affiljati miegħu huma issorveljati kollha flimkien fuq il-bażi ta’ kontijiet ikkonsolidati; u

(c)

l-amministrazzjoni tal-korp ċentrali tkun awtorizzata li toħroġ struzzjonijiet lill-amministrazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet affiljati.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw lokalment li huma affiljati b’mod permanenti, wara l-15 ta’ Diċembru 1977, ma’ korp ċentrali fit-tifsira ta’ l-ewwel subparagrafu, jistgħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet stabbiliti hemmhekk jekk dawn jikkostitwixxu żidiet normali fil-qafas li jappartjeni lil dak il-korp ċentrali.

Fil-każ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu minbarra dawk li huma stabbiliti f’żoni ġodda b’reklamazzjoni mill-baħar jew li jkunu irriżultaw minn firda jew għaqda ta’ l-istituzjonijiet eżistenti li huma dipendenti jew li jwieġbu lill-korp ċentrali, il-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 151(2) tista’ tistabbilixxi regoli addizzjonali għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu inkluża t-tneħħija ta’ l-eżenzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu, meta tkun tal-fehma li l-affiljazzjoni ta’ istituzjonijiet ġodda li jibbenefikaw mill-arranġamenti stipulati fit-tieni subparagrafu jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-kompetizzjoni.

2.   Istituzzjoni ta’ kreditu li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, tista’ tkun ukoll eżentata mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 9 u 10, u wkoll tat-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-Sezzjonijiet 2, 3, 4, 5 u 6 u tal-Kapitolu 3 sakemm, bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-korp ċentrali, il-grupp kollu kif kostitwit mill-korp ċentrali flimkien ma’ l-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkun suġġett għal dawk id-dispożizzjonijiet fuq bażi kkonsolidata.

Fil-każ ta’ eżenzjoni, l-Artikoli 16, 23, 24, 25, 26(1) sa (3) u 28 sa 37 għandhom japplikaw għall-grupp kollu kif kostitwit mill-korp ċentrali flimkien ma’ l-istituzzjonijiet affiljati miegħu.

Artikolu 4

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser:

(a)

intrapriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u li tagħti kreditu mill-kont tagħha; jew

(b)

istituzzjoni ta’ flus elettroniċi skond it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE  (13);

(2)

“awtorizzazzjoni” tfisser strument maħruġ fi kwalunkwe għamla mill-awtoritajiet li bih jingħata d-dritt li jkun eżerċitat in-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu;

(3)

“fergħa” tfisser il-post tan-negozju li tifforma parti legalment dipendenti minn istituzzjoni ta’ kreditu u li teżerċita direttament it-tranżazzjonijiet kollha jew parti minnhom inerenti fin-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(4)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li huma awtorizzati bil-liġi jew b’regolament biex iwettqu superviżjoni fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(5)

“istituzzjoni finanzjarja” tfisser intrapriża li mhix istituzzjoni ta’ kreditu, li l-attività ewlenija tagħha hija li takkwista parteċipazzjoni jew li twettaq xi waħda jew aktar mill-attivitajiet stipulati fil-punti 2 sa 12 ta’ l-Anness I;

(6)

“istituzzjonijiet”, għall-fini tas-Sezzjonijiet 2 u 3 tat-Titolu V, Kapitolu 2, tfisser istituzzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(7)

“Stat Membru ta’ l-oriġini” tfisser l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet awtorizzata skond l-Artikoli 6 sa 9 u 11 sa 14;

(8)

“Stat Membru li jospita” tfisser l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha fergħa li fiha tipprovdi servizzi;

(9)

“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn intrapriża prinċipali u sussidjarja, kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u intrapriża;

(10)

“parteċipazzjoni” għall-fini tal-punti (o) u (p) ta’ l-Artikolu 57, l-Artikoli 71 sa 73 u Titolu V, Kapitolu 4 tfisser parteċipazzjoni skond it-tifsira ta’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 17 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji (14), jew il-pussess, dirett jew indirett, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ intrapriża;

(11)

“parteċipazzjoni kwalifikanti” jfisser parteċipazzjoni dirett jew indirett f’intrapriża li jirrappreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li jippermetti li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq l-amministrazzjoni ta’ dik l-intrapriża;

(12)

“intrapriża prinċipali” tfisser:

(a)

intrapriża prinċipali kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE; jew

(b)

għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 71 sa 73, Sezzjoni 5, Kapitlu 2 tatTitolu V, u l-Kapitolu 4, intrapriża prinċipali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u xi intrapriża li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq xi intrapriża oħra;

(13)

“sussidjarja” tfisser:

(a)

intrapriża sussidjarja kif definita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE; jew

(b)

għall-fini ta’ l-Artikoli 71 sa 73, Sezzjoni 5, tal- Kapitlu 2 tat-Titolu V, u l-Kapitolu 4, intrapriża sussidjarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u xi intrapriża li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, intrapriża prinċipali effettivament teżerċita influwenza dominanti fuqha.

Is-sussidjarji kollha ta’ intrapriżi sussidjarji għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala sussidjarji ta’ l-intrapriża li tkun il-kumpanija prinċipali oriġinali tagħhom;

(14)

“istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li għandha istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja jew li għandha parteċipazzjoni f’istituzzjoni bħal din, u li m’hix hi stess sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija holding finanzjarja mwaqqfa fl-istess Stat Membru;

(15)

“kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpanija holding finanzjarja li m’hix hi stess sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija holding finanzjarja mwaqqfa fl-istess Stat Membru;

(16)

“istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu ta’ l-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru li m’hix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija holding finanzjarja mwaqqfa fi kwalunkwe Stat Membru;

(17)

“kumpanija holding finanzjarja prinċipali ta’ l-UE” tfisser kumpanija holding finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li m’hix sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpanija holding finanzjarja oħra mwaqqfa fi kwalunkwe Stat Membru;

(18)

“entitajiet tas-settur pubbliku” tfisser korpi amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew awtoritajiet li fil-fehma ta’ l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali; jew intrapriżi mhux kummerċjali ta’ gvernijiet ċentrali li għandhom arranġamenti ta’ garanzija espliċiti, u jistgħu jinkludu entitajiet bi tmexxija indipendenti rregolati bil-liġi li huma taħt skrutinju pubbliku;

(19)

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-intrapriżi sussidjarji tagħha jkunu jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji, b’ta’ l-anqas waħda minn dawk is-sussidjarji tkun istituzzjoni ta’ kreditu, u li ma tkunx kumpanija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE (15);

(20)

“kumpanija holding b’attività mħallta” tfisser intrapriża prinċipali, barra minn kumpanija holding finanzjarja jew istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha jinkludu ta’ l-anqas istituzzjoni waħda ta’ kreditu;

(21)

“intrapriża ta’ servizzi anċillari” tfisser intrapriża li l-attività ewlenija tagħha tikkonsisti filli jkollha jew tamministra proprjetà, tamministra servizzi ta’ proċessar ta’ data, jew xi attività oħra simili li hija anċillari għall-attività ewlenija ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar;

(22)

“riskju operattiv” tfisser ir-risjku ta’ telf li jirriżulta minn proċessi interni, nies jew sistemi mhux adegwati jew li ma jirnexxux jew minn avvenimenti esterni, u jinkludi r-riskju legali;

(23)

“banek ċentrali” jinkludu l-Bank Ċentrali Ewropew sakemm ma jkunx indikat mod ieħor;

(24)

“riskju ta’ tnaqqis fil-konċentrazzjoni” tfisser ir-riskju li ammont riċevibbli jitnaqqas permezz ta’ krediti f’forma ta’ flus jew le għall-obbligatur;

(25)

“probabbiltà ta’ nuqqas tal-ħlas” tfisser il-probabbiltà ta’ nuqqas tal-ħlas ta’ kontroparti fuq perjodu ta’ sena;

(26)

“telf”, skond Sezzjoni 3 tal Kapitolu 2 Titolu V, tfisser telf ekonomiku, inklużi effetti ta’ skont sostanzjali, u spejjeż sostanzjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument;

(27)

“telf f’każ ta’ nuqqas tal-ħlas (LGD)” tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura dovuta għall-nuqqas tal-ħlas ta’ kontroparti ta’ l-ammont li jkun għadu dovut meta jseħħ in-nuqqas tal-ħlas;

(28)

“fattur ta’ konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta’ l-ammont li jkun għadu ma ġiex użat ta’ impenn li jkun użat u li jkun għadu dovut meta jseħħ il-waqfien tal-ħlas għall-ammont ta’ l-impenn li jkun għadu ma ġiex użat, l-ammont ta’ l-impenn għandu jiġi ddeterminat mil-limitu avżat, sakemm il-limitu mhux avżat ma jkunx ogħla;

(29)

“telf mistenni (EL)”, għall-finijiet tas-Sezzjoni 3, Kapitolu 2 tat-Titolu V, għandu jfisser il-proporzjon ta’ l-ammont li jkun mistenni jintilef fuq skopertura minn nuqqas tal-ħlas potenzjali ta’ kontroparti jew tnaqqis fil-konċentrazzjoni fuq perjodu ta’ sena ta’ l-ammont li jkun għadu dovut meta jseħħ il-nuqqas tal-ħlas;

(30)

“tnaqqis tar-riskju tal-kreditu” tfisser teknika użata minn istituzzjoni tal-kreditu sabiex tnaqqas ir-riskju tal-kreditu assoċjat ma skopertura jew skoperturi li l-istituzzjoni tal-kreditu tkompli żżomm;

(31)

“ħarsien iffinanzjat tal-kreditu” tfisser teknika ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fejn it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni tal-kreditu tkun ġejja mid-dritt ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu fil-każ ta’ waqfien tal-ħlas mill-kontroparti jew is-seħħ ta’ avvenimenti oħra ta’ kreditu li jikkonċernaw il-kontroparti - li tillikwida ċerti assi jew ammonti, jew li takkwista t-trasferiment jew l-approprjazzjoni tagħhom, jew li żżomm uħud minnhom, jew li tnaqqas l-ammont ta’ l-iskopertura għall-ammont tad-differenza bejn l-ammont ta’ l-iskopertura u l-ammont tal-pretensjoni fuq l-istituzzjoni tal-kreditu, jew li tissostitwiha bl-ammont ta’ din id-differenza;

(32)

“ħarsien mhux iffinanzjat tal-kreditu” tfisser teknika ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fejn it-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta’ istituzzjoni tal-kreditu tkun ġejja mill-impenn ta’ parti terza li tħallas ammont fil-każ ta’ nuqqas tal-ħlas tad-debitur jew meta jseħħu avvenimenti ta’ kreditu oħra speċifikati;

(33)

“tranżazzjoni ta’ xiri lura” (repurchase transaction) tfisser kull tranżazzjoni rregolata minn ftehim li jaqa’ fid-definizzjoni ta’ “ftehim ta’ bejgħ b’kundizzjoni ta’ xiri lura” jew “ftehim ta’ xiri b’kundizzjoni ta’ bejgħ lura” kif definit fl-Artikolu 3(1)(m) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(34)

“tranżazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti” tfisser kull tranżazzjoni li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “għoti b’self ta’ titoli jew prodotti” jew “teħid b’self ta’ titoli jew prodotti” kif definiti fl-Artikolu 3(1)(n) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(35)

“strument ta’ flus assimilat” tfisser ċertifikat ta’ depożitu jew strument simili ieħor maħruġ mill-istituzzjoni ta’ kreditu tas-self;

(36)

“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni jew skema li permezz tagħha r-riskju tal-kreditu assoċjat ma’ skopertura jew grupp ta’ skoperturi hija mqassma f’partijiet separati, bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ħlasijiet fit-tranżazzjoni jew skema huma dipendenti fuq kif imorru l-iskopertura jew il-grupp ta’ skoperturi; u

(b)

is-subordinazzjoni tal-partijiet separati tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja tat-tranżazzjoni jew l-iskema;

(37)

“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment ekonomiku ta’ l-iskoperturi li jkunu qed jiġu titolizzati għal entità speċjali tat-titolizzazzjoni li toħroġ it-titoli. Dan għandu jitwettaq permezz tat-trasferiment tal-pussess ta’ l-iskoperturi titolizzati mill-istituzzjoni ta’ kreditu li minnha joriġinaw jew permezz ta’ parteċipazzjoni subordinata. It-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligi ta’ ħlas ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li minnha joriġinaw;

(38)

“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni fejn it-tqassim f’partijiet jinkiseb bl-użu ta’ derivattivi jew garanziji tal-kreditu, u l-grupp ta’ skoperturi ma jitneħħiex mill-karta tal-bilanċ ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu li minnha joriġinaw;

(39)

“parti” (tranche) tfisser segment mir-riskju tal-kreditu stabbilit kuntrattwalment assoċjat ma’ skopertura jew numru ta’ skoperturi, fejn pożizzjoni fis-segment tinvolvi r-riskju ta’ telf tal-kreditu ikbar jew inqas minn pożizzjoni ta’ l-istess ammont f’kull segment bħal dan, mingħajr ma jitqies il-ħarsien tal-kreditu pprovdut minn partijiet terzi direttament lil dawk li jkollhom pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħra;

(40)

“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” għandha tfisser skopertura għal titolizzazzjoni;

(41)

“oriġinatur” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

entità li, jew hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, direttament jew indirettament, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligi jew obbligi potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali u b’hekk ħolqot l-iskopertura li tkun qed tiġi titolizzata; jew

(b)

entità li tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għall-karta tal-bilanċ tagħha u mbagħad tirrendihom f’titoli;

(42)

“sponsor” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu minbarra l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi li tistabbilixxi u tamministra programm ta’ titoli kummerċjali appoġġjati minn assi jew skema oħra ta’ titolizzazzjoni li tixtri l-iskoperturi minn entitajiet ta’ partijiet terzi;

(43)

“titjib tal-kreditu” tfisser arranġament kuntrattwali li permezz tiegħu l-kwalità tal-kreditu ta’ pożizzjoni f’titolizzazzjoni tittejjeb fir-rigward ta’ dak li kienet tkun kieku ma jkunx ġie pprovdut it-titjib, inkluż it-titjib ipprovdut minn partijiet aktar minuri fit-titolizzazzjoni u tipi oħra ta’ ħarsien tal-kreditu;

(44)

“entità speċjali tat-titolizzazzjoni (SSPE)” tfisser korporazzjoni, trust jew entità oħra minbarra istituzzjoni ta’ kreditu, organizzata sabiex twettaq titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet, li l-attivitajiet tagħha huma limitati għal dawk xierqa għat-twettiq ta’ l-għan, li l-istruttura tagħha hija intenzjonata sabiex tiżola l-obbligi ta’ l-SSPE minn dawk ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi, u li dawk li jippossjedu l-interessi benefiċjarji fiha jkollhom id-dritt li jikkommettu jew jiskambjaw dawk l-interessi mingħajr restrizzjonijiet;

(45)

“grupp ta’ klijenti konnessi” tfisser:

(a)

żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi li, sakemm ma jkunx muri mod ieħor, jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li wieħed minnhom, direttament jew indirettament, ikollu kontroll fuq wieħed jew l-oħrajn; jew

(b)

żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi li bejniethom ma jkun hemm l-ebda relazzjoni ta’ kontroll kif ippreżentata f’punt (a) imma li huma meqjusa bħala li jikkostitwixxu riskju wieħed minħabba li huma hekk marbutin flimkien li, jekk wiehed minnhom kellu jsofri problemi finanzjarji, l-ieħor jew l-oħrajn kollha aktarx li jsibu diffikultajiet ta’ ripagamenti;

(46)

“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni jew aktar fiżiċi jew ġuridiċi jkunu marbuta b’xi wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

partiċipazzjoni fil-forma ta’ pussess dirett jew permezz ta’ kontrollta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-voti jew tal-kapital ta’ l-intrapriża;

(b)

kontroll; jew

(c)

il-fatt li t-tnejn li huma jew kollha jkunu marbuta b’mod permanenti ma’ l-istess terza persuna b’relazzjoni ta’ kontroll;

(47)

“kambji rikonoxxuti” tfisser kambji li huma rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiffunzjonaw regolarment;

(b)

ikollhom regoli, maħruġa jew approvati mill-awtoritajiet xierqa tal-pajjiż ta’ l-oriġini tal-kambju, li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-operat tal-kambju, il-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-kambju kif ukoll il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfati b’kuntratt qabel ma jkunu effettivament ittrattati fuq il-kambju; u

(c)

ikollhom mekkaniżmu ta’ kklerjar li permezz tiegħu kuntratti stipulati fl-Anness IV jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ marġni ta’ kuljum li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jipprovdu protezzjoni xierqa.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu persuni jew intrapriżi li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jwettqu n-negozju ta’ ġbir ta’ depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku.

L-ewwel paragrafu m’għandux ikun applikabbli għall-ġbir ta’ depożiti jew fondi oħra ripagabbli minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu membri jew f’każi espressament koperti b’leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità, sakemm dawk l-attivitajiet ikunu suġġetti għal regolamenti u kontrolli intenzjonati biex jipproteġu d-depożitaturi u l-investituri u applikabbli għal dawk il-każijiet.

TITOLU II

REKWIŻITI GĦAL AĊĊESS GĦALL-BIDU U L-EŻERĊIZZJU TAN-NEGOZJU TA’ L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiksbu awtorizzazzjoni qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom. Bla ħsara għall-Artikoli 7 sa 12 huma għandhom jistabbilixxu ir-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm ta’ operazzjonijiet li jjispjegaw, inter alia, it-tipi ta’ negozji ippjanati u l-organizzazzjoni strutturali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 8

L-Istati Membri ma jistgħux jeżiġu li applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun eżaminata fit-termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

Artikolu 9

1.   Bla ħsara għal kundizzjonijiet ġenerali oħra mitluba b’liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni meta l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tippossedix fondi proprji separati jew f’każi meta l-kapital inizjali jkun ta’ anqas minn EUR 5 miljuni.

“Kapital inizjali” għandu jikkonsisti f’kapital u riżervi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 57(a) u (b).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ fondi proprji separati u li kienu eżistenti fil-15 ta’ Diċembru 1979 jistgħu jibqgħu jwettqu n-negozju tagħhom. Huma jistgħu jeżentaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal dawn milli jkunu konformi ma’ l-obbligu li jinsab fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1).

2.   L-Istati Membri jistgħu, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin, jagħtu awtorizzazzjoni lill-kategoriji partikolari ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-kapital inizjali tagħhom ikun anqas minn dak speċifikat fil-paragrafu 1:

(a)

il-kapital inizjali m’għandux ikun anqas minn EUR 1 miljun;

(b)

l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħhom għaliex ikunu eżerċitaw din l-għażla; u

(c)

l-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li ma jkollhiex il-kapital minimu speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jkun annotat f’dak is-sens fil-lista li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 14.

Artikolu 10

1.   Il-fondi proprji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma jistgħux jaqgħu taħt l-ammont tal-kapital inizjali meħtieġ taħt l-Artikolu 9 fil-waqt ta’ l-awtorizzazzjoni tagħha.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu diġà eżistenti fl-1 ta’ Jannar 1993, li l-fondi proprji tagħhom ma jkunux jilħqu l-livelli preskritti għal kapital inizjali fl-Artikolu 9, jistgħu jibqgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom. F’dak il-każ, il-fondi tagħhom ma jistgħux jaqgħu taħt l-ogħla livell milħuq b’effett mit-22 ta’ Diċembru 1989.

3.   Jekk kontroll ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tidħol fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2 jkun meħud minn persuna fiżika jew ġuridika apparti minn dik il-persuna li tkun ikkontrollat l-istituzzjoni qabel, il-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jilħqu mill-anqas il-livell speċifikat għall-kapital inizjali fl-Artikolu 9.

4.   F’ċerti ċirkostanzi speċifiċi u bil-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti, meta jkun hemm għaqda ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar li jidħlu fil-kategorija msemmija fil-paragrafu 2, il-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li jirriżultaw mill-għaqda ma jistgħux jaqgħu taħt it-total tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu magħquda fil-waqt ta’ l-għaqda, sakemm il-livelli xierqa speċifikati fl-Artikolu 9 ma jkunux ġew milħuqa.

5.   Jekk, fil-każi li hemm referenza dwarhom fil-punt 1, 2 u 4, il-fondi proprji jkunu mnaqqsa, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fejn iċ-ċirkostanzi jiġġustifkaw li jsir dan, jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu perjodu limitat li fih tirratifika dik is-sitwazzjoni jew twaqqaf l-attivitajiet tagħha.

Artikolu 11

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu biss meta jkun hemm mill-anqas żewġ persuni li effettivament jmexxu n-negozju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Huma m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk dawn il-persuni ma jkunux ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma jkollhomx esperjenza suffiċjenti biex iwettqu dawk id-doveri.

2.   Kull Stat Membru għandu jeżiġi li:

(a)

kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun persuna legali u li, permezz tal-liġi nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju rreġistrat għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat; u

(b)

kull istituzzjoni ta’ kreditu oħra għandha jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu u li fih attwalment twettaq in-negozju tagħha.

Artikolu 12

1.   L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għall-bidu tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sakemm ma jkunux ġew infurmati bl-identità ta’ l-azzjonisti jew membri, sew jekk diretti jew indiretti, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikanti, u dwar l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet.

Sabiex ikun stabbilit x’inhi parteċipazzjoni kwalifikanti fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ titoli fil-Borża uffiċjali u dwar informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata fuq dawk it-titoli (16).

2.   L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk, meta jqisu l-ħtieġa biex jassiguraw l-amministrazzjoni soda u prudenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-addattabilità ta’ l-azzjonisti jew membri.

3.   Meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jfixklux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni wkoll jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw wieħed jew aktar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rabta mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, ifixklu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jipprovdulhom l-informazzjoni li huma jinħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kundizzjonijiet li hemm referenza dwarhom f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.

Artikolu 13

Għandhom jingħataw raġunijiet kull meta tittieħed deċiżjoni sabiex ma tingħatax awtorizzazzjoni u l-applikant għandu jkun innotifikat dwar dan fi żmien sitt xhur mill-wasla ta’ l-applikazzjoni jew, jekk din ta’ l-aħħar ma tkunx kompluta, fi żmien sitt xhur minn meta l-applikant jibgħat l-informazzjoni meħtieġa għal din id-deċiżjoni. Deċiżjoni għandha, f’kull każ, tittieħed fi żmien 12-il xahar mill-wasla ta’ l-applikazzjoni.

Artikolu 14

Kull awtorizzazzjoni għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni.

L-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li lilha tkun ingħatat l-awtorizzazzoni għandha tiddaħħal f’lista. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u għandha żżommha aġġornata.

Artikolu 15

1.   L-awtorità kompetenti għandha, qabel tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra involuti fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata hija sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata hija sussidjarja ta’ l-intrapriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor; jew

(c)

l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata hija kkontrollata mill-istess persuni, sew jekk fiżiċi jew ġuridiċi, li jikkontrollaw istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

2.   L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta’ impriżi ta’ assikurazzjoni jew ditti ta’ investiment fil-każijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata hija sussidjarja ta’ intrapriża ta’ assikurazzjoni jew ditta ta’ investiment awtorizzata fil-Komunità;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata hija sussidjarja ta’ intrapriża prinċipali ta’ intrapriża ta’ assikurazzjoni jew ditta ta’ investiment awtorizzata fil-Komunità; jew

(c)

l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata hija kontrollata mill-istess persuna, sew fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla intrapriża ta’ assikurazzjoni jew ditta ta’ investiment awtorizzata fil-Komunità.

3.   L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw ma’ xulxin meta jagħmlu evalwazzjoni ta’ kemm ikunu adattati l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi involuti fl-amministrazzjoni ta’ entità oħra ta’ l-istess grupp. Għandhom jiskambjaw kull informazzjoni li tirrigwarda kemm ikunu adattati l-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tad-diretturi li hija ta’ relevanza għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-evalwazzjoni kontinwa ta’ konformità mal-kundizzjonijiet operattivi.

Artikolu 16

L-Istati Membri li jospitaw ma jistgħux jimponu l- awtorizzazzjoni jew kapital endowment fuq il-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stati Membri oħra. L-istabbiliment u s-superviżjoni ta’ fergħat bħal dawn għandhom ikunu effettwati skond l-Artikoli 22, 25, 26(1) sa (3), 29 sa 37 u 40.

Artikolu 17

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw awtorizzazzjoni mogħtija lill-istituzzjoni ta’ kreditu biss meta din l-istituzzjoni:

(a)

ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tieqaf milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkun għamel l-ebda dispożizzjoni għall-awtorizzazzjoni li tiskadi f’każi bħal dawn;

(b)

tkun akkwistat l-awtorizzazzjoni permezz ta’ stqarrija falza jew b’xi mezzi irregolari oħra;

(c)

ma tkunx aktar twettaq il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-awtorizzazzjoni tkun ġiet mogħtija;

(d)

ma tkunx aktar tipposjedi fondi tagħha suffiċjenti u ma tkunx aktar fdata li twettaq l-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u partikolarment ma tkunx aktar tipprovdi sigurtà dwar l-assi fdati lilha; jew

(e)

taqa’ taħt xi wieħed mill-każi l-oħra fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għal tneħħija ta’ l-awtorizzazzjoni.

2.   Għandhom jingħataw raġunijiet għal kwalunkwe rtirar ta’ l-awtorizzazzjoni u dawk ikkonċernati għandhom ikunu infurmati b’dan. Rtirar bħal dan għandu jkun innotifikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 18

Għall-iskop tat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, independentament minn kwalunkwe dispożizzjonijiet fl-Istat Membru li jospita li jikkonċernaw l-użu tal-kliem “bank”, “bank tat-tfaddil” jew xi ismijiet bankarji oħra, jagħmlu użu fit-territorju kollu tal-Komunità ta’ l-istess isem bħalma jużaw fl-Istat Membru li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Fil-każ li jkun hemm xi periklu ta’ konfużjoni, l-Istat Membru li jospita jista’, għall-iskopijiet ta’ kjarifikazzjoni, jimponi l-obbligu li l-isem ikun akkumpanjat minn ċerti partikolaritajiet ta’ spjegazzjoni.

Artikolu 19

1.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproponi li jkollha, direttament jew indirettament parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu, għandha l-ewwelnett tinforma lill-awtoritajiet kompetenti u tgħidilhom x’inhu d-daqs tal-parteċipazzjoni li bi ħsiebha jkollha. Din il-persuna għandha l-istess tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk tipproponi li żżid il-parteċipazzjoni kwalifikanti tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum minnha jkun jilħaq jew jeċċedi 20 %, 33 % jew 50 % jew li b’hekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun saret sussidjarja tagħha.

Bla ħsara għall-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom massimu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika li hemm dispożizzjoni dwarha fl-ewwel u t-tieni subparagrafi sabiex jopponu dak il-pjan jekk, in vista tal-ħtieġa li tkun assigurata amministrazzjoni soda u prudenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, dawn ma jkunux sodisfati dwar kemm tkun adattata l-persuna kkonċernata. Jekk huma ma jopponux il-pjan, huma jistgħu jistabbilixxu perjodu massimu għall-implementazzjoni tiegħu.

2.   Jekk il-persuna li tkun qed tipproponi li takkwista l-parteċipazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun istituzzjoni ta’ kreditu, intrapriża ta’ assikurazzjoni jew ditta ta’ investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew l-intrapriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, intrapriża ta’assikurazzjoni jew ditta ta’ investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, intrapriża ta’ assikurazzjoni jew ditta ta’ investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor, u jekk, bħala riżultat ta’ dak l-akkwist, l-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha dak li jakkwista jipproponi li jkollu investiment ssir sussidjarja jew suġġetta għall-kontroll ta’ dak li jakkwista, l-evalwazzjoni ta’ l-akkwist għandha tkun suġġetta għall-konsultazzjoni minn qabel stipulata fl-Artikolu 15.

Artikolu 20

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li xi persuna fiżika jew ġuridika li jipproponu li jiddisponu, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu, l-ewwel tinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar id-daqs tal-parteċipazzjoni li bi ħsiebha jkollha. Tali persuna għandha l-istess tinforma lill-awtoritajiet kompetenti jekk tipproponi li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikanti tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum minnha jkunu jaqgħu taħt 20 %, 33 % jew 50 % jew li b’hekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tibqa’ sussidjarja tagħha.

Artikolu 21

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom, malli jsiru jafu b’xi akkwisti jew disponimenti ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tagħhom li jikkaġunaw li l-investimenti jeċċedu jew jinżlu taħt wieħed mil-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 20, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dawn l-akkwisti jew disponimenti.

Għandhom ukoll, mill-anqas darba fis-sena, jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet ta’ l-azzjonisti u l-membri li jipposjedu parteċipazzjonijiet kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet kif murija, per eżempju, bl-informazzjoni mogħtija fil-laqgħat ġenerali annwali ta’ l-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti rigward kumpaniji rreġistrati fil-boroż.

2.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19(1) aktarx li topera għad-detriment ta’ l-amministrazzjoni prudenti u soda ta’ l-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Miżuri bħal dawn jistgħu jikkonsistu f’inġunzjonijiet, sanzjonijiet kontra d-diretturi u l-managers jew is-sospenzjoni ta’ l-użu tad-drittijiet tal-vot marbuta ma’ l-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri kkonċernati.

Miżuri simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jkunu konformi ma’ l-obbligazzjoni li jipprovdu l-informazzjoni bil-quddiem, kif stipulat fl-Artikolu 19(1).

Jekk parteċipazzjoni tkun akkwistata minkejja li jkun hemm l-oppożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, indipendentement minn xi sanzjonijiet oħra li għandhom ikunu adottati, jistipulaw jew għall-użu tad-drittijiet tal-vot li jikkorrispondu mal-parteċipazzjoni jiġi sospiż, jew li l-voti mitfugħa jkunu nulli, jew il-possibbiltà li dawn ikunu annullati.

3.   Biex tkun definita parteċipazzjoni kwalifikanti u livelli oħra ta’ parteċipazzjoni li ssir referenza għalihom f’dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 92 tad-Direttiva 2001/34/KE.

Artikolu 22

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandhom jeżiġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu jkollha arranġamenti ta’ tmexxija b’saħħithom, li jinkludu struttura organizzattiva ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi sabiex ikunu identifikati, amministrati, sorveljati u rrapurtati r-riskji li hija jew li tista’ tkun esposta għalihom, u mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern, inklużi proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilità tajbin.

2.   L-arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu sħaħ u proporzjonati man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Għandhom jitqiesu l-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Anness V.

TITOLU III

ISPOŻIZZJONIJIET LI JIKKONĊERNAW IL-LIBERTÀ TA’ STABBILIMENT U L-LIBERTÀ LI JINGĦATAW SERVIZZI

Sezzjoni 1

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Artikolu 23

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skond l-Artikoli 25, 26(1) sa (3), 28(1) u (2) u 29 sa 37 jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew permezz tal-provvista ta’ servizzi, minn xi istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata u taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, basta li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni.

Sezzjoni 2

L-Istituzzjonijiet finanzjarji

Artikolu 24

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skond l-Artikoli 25, 26(1) sa (3), 28(1) u (2) u 29 sa 37, jew bl-istabbiliment ta’ fergħa jew permezz tal-provvista ta’ servizzi, minn xi istituzzjoni finanzjarja minn Stat Membru ieħor, sew jekk sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew sussidjarja bi propjetà konġunta ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, li l-memorandum u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħhom jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet u li jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-intrapriża jew intrapriżi prinċipali għandhom ikunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru li bil-liġi tagħha tkun irregolata l-istituzzjoni finanzjarja;

(b)

l-attivitajiet f’dak il-każ għandhom fil-fatt jitwettqu fit-territorju ta’ l-istess Stat Membru;

(c)

l-intrapriża jew intrapriżi prinċipali għandhom ikollhom 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot marbuta ma’ l-ishma fil-kapital ta’ l-istituzzjoni finanzjarja;

(d)

l-intrapriża jew intrapriżi prinċipali għandhom jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti rigward l-amministrazzjoni prudenti ta’ l-istituzzjoni finanzjarja u għandhom jiddikjaraw, bil-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti relevanti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, li huma flimkien u separatament jiggarantixxu l-impenji li tkun ħadet l-istituzzjoni finanzjarja; u

(e)

l-istituzzjoni finanzjarja għandha tkun effettivament inkluża, partikolarment għall-attivitajiet ikkonċernati, fis-superviżjoni kkonsolidata ta’ l-intrapriża prinċipali, jew ta’ kull waħda mill-inptrapriżi prinċipali, skond is-Sezzjoni 1, tal- Kapitolu 4, tat- Titolu V, partikolarment għall-finijiet tal-ħtiġijiet tal-fondi proprji minimi stipulati fl-Artikolu 75 għal kontroll ta’ skoperturi kbar u għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni stipulata fl-Artikolu 120 sa 122.

Konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet għandha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini u dawn ta’ l-aħħar għandhom ifornu lill-istituzzjoni finanzjarja l b’ċertifikat ta’ konformità li għandu jagħmel parti min-notifika li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 25 u 28.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokal għandhom jassiguraw is-superviżjoni ta’ l-istituzzjoni finanzjarja skond l-Artikoli 10 (1), 19 sa 22, 40, 42 sa 52 u 54.

2.   Jekk istituzzjoni finanzjarja li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu ta’ l-1 paragrafu ma tkomplix tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti, l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita u l-attivitajiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni finanzjarja fl-Istat Membru li jospita jsiru suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru li jospita.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal sussidjarji ta’ istituzzjoni finanzjarja li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu ta’ l-1 paragrafu.

Sezzjoni 3

Eżerċizzju u d-dritt ta’ Stabbiliment

Artikolu 25

1.   L-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jeżiġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabbilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor tipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta tissottometti n-notifika li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1:

(a)

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b)

programm ta’ l-operazzjonijiet, li jsemmi, inter alia, it-tipi ta’ negozju maħsuba u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(c)

l-indirizz ta’ l-Istat Membru li jospita li mingħandu jkunu jistgħu jiġu akkwistati id-dokumenti; u

(d)

l-ismijiet ta’ dawk li se jkunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-fergħa.

3.   Sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini ma jkollhomx raġuni għaliex jiddubitaw l-adegwatezza ta’ l-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, billi jitqiesu l-attivitajiet maħsuba, huma għandhom fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita u għandhom jinfurmaw b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandhom ukoll jikkomunikaw l-ammont tal-fondi propji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 24, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandhom jikkomunikaw l-ammont tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni finanzjarja u s-somma tal-fondi konsolidati propji u r-rekwiżiti kapitali taħt l-Artikolu 75 ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-intrapriża prinċipali tagħha.

4.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata fi żmien tliet xhur mill-wasla ta’ l-informazzjoni kollha.

Dak ir-rifjut jew nuqqas ta’ risposta għandhom ikunu suġġetti għad-dritt ta’ applikazzjoni quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.

Artikolu 26

1.   Qabel ma’ l-fergħa ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 25, iħejju għas-superviżjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu skond is-Sezzjoni 5 u jekk meħtieġ jindikaw il-kundizzjonijiet li bihom, fl-interess komuni, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mwettqa fl-Istat Membru li jospita.

2.   Mal-wasla tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita, jew fil-każ li jiskadi l-perijodu stipulat fil-paragrafu 1 fl-assenza tal-wasla ta’ xi komunikazzjoni minn dan ta’ l-aħħar, il-fergħa tkun tista’ titwaqqaf u tkun tista’ tibda l-attivitajiet tagħha.

3.   Fil-każ ta’ xi bidla f’xi waħda mill-partikolaritajiet ikkomunikati bis-saħħa tal- punti (b), (c) jew (d) ta’ l-Artikolu 25 (2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħti avviż bil-miktub tal-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini u dak li jospita, mill-anqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni skond l-Artikolu 25 u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita jieħdu deċiżjoni dwar il-bidla skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Fergħat li jkunu bdew bl-attivitajiet tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet eżistenti fl-Istati Membri li jospitaw, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu suġġetti għall-proċedura stabbilita fl- Artikolu 25 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn għandhom ikunu rregolati, mill-1 ta’ Jannar 1993, mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikoli 23 u 43 kif ukoll Sezzjonijiet 2 u 5.

Artikolu 27

Kwalunkwe numru ta’ postijiet tan-negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ kreditu bis-sede prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa waħda.

Sezzjoni 4

Eżerċizzju tal-libertà li jingħataw servizzi

Artikolu 28

1.   Kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li teżerċita l-libertà li tagħti servizzi bit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, bl-attivitajiet fil-lista ta’ l-Anness I li hi jkollha l-intenzjoni li twettaq.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandhom, fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika imsemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita.

3.   Dan l-Artikolu m’għandux jaffettwa d-drittijiet akkwistati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu jagħtu servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 1993.

Sezzjoni 5

Setgħat ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita

Artikolu 29

Stati Membri li jospitaw jistgħu, għall-iskopijiet statistiċi, jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, jirrapurtaw perjodikament dwar l-attivitajiet f’dawk l-Istati Membri li jospitaw, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l-Istati Membri li jospitaw.

Fit-twettiq tar-responsabbiltajiet imposti fuqhom fl-Artikolu 41, l-Istati Membri li jospitaw jistgħu jeżiġu li l-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stati Membri oħra jipprovdu l-istess informazzjoni bħal dik li jkunu jeżiġu mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nazzjonali għal dak l-iskop.

Artikolu 30

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li jospita jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew tgħti servizzi fit-territorju tiegħu ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet legali adottati f’dak l-Istat bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jinvolvu setgħat ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita, dawk l-awtoritajiet għandhom jeżiġu li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ġġib fi tmiem dik is-sitwazzjoni irregolari.

2.   Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita għandhom jinfurmaw b’dan lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandhom, ma’ l-ewwel opportunità, jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jassiguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ġġib fi tmiem dik is-sitwazzjoni irregolari. In-natura ta’ dawk il-miżuri għandha tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita.

3.   Jekk, minkejja l-miżuri li jkunu ttieħdu mill-Istat Membru li jospita jew minħabba li dawk il-miżuri jirriżultaw mhux adegwati jew minħabba li ma jkunux disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-istituzzjoni ta’ kreditu tippersisti fil-ksur tar-regoli legali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 fis-seħħ fl-Istat Membru li jospita, dan l-Istat ta’ l-aħħar jista’, wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, jieħu l-miżuri xierqa biex ma jħallix jew biex jikkastiga aktar irregolaritajiet u, sakemm ikun meħtieġ, li ma jħallix dik l-istituzzjoni ta’ kreditu milli tibda tranżazzjonijiet oħra fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fit-territorju tagħhom ikun possibbli li jkunu nnotifikati d-dokumenti legali meħtieġa għal dawn il-miżuri lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Artikolu 31

L-Artikoli 29 u 30 m’għandhomx jaffettwaw is-setgħat ta’ l-Istati Membri li jospitaw milli jieħdu l-miżuri xierqa biex ma jħallux jew jikkastigaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom li jmorru kontra r-regoli legali li huma jkunu adottaw fl-interess ġenerali. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisru r-regoli ma jitħallewx jibdew tranżazzjonijiet ulterjuri fit-territorji tagħhom.

Artikolu 32

Kull miżura meħuda bis-saħħa ta’ l-Artikoli 30(2) u (3), jew l-Artikolu 31 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà li jingħataw servizzi għandha tkun ġustifikata kif xieraq u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata. Kull waħda minn dawn il-miżuri għandha tkun suġġetta għad-dritt ta’ l-appell fil-qrati ta’ l-Istati Membri ta’ l-awtoritajiet li jkunu ħaduha.

Artikolu 33

Qabel ma jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 30, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita jistgħu, f’emerġenzi, jieħdu kwalunkwe miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa biex jipproteġu d-depożitaturi, l-investituri u lil oħrajn li lilhom jingħataw is-servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kkonċernati għandhom ikunu infurmati b’dawn il-miżuri ma’ l-ewwel opportunità.

Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-miżuri.

Artikolu 34

Stati Membri li jospitaw jistgħu jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom permezz ta’ din id-Direttiva billi jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu jew jikkastigaw irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom. Dan għandu jinkludi l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisru r-regoli ma jitħallewx jibdew tranżazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom.

Artikolu 35

Fil-każ ta’ tneħħija ta’ l-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita għandhom ikunu infurmati u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex ma jħallux li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tibda tranżazzjonijiet oħra fit-territorju tagħhom u biex jissalvagwardjaw l-interessi tad-depożitaturi.

Artikolu 36

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bin-numru u t-tipi ta’ każi li fihom ikun hemm rifjut bis-saħħa ta’ l-Artikoli 25 u 26(1) sa (3) jew li fihom miżuri jkunu ttieħdu skond l-Artikolu 30(3).

Artikolu 37

Din is-Sezzjoni m’għandhiex tfixkel lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bil-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni fl-Istat Membru li jospita, suġġett għal xi regoli li jirregolaw l-għamla u l-kontenut ta’ dawk ir-reklami fl-interess ġenerali.

TITOLU IV

RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI

Sezzjoni 1

Notifika dwar l-intrapriżi ta’ pajjiżi terzi u kundizzjonijiet dwar l-aċċess għas-swieq ta’ dawn il-pajjiżi

Artikolu 38

1.   L-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu applikabbli, għall-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità, meta jibdew jew iwettqu n-negozju tagħhom, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Bankarju Ewropew bl-awtorizzazzjonijiet kollha għal fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità.

3.   Bla ħsara għal paragrafu 1, il-Komunità tista’, permezz ta’ ftehim konkluż ma’ wieħed jew aktar pajjiżi terzi, taqbel li tapplika d-dispożizzjonijiet li jagħtu lil fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Komunità, trattament ugwali fit-territorju kollu tal-Komunità.

Sezzjoni 2

Kooperazzjoni ma’ L-Awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi dwar superviżjoni fuq bażi konsolidata

Artikolu 39

1.   Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill, jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għal negozjar ta’ ftehim ma’ wieħed jew aktar pajjiżi terzi rigward il-mezzi biex teżerċita superviżjoni fuqbażi kkonsolidata fuq dawn li ġejjin:

(a)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-intrapriżi prinċipali tagħhom ikollhom is-sede prinċipali f’pajjiż terz: jew

(b)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu jinstabu f’pajjiżi terzi li l-intrapriża prinċipali tagħhom, sew jekk ikunu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew il-kumpaniji ta’ propjetà finanzjarja, li jkollhom is-sede prinċipali tagħhom fil-Komunità.

2.   Il-ftehim li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu partikolarment li jassiguraw dan li ġej:

(a)

li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkunu jistgħu jakkwistaw l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħhom, ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew tal-kumpaniji holding finanzjarji li jkunu jinstabu fil-Komunità u li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu barra mill-Komunità, jew li jkollhom partiċipazzjoni f’dawk l-istituzzjonijiet; u

(b)

li l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jakkwistaw l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni ta’ l-intrapriżi prinċipali li s-sede prinċipali tagħhom ikunu jinstabu fit-territorji tagħhom u li jkollhom bħala sussidjarji l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinstabu f’wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew li jkollhom parteċipazzjoni f’dawk l-istituzzjonijiet.

3.   Bla ħsara għall-Artikolu 300(1) u (2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Kumitat Bankarju Ewropew, teżamina r-riżultat tan-negozjati li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.

TITOLU V

PRINĊIPJI U STRUMENTI TEKNIĊI GĦAL SUPERVIŻJONI U ŻVELAR PRUDENZJALI

KAPITOLU 1

Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

Sezzjoni 1

Kompetenza ta’ L-Istat membru ta’ L-Oriġini u ta’ dak li jospita

Artikolu 40

1.   Is-superviżjoni prudenzjali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, inkluża dik ta’ l-attivitajiet imwettqa minnha skond l-Artikoli 23 u 24, għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini, bla ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabbiltà lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata skond din id-Direttiva.

Artikolu 41

L-Istati Membri li jospitaw għandhom, sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni, jżommu r-responsabbilità b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għas-superviżjoni tal-likwidità tal-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Bla ħsara għall-miżuri meħtieġa għar-rinfurzar tas-Sistema Monetarja Ewropea, l-Istati Membri li jospitaw għandhom jerfgħu r-responsabbiltà sħiħa għall-miżuri li jirriżultaw mill-implementazzjoni ta’ l-strateġiji monetarji tagħhom.

Dawn il-miżuri ma jistgħux jistipulaw trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 42

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkolloboraw mill-qrib sabiex issir is-superviżjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw, partikolarment permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih is-sede prinċipali tagħhom tkun tinstab. Għandhom ifornu lil xulxin bl-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-amministrazzjoni u l-propjetà ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li aktarx li tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawk l-istituzzjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitar ta’ skoperturi kbar, il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern.

Artikolu 43

1.   L-Istati Membri li jospitaw għandhom jistipulaw li, meta istituzzjoni ta’ kreditu li tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha minn fergħa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jkunu jistgħu, wara li l-ewwel ikunu infurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita, iwettqu huma stess jew permezz ta’ l-intermedjazzjoni ta’ persuni li huma jaħtru għal dak l-iskop, verifiki fuq il-post ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 42.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini jistgħu wkoll, għall-finijiet tal-verifika tal-fergħat, ikollom aċċess għal waħda mill-proċeduri l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 141.

3.   Il-Paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jaffetwaw id-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jospita li jwettqu, fit-twettiq tar-responsabiltajiet permezz ta’ din id-Direttiva, verifiki fuq il-post tal-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.

Sezzjoni 2

Skambju ta’ informazzjoni u S-Segretezza professjonali

Artikolu 44

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu fil-kors tad-doveri tagħhom ma tkun tista’ tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità, ħlief f’forma ta’ sommarju jew kollettiva, hekk li l-istituzzjonijiet individwali ma jistgħux ikunu identifikati, bla ħsara għal każi koperti bil-liġi kriminali.

Madankollu, meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun sfurazata għax-xoljiment, informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforz biex isalvaw din l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tkun żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri varji mill-iskambju ta’ l-informazzjoni skond din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.

Artikolu 45

L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali permezz ta’ l-Artikolu 44 jistgħu jagħmlu użu minnha biss fil-kors tad-doveri tagħhom u biss għall-għanijiet li ġejjin:

(a)

biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu sodisfatti u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi mhux ikkonsolidata jew ikkonsolidata, tat-twettiq ta’ dak in-negozju, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tal-likwidità, il-kapaċità ta’ ħlasijiet, ir-riskji kbar u l-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u l-mekkaniżmi interni ta’ kontroll;

(b)

biex jimponu penali;

(c)

f’appell amministrattiv kontra deċiżjoni ta’ l-awtorità kompetenti; jew

(d)

fi proċedimenti tal-qorti mibdija skond l-Artikolu 55 jew skond dispożizzjonijiet speċjali stipulati f’din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra adottati fil-qasam ta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Artikolu 46

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni, li jistipulaw skambju ta’ informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ma’ l-awtoritajiet jew il-korpi ta’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikoli 47 u 48(1) biss jekk l-informazzjoni li tkun żvelata tkun suġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 44(1). Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tad-doveri ta’ superviżjoni mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija.

Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

Artikolu 47

L-Artikoli 44(1) u 45 m’għandhomx jeskludu l-iskambju ta’ l-informazzjoni fl-Istat Membru, meta jkun hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn Stati Membri, bejn awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritiajiet li jkunu ngħataw id-dover pubbliku li jagħmlu superviżjoni fuq organizzazzjonijiet finanzjarji oħra u kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b)

korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fi proċedimenti oħra simili; u

(c)

persuni responsabbli għat-twettiq ta’ l-awditjar statutorju tal-kontijijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra,

fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.

L-Artikoli 44(1) u 45 m’għandhomx jeskludu l-iżvelar ta’ informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom lil korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ depożitu.

Fiż-żewġ każijiet, l-informazzjoni mwassla għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali speċifikati fl-Artikolu 44(1).

Artikolu 48

1.   Minkejja l- Artikoli 44 sa 46, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-korpi, involuti fil-likwidazzjoni jew fil-falliment ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u proċeduri oħra simili; u

(b)

l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar satutorju tal-kontijiet ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni, istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ l-investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

F’dawn il-każijiet, l-Istati Membrigħandhom jeżiġu mill-anqas it-twettiq ta’ dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover ta’ sorveljanza li hemm referenza għalih fl-ewwel subparagrafu;

(b)

l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fl- Artikolu 44(1); u

(c)

meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-qbil espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-iskopijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu l-informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.

2.   Minkejja l-Artikoli 44 sa 46, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli permezz tal-liġi għall-iżvelar u l-investigazzjoni tal-ksur tal-liġi tal-kumpaniji.

F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li mill-anqas dawn il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti:

(a)

l-informazzjoni tkun għall-iskopijiet li jitwettqu d-doveri li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu;

(b)

l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fl- Artikolu 44(1); u

(c)

meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-qbil espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-iskopijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.

Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu jwettqu d-doveri tagħhom ta’ tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni li hemm dispożizzjoni dgħaliha fl-ewwel subparagrafu tista’ tkun estiża għal dawk il-persuni permezz tal-kundizzjonijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu.

Sabiex ikun implimentat it-tielet subparagrafu, l-awtoritajiet jew il-korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbiltajiet preċiżi tal-persuni li lilhom tkun se tintbagħat.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu l-informazzjoni bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 49

Din is-Sezzjoni m’għandhiex twaqqaf lill-awtorità kompetenti milli tittrażmetti informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-funzjonijiet tagħhom:

(a)

il-banek ċentrali u l- korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji; u

(b)

fejn xieraq, l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ pagamenti.

Din is-Sezzjoni m’għandhiex twaqqaf lil dawk l-awtoritajiet milli jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-finijiet ta’ l-Artikolu 45.

l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali msemmija fl- Artikolu 44(1).

Artikolu 50

Minkejja l-Artikoli 44(1) u 45, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra ta’ amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom li jkunu responsabbli għall-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji, tas-servizzi ta’ l-investimenti u tal-kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni u lil spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.

Madankollu, dan l-iżvelar jista’ jsir biss meta meħtieġ u għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali.

Artikolu 51

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-informazzjoni rċevuta permezz ta’ l-Artikoli 44(2) u 47 informazzjoni akkwistata permezz tal-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 43 (1) u (2) qatt ma tkun tista’ tiġi żvelata fil-każi msemmija fl-Artikolu 50 ħlief bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni jew ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun twettqet il-verifika fuq il-post.

Artikolu 52

Din is-Sezzjoni m’għandhiex twaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 44 sa 46 lil clearing house jew korp ieħor simili rikonoxxut mill-liġi nazzjonali biex jipprovdi clearing u twettiq ta’ servizzi għal wieħed mis-swieq ta’ l-Istati Membri jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonament xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni ma’ l-inadempjenza jew il-potenzjal ta’ inadempjenza mill-parteċipanti fis-suq. L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fl-Artikolu 44(1).

L-Istati Membri għandhom, madankollu, jassiguraw li informazzjoni li tkun waslitilhom permezz ta’ l-Artikolu 44(2) ma tkunx tista’ tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan l-Artikolu mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha.

Sezzjoni 3

Dover tal-Persuni responsabbli għall-Kontroll legali tal-Kontijiet annwali u ikkonsolidati

Artikolu 53

1.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw mill-anqas li kwalunkwe persuna awtorizzata skond it-tifsira tad-Direttiva 84/253/KEE li twettaq fl-istituzzjoni ta’ kreditu d-dover deskritt fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 78/660/KEE (17), fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE (18), jew kwalunkwe dover statutorju ieħor, għandha jkollha d-dover li tirraporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, li dwarhom tkun saret konxja waqt li tkun twettaq dak id-dover, li jkunu jistgħu:

(a)

jikkonstitwixxu ksur sostanzjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(b)

jaffettwaw il-kontinwità tal-funzjonament ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu; jew

(c)

iwasslu għaċ-ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi;

L-Istati Membri għandhom jistipulaw mill-inqas li dik il-persuna ikollha l-istess id-dover li tirraporta kull fatt jew deċiżjoni li dwarhom issir konxja matul il-kors tat-twettiq tad-dover tagħha kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’intrapriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll ma’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha tkun qiegħda twettaq dak id-dover.

2.   Dan l-iżvelar in bona fede lejn l-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati skond it-tifsira tad-Direttiva 84/253/KEE, jew kull fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 m’għandux jikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva u m’għandux jinvolvi lil dik il-persuna f’responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip.

Sezzjoni 4

Setgħa ta’ sanzjoni u dritt ta’ Rikors għall-Qrati

Artikolu 54

Bla ħsara għall-proċeduri għat-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjoni u tad-dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu, jadottaw jew jimponu penali jew miżuri kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew dawk li jkollhom kontroll effettiv tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw is-superviżjoni jew l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet tagħhom, liema penali jew miżuri ikunummirati speċifikament biex iwaqqfu dak il-ksur osservat jew il-kawżi ta’ dak il-ksur.

Artikolu 55

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet meħuda rigward l-istituzzjoni ta’ kreditu fl-eżerċizzju tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jistgħu jkunu suġġetti għad-dritt ta’ appell lejn il-qrati. L-istess għandu jkun applikabbli meta l-ebda deċiżjoni ma tittieħed fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa permezz tad-dispożizzjonijiet eżistenti.

KAPITOLU 2

Strumenti tekniċi ta’ superviżjoni prudenzjali

Sezzjoni 1

Fondi proprji

Artikolu 56

Kull meta Stat Membru jistabbilixxi b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva dispożizzjoni għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar is-sorveljanza prudenzjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu operattiva li tuża t-terminu jew tirreferi għall-kunċett ta’ fondi proprji, l-Istat Membru għandu jara li dan it-terminu jew kunċett ikunu konformi mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikoli 57 sa 61 u l-Artikoli 63 sa 66.

Artikolu 57

Suġġetti għal-limiti imposti fl-Artikolu 66, il-fondi proprji mhux ikkonsolidati ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

(a)

kapital fit-tifsira ta’ l-Artikolu 22 tad-Direttiva 86/635/KEE, sakemm dan ikun tħallas kollu, kif ukoll kontijiet premium ta’ l-ishma imma esklużi ishma preferenzjali kumulattivi;

(b)

riżervi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 23 tad-Direttiva 86/635/KEE u profitti u telf trasferiti b’riżultat ta’ l-applikazzjoni tal-profitt jew tat-telf finali;

(c)

fondi għar-riskji bankarji ġenerali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 38 tad-Direttiva 96/635/KEE;

(d)

riżervi tar-rivalutazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 33 tad-Direttiva 78/660/KEE;

(e)

aġġustament tal-valur fit-tifsira ta’ l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 86/635/KEE;

(f)

elementi oħra fit-tifsira ta’ l-Artikolu 63;

(g)

l-impenji tal-membri ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti bħala soċjetajiet kooperattivi u impenji in solidum ta’ min jissellef f’ċerti istituzzjonijiet organizzati bħala fondi, kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 64 (1); u

(h)

l-ishma preferenzjali kumulattivi għal żmien fiss u kapital ta’ self subordinat kif imsemmi fl-Artikolu 64(3).

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu mnaqqsa skond l-Artikolu 66:

(i)

l-ishma proprji fil-valur tal-kotba miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu;

(j)

assi intanġibbli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(9) («Assi») tad-Direttiva 86/635/KEE;

(k)

telf materjali fis-sena finanzjarja kurrenti;

(l)

investimenti f’istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu jew finanzjarji li jammontaw għal aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom;

(m)

krediti subordinati u strumenti msemmija fl-Artikolu 63 u l-Artikolu 64 (3) miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji li fihom ikollha investimenti ta’ aktar minn 10 % tal-kapital f’kull każ;

(n)

investimenti f’istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu u finanzjarji sa 10 % tal-kapital tagħhom, il-krediti subordinati u l-istrumenti msemmija fl-Artikolu u l-Artikolu 64 (3) miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji minbarra dawk imsemmija fil-punti (l) u (m) rigward l-ammont tat-total ta’ dawk l-investimenti, il-krediti subordinati u l-istrumenti li jeċċedu l-10 % tal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu kalkulati qabel it-tnaqqis ta’ l-elementi fil-punti (l) sa (p);

(o)

investimenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(10) li istituzzjoni ta’ kreditu għandha f’dawn li ġejjin:

(i)

intrapriżi ta’ assigurazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 73/239/KEE (19), l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/83/KE (20) jew l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 98/78/KE (21),

(ii)

intrapriżi ta’ riassigurazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(c) tad-Direttiva 98/78/KE, jew

(iii)

kumpaniji ta’ parteċipazzjoni assigurattiva fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(i) tad-Direttiva 98/78/KE;

(p)

kull waħda mill-elementi li ġejjin li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha fir-rigward ta’ l-entitajiet definiti fil-punt (o) li fiha għandha parteċipazzjoni:

(i)

strumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, u

(ii)

strumenti msemmija fl-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE;

(q)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskoperturi bil-piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikolu 3, is-Subartikolu 2, l-ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu fl-Anness VII, il-Parti 1, punt 36 u l-ammonti ta’ telf mistenni kkalkulati skond l-Anness VII, il-Parti 1, punti 32 u 33; u

(r)

l-ammont ta’ l-iskopertura assoċjat ma’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jingħata piż differenzjat għar-riskju ta’ 1 250 % skond l-Anness IX, il-Parti 4, ikkalkulat skond kif speċifikat hemmhekk.

Għall-finijiet tal-punt (b), l- Istati Membri jistgħu jippermettu l-inklużjoni ta’ profitti temporanji qabel ma deċiżjoni formali tkun ittieħdet biss jekk dawn il-profitti jkunu ġew ivverifikati minn persuni responsabbli għall-awditjar tal-kontijiet u jekk ikun ġie ppruvat għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti li l-ammont tagħhom ikun ġie valutat bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 86/635/KEE u jkun nett minn xi imposti jew dividendi prevedibbli;

Fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkun oriġinat titolizzazzjoni, il-profitti netti mill-kapitalizzazzjoni ta’ dħul futur minn assi titolizzati u li jipprovdu titjib tal-kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom ikunu esklużi mill-element speċifikat fil-punt (b).

Artikolu 58

Fejn ishma f’istituzzjoni ta’ kreditu oħra, istituzzjoni finanzjarja, intrapriża ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jew kumpanija ta’ investiment ta’ assigurazzjoni huma miżmuma temporanjament għall-għanijiet ta’ operazzjoni ta’ assistenza finanzjarja maħsuba biex torganizza mill-ġdid jew issalva dik l-entità, l-awtorità kompetenti tista’ twarrab id-dispożizzjonijiet dwar tnaqqis imsemmija fil-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57.

Artikolu 59

Bħala alternattiva għat-tnaqqis ta’ l-elementi msemmija fil-punti (o) u (p) ta’ l-Artikolu 57, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li japplikaw mutatis mutandis il-metodi 1, 2, jew 3 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE. Il-metodu 1 (Konsolidazzjoni tal-kontijiet) għandu jiġi applikat biss jekk l-awtorità kompetenti tkun konfidenti dwar il-livell ta’ amministrazzjoni integrata u kontroll intern fir-rigward ta’ l-entitajiet li jistgħu jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.

Artikolu 60

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li għall-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi ta’ każ b’każ, istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għal sorveljanza fuq bażi konsolidata skond il-Kapitolu 4, Sezzjoni 1 jew għal sorveljanza supplimentari skond id-Direttiva 2002/87/KE, ma jiġux obbligati li jnaqqsu l-elementi msemmija fil-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57 miżmuma f’istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji, intrapriżi ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni jew kumpaniji ta’ investiment ta’ assigurazzjoni, li huma nklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sorveljanza konsolidata jew supplimentari.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun applikabbli għar-regoli prudenzjali armonizzati permezz ta’ atti tal-Komunità.

Artikolu 61

Il-kunċett tal-fondi proprji kif definiti fil-punti (a) sa (h) ta’ l-Artikolu 57 jinkorpora n-numru massimu ta’ elementi u ammonti. L-użu ta’ dawn l-elementi u l-iffissar ta’ valuri massimi inferjuri, u t-tnaqqis ta’ elementi apparti dawk elenkati fil-punti (i) sa (r) għandhom jitħallew għad-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri.

L-elementi elenkati fil-punti (a) sa (e) ta’ l-Artikolu 57 għandhom ikunu disponibbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu għall-użu immedjat u mingħajr restrizzjonijiet biex ikopru riskji jew telf hekk kif dawn iseħħu. L-ammont għandu jkun nett minn xi imposti ta’ taxxi prevedibbli fil-mument meta jsir il-kalkolu tiegħu jew ikun aġġustat kif xieraq b’tali mod li l-imposti tat-taxxi jnaqqsu l-ammont sal-limitu li dawn l-elementi jistgħu jkunu applikati biex ikopru r-riskji jew it-telf.

Artikolu 62

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fil-konverġenza li l-għan tagħha hu l-wasla għal definizzjoni komuni tal-fondi proprji. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti, sa’ l-1 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-emenda ta’ din is-Sezzjoni.

Artikolu 63

1.   Il-kunċett ta’ fondi proprji użat minn Stat Membru jista’ jinkludi elementi oħra, indipendentement mid-definizzjoni legali jew tal-kontijiet tagħhom, sakemm ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ikunu liberament disponibbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex ikopru r-riskji bankarji normali meta id-dħul jew it-telf kapitali ma jkunux għadhom ġew identifikati;

(b)

l-eżistenza tagħhom tkun żvelata fir-reġistri tal-kontijiet interni; u

(c)

l-ammont tagħhom ikun determinat mill-amministrazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, ivverifikat minn awdituri independenti, komunikat lill-awtoritajiet kompetenti u sottomess għas-sorveljanza ta’ dawn ta’ l-aħħar.

2.   Titoli ta’ tul mhux determinat u strumenti oħra li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin jistgħu wkoll ikunu aċċettati bħala elementi oħra:

(a)

ma jkunux jistgħu jitħallsu lura fuq l-inizjattiva tal-pussessur jew mingħajr il-kunsens bil-quddiem ta’ l-awtorità kompetenti;

(b)

il-ftehim tad-dejn għandu jipprevedi l-possibbiltà għall-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tista’ tagħżel li tiddifferixxi l-pagament ta’ l-imgħax fuq id-dejn;

(c)

il-pretenzjonijiet li jkollu min jislef fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu għandhom ikunu kompletament subordinati għal dawk tal-kredituri kollha mhux subordinati;

(d)

id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tat-titoli għandhom jipprovdu għal dejn u imgħax mhux imħallas biex ikun hemm biżżejjed biex ikun assorbit it-telf, filwaqt li jħalli l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’qagħda li fiha jkunu jistgħu jkomplu jinnegozjaw; u

(e)

għandhom ikunu kkunsidrati biss dawk l-ammonti li jkunu mħallsa kollha.

Ma’ dawn it-titoli u strumenti oħra jista’ jiżdied il-kumulattiv ta’ ishma preferenzjali apparti dawk li hemm referenza għalihom fil-punt (h) ta’ l-Artikolu 57.

3.   Għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti b’piż differenzjat għar-riskju skond is-Sezzjoni 3, SubSezzjoni 2, l-ammonti pożittivi li jirriżultaw mill-kalkolu fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 36, jistgħu, sa mhux aktar minn 0,6 % ta’ l-ammonti tal-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati skond is-SubSezzjoni 2, ikunu aċċettati bħala elementi oħra. Għal dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-aġġustamenti tal-valur u d-dispożizzjonijiet inklużi fil-kalkolu msemmi fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 36 u l-aġġustamenti tal-valur u d-dispożizzjonijiet għall-iskoperturi msemmija fil-punt (e) ta’ l-Artikolu 57, m’għandhomx ikunu inklużi fil-fondi proprji għajr skond dan il-punt. Għal dan il-għan, l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju m’għandhomx jinkludu dawk ikkalkulati b’relazzjoni mal-pożizzjonijiet ta’ titoli li għandhom piż differenzjat ta’ 1 250 %.

Artikolu 64

1.   L-impenji tal-membri ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti bħala soċjetajiet kooperattivi li hemm referenza għalihom fil-punt (g) ta’ l-Artikolu 57, għandhom jinkludu l-kapital mhux imsejjaħ ta’ dawk is-soċjetajiet; flimkien ma’ l-impenji legali tal-membri ta’ dawk is-soċjetajiet kooperattivi biex jagħmlu l-pagamenti addizjonali mhux rifondibbli fil-każ li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssofri xi telf, f’liema każ għandu jkun possibli li jkunu mitluba dawk il-pagamenti mingħajr dewmien.

L-impenji in solidum ta’ min jissellef fil-każ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu organizzati bħala fondi għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħal l-elementi preċedenti.

L-elementi kollha bħal dawn jistgħu jkunu inklużi fil-fondi proprji sakemm dawn jingħaddu bħala fondi proprji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ din il-kategorija skond il-liġi nazzjonali.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx jinkludu fil-fondi proprji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu garanziji li huma jew l-awtoritajiet lokali tagħhom jestendu lil entitajiet bħal dawn.

3.   L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu ishma preferenzjali kumulattivi ta’ termini fissi msemmija fil-punt (h) ta’ l-Artikolu 57 u ta’ kapital ta’ self subordinat imsemmi fid-dispożizzjoni tal-fondi proprji, jekk ikunu jeżistu ftehim li jorbtu li bihom, fil-każ ta’ falliment jew ta’ likwidazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, huma jiġu wara l-pretenzjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha u ma jkunux rimburżati sakemm id-dejn l-ieħor kollu pendenti fl-isetss żmien ikun tħallas.

Il-kapital misluf subordinat għandu jissodisfa dawn il-kriterji addizzjonali:

(a)

il-fondi mħallsa kollha biss jistgħu jkunu kkunsidrati;

(b)

is-self involut għandu jkollu maturità oriġinali ta’ mill-anqas ħames snin, u wara jistgħu jiġu rimburżati;

(c)

il-limitu li matulu dawn jistgħu jitqiesu bħala fondi proprji għandu jitnaqqas gradwalment matul mill-anqas l-aħħar ħames snin qabel id-data tar-rimborż; u

(d)

il-ftehim tas-self ma m’għandu jinkludi ebda klawsola li tipprevedi li f’ċirkostanzi speċifikati, għajr għal likwidazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, id-dejn għandu jsir rimburżabbli qabel id-data miftiehma tar-rimborż.

Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, jekk il-maturità tad-dejn ma tkunx iffissata, is-self involut għandu jkun ripagabbli biss suġġett għal, avviż ta’ ħames snin sakemm is-self ma jkunx aktar meqjus bħala fondi proprji jew sakemm kunsens bil-quddiem ta’ l-awtoritajiet kompetenti ma jkunx speċifikament meħtieġ għal rimborż kmieni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess għal rimborż kmieni ta’ self bħal dan bil-patt li t-talba tkun magħmula fuq l-inizjattiva ta’ dak li jkun ħarġu u li l-kapaċità ta’ ħlas ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata ma tkunx affetwata;

4.   L-Istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jinkludu f’fondi proprji la r-riżervi tal-valur ekwu relatati mal-profitti jew it-telf ġenerati mill-koperturi tal-likwidità ta’ strumenti finanzjarji valutati bi prezz amortizzat, u lanqas il-profitti jew it-telf fuq il-passiv tagħhom ivvalutat b’valur ekwu u li hu mistenni jinbidel ma’ l-evolviment tal-mertu tal-kreditu ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Artikolu 65

1.   Meta l-kalkolu jkollu jsir fuq bażi kkonsolidata, l-ammonti ikkonsolidati li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-elementi elenkati fl-Artikolu 57 għandhom jintużaw skond ir-regoli stabbiliti fis-sezzjoni 1 tal-Kapitolu 4,. Barra minn hekk, dawn li ġejjin jistgħu, meta jkunu elementi ta’ kreditu («negattivi»), ikunu meqjusa bħala riżervi ikkonsolidati għal kalkolu tal-fondi proprji:

(a)

l-interssi ta’ minoranza fit-tifsira ta’ l-Artikolu 21 tad-Direttiva 83/349/KEE, f’każ li l-metodu ta’ integrazzjoni globali jkun użat;

(b)

id-differenza ta’ l-ewwel konsolidament fit-tifsira ta’ l-Artikoli 19, 30 u 31 tad-Direttiva 83/349/KEE;

(c)

id-differenzi fil-konverżjoni inklużi fir-riżervi konsolidati bi qbil ma’ l-Artikolu 39(6) tad-Direttiva 86/635/KEE; u

(d)

id-differenza li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ ċerti interessi parteċipanti bi qbil mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 33 tad-Direttiva 83/349/KEE.

2.   Fejn l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 huma elementi ta’ dejn (“posittiv”) dawn għandhom jitnaqqsu fil-kalkolu tal-fondi konsolidati propji.

Artikolu 66

1.   L-elementi msemmija fil-punti (d) sa (h) ta’ l-Artikolu 57 għandhom ikunu suġġetti għal-limiti li ġejjin:

(a)

it-total ta’ l-elementi fil-punti (d) sa (h) ma jistax jaqbeż il- massimu ta’ 100 % ta’ l-elementi fil-punt (a) magħduda ma’ dawk fil-punti (b) u (c), bl-elementi fil-punti (i) sa (k) imnaqqsa; u

(b)

it-total ta’ l-elementi fil-punti (g) sa (h) ma jistax jaqbeż il massimu ta’ 50 % ta’ l-elementi fil-punt (a) magħduda ma’ dawk fil-punti (b) u (c), bl-elementi fil-punti (i) sa (k) imnaqqsa.

2.   It-total ta’ l-elementi fil-punti (l) sa (r) ta’ l-Artikolu 57 għandhom jitnaqqsu nofs mit-total ta’ l-elementi speċifikati fil-punti (a) sa (c) b’dawk fil-punti (i) sa (k) imnaqqsa, u nofs mit-total ta’ l-elementi (d) sa (h) ta’ l-Artikolu 57, wara li jkunu applikati l-limiti stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Sakemm nofs it-total ta’ l-elementi (l) sa (r) jeċċedi t-total ta’ l-elementi (d) sa (h) ta’ l-Artikolu 57, l-ammont żejjed għandu jiġi mnaqqas mit-total ta’ l-elementi (a) sa (c) b’ (i) sa (k) imnaqqsa ta’ l-Artikolu 57. L-elementi f’punt (r) ta’ l-Artikolu 57 m’għandhomx jiġu mnaqqsa jekk kienu inklużi fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-finijiet ta’ l-Artikolu 75 kif speċifikat fil-Parti 4 ta’ l-Anness IX.

3.   Għall-finijiet tat-Taqsimiet 5 u 6, id-dispożizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima għandhom jinqraw mingħajr ma jkunu kkunsidrati l-elementi msemmija fil-punti (q) u (r) ta’ l-Artikolu 57 u l-Artikolu 63(3).

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jaqbżu l-limiti stabbiliti f’paragrafu 1 f’ċirkostanzi temporanji u eċċezzjonali.

Artikolu 67

Ilkonformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-sezzjoni għandha tkun ippruvata għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

Sezzjoni 2

Dispożizzjoni kontra R-Riskji

Subsezzjoni 1

Livell ta’ applikazzjoni

Artikolu 68

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu konformi ma’ l-obbligi stipulati fl-Artikoli 22 u 75 u s-sezzjoni 5 fuq bażi individwali.

2.   Kull istituzzjoni ta’ kreditu li la hija sussidjarja fl-Istat Membru fejn hija awtorizzata u sorveljata, u lanqas m’hi kumpanija prinċipali, u kull istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex inkluża fil-konsolidazzjoni skond l-Artikolu 73, għandhom ikunu konformi ma’ l-obbligi stipulati fl-Artikoli 120 u 123 fuq bażi individwali.

3.   Kull istituzzjoni ta’ kreditu li la hija kumpanija prinċipali u l-anqas m’hi sussidjarja, u kull istituzzjoni ta’ kreditu mhux inkluża fil-konsolidazzjoni skond l-Artikolu 73, għandha tkun konformi ma’ l-obbligi stipulati fil-Kapitolu 5 fuq bażi individwali.

Artikolu 69

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 68(1) għal sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, meta kemm l-istituzzjoni ta’ kreditu kif ukoll is-sussidjarja tagħha jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni u sorveljanza mill-Istat Membru konċernat, u s-sussidjarja tkun inkluża fis-sorveljanza fuq bażi konsolidata ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun il-kumpanija prinċipali, u l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti kollha, sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu mqassma b’mod xieraq bejn il-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha:

(a)

ma jkunx hemm impediment materjali, prattiku jew legali attwali jew previst li jkun ta’ impediment għat-trasferiment immedjat ta’ fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passiv mill-kumpanija prinċipali tagħha;

(b)

jew l-intrapriża prinċipali tissodisfa lill-awtorità kompetenti rigward it-tmexxija prudenti tas-sussidjarja u tkun iddikjarat, bil-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti, li hi tigarantixxi l-impenji li s-sussidjarja tkun daħlet għalihom, jew ir-riskji tas-sussidjarji jkunu ta’ interess negliġibbli;

(c)

il-proċeduri tal-valutazzjoni, il-kejl u l-kontroll tar-riskju tal-kumpanija prinċipali jkunu jkopru wkoll lis-sussidjarja; u

(d)

l-intrapriża prinċipali jkollha iktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma fil-kapital tas-sussidjarja u/jew ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv tas-sussidjarja deskritt fl-Artikolu 11.

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1 fejn il-kumpanija prinċipali hija kumpanija holding finanzjarja stabbilita fl-istess Stat Membru fejn hija bbażata l-istituzzjoni ta’ kreditu, bil-kundizzjoni li din tkun suġġetta għall-istess sorveljanza magħmula fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, u b’mod partikolari bl-istandards stipulati fl-Artikolu 71(1).

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 68(1) lil xi istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru fejn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni u għal superviżjoni mill-Istat Membru kkonċernat, u tkun inkluża fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfatti, biex jiżguraw li fondi proprji jkunu mqassma b’mod adegwat bejn l-intrapriża prinċipali u s-sussidjarji:

(a)

ma jkunx hemm impediment materjali, prattiku jew attwali jew previst għat-trasferiment immedjat ta’ fondi proprji jew għar-rimbors ta’ passiv lill-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru;u

(b)

il-proċedurital-valutazzjoni, il-kejl u l-kontroll tar-riskju rilevanti għal superviżjoni kkonsolidata jkopru lill-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru.

L-awtorità kompetenti li tagħmel użu minn dan il-paragrafu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha.

4.   Bla ħsara għal ġeneralità ta’ l-Artikolu 144, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla mogħtija fil-paragrafu 3 għandhom jiżvelaw pubblikament, bil-mod kif indikat fl-Artikolu 144:

(a)

il-kriterji li japplikaw biex jiddeterminaw li ma jkunx hemm impedimenti materjali, prattiċi jew legali attwali jew previsti għat-trasferiment immedjat ta’ fondi proprji jew għar-rimbors ta’ passiv;

(b)

in-numru ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu li jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil-paragrafu 3 u n-numru minn dawn li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz; u

(c)

fuq bażi aggregat għall-Istat Membru:

(i)

l-ammont totali ta’ fondi proprji fuq il-bażi kkonsolidata ta’ l-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru, li jibbenefika mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil-paragrafu 3, li jkun miżmum f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(ii)

il-persentaġġ ta’ fondi proprji totali fuq il-bażi kkonsolidata ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru li jibbenefika mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil–paragrafu 3, irrapreżentati minn fondi proprji li jknu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz; u

(iii)

il-persentaġġ ta’ fondi proprji minimi totali meħtieġ skond l-Artikolu 75 fuq il-bażi kkonsolidata ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru, li jibbenefika mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil-paragrafu 3, irrapreżentat minn fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.

Artikolu 70

1.   Suġġetti għall-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skond il-każ, jippermettu li istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu jinkorporaw fil-kalkolu tar-rekwiżit tagħhom skond l-Artikolu 68(1) sussidjarji li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) ta’ l-Artikolu 69(1), u li għandhom l-iskoperturi jew il-passiv sostanzjali tagħhom miżmuma fil-konfront ta’ dik l-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu.

2.   It-trattament fil-paragrafu 1 hu permess biss fejn l-istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu turi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet kompetenti ċ-ċirkustanzi u l-arranġamenti, inkluzi l-arranġamenti legali, li permezz tagħhom ma jkunx hemm impediment materjali, prattiku jew legali, u fejn l-ebda minnhom ma jkun mistenni, għat-trasferiment immedjat ta’ fondi proprji, jew għar-rimbors ta’ passiv meta jkun dovut mis-sussidjarja għall-intrapriża prinċipali tagħha.

3.   Meta awtorità kompetenti teżerċita d-diskrezzjoni kif stipulat fil-paragrafu 1, hi għandha fuq bażi regolari u mhux inqas minn darba f’sena, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha li tkun għamlet użu mill-paragrafu 1 u biċ-ċirkustanzi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2. Fejn is-sussidjarja tkun f’pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-istess informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz ukoll.

4.   Bla ħsara għall-ġeneralità ta’ l-Artikolu 144, awtorità kompetenti li teżerċita l-għażla mogħtija fil-paragrafu 1 għandha tiżvela pubblikament, bil-mod indikat fl-Artikolu 144:

(a)

il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkunx hemm impedimenti materjali, prattiċi jew legali attwali jew previsti għat-trasferiment immedjat ta’ fondi proprji jew għar-ripagament ta’ passiv;

(b)

in-numru ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu li jagħmlu użu mill-paragrafu 1 u n-numru minn dawn li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz; u

(c)

fuq bażi aggregat għall-Istat Membru:

(i)

l-ammont totali ta’ fondi proprji ta’ istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu li jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil-paragrafu 1 li jkun miżmum f’sussidjarji f’pajjiż terz;

(ii)

il-persentaġġ ta’ fondi proprji totali ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu li jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil-paragrafu 1 irrapreżentat minn fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz; u

(iii)

il-persentaġġ ta’ fondi proprji minimi totali meħtieġ skond l-Artikolu 75 ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu li jibbenefikaw mill-eżerċizzju ta’ l-għażla mogħtija fil-paragrafu 1, irrapreżentat minn fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.

Artikolu 71

1.   Bla ħsara għall-Artikoli 68 sa 70, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru għandhom ikun konformi, safejn u fil-manjiera preskritta fl-Artikolu 133, ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75, 120, 123 u s-Sezzjoni 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata tagħhom.

2.   Bla ħsara għall-Artikoli 68 sa 70, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ikkontrollati minn kumpanija holdingprinċipali finanzjarja fi Stat Membru għandhom ikunu konformi, safejn u fil-manjiera preskritta fl-Artikolu 133, ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75, 120, 123 u s-Sezzjoni 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpanija holding finanzjarja.

Meta aktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda hija kontrollata minn kumpanija holding prinċipali finanzjarja fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni ta’ kreditu li għaliha tapplika s-sorveljanza fuq bażi konsolidata skond l-Artikoli 125 u 126.

Artikolu 72

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali ta’ l-UE għandhom ikunu konformi ma’ l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 5 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata tagħhom.

Sussidjarji sinifikanti ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu ta’ l-UE għandhom jippubblikaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 5, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpanija holding prinċipali finanzjarja ta’ l-UE għandhom ikunu konformi ma’ l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu 5 tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata ta’ dik il-kumpanija holding finanzjarja.

Sussidjarji sinifikanti ta’ kumpaniji holding prinċipali finanzjarji ta’ l-UE għandhom jippubblikaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 5, fuq bażi individwali jew subkonsolidata.

3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta’ sorveljanza fuq bażi konsolidata skond l-Artikoli 125 u 126 jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 1 u 2 b’mod sħiħ jew parzjali għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fi żvelar eqwivalenti ppubblikat fuq bażi konsolidata minn kumpanija prinċipali stabbilita f’pajjiż terz.

Artikolu 73

1.   L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċitar ta’ sorveljanza fuq bażi konsolidata skond l-Artikoli 125 u 126 jistgħu jiddeċiedu, fil-każi li ġejjin, li fil-konsolidament ma jinkludux istituzzjoni ta’ kreditu, istituzzjoni finanzjarja jew intrapriża ta’ servizzi awżiljari li hija sussidjarja jew li fiha hemm xi parteċipazzjoni:

(a)

jekk l-intrapriża konċernata tkun ibbażata f’pajjiż terz fejn ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali għat-trasferiment ta’ l-informazzjoni meħtieġa;

(b)

jekk, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-intrapriża konċernata tkun ta’ interess negliġibbli biss fejn jidħol l-iskop tas-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u f’kull każ fejn it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ l-intrapriża konċernata tkun inqas mill-iżgħar miż-żewġ ammonti li ġejjin:

(i)

EUR 10 miljun; jew

(ii)

1 % tat-total tal-karta tal-bilanċ ta’ l-intrapriża prinċipali jew l-intrapriża li għandha l-parteċipazzjoni,

(c)

fejn, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jeżerċitaw sorveljanza fuq bażi konsolidata, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanazjarja ta’ l-intrapriża konċernata ma tkunx xierqa jew tkun ta’ tfixkil safejn ikollu x’jaqsam l-iskop tas-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Jekk, fil-każijiet imsemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, diversi impriżi jissodisfaw il-kriterji stipulati fih, għandhom xorta waħda jkunu inklużi fil-konsolidament fejn kollettivament ikunu ta’ interess mhux negliġibbli fir-rigward ta’ l-iskop speċifikat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu sussidjarji jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75, 120, u 123 u s-Sezzjoni 5 fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew il-kumpanija prinċipali, f’każ li din tkun kumpanija holding finanzjarja, ikollhom bħala sussidjarja f’pajjiż terz istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija li tamministra l-assi skond id-definizzjoni fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE, jew inkella jkollhom parteċipazzjoni f’intrapriża ta’ din ix-xorta.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-intrapriżi prinċipali u sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 22 fuq bażi konsolidata jew subkosolidata, biex ikun żgurat li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi adottati minnhom ikunu konsistenti u integrati b’mod korrett u b’mod li tkun prodotta d-data u l-informazzjoni kollha relatata mal-finijiet ta’ l-attività ta’ sorveljanza.

Subsezzjoni 2

Kalkolu tar-rekwiżiti

Artikolu 74

1.   Ħlief meta stipulat mod ieħor, il-valutazzjoni ta’ l-assi u l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għandha ssir skond il-qafas tal-kontabilità li għalih hija soġġetta l-istituzzjoni ta’ kreditu skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u d-Direttiva 86/635/KEE.

2.   Minkejja r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 72, il-kalkoli li bihom hija vverifikata l-konformità ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 75 għandhom isiru almenu darbtejn fis-sena.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkomunikaw ir-riżultati u l-elementi tal-kalkolu mitluba lill-awtoritajiet kompetenti.

Subsezzjoni 3

Livell minimu ta’ fondi proprji

Artikolu 75

Bla ħsara għall-Artikolu 136, l-Istati Membri għandhom jesigu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu fondi proprji li f’kull ħin għandhom ikunu aktar minn jew daqs is-somma ta’ dawn ir-rekwiżit tal-kapital li ġejjin:

(a)

għal riskju tal-kreditu u riskju ta’ dilwizzjoni fir-rigward ta’ l-attivitajiet kollha bl-eċċezzjoni ta’ l-attivitajiet tagħhom tar-reġistru tan-negozju u l-assi mhux likwidi jekk imnaqqsa mill-fondi proprji skond l-Artikolu 13(2)(d) tad-Direttiva 2006/49/KE, 8 % tat-total ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati skond is-Sezzjoni 3;

(b)

fir-rigward ta’ l-attivitajiet tagħhom tar-reġistru tan-negozju, għal riskju ta’ pożizzjoni, għal riskju ta’ ftehim, għal riskju ta’ kontroparti u, safejn huwa awtorizzat li jinqabżu l-limiti stabbiliti fl-Artikoli 111 sa 117, għal skoperturi kbar li jaqbżu dawn il-limiti, ir-rekwiżiti tal-kapital stabbiliti skond l-Artikolu 18 u l-Kapitolu V, it-Taqsima 4 tad-Direttiva 2006/49/KE;

(c)

fir-rigward ta’ l-attivitajiet tan-negozju kollha tagħhom, għal riskju ta’ kambju u għal riskju ta’ varjazzjoni tal-prezz tal-prodotti primarji, ir-rekwiżiti tal-kapital determinati skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/49/KE; u

(d)

fir-rigward ta’ l-attivitajiet tan-negozju kollha tagħhom, għal riskju operattiv, ir-rekwiżiti tal-kapital determinati skond is-Sezzjoni 4.

Sezzjoni 3

Rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-Riskju tal-Kreditu

Artikolu 76

Għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-finijiet ta’ l-Artikolu 75(a), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw il-Metodu Standardizzat previst fl-Artikoli 78 sa 83 jew, jekk awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 84, il-metodu bbażat fuq il-Klassifika Interna.

Artikolu 77

Għall-finijiet ta’ din is-Sezzjoni “skopertura” tfisser attiv jew element li ma jidhirx fuq ilkarta tal-bilanċ.

Subsezzjoni 1

Metodu standardizzat

Artikolu 78

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, il-valur ta’ l-iskopertura ta’ element attiv għandu jkun il-valur tiegħu fuq il-karta tal-bilanċ u l-valur ta’ l-iskopertura ta’ element li ma jidhirx fuq il-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness II għandu jkun il-persentaġġ tal-valur tiegħu: 100 % fil-każ ta’ element ta’ riskju sħiħ, 50 % fil-każ ta’ element ta’ riskju medju, 20 % fil-każ ta’element ta’ riskju medju/baxx, 0 % fil-każ ta’ element ta’ riskju baxx. L-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u li jissemmew fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu assenjati lill-kategoriji ta’ riskji kif indikat fl-Anness II. Fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Metodu Komprensiv ta’ Garanzija Finanzjarja skond l-Anness VIII, il-Parti 3, fejn skopertura tkun f’forma ta’ titoli jew prodotti mibjugħa, impostati jew mislufa permezz ta’ tranżazzjoni ta’ xiri mill-ġdid jew permezz ta’ tranżazzjoni ta’ self jew ta’ tislif ta’ titoli jew prodotti, u fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ self marġni, il-valur ta’ skopertura għandu jkun miżjud bl-aġġustament tal-volatilità xierqa għal tali titoli jew prodotti kif preskritt fl-Anness VIII, il-Parti 3, il-punti 34 sa 59.

2.   Il-valur ta’ l-iskopertura ta’ l-istrumenti derivattivi elenkati fl-Anness IV għandu jkun determinat skond l-Anness III bl-effetti tal-kuntratti ta’ novazzjoni u ta’ ftehimiet oħra ta’ kumpens meqjusa għall-fini ta’ dawk il-metodi skond l-Anness III. Il-valur ta’ skopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, ta’ tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ titoli jew prodotti, ta’ tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u ta’ tranżazzjonijiet ta’ self marġni, jistgħu jiġu determinati jew skond l-Anness III, jew skond l-Anness VIII.

3.   Meta l-iskopertura hija soġġetta għall-protezzjoni ta’ kreditu assistit, il-valur ta’ l-iskopertura applikabbli għal dik l-unità jista’ jinbidel skond is-Subsezzjoni 3.

4.   Minkejja l-paragrafu 2, il-valur ta’ skopertura ta’ skoperturi ta’ riskju fuq il-kreditu pendenti, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti, ma’ kontroparti ċentrali għandu jkun determinat skond l-Anness III, il-Parti 2, il-punt 6, sakemm l-iskoperturi ta’ riskju fuq il-kreditu tal-kontroparti, tal-kontroparti ċentrali u l-parteċipanti kollha fl-arranġamenti tagħha jkunu garantiti bis-sħiħ ta’ kuljum.

Artikolu 79

1.   Kull skopertura għandha tiġi klassifikata f’waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:

(a)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali;

(c)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ korpi amministrattivi u intrapriżi mhux kummerċjali;

(d)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ banek multilaterali ta’ l-iżvilupp;

(e)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ istituzzjonijiet;

(g)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ impriżi;

(h)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ bejgħ/xiri bl-imnut;

(i)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ proprjetà ta’ beni immobbli;

(j)

elementi skaduti;

(k)

elementi li jappartjenu għal kategoriji regolatorji ta’ riskju għoli;

(l)

pretensjonijiet f’forma ta’ bonds koperti;

(m)

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni;

(n)

pretensjonijiet għal żmien qasir fil-konfront ta’ istituzzjonijiet u impriżi;

(o)

pretensjonijiet f’forma ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv (CIU); u

(p)

elementi oħra.

2.   Biex tkun eliġibbli għall-klassi ta’ skoperturi għall-klijentela bl-imnut imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1, skopertura għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskopertura għandha tkun jew fil-konfront ta’ persuna jew persuni individwali, jew ta’ entitatjiet żgħar jew ta’ daqs medju;

(b)

l-iskopertura għandha tkun waħda minn numru sinifikanti ta’ skoperturi li għandhom l-istess karatteristiċi, b’mod li r-riskji assoċjati magħha jkunu mnaqqsa sostanzjalment; u

(c)

l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni ta’ kreditu u lill-intrapriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, inklużi kwalunkwe skoperturi skaduti, mill-klijent debitur jew mill-grupp ta’ klijenti relatati, iżda esklużi pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali assigurati b’garanzija fuq il-proprjetà residenzjali, ma jridx jaqbeż, skond l-informazzjoni fil-pussess ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, EUR 1 miljun. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tieħu passi raġonevoli biex tikseb dan it-tagħrif.

It-titoli m’għandhomx ikunu eliġibbli għal klassifika ta’ skoperturi għall-klijentela bl-imnut.

(3)   Il-valur preżenti ta’ l-inqas pagamenti fuq kuntratt ta’ kera bl-imnut hu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura bl-imnut.

Artikolu 80

1.   Biex ikunu kkalkulati l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, il-piż differenzjat għar-riskju għandu japplika għall-iskoperturi kollha, sakemm ma jitnaqqasx mill-fondi proprji, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VI, il-Parti 1. L-applikazzjoni tal-piż differenzjat għar-riskju għandha tkun ibbażata fuq il-klassi ta’ skoperturi li fiha l-iskopertura tiġi assenjata u, b’mod konformi ma kif hu speċifikat fl-Anness VI, il-Parti 1, u fuq il-kwalità tal-kreditu. Il-kwalità tal-kreditu jista’ jkun determinat b’referenza għall-valutazzjonijiet tal-kreditu mogħtija mill-Istituzzjonijiet ta’ Valutazzjoni Esterna tal-Kreditu (ECAIs) skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 81 sa 83 jew il-valutazzjonijiet ta’ kreditu mogħtija mill-Aġenżiji għall-Kreditu għall-Esportazzjoni f’konformità ma’ l-Anness VI, il-Parti 1.

2.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-piż differenzjat għar-riskju, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-valur ta’ l-iskopertura għandu jkun multiplikat bil-fattur tal-piż differenzjat speċifikat jew determinat skond din is-Subsezzjoni.

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ l-ammonti b’piż differenzjat għar-riskju għall-iskoperturi ta’ l-istituzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jadottaw il-metodu bbażat fuq il-kwalità tal-kreditu ta’ l-amministrazzjoni ċentrali tat-territorju li fih l-istituzzjoni tkun reġistrata jew il-metodu bbażat fuq il-kwalità tal-kreditu ta l-istituzzjoni kontroparti skond l-Anness VI.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, meta l-iskopertura hija soġġetta għall-protezzjoni ta’ kreditu, il-piż differenzjat għar-riskju applikabbli għal dak l-element jista’ jinbidel skond is-Subsezzjoni 3.

5.   L-ammonti b’piż differenzjat għar-riskju ta’ skoperturi titolizzati għandhom ikunu kkalkulati skond is-Subsezzjoni 4.

6.   Għall-kalkolu ta’ l-ammonti b’piż differenzjat għar-riskju ta’ l-iskoperturi li għalihom din-is-Subsezzjoni ma tiddisponix mod ieħor, jiġi applikat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

7.   Bl-eċċezzjoni ta’ l-iskoperturi li jikkawżaw passiv fil-forma ta’ l-elementi imsemmija fil-paragrafi (a) sa (h) ta’ l-Artikolu 57, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu l-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-konfront ta’ kontroparti li tkun il-kumpanija prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew tal-kumpanija prinċipali tagħha jew intrapriża marbuta permezz ta’ relazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpanija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija tal-ġestjoni ta’ l-attiv jew impriża ta’ servizzi awżiljari soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali xierqa;

(b)

Il-kontroparti tkun inkluża fuq bażi sħiħa fl-istess konsolidament ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(c)

il-kontroparti tkun soġġetta għall-istess proċeduri ta’ valutazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju bħal dawk ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(d)

il-kontroparti tkun stabbilita fl-istess Stat Membru fejn hi stabbilita l-istituzzjoni ta’ kreditu; u

(e)

ma jkunx hemm impedimenti materjali jew legali attwali jew previsti għat-trasferiment immedjat ta’ fondi proprji jew għar-rimborż ta’ passivi mill-kontroparti għall-istituzzjoni ta’ kreditu;

F’każ bħal dan, jiġi assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 %.

8.   Bl-eċċezzjoni ta’ l-iskoperturi li joħolqu l-passivi fil-forma ta’ l-elementi msemmija fil-punti (a) sa (h) ta’ l-Artikolu 57, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw mill-ħtiġijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu l-iskoperturi lil kontropartijiet li jkunu membri ta’ l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali bħall-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu milħuqa:

(a)

il-ħtiġijiet stabbiliti fil-punti (a), (d) u (e) tal-paragrafu 7;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kontroparti jkunu daħlu fi ftehim kuntrattwali jew ta’ passiv statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u b’mod partikolari jassigura l-likwidità u s-solvibilità tagħhom biex jiġi evitat falliment fil-każ li jsir neċessarju (riferut hawn taħt bħala skema għal protezzjoni istituzzjonali);

(c)

l-arranġamenti jassiguraw li l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali ser tkun tista’ tipprovdi l-appoġġ neċessarju skond l-impenn tagħha minn fondi li jkunu disponibbli għaliha fil-pront;

(d)

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tiddisponi minn sistemi adattati u stipulati b’mod uniformi għall-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tar-riskju (li tagħti deskrizzjoni sħiħa tas-sitwazzjonijiet ta’ riskju tal-membri individwali kollha u ta’ l-iskema għall-protezzjoni istituzzjonali kollha kemm hi) b’possibiltajiet korrispondenti li tinfluwenza; dawk is-sistemi għandhom jissorveljaw b’mod adegwat skoperturi li fallew skond l-Anness VII, il-parti 4, il-punt 44;

(e)

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tagħmel reviżjoni tar-riskju tagħha stess li jkun ikkomunikat lill-membri individwali;

(f)

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali tipprepara u tippubblika darba fis-sena jew, rapport ikkonsolidat li jinkludi l-karta tal-bilanċ, il-kont tal-qligħ u t-telf, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, dwar l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali kollha kemm hi, jew rapport li jinkludi l-karta tal-bilanċ aggregata, il-kont tal-qligħ u t-telf aggregat, ir-rapport tas-sitwazzjoni u r-rapport tar-riskju, dwar l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali kollha kemm hi;

(g)

membri ta’ l-iskema tal-protezzjoni istituzzjonali huma obbligati li jagħtu avviż bil-quddiem ta’ mill-inqas 24 xahar jekk ikunu jixtiequ jwaqqfu l-arranġamenti;

(h)

l-użu multiplu ta’ elementi eliġibbli għall-kalkolu ta’ fondi proprji (“multiple gearing”) kif ukoll kwalunkwe ħolqien mhux xieraq ta’ fondi proprji bejn il-membri ta’ l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandhom ikunu eliminati;

(i)

l-iskema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandha tkun ibbażata fuq sħubija wiesgħa ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bi profil ta’ negozju l-biċċa l-kbira omoġenju; u

(j)

l-adegwatezza tas-sistemi msemmija f’punt (d) hi approvata u ssorveljata regolarment mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

F’każ bħal dan, jiġi assenjat piż ta’ riskju ta’ 0 %.

Artikolu 81

1.   Biex jiġi determinat il-fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ skopertura skond l-Artikolu 80 tista’ tintuża biss valutazzjoni esterna tal-kwalità tal-kreditu jekk l-ECAI li tforniha tkun aġenzija rikonoxxuta bħala eliġibbli għal dan l-iskop mill-awtoritajiet kompetenti (minn hawn ‘il quddiem “ECAI eliġibbli”).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu biss l-eliġibbilità ta’ l-ECAI għall-finijiet ta’ l-Artikolu 80, jekk ikunu sodisfatti li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni tagħha hija konformi mar-rekwiżiti ta’ oġġettività, indipendenza, reviżjoni kontinwa u trasparenza, u li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu li jirriżultaw jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kredibilità u trasparenza. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Anness VI, il-Parti 2.

3.   Jekk ECAI hija rikonoxxuta bħala aġenzija eliġibbli mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jistgħu jirrikonoxxu dik l-ECAI bħala eliġibbli mingħajr ma jipproċedu b’valutazzjoni tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw spjegazzjoni dwar il-proċedura ta’ rikonoxximent u l-lista ta’ l-ECAIs eliġibbli.

Artikolu 82

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, filwaqt li jqisu l-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Anness VI, il-Parti 2, ma’ liema klassi ta’ kwalità tal-kreditu skond kif stabbilit fil- Parti 1 ta’ dak l-Anness, għandhom ikunu assoċjati l-valutazzjonijiet relevanti tal-kwalità tal-kreditu ta’ ECAI eliġibbli. Dik id-deċiżjoni għandha tkun oġġettiva u konsistenti.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu għamlu klassifikazzjoni skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jistgħu jirrikonoxxu dik id-deċiżjoni mingħajr ma jkollhom għax jagħmlu l-klassifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 83

1.   L-użu tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-ECAI għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkun konsistenti u skond l-Anness VI, il-Parti 3. Il-valutazzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jintużaw b’mod selettiv.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw valutazzjonijiet ta’ kreditu li jkunu ntalbu. Madankollu, bil-permess ta’ l-awtorità kompetenti relevanti, jistgħu wkoll jużaw valutazzjonijiet li ma jkunux intalbu.

Subsezzjoni 2

Metodu bbażat fuq l-Ikklassifikar intern

Artikolu 84

1.   Skond din is-Subsezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju bl-użu tal-Metodu bbażat fuq il-Klassifikar Intern (IRB). Kull istituzzjoni ta’ kreditu tinħtieġ awtorizzazzjoni espliċita.

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun aċċertat ruħha li s-sistemi użati mill-istituzzjoni ta’ kreditu għall-ġestjoni u l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu ta’ l-iskoperturi huma sodi u applikati bl-integrità u, b’mod partikolari, li jissodisfaw l-istandards li ġejjin skond l-Anness VII, il-Parti 4:

(a)

is-sistemi ta’ kklassifikar ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jfornu valutazzjoni korretta tal-karatteristiċi tad-debitur u t-tranżazzjonijiet, differenzjazzjoni akkurata u stimi kwantitattivi tar-riskju preċiżi u konsistenti;

(b)

l-ikklassifikar intern u l-istimi ta’ inadempjenza u telf użati biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti tal-kapital u s-sistemi u l-proċessi assoċjati magħhom għandhom rwol essenzjali fil-ġestjoni tar-riskju, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u fl-awtorizzazzjoni tal-kreditu, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u fil-funzjonijiet tal-governanza korporattiva ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(c)

l-istitizzjoni ta’ kreditu għandha unità ta’ kontroll tar-riskju tal-kreditu għas-sistemi tagħha ta’ klassifikar li huwa indipendenti b’mod adegwat u ħieles minn influwenza żejda;

(d)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tiġbor u tarkivja d-data kollha relevanti biex tipprovdi appoġġ effikaċi għall-proċessi mħaddma minnha għall-kejl u l-ġestjoni tar-riskju tal-kreditu; u

(e)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tiddokumenta s-sistemi tagħha ta’ klassifikar u l-loġika ta’ l-istruttura tagħhom u tivvalidahom.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali u s-sussidjarji tagħha jew kumpanija holding finanzjarja prinċipali ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha jużaw il-metodu bbażat fuq l-ikklassifikar intern (IRB) fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti minimi ta’ l-Anness VII, il-Parti 4 jiġu rrispettati mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati flimkien.

3.   Istituzzjoni ta’ kreditu li titlob l-awtorizzazzjoni biex tapplika l-metodu IRB għandha turi li kienet tuża, għall-klassijiet ta’ skoperturi kkonċernati ta’ l-IRB, sistemi ta’ klassifikar li kienu sostanzjalment konformi ma’ l-obbligi minimi stabbiliti f’ l-Anness VII, il-Parti 4 għall-kejl u l-ġestjoni interni tar-riskju almenu matul it-tliet snin ta’ qabel l-awtorizazzjoni biex tuża l-metodu IRB.

4.   Istituzzjoni ta’ kreditu li titlob l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ stimi interni ta’ LGDsu/jew ta’ fatturi ta’ konverżjoni għandha turi li kienet qed tistma u tuża stimi interni ta’ LDGs u/jew ta’ fatturi ta’ konverżjoni b’mod li kien sostanzjalment konformi mar-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ stimi proprji tal-parametri stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 4 almenu matul it-tliet snin qabel l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ l-istimi interni ta’ LDGs u/jew tal-fatturi ta’ konverżjoni.

5.   Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax tikkonforma mal-bżonnijiet stabbiliti f’din is-Subsezzjoni, hi għandha jew tippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan li jerġa’ jwassal għall-konformità mill-aktar fis possibbli jew turi li l-effetti tan-nuqqas ta’ konformità m’humiex importanti.

6.   Meta l-metodu IRB huwa intiż għall-użu minn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha, jew minn kumpanija holding finanzjarja ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tad-diversi entitajiet legali għandhom jikkooperaw bejniethom mill-qrib kif previst fl-Artikoli 129 sa 132.

Artikolu 85

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 89, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u kwalunkwe intrapriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha għandhom japplikaw il-metodu IRBgħall-iskoperturi kollha.

Soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni tista’ titwettaq b’mod sekwenzjali fuq firxa ta’ klassijiet ta’ skoperturi msemmija fl-Artikolu 86, fl-istess unità operattiva, fid-diversi elementi operattivi ta’ l-istess grupp jew għall-użu ta’ l-istimi interni ta’ LDGs jew tal-fatturi ta’ konverżjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tal-piż differenzjat għar-riskju ta’ l-iskoperturi fil-konfront ta’ impriżi, istituzzjonijiet, u gvernijiet ċentrali u banek ċentrali.

Fil-każ tal-klassi ta’ l-iskopertura ta’ l-imnut msemmija fl-Artikolu 86, l-implimentazzjoni tista’ ssir b’mod sekwenzjali fil-kategoriji ta’ l-iskoperturi li għalihom jikkorrispondu d-diversi korrelazzjonijiet fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 10 sa 13.

2.   L-implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq f’perjodu ta’ żmien raġonevoli bi qbil ma’ l-awtoritajiet kompetenti. L-implimentazzjonigħandha titwettaq skond kundizzjonijiet stretti ffissati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti biex jiġi żgurat li l-flessibilità skond il-paragrafu 1 ma tintużax b’mod selettiv bil-għan li jinkisbu obbligi kapitali minimi fir-rigward ta’ dawk il-klassijiet ta’ skoperturi jew elementi operattivi li għad iridu jiġu inklużi fil-metodu bbażat fuq l-ikklassifikar intern jew fl-użu ta’ l-istimi interni ta’ LDGs u/jew tal-fatturi ta’ konverżjoni.

3.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-metodu IRB għal kull klassi ta’ skopertura jistgħu japplikaw fl-istess ħin il-metodu bbażat fuq IRB ukoll għall-klassi ta’ skoperturi ta’ ishma.

4.   Soġġett għall-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 89, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 89 biex jużaw il-metodu IRB ma jistgħux jirrivertu għall-użu tas-Subsezzjoni 1 għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, ħlief meta jkun muri mottiv leġittimu u bil-kundizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

5.   Soġġett għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 89, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 87(9) biex jużaw l-istimi interni ta; LDGs u tal-fatturi ta’ konverżjoni, ma jistgħux jirrivertu għall-użu ta’ LDGs u tal-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 87(8) ħlief meta jkun muri mottiv leġittimu u bil-kundizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 86

1.   Kull skopertura għandha tiġi klassifikata f’waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi li ġejjin:

(a)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ istituzzjonijiet;

(c)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali fil-konfront ta’ impriżi;

(d)

pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali ta’ bejgħ/xiri bl-imnut;

(e)

pretensjonijiet fl-ishma;

(f)

pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni; jew

(g)

attiv ieħor li m’hux kreditu.

2.   L-iskoperturi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali u banek ċentrali:

(a)

skoperturi fil-konfront ta’ gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet fis-settur pubbliku li huma meqjusa bħala skoperturi fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali skond is-Subsezzjoni 1; u

(b)

skoperturi fil-konfront ta’ Banek Multilaterali ta’ l-Iżvilupp u Organizzazzjonijiet Internazzjonali li skond is-Subsezzjoni 1, għalihom japplika fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ugwali għal 0 %.

3.   L-iskoperturi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet:

(a)

skoperturi fil-konfront ta’ gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali li mhumiex meqjusa bħala skoperturi fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali skond is-Subsezzjoni 1;

(b)

skoperturi fil-konfront ta’ Entitajiet tas-Settur Pubbliku li huma meqjusa bħala skoperturi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet skond is-Subsezzjoni 1; u

(c)

skoperturi fil-konfront ta Banek Multilaterali ta l-Iżvilupp li għalihom ma japplikax fattur ta piż differenzjat għar-riskju ugwali għal 0 % skond is-Subsezzjoni 1.

4.   Biex ikunu eliġibbli għall-klassi ta’ skoperturi għall-klijentela ta’ l-imnut imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-iskoperturi għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu jew skoperturi fil-konfront ta’ individwi jew ta’ impriża żgħira jew ta’ daqs medju, bil-kundizzjoni, fil-każ ta’ l-aħħar, li l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni ta’ kreditu u lill-intrapriżi prinċipali u s-sussidjarji tagħha, inkluża kwalunkwe skopertura skaduta mill-imgħoddi, mill-klijent debitur jew mill-grupp ta’ klijenti relatati, iżda mingħajr pretensjonijiet jew pretensjonijiet potenzjali assigurati b’garanzija fuq il-proprjetà residenzjali, m’għandhomx jaqbżu EUR 1 miljun, skond l-informazzjoni fil-pussess ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, li trid tkun adottat il-miżuri kollha raġonevoli biex tivverifika din is-sitwazzjoni;

(b)

fil-ġestjoni tar-riskju, l-istituzzjoni ta’ kreditu tittratta l-iskoperturi b’mod konsistenti u bl-istess mod il-ħin kollu;

(c)

l-iskoperturi ma jiġux amministrati sempliċement fuq bażi individwali bħal skoperturi fil-klassi ta’ dawk fil-konfront ta’ l-impriżi; u

(d)

kull skopertura tifforma parti minn numru sinifikanti ta’ skoperturi amministrati bl-istess mod.

Il-valur preżenti ta’ l-inqas pagamenti fuq kuntratt ta’ kera bl-imnut hu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura bl-imnut.

5.   L-iskoperturi li ġejjin għandhom ikunu kklassifikati bħala skoperturi fl-ishma

(a)

skoperturi mhux ta’ dejn li jittrasferixxu pretensjoni,subordinata, residwa fuq l-attiv jew id-dħul ta’ min ikun responsabbli għall-ħruġ; u

(b)

skoperturi ta’ dejn li s-sustanza ekonomika tagħhom hija simili għal dik ta’ l-iskoperturi speċifikati fil-punt (a).

6.   Fi ħdan il-klassi ta’ l-iskoperturi tal-kumpaniji, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jidentifikaw separatament bħala skoperturi ta’ finanzjar speċjalizzat, dawk l-iskoperturi li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

l-iskopertura hija fil-konfront ta’ entità li nħolqot speċifikament biex tiffinanzja u/jew tamministra assi fiżiċi;

(b)

l-arranġamenti kuntrattwali jagħtu lil min jislef kontroll sostanzjali fuq l-assi u d-dħul iġġenerati minnhom; u

(c)

is-sors primarju tar-rimborż ta’ l-obbligu huwa d-dħul ġenerat mill-attiv finanzjat aktar milli mill-kapaċità awtonoma ta’ impriża kummerċjali akbar.

7.   L-obbligi ta’ kreditu kollha li mhumiex klassifikati fil-klassijiet ta’ skoperturi msemmija fil-punti (a), (b) sa (f) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu kklassifikati fil-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu.

8.   Il-klassi ta’ skopertura msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi l-valur residwu ta’ propretajiet mikrija, jekk mhumiex inklużi fl-iskopertura ta’ kiri kif definit fl-Anness VII, il-parti 3, il-paragrafu 4.

9.   Il-metodoloġija applikata mill-istituzzjoni ta’ kreditu għall-klassifika ta’ l-iskoperturi fid-diversi klassijiet għandha tkun xierqa u konsistenti matul iż-żmien.

Artikolu 87

1.   L-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju tal-kreditu ta’ l-iskoperturi inklużi f’waħda mill-klassijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) jew (g) ta’ l-Artikolu 86(1) għandhom, sakemm mhux imnaqqsa mill-fondi proprji, ikunu kkalkulati skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 1 sa 27.

2.   L-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għal riskju ta’ dilwizzjoni ta’ krediti kummerċjali mixtrija għandhom ikunu kkalkulati skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 28. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rikors sħiħ fir-rigward ta’ krediti kummerċjali mixtrija għal riskji ta’ falliment u ta’ dilwizzjonigħall-bejjiegħ tal-krediti kummerċjali mixtrija, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 87 u 88 dwar krediti kummerċjali mixtrija m’hemmx għalfejn ikunu applikati. L-iskopertura tista’ minflok tiġi trattata bħala skopertura garantita.

3.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għal riskji tal-kreditu u ta’ dilwizzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-parametri relevanti assoċjati ma’ l-iskopertura konċernata. Dawn il-parametri għandhom jinkludu l-probabbiltà ta’ inadempjenza (PD), LGD, il-maturità (M) u l-valur ta’ l-iskopertura. Il-PD u l-LGD jistgħu jkunu kkunsidrati separatament jew flimkien, skond l-Anness VII, il-Parti 2.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju tal-kreditu għall-iskoperturi kollha li huma fil-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (e) ta’ l-Artikolu 86(1) għandu jsir skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 17 sa 26 soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw l-użu tal-metodu stabbilit fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 25 u 26 minn istituzzjoni ta’ kreditu biss jekk din tissodisfa l-obbligi minimi stipulati fl-Anness VII, il-Parti 4, il-punti 115 sa 123.

5.   Minkejja l-paragrafu 3, il-kalkolu ta’ l-ammonti ta l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju tal-kreditu għal skoperturi ta’ self speċjalizzat jista’ jsir skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw gwida dwar kif l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi ta’ self speċjali skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 6 u għandhom japprovaw il-metodoloġiji applikati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

6.   Għal skoperturi fil-klassijiet ta’ skoperturi msemmija fil-punti (a) sa (d) ta’ l-Artikolu 86(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu l-istimi interni tagħhom tal- PDs f’konformità ma’ l-Artikolu 84 u l-Anness VII, il-Parti 4.

7.   Għal skoperturi fil-klassijiet ta’ skoperturi msemmija fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 86(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu l-istimi interni tagħhom ta’ LGDs u l-fatturi ta’ konverżjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 84 u l-Anness VII, il-Parti 4.

8.   Għal skoperturi fil-klassijiet ta’ skoperturi msemmija fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 86(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw il-valuri ta’ l-LGD stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 2, il-punt 8, u l-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 3, il-punti 9 (a) sa (d).

9.   Minkejja l-paragrafu 8, għall-iskoperturi kollha fil-klassijiet ta’ skoperturi msemmija fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 86(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw l-istimi interni tagħhom LGDs u l-fatturi ta’ konverżjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 84 u l-Anness VII, il-Parti 4.

10.   L-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għal skoperturi titolizzati u għal skoperturi fil-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (f) ta’ l-Artikolu 86 (1) għandhom jiġi kkalkulati skond is-Subsezzjoni 4.

11.   Fejn skoperturi fil-forma ta’ impriża ta’ investiment kollettiv (CIU) jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punti 77 u 78 u l-istituzzjoni ta’ kreditu hija konxja ta’ l-iskoperturi sottostanti tas-CIU, l-istituzzjoni ta’ kreditu tqis dawk l-iskoperturi sottostanti biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni f’konformità mal-metodi stabbiliti f’din is-Subsezzjoni.

Fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ma’ tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-użu tal-metodi stabbiliti f’din is-Subsezzjoni, l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni għandhom jiġu kkalkulati skond il-metodi li ġejjin:

(a)

għal skoperturi fil-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (e) ta’ l-Artikolu (86(1), il-metodu stabbilit fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 19 sa 21. Jekk, għall-finijiet ta’ dan, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ tiddistingwi bejn skoperturi fi strumenti privati ta’ kapital, skoperturi fi strumenti negozjati ta’ kapital u skoperturi oħra fi strumenti ta’ kapital, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tittratta l-iskoperturi konċernati ugwali għal skoperturi fi strumenti ta’ kapital;

(b)

għall-iskoperturi sottostanti l-oħra kollha, il-metodu stabbilit fis-Subsezzjoni 1, suġġett għall-modifiki li ġejjin:

(i)

l-iskoperturi jitqiegħdu fil-klassi xierqa ta’ skoperturi u jingħatalhom fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju li jikkorrespondi mal-klassi ta’ kwalità tal-kreditu immedjatament superjuri għall-klassi li fiha l-iskopertura tkun normalment imqiegħda; u

(ii)

l-iskoperturi mqiegħda fi klassijiet ta’ kwalità tal-kreditu ogħla, li normalment jingħatalhom fattur ta’ piż differenzjat għall-piż ugwali għal 150 %, jirċievu fattur ta’ piż differenzjat ta’ 200 %.

12.   Fejn skoperturi fil-forma ta’ impriża ta’ investiment kollettiv (CIU) ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punti 77 u 78, jew l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konxja ta’ l-iskoperturi sottostanti kollha tas-CIU, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tqis l-iskoperturi sottostanti u tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 19 sa 21.Jekk, għall-finijiet ta’ dan, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ tiddistingwi bejn skoperturi f’ishma privati, skoperturi f’ishma negozjati u skoperturi f’ishma oħra, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tittratta l-iskoperturi konċernati bħala skoperturi f’ ishma oħra. Għal dan il-għan, l-iskoperturi li m’humiex f’ ishmahuma klassifikati f’waħda mill-klassijiet (skoperturi f’ishma privati, skoperturi f’ishma negozjati fis-swieq jew skoperturi f’ ishma oħra) stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 19, u l-iskoperturi li m’humiex magħrufa huma kklassifikati fil-klassi ta’ l-iskoperturif’ishma oħra.

Bħala alternattiva għall-metodu deskritt hawn fuq, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jikkalkulaw huma nfushom jew jistgħu jinkarigaw lil terzi biex jikkalkulaw u jirrapportaw l-ammonti medji ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju fuq il-bażi ta’ l-iskoperturi sottostanti ta’ l-impriżi ta’ investiment kollettiv skond il-metodi li ġejjin, bil-kundizzjoni li l-korrettezza tal-kalkolu u r-rapport ikunu żgurati b’mod xieraq:

(a)

għal skoperturi fil-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (e) ta’ l-Artikolu (86(1), il-metodu stabbilit fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 19 sa 21. Jekk, għall-finijiet ta’ dan, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ tiddistingwi bejn skoperturi f’ishma privati, skoperturi f’ishma negozjati u skoperturi f’ ishma oħra, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tittratta l-iskoperturi konċernati ugwali għal skoperturi fi strumenti ta’ kapital; jew

(b)

għall-iskoperturi sottostanti l-oħra kollha, il-metodu stabbilit fis-Subsezzjoni 1, suġġett għall-modifiki li ġejjin:

(i)

l-iskoperturi jitqiegħdu fil-klassi xierqa ta’ skoperturi u jingħatalhom fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju li jikkorrespondi mal-klassi ta’ kwalità tal-kreditu immedjatament superjuri għall-klassi li fiha l-iskopertura tkun normalment imqiegħda, u

(ii)

l-iskoperturi mqiegħda fi klassijiet ta’ kwalità tal-kreditu ogħla, li normalment jingħatalhom fattur ta’ piż differenzjat għall-piż ugwali għal 150 %, jirċievu fattur ta’ piż differenzjat ta’ 200 %.

Artikolu 88

1.   L-ammonti tat-telf mistenni għal skoperturi f’waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi msemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ l-Artikolu 86(1) għandhom jiġi kkalkulati skond il-metodi stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 29 sa 35.

2.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti tat-telf mistenni skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 29 sa 35 għandu jkun ibbażat fuq l-istess data tal-PD, l-LGD u l-valur ta’ l-iskopertura għal kull skopertura utilizzata għall-kalkolu ta’ l-ammonti b’piż differenzjat għar-riskju f’konformità ma’ l-Artikolu 87. Għall-iskoperturi inadempjenti, fejn istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ l-LGDs, it-telf mistenni (“EL”) għandu jkun l-aħjar stima ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ l-EL (“ELBE,”) għall-iskopertura inadempjenti, skond l-Anness VII, Parti 4, punt 80.

3.   L-ammonti tat-telf mistenni għall-iskoperturi titolizzati għandhom ikunu kkalkulati skond is-Subsezzjoni 4.

4.   L-ammont ta’ telf mistenni għall-iskoperturi fil-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (g) ta’ l-Artikolu 86(1) għandu jkun żero.

5.   L-ammonti ta’ telf mistenni għal riskju ta’ dilwizzjoni ta’ krediti kummerċjali mixtrija għandhom ikunu kkalkulati f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 35.

6.   L-ammonti ta’ telf mistenni għal skoperturi msemmija fl-Artikolu 87(11) u (12) għandhom ikunu kkalkulati f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness VII, il-Parti 1, il-punti 29 sa 35.

Artikolu 89

1.   Soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati biex jużaw il-metodu IRB għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u ta’ l-ammonti tat-telf mistenni għal klassi waħda jew aktar ta’ skoperturi jistgħu japplikaw is-Subsezzjoni 1 fil-każi li ġejjin:

(a)

għall-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 86(1), meta n-numru ta’ kontropartijiet importanti jkun limitat u jkun piż mhux ġustifikat għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex timplimenta sistema ta’ klassifikar għal dawn il-kontropartijiet;

(b)

għall-klassi ta’ skoperturi msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 86(1), fejn in-numru ta’ kontropartijiet importanti jkun limitat u jkun piż mhux ġustifikat għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex timplimenta sistema ta’ klassifikar għal dawn il-kontropartijiet;

(c)

għal skoperturi f’elementi operattivi mhux importanti kif ukoll klassijiet ta’ skoperturi li mhumiex sinifikanti fir-rigward ta’ daqs u kobor ta’ riskju;

(d)

għall-iskoperturi fil-konfront tal-gvernijiet ċentrali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini u fil-konfront ta’ l-awtoritajiet reġjonali tagħhom, l-awtoritajiet lokali u l-korpi amministrattivi, bil-kundizzjoni li:

(i)

ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn l-iskoperturi fil-konfront ta’ l-amministrazzjoni ċentrali u dawk l-iskoperturi l-oħra minħabba arranġamenti pubbliċi speċifiċi; u

(ii)

l-iskoperturi fil-konfront ta’ l-awtorità ċentrali jkunu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt is-Subsezzjoni 1;

(e)

għall-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-konfront ta’ kontroparti li tkun l-intrapriża prinċipali tagħha, is-sussidjarja tagħha jew sussidjarja ta’ l-intrapriża prinċipali tagħha, bil-kundizzjoni li l-kontroparti tkun istituzzjoni jew kumpanija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija ta’ ġestjoni ta’ kapital jew impriża ta’ servizzi anċillari soġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa jew intrapriża assoċjata b’relazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u skoperturi bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu li jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 80(8);

(f)

għall-iskoperturi f’ishma fil-konfront ta’ entitajiet li l-obbligi ta’ kreditu tagħhom jikkwalifikaw għal piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt is-Subsezzjoni 1 (inklużi dawk l-entitajiet li jibbenefikaw minn għajnuna pubblika li għalihom japplika piż differenzjat għar- riskju ta’ żero);

(g)

għall-iskoperturi f’ ishma li seħħu taħt programmi legiżlattivi biex jippromwovu setturi speċifiċi ta’ l-ekonomija li jipprovdu sussidji sinifikanti għall-investiment lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jinvolvu xi forma ta’ superviżjoni pubblika u restrizzjonijiet fuq l-investimenti f’ishma. Din l-esklużjoni hija limitata għal total ta’ 10 % tal-fondi proprji oriġinali flimkien ma’ fondi oħra supplimentari;

(h)

l-iskoperturi identifikati fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punt 40 li jilħqu l-kondizzjonijiet speċifikati hemmhekk; jew

(i)

Garanziji ta’ l-Istat u garanziji riassikurati mill-Istat skond l-Anness VIII, il-Parti 2, il-punt 19.

Dan il-paragrafu ma jżommx lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor milli jawtorizzaw l-applikazzjoni tar-regoli tas-Subsezzjoni 1 għal skoperturi f’ishma li għalihom kien ġie awtorizzat dan it-trattament fi Stati Membri oħra.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-klassi ta’ skopertura ta’ ishma ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun ikkunsidrata bħala materjali jekk il-valur aggregrat tagħhom, eskluż l-iskoperturi ta’ ishma imġarrba taħt programmi leġislattivi imsemmija fil-paragrafu 1, punt (g), jaqbeż, fuq medja tas-sena preċedenti, 10 % tal-fondi propji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Jekk in-numru ta’ l-iskoperturi f’ishma huwa inqas minn 10 investimenti individwali, dak il-limitu għandu jkun 5 % tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Subsezzjoni 3

Tnaqqis tar-Riskju tal-Kreditu

Artikolu 90

Għall-finijiet ta’ din is-Subsezzjoni, “istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef” għandha tfisser istituzzjoni ta’ kreditu li għandha l-iskopertura konċernata, derivata jew le minn self.

Artikolu 91

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-Metodu Standardizzat taħt l-Artikoli 78 sa 83 jew li jużaw il-Metodu ta’ l-IRB taħt l-Artikoli 84 sa 89, imma li ma jużawx l-istimi proprji tagħhom ta’ l-LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni taħt l-Artikoli 87 u 88, jistgħu jirrikonoxxu tnaqqis tar-riskju tal-kreditu skond din is-Subsezzjoni fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-fini ta’ l-Artikolu 75, il-punt (a) jew, skond il-każ, ta’ l-ammonti tat-telf mistenni għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-punt (q) ta’ l-Artikolu 57, u l-Artikolu 63(3).

Artikolu 92

1.   Il-teknika użata għall-forniment ta’ protezzjoni tal-kreditu flimkien ma’ l-azzjonijiet u l-miżuri adottati u l-proċeduri u l-politika eżegwiti mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef għandha tkun waħda li tiġġenera mekkaniżmi ta’ protezzjoni tal-kreditu li jkunu legalment effikaċi u infurzabbli fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha.

2.   L-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef għandha tadotta l-miżuri xierqa kollha biex tiżgura l-effikaċja ta’ l-arranġament ta’ protezzjoni tal-kreditu u biex tindirizza r-riskji relatati.

3.   Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu assistita, biex ikunu eliġibbli għall-għarfien, l-attiv li fuqhom tkun ibbażata l-protezzjoni għandhom ikunu likwidi biżżejjed u l-valur tagħhom stabbli biżżejjed tul perjodu ta’ żmien, biex ikunu jistgħu jipprovdu garanzija xierqa għall-protezzjoni ta’ kreditu miksuba filwaqt li jitqies il-metodu użat għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent awtorizzat. L-eliġibilità għandha tkun limitata għall-attiv stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 1.

4.   Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu assistita, l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef għandu jkollha d-dritt li tillikwida jew iżżomm, b’mod opportun, l-attiv li minnu hija derivata l-protezzjoni fl-eventwalità ta’inadempjenza, insolvenza jew falliment ta’ min hu marbut bil-kuntratt – jew avveniment tal-kreditu previst fid-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni - u, fejn applikabbli, ta’ l-istituzzjoni depożitarja tal-garanzija. Il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-valur ta’ l-attiv li fuqhom kienet ibbażata l-protezzjoni u l-kwalità ta’ kreditu ta’ min hu marbut bil-kuntratt ma għandux ikun eċċessiv.

5.   Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistit, biex tkun eliġibbli għar-rikonoxximent, il-parti li tassumi l-impenn għandha tkun affidabbli biżżejjed, u l-kuntratt tal-protezzjoni għandu jkun effikaċi u infurzabbli ġuridikament fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti, biex tkun tista’ tipprovdi garanzija xierqa għall-protezzjoni ta’ kreditu miksub filwaqt li jitqies il-metodu użat għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u tal-grad ta’ rikonoxximent awtorizzat. L-eliġibilità għandha tkun limitata għall-fornituri tal-protezzjoni u t-tipi ta’ kuntratti ta’ protezzjoni stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 1.

6.   Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 2.

Artikolu 93

1.   Fejn ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 92 huma sodifatti, il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperti b’piż differenzjat għar-riskju u, kif applikabbli, ta’ l-ammonti tat-telf mistenni jista’ jiġi modifikat skond l-Anness VIII, il-Partijiet 3 sa 6.

2.   Fl-ebda każ skopertura li għaliha tkun inkisbet tnaqqis tar-riskju tal-kreditu ma tista’ tipproduċi ammont ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jew ammont ta’ telf mistenni ogħla minn dak ta’ skopertura identika li għaliha ma kienx hemm tnaqqis tar-riskju tal-kreditu.

3.   Fejn l-ammont ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jkun diġà jinkludi l-protezzjoni tal-kreditu taħt l-Artikoli 78 sa 83 jew l-Artikoli 84 sa 89, skond kif relevanti, il-kalkolu tal-protezzjoni tal-kreditu ma jiġix aktar rikonoxxut taħt din is-Subsezzjoni.

Subsezzjoni 4

Titolizzazzjoni

Artikolu 94

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tuża l-Metodu Standardizzat stabbilit fl-Artikoli 78 sa 83 għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-klassi ta’ skoperturi li fiha jkunu kklassifikati l-iskoperturi titolizzati skond l-Artikolu 79, l-istituzzjoni tikkalkula l-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skond l-Anness IX, il-Parti 4, il-punti 1 sa 36.

Fil-każi l-oħra kollha, l-istituzzjoni tikkalkula l-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Anness IX, il-Parti 4, il-punti 1 sa 5 u 37 sa 76.

Artikolu 95

1.   Meta parti sinifikanti tar-riskju tal-kreditu assoċjat ma’ skoperturi titolizzati tkun ġiet trasferita mill-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi skond it-termini ta’ l-Anness IX, il-Parti 2, din l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’:

(a)

fil-każ ta’ titolizzazzjoni tradizzjonali, teskludi mill-kalkolu tagħha ta’ l-ammonti ta l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, u, kif applikabbli, ta’ l-ammonti tat-telf mistenni, l-iskoperturi li tkun ittitolizzat; u

(b)

fil-każ ta’ titolizzazzjoni sintetika, il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, u kif applikabbli, ta’ l-ammonti tat-telf mistenni, isir b’referenza għall-iskoperturi titolizzati skond l-Anness IX, il-parti 2.

2.   Fil-każi fejn japplika l-paragrafu 1, l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha tikkalkula l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju previsti fl-Anness IX għall-pożizzjonijiet li jista’ jkollha fit-titolizzazzjoni.

Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi tonqos milli tittrasferixxi parti sinifikanti tar-riskju tal-kreditu skond il-paragrafu 1, l-istituzzjoni m’għandhiex għalfejn tikkalkula l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-pożizzjonijiet kollha li jista’ jkollha fis-titolizzazzjoni konċernata.

Artikolu 96

1.   Biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju ta’ pożizzjoni titolizzata, għandhom jiġu assenjati l-fatturi tal-piż differenzjat tar-riskju għall-valur ta’ l-iskoperturi tal-pożizzjoni skond l-Anness IX, fuq il-bażi tal-kwalità tal-kreditu tal-pożizzjoni, li tista’ tkun determinata b’referenza għall-valutazzjonijiet tal-mertu tal-kreditu minn aġenzija esterna ECAI jew mod ieħor, kif stabbilit fl-Anness IX.

2.   Fejn skopertura tirrigwarda segmenti diversi ta’ titolizzazzjoni, l-iskopertura għal kull segment għandha tiġi kkunsidrata bħala pożizzjoni separata tat-titolizzazzjoni. Il-fornituri tal-protezzjoni tal-kreditu għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala entitajiet li jżommu pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom jinkludu skoperturi konnessi ma’ operazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni marbuta ma’ kuntratti derivati fuq rati ta’ imgħax jew valuta.

3.   Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tkun soġġetta għal pożizzjoni tal-kreditu assistita jew mhux assistita, il-fattur tal-piż differenzjat għar-riskju li jrid jiġi applikat għal pożizzjoni bħal din jista’ jkun modifikat skond l-Artikoli 90 sa 93, moqrija flimkien ma’ l-Anness IX.

4.   Soġġett għall-punt (r) ta’ l-Artikolu 57 u l-Artikolu 66(2), l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għandu jiġi inkluż mat-total ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-fini ta’ l-Artikolu 75(a).

Artikolu 97

1.   Valutazzjoni ta’ kreditu ECAI tista’ tintuża biex tiddetermina l-fattur ta’ piż differenżjat għar-riskju ta’ titolizzazzjoni biss jekk l-ECAI li tforniha tkun aġenzija rikonoxxuta bħala eliġibbli għal dan l-iskop mill-awtoritajiet kompetenti, (minn hawn ‘il quddiem “ECAI eliġibbli”).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu l-eliġibilità ta’ ECAI għall-fini tal-paragrafu 1 biss jekk ikunu sodisfatti li l-ECAI tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 81, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tekniċi ta’ l-Anness VI, il-Parti 2, u li jkollha esperjenza ppruvata fil-qasam tat-titolizzazzjoni, li tista’ tixhed għaliha kredibilità soda fis-suq.

3.   Jekk ECAI hija rikonoxxuta bħala aġenzija eliġibbli mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għall-fini ta’ paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jistgħu jirrikonoxxu dik l-ECAI bħala eliġibbli għal dak il-fini mingħajr ma jipproċedu b’valutazzjoni tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw nota spjegattiva dwar il-proċedura ta’ rikonoxximent u l-lista ta’ l-ECAIs eliġibbli.

5.   Biex tintuża għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ta’ ECAI eliġibbli għandha tkun konformi mal-prinċipji ta’ kredibilità u trasparenza kif imfissra fl-Anness IX, il-Parti 3.

Artikolu 98

1.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-fatturi ta’ piż differenzjat għar-riskju għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu ma’ liema klassijiet ta’ kwalità tal-kreditu stabbiliti fl-Anness IX jridu jiġu klassifikati l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu ta’ ECAI eliġibbli. L-ikklassifikar għandu jkun oġġettiv u konsistenti.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkunu għamlu klassifikazzjoni skond il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra jistgħu jirrikonoxxu dik il-klassifikazzjoni mingħajr ma jwettqu l-klassifikazzjoni tagħhom.

Artikolu 99

L-użu tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-ECAI għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju taħt l-Artikolu 96 għandu jkun konsistenti u skond l-Anness IX, il-Parti 3. Il-valutazzjonijiet ta kreditu m’għandhomx jintużaw b’mod selettiv.

Artikolu 100

1.   F’każ ta’ titolizzazzjoni ta’ skoperturi rotattivi soġġetti għal klawsola ta’ amortizzazzjoni antiċipata, l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha tikkalkula, skond l-Anness IX, ammont supplimentari ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju b’referenza għar-riskju ta’ żieda, b’riżultat tas-seħħ tal-klawsola ta’ amortizzazzjoni antiċipata, fil-livelli ta’ riskju tal-kreditu li għalihom ikun espost.

2.   Għal dan il-għan, skopertura rotattiva tfisser skopertura li fiha l-bilanċi pendenti tal-klijenti huma permessi li jvarjaw skond id-deċiżjonijiet tagħhom biex jissellfu u jħallsu mill-ġdid, sa limitu miftiehem, u klawsola ta’ amortizzazzjoni antiċipata tfisser klawsola kuntrattwali li timponi, meta jinqalgħu każi definiti, ir-rimborż tal-pożizzjoni ta’ l-investituri qabel il-maturità stabbilita oriġinarjament tat-titoli maħruġa.

Artikolu 101

1.   Istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi li, f’rigward ta’ titolizzazzjoni, tkun għamlet użu mill-Artikolu 95 fil-kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura valutati fuq ir-risjku jew istituzzjoni ta’ kreditu promotriċi m’għandhiex tipprovdi appoġġ lit-titolizzazzjoni lil hinn mil-limiti ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħha biex tipprova ttaffi t-telf attwali jew potenzjali ta’ l-investituri.

2.   Jekk istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi jew promotriċi ma tikkonformax mal-paragrafu 1 fir-rigward ta’ titolizzazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi għall-anqas iż-żamma ta’ fondi proprji fil-konfront ta’ l-iskoperturi titolizzati kollha bħallikieku dawn qatt ma kienu ġew titolizzati. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tistqarr pubblikament li pprovdiet appoġġ barra mill-kuntratt u x’kien l-impatt ta’ dan l-appoġġ fuq il-kapital regolatorju.

Sezzjoni 4

Rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-riskju operattiv

Artikolu 102

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jżommu fondi proprji fil-konfront ta’ riskju operattiv f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Artikoli 103, 104 u 105.

2.   Bla ħsara għall-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 104 m’għandhomx jaqilbu lura għall-użu tal-metodu stabbilit fl-Artikolu 103, ħlief jekk ikun hemm raġuni leġittima evidenti u bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

3.   Bla ħsara għall-paragrafu 4, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 105 m’għandhomx jaqilbu lura għall-użu tal-metodu stabbilit fl-Artikoli 103 jew 104 ħlief jekk ikun hemm raġuni leġittma u bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw kombinazzjoni ta’ metodi skond l-Anness X, il-Parti 4.

Artikolu 103

Ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju operattiv skond il-Metodu ta’ l-Indikatur Bażi għandu jkun perċentwal determinat ta’ indikatur rilevanti skond il-parametri stabbiliti fl-Anness X, il-Parti 1.

Artikolu 104

1.   Skond il-Metodu Standardizzat, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaqsmu l-attivitajiet tagħhom f’oqsma differenti ta’ negozju kif stipulat fl-Anness X, il-Parti 2.

2.   Għal kull qasam ta’ negozju, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkalkulaw rekwiżit tal-kapital għar-riskju operattiv bħala perċentwali determinat ta’ l-indikatur rilevanti, skond il-parametri stabbiliti fl-Anness X, il-Parti 2.

3.   Għal ċerti oqsma ta’ negozju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’ċerti kundizzjonijiet, jawtorizaw istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tuża indikatur alternattiv biex tiddetermina l-obbligu ta’ kapital tagħha fil-konfront tar-riskju operattiv kif stipulat fl-Anness X, il-Parti 2, il-punti 5 sa 11.

4.   Ir-rekwiżit tal-kapital fil-konfront tar-riskju operattiv skond il-Metodu Standardizzat huma s-somma tar-rewkiżit tal-kapital għal kontra r-riskju operattiv ta’ l-oqsma individwali kollha tan-negozju.

5.   Il-parametri tal-Metodu Standardizzat jidhru fl-Anness X, il-Parti 2.

6.   Biex jikkwalifikaw għall-użu tal-Metodu Standardizzat, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness X, il-Parti 2.

Artikolu 105

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw il-Metodi Avvanzati ta’ Kejl ibbażati fuq is-sistemi interni proprji ta’ kejl tar-riskju operattiv, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tawtorizza b’mod espliċitu l-użu tal-mudelli konċernati għall-ikkalkular tar-rekwiżit tal-fondi proprji.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jridu juru lill-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw il-kriterji ta’ adegwatezza stabbiliti fl-Anness X, il-Parti 3.

3.   Meta l-Metodu tal-Kejl Avvanzat huwa intiż għall-użu minn istituzzjoni ta kreditu prinċipali ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha jew mis-sussidjarji ta’ kumpanija holding prinċipali finanzjarja ta’ l-UE, l-awtoritajiet kompetenti tad-diversi entitajiet legali għandhom jikkooperaw bejniethom mill-qrib kif previst fl-Artikoli 129 sa 132. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-elementi elenkati fl-Anness X, il-Parti 3.

4.   Meta istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha jew is-sussidjarji ta’ kumpanija holding prinċipali finanzjarja ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha jużaw il-Metodu tal-Kejl Avvanzat fuq bażi unifikata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-kriterji ta’ adegwatezza stabbiliti fl-Anness X, il-Parti 3 jiġu rrispettati mill-kumpanija prinċipali u s-sussidjarji tagħha kkunsidrati bħala konġunti.

Sezzjoni 5

Skoperturi kbar

Artikolu 106

1.   «Skoperturi» għall-finijiet ta’ din is-sezzjoni, għandhom ifissru kwalunkwe attiv jew elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ imsemmija fis-Sezzjoni 3, Subsezzjoni 1, tiegħu, mingħajr l-applikazzjoni ta’ piż differenzjat għar- riskju jew gradi ta’ riskju li hemm provvediment għalihom.

L-iskoperturi li ġejjin mill-elementi msemmija fl-Anness IV għandhom jiġu kkalkulati skond wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Anness III. Għall-finijiet ta’ din is-Sezzjoni, l-Anness III, il-Parti 2, il-punt 2 għandu japplika wkoll.

L-elementi kollha kompletament koperti bil-fondi proprji jistgħu, bi ftehim ma l-awtoritajiet kompetenti, jkunu esklużi mid-definizzjoni ta’ l-iskoperturi, basta dawn il-fondi proprji ma jkunux inklużi fil-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-fini ta’ l-Artikolu 75 jew fil-kalkolu ta’ koeffiċjenti oħra ta’ sorveljanza previsti minn din id-Direttiva u minn atti Komunitarji oħra.

2.   L-iskoperturi m’għandhomx jinkludu:

(a)

fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani, skoperturi mġarrba matul il-proċess ordinarju tat-twettiq tal-ħlas matul it-48 siegħa ta’ wara li jkun sar il-pagament; jew

(b)

fil-każ ta’ tranżazzjonijiet għall-iskopijiet ta’ xiri jew bejgħ ta’ titoli, riskji involuti fil-korsa ordinarja ta’ twettieq matul il-ħamest-ijiem tax-xogħol wara l-pagament jew il-wasla ta’ titoli, liema minnhom tkun l-aktar kmieni;

Artikolu 107

Għall-fini ta’ l-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni, it-terminu “istituzzjoni ta’ kreditu” għandu jkopri dan li ġej:

(a)

istituzzjoni ta’ kreditu inklużi l-fergħat tagħha f’pajjiżi terzi; u

(b)

l-impriżi privati u pubbliċi kollha, inklużi l-fergħat tagħhom, li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” u li kienu ġew awtorizzati minn pajjiż terz.

Artikolu 108

L-iskopertura ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-konfront ta’ klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi għandha titqies bħala skopertura kbira meta l-valur tagħha jkun ugwali għal jew jeċċedi 10 % tal-fondi proprji tagħha.

Artikolu 109

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu jkollha proċeduri amministrattivi u ta’ kontabilita sodi u mekkaniżmi interni ta’ kontroll xierqa għall-iskopijiet ta’ l-identifikar u r-reġistrar ta’ l-iskoperturi l-kbar kollha u t-tibdiliet sussegwenti għalihom, skond din id-Direttiva, kif ukoll għall-monitoraġġ ta’ l-imsemmija skoperturi kbar fid-dawl ta’ l-istrateġiji ta’ riskji li jkollha kull istituzzjoni ta’ kreditu.

Artikolu 110

1.   L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrapporta kull skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-rappurtaġġ ikun imwettaq, fid-diskrezzjoni tagħhom, skond wieħed minn dawn iż-żewġ metodi li ġejjin:

(a)

ir-rappurtar ta’ l-iskoperturi l-kbar kollha mill-anqas darba kull sena, flimkien mar-rappurtar matul is-sena ta’ skoperturi kbar ġodda kollha u kull żidiet li jseħħu fl-iskoperturi l-kbar eżistenti li jkunu jlaħħqu mill-anqas 20 % fir-rigward tal-komunikazzjoni preċedenti; jew

(b)

ir-rappurtar ta’ l-iskoperturi l-kbar kollha mill-anqas erba’ darbiet fis-sena.

2.   Ħlief fil-każ ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jserrħu fuq l-Artikolu 114 għar-rikonoxximent ta’ garanzija fl-ikkalkular tal-valur ta’ l-iskoperturi għall-fini tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ l-Artikolu 111, mhemmx għalfejn li l-iskoperturi eżentati taħt l-Artikolu 113(3)(a) sa (d) u (f) sa (h) jiġu rrappurtati kif stabbilit fil-paragrafu 1 u l-frekwenza ta’ rappurtar stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ titnaqqas għal darbtejn fis-sena għall-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 111(3)(e) u (i), u fl-Artikoli 115 u 116.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tinvoka dan il-paragrafu, din għandha żżomm dokumentazzjoni ta’ l-avvanzi għal mill-anqas sena wara li jseħħ l-avveniment li jkun iġġenera l-eżenzjoni, sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jistabilixxu jekk hemmx ġustifikazzjoni għal din l-eżenzjoni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex janalizzaw l-iskoperturi lil dawk li jagħmlu l-garanziji għal konċentrazzjonijiet possibbli u fejn xieraq jieħdu azzjoni jew jirrappurtaw kwalunkwe skoperta sinifikanti lill-awtorità kompetenti tagħhom.

Artikolu 111

1.   L-istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tikkonċedi lil klijent jew grupp ta’ klijenti relatati skopertura li l-valur tagħha jaqbeż 25 % tal-fondi proprji.

2.   Meta klijent jew grupp ta’ klijenti relatati jkunu l-kumpanija prinċipali jew sussidjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u/jew sussidjarja waħda jew aktar ta’ dik il-kumpanija prinċipali, il-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun imnaqqas għal 20 %. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw l-iskoperturi mġarrba minn dawk il-klijenti mil-limitu ta’ 20 % jekk huma jipprovdu għal monitoraġġ speċifiku ta’ dawk l-iskoperturi b’miżuri jew proċeduri oħra. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill- Kumitat Bankarju Ewropew dwar il-kontenut ta’ dawk il-miżuri jew proċeduri.

3.   L-istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tidħol għal skoperturi kbar li fit-total jaqbżu 800 % tal-fondi proprji.

4.   L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha f’kull waqt tkun konformi mal-limiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 fir-rigward ta’ l-iskoperturi tagħha. Jekk f’każ eċċezzjonali l-iskoperturi jaqbżu dawk il-limiti, dak il-fatt għandu jkun irrappurtat mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti li jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi hekk ikunu jenħtieġu, jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu perjodu ta’ żmien limitat biex fih tikkonforma ma’ dawk il-limiti.

Artikolu 112

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikoli 113 sa 117, it-terminu “garanzija” għandu jinkludi derivattivi ta’ kreditu rikonoxxuti taħt l-Artikoli 90 sa 93 minbarra noti marbuta ma’ kreditu.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, meta, taħt l-Artikoli 113 sa 117, ir-rikonoxximent ta’ protezzjoni tal-kreditu assistit jew mhux jista’ jkun permess soġġett għal konformità ma’ l-obbligi ta’ eliġibilità u rekwiżiti minimi oħra, stabbiliti taħt l-Artikoli 90 sa 93 għall-finijiet ta’ kkalkular ta’ ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83.

3.   Meta istituzzjoni ta’ kreditu sserraħ fuq l-Artikolu 114(2), ir-rikonoxximent tal-protezzjoni tal- kreditu finanzjat huwa soġġett għar-rekwiżiti rilevanti skond l-Artikoli 84 sa 89.

Artikolu 113

1.   L-Istati Membri jistgħu jimponu limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 111.

2.   L-Istati Membri jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 111 (1), (2) u (3) skoperturi mġarrba minn istituzzjoni ta’ kreditu fil-konfront tal-kumpanija prinċipali tagħha, sussidjarji oħra ta’ din il-kumpanija prinċipali jew sussidjari tagħha stess, sakemm dawn l-impriżi jkunu koperti bis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li għaliha l-istituzzjoni ta’ kreditu innifisha tkun soġġetta, skond din id-Direttiva jew standards ekwivalenti eżistenti f’pajjiż terz.

3.   L-Istati Membri jistgħu kompletament jew parzjalment jeżentaw dawn l-iskoperturi li ġejjin mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 111:

(a)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali li għalihom, jekk ma jkollhomx garanziji, ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83;

(b)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti fil-konfront ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali ta’ l-iżvilupp li għalihom, jekk ma jkollhomx garanziji, ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83;

(c)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti assistiti minn garanzija espliċita ta’ amministrazzjonijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek ta’ l-iżvilupp multilaterali jew entitajiet fis-settur pubbliku, fejn għall-krediti mhux garantiti fil-konfront ta’ l-entità li tipprovdi l-garanzija, ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83;

(d)

skoperturi oħra attribwibbli għal, jew garantiti minn, gvernijiet ċentrali, banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek ta’ l-iżvilupp multilaterali jew entitajiet fis-settur pubbliku, fejn għall-krediti mhux garantiti fil-konfront ta’ l-entità li għaliha l-iskopertura hija attribwibbli jew li minnha hija garantita, ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83;

(e)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti u skoperturi oħra fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali li ma jissemmewx fil-paragrafu a) hawn fuq li huma denominati u, fejn applikabbli, finanzjati bil-valuta nazzjonali tad-debituri;

(f)

elementi ta’ attiv u skoperturi oħra garantiti, b’mod sodisfaċenti skond l-awtoritajiet kompetenti, minn garanziji fil-forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali, banek ta’ żvilupp multilaterali, jew minn gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali jew entitajiet fis-settur pubbliku fl-Istati Membri, fejn dawn it-titoli jirrappreżentaw pretensjonijiet fil-konfront ta’ min ikun ħariġhom li għalihom ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83;

(g)

elementi ta’ attiv u skoperturi oħra garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’garanzija f’għamla ta’ depożitu ta’ flus likwidi mqiegħda ma’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef jew l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-intrapriża prinċipali jew sussidjarja ta’ l-istituzzjoni li tislef;

(h)

elementi ta’ attiv u skoperturi oħra garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’garanzija f’għamla ta’ ċertifikati ta’ depożitu maħruġa mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef jew mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-intrapriża prinċipali jew sussidjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef u ddepożitati f’waħda minn dawn l-impriżi, tkun liema tkun;

(i)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti u skoperturi oħra fil-konfront ta’ istituzzjonijiet, b’maturita ta’ sena waħda jew anqas, imma li ma jirrappreżentawx il-fondi proprji ta’ dawn l-istituzzjonijiet;

(j)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti u skoperturi oħra fil-konfront ta’ dawk l-istituzzjonijiet li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu imma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl- Anness VI, il-Parti 1, il-punt 85, b’maturità ta’ sena waħda jew anqas, u garantiti f’konformità ma’ l-istess punt;

(k)

kambjali tan-negozju u kambjali simili, b’maturita ta’ sena waħda jew anqas, li jkollhom il-firem ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra;

(l)

bonds koperti kif definiti fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punti 68 sa 70;

(m)

jiddependi minn koordinazjoni sussegwenti, holdings fil-kumpaniji ta’ l-assigurazjoni msemmija fl-Artikolu 122(1) sa 40 % tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tikseb dan il-holding;

(n)

elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu reġjonali jew ċentrali li magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef tkun assoċjata f’network skond dispożizzjonijiet legali jew statutorji u li huma responsabbli, taħt dawk id-dispożizzjonijiet, għal operazzjonijiet likwidi fl-ambitu ta’ l-istess network;

(o)

skoperturi garantiti, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’garanzija fil-forma ta’ titoli differenti minn dawk imsemmija fil-punt (f);

(p)

self garantit, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali jew b’ishma f’kumpaniji ta’ djar residenzjali Finlandiżi, li joperaw skond l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tad-Djar ta’ 1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti u tranżazzjonijiet ta’ kiri li permezz tagħhom min jikri jżomm il-proprjetà assoluta tal-proprjetà residenzjali mikrija, għal tul iż-żmien li matulu l-kerrej ma jkunx eżerċita l-għażla li jixtri, fil-każi kollha sa 50 % tal- valur tal-proprjetà residenzjali kkonċernata;

(q)

dak li ġej, fejn għalihom japplika fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 % skond l-Artikoli 78 sa 83, u sa 50 % biss tal-valur tal-proprjetà konċernata:

(i)

skoperturi garantiti b’ipoteki fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor, jew b’ishma f’kumapaniji tad-djar Finlandiżi li joperaw skond l-Att tal-Kumpaniji Finlandiżi tad-Djar ta’ 1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward ta’ uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor; u

(ii)

skoperturi relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà fir-rigward ta’ uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor;

Għall-finijiet tal-punt (ii), sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jirrikonoxxu l-100 % tal-valur tal-proprjetà kkonċernata. Fi tmiem dan il-perjodu, dan it-trattament jiġi rivedut. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-użu li huma jagħmlu ta’ dan it-trattament preferenzjali.

(r)

50 % ta’ l-iskopertura medja/baxxa ta’ elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness II;

(s)

soġġett għall-ftehim mill-awtoritajiet kompetenti, garanziji li jkunu apparti mill-garanziji ta’ self li jkollhom bażi legali jew regolatorja u li jingħataw lill-membri tagħhom li jkollhom l-istatus ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bi skemi ta’ garanzija reċiproka, soġġetti għal piż differenzjat ta’ 20 % ta’ l-ammont tagħhom; u

(t)

l-elementi ta’ riskju baxx li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ imsemmija fl-Anness II, sakemm ikun intlaħaq ftehim mal-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi li permezz tiegħu l-iskopertura tista’ tkun adottata biss jekk ikun ġie aċċertat li l-limiti applikabbli taħt l-Artikolu 111(1) sa (3) ma jinqabżux.

Il-flus irċevuti taħt nota marbuta ma’ kreditu maħruġa mill-istituzzjoni ta’ kreditu u self u depożiti ta’ kontroparti għal jew ma’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li huma soġġetti għal ftehim ta’ kkalkular fuq bażi netta li jidher fuq il-karta tal-bilanċ rikonoxxut taħt l-Artikoli 90 sa 93 għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt (g).

Għall-finijiet tal-punt (o), it-titoli użati bħala garanzija għandhomikunu vvalutati bil-prezz tas-suq, ikollhom valur li jaqbeż l-iskoperturi ggarantiti u jkunu jew innegozjati fuq il-borża jew effettivament negozjabbli u regolarment ikkwotati f’suq operat taħt l-awspiċji ta’ operaturi professjonali rikonoxxuti u li jiżgura, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, il-possibbiltà li jkun determinat prezz oġġettiv hekk li l-eċċess tal-valur tat-titoli jkun jista’ jiġi vverifikat fi kwalunkwe mument. L-eċċess tal-valur meħtieġ għandhu jkun 100 % imma għandu jkun 150 % fil-każ ta’ ishma u 50 % fil-każ ta’ titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta’ Stati Membri apparti minn dawk imsemmija fis-subpunt (f), u fil-każ ta’ titoli ta’ dejn maħruġa mill-banek multilaterali ta’ l-iżvilupp li ma jinkludux dawk li jirċievu piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt il-Metodu Standardizzat. F’każ li ma jkunx hemm qbil bejn iż-żmien tal-maturità ta’ l-iskopertura u tal-protezzjoni tal-kreditu, il-garanzija ma tiġix rikonoxxuta. It-titoli użati bħala kollateral ma jistgħux ikunu l-fondi proprji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Għall-finijiet tal-punt (p), il-valur tal-proprjetà għandu jkun ikkalkulat, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, fuq il-bażi ta’ standards stretti ta’ valutazzjoni stabbiliti b’liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi. Il-valutazzjoni għandha titwettaq mill-anqas darba f’sena. Għall-finijiet tal-punt (p), proprjetà residenzjali għandha tfisser residenza li għandha tkun okkupata jew mikrija minn dak li jissellef.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull eżenzjoni mogħtija taħt punt (s) sabiex jassiguraw li din ma tirriżultax f’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.

Artikolu 114

1.   Soġġett għall-paragrafu 3, għall-ikkalkular tal-valur ta’ l-iskoperturi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 111(1) sa (3), l-Istati Membri, bħala alternattiva għall-konċessjonijiet ta’ l-eżenzjonijiet totali jew parzjali mogħtija taħt il-punti (f), (g), (h) u (o) ta’ l-Artikolu 113(3), jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il- il-Metodu Komprensiv ta’ Garanzija Finanzjarja skond l-Artikoli 90 sa 93, japplikaw valur aktar baxx mill-valur ta’ l-iskopertura, imma mhux aktar baxx mit-total tal-valuri ta’ l-iskoperturi fil-konfront tal-klijent jew il-grupp ta’ klijenti konnessi, aġġustati integralment.

Għal dan il-għan “il-valur ta’ l-iskoperturi aġġustat integralment” jfisser il-valur ikkalkulat skond l-Artikoli 90 sa 93, bit-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, l-aġġustamenti tal-valitilità u n-nuqqas ta’ qbil bejn il-perjodi tal-maturità (E*), kollha kkunsidrati.

Meta dan il-paragrafu jkun applikat għal istituzzjoni ta’ kreditu, il-punti (f), (g), (h), u (o) ta’ l-Artikolu 113(3) m’għandhomx japplikaw għall-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata tuża l-istimi interni tagħha tat-telf f’każ ta’ inadempjenza (LGD) u tal-fatturi ta’ konverżjoni għal klassi ta’ skoperturi skond l-Artikoli 84 sa 89, tista’ titħalla, jekk il-metodi li tħaddem ikunu sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti, tagħmel stima ta’ l-effetti li l-kollaterali finanzjarji jkollhom fuq l-iskoperturi tagħha separatament minn aspetti oħra relatati ma’ l-LGD, biex jitqiesu dawn l-effetti fil-kalkolu tal-valur ta’ l-iskoperturi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 111(1) sa (3).

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaċċettaw l-adegwatezza ta’ l-istimi magħmula mill-istituzzjoni ta’ kreditu bil-għan li jitnaqqas il-valur ta’ l-iskoperturi biex tintlaħaq konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 111.

Fejn istituzzjoni ta’ kreditu titħalla tuża l-istimi interni tagħha ta’ l-effetti tal-garanzija finanzjarja, għandha tagħmel dan fuq bażi konsistenti mal-metodu adottat fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallew jużaw l-istimi interni tagħhom ta’ l-LGDs u l-fatturi ta’ konverżjoni għal klassi ta’ skoperturi skond l-Artikoli 84 sa 89 li ma jkoprux il-kalkolu tal-valur ta’ l-iskoperturi tagħhom bl-użu tal-metodu msemmi fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jitħallew jużaw il-metodu stabbilit fil-paragrafu 1 jew l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 113(3)(o) biex jiġi kkalkulat il-valur ta’ l-iskoperturi. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża biss wieħed minn dawn iż-żewġ metodi.

3.   Istituzzjoni ta’ kreditu li titħalla tuża l-metodi deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għall-kalkolu tal-valur ta’ l-iskoperturi għall-fini ta’ l-Artikolu 111(1) sa (3) għandha, minn żmien għal żmien, tagħmel testijiet ta’ l-istress fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju tal-kreditu tagħhom, inkluż fir-rigward tal-valur realizzabbli tal-garanziji kollha aċċettati.

Dawn it-testijiet ta’ stress regolari għandhom jirrigwardaw ir-riskji ġejjin mill-bidliet potenzjali tal-kundizzjonijiet tas-suq li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-adegwatezza tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, kif ukoll ir-riskji li jiġu mir-realizzazzjoni ta’ kollateral f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti li t-testijiet ta’ stress li tkun għamlet huma suffiċjenti u adegwati għall-valutazzjoni ta’ dawn ir-riskji.

F’każ li minn dawn it-testijiet ta’ stress jirriżulta li l-valur realizzabbli ta’ garanzija aċċettata hi aktar baxxa mill-valur aċċettabbli għall-konsiderazzjoni kif xieraq skond il-paragrafi 2 u 3, il-valur tal-garanzija li titħalla tkun rikonoxxuta għall-kalkolu tal-valur ta’ l-iskoperturi għall-fini ta’ l-Artikolu 111(1) sa (3) għandha, konsegwentement, titnaqqas.

Dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkludu dan li ġej ma’ l-istrateġiji tagħhom għall-amministrazzjoni tar-riskju ta’ konċentrazzjoni:

(a)

politika u proċeduri għall-konfrontazzjoni ta’ riskji li jiġu minn nuqqas ta’ qbil bejn il-perjodi tal-maturità ta’ l-iskoperturi u l-protezzjonijiet ta’ kreditu kollha relatati ma’ dawn l-iskoperturi;

(b)

politika u proċeduri fil-każ li test ta’ stress jindika valur ta’ garanzija li jissarraf f’ammont inqas milli kien ikkunsidrat taħt paragrafi 1 u 2; u

(c)

politika u proċeduri dwar ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li jiġi mill-applikazzjoni ta’ teknika ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, b’referenza partikolari għall-iskoperturi ta’ kreditu indiretti kbar (pereżempju fil-konfront ta’ persuna unika li toħroġ titoli aċċettati bħala garanzija).

4.   Meta l-effetti ta’ garanzija ikunu rikonoxxuti taħt il-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jittrattaw kull parti garantita ta’ l-iskopertura bħallikieku kienet skopertura fil-konfront ta’ min ikun ħareġ il-garanzija minflok fil-konfront tal-klijent.

Artikolu 115

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 111(1) sa (3), l-Istati Membri jistgħu jassenjaw piż ta’ 20 % għall-elementi ta’ attiv li jirrappreżentaw krediti fil-konfront ta’ amministrazzjonijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ta’ l-Istati Membri, fejn għal dawn il-krediti jkun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 % taħt l-Artikolu 78 sa 83 kif ukoll għal skoperturi oħra fil-konfront ta’ dawn l-amministrazzjonijiet u awtoritajiet jew garantiti minnhom, li għalihom ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, inaqqsu din ir-rata għal 0 % fir-rigward ta’ elementi ta’ attiv li jirrapreżentaw krediti fil-konfront ta’ gvernijiet ċentrali u awtoritajiet lokali ta’ l-Istati Membri, fejn għal dawk il-krediti jkun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83 kif ukoll għal skoperturi oħra fil-konfront ta’ dawn l-amministrazzjonijiet u awtoritajiet jew garantiti minnhom, li għalihom ikun assenjat fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83.

2.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 111(1) sa (3), l-Istati Memrbi jistgħu jassenjaw piż ta’ 20 % għall-elementi ta’ l-assi li jirrappreżentaw krediti u skoperturi oħra fil-konfront ta’ istituzzjonijiet b’perjodu ta’ maturità ta’ aktar minn sena imma mhux aktar minn tliet snin u piż differenzjat ta’ 50 % għal elementi ta’ l-attiv li jirrappreżentaw krediti fil-konfront ta’ istituzzjonijiet b’perjodu ta’ maturita ta’ aktar minn tliet snin, bil-kundizzjoni li dawn il-krediti jkunu rappreżentati bi strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni ta’ kreditu u dejjem jekk dawn l-istrumenti ta’ dejn, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ikunu effettivament negozjabbli f’suq magħmul minn operaturi professjonali u soġġetti għal kwotazjoni ta’ kuljum fuq dak is-suq, jew il-ħruġ tagħhom ikun ġie awtoriżżat mill-awtoritajiet kompetenti ta l-Istat Membru ta’ l-oriġini ta’ l-l-istituzzjoniji ta’ kreditu li tkun ħarġithom. Fl-ebda każ dawn l-elementi ma jistgħu jikkostitwixxu fondi proprji.

Artikolu 116

B’deroga mill-Artikolu 113(i) u l-Artikolu 115(2), l-Istati Membri jistgħu jassenjaw piż ta’ 20 % għall-elementi ta’ l-attiv li jirrappreżentaw krediti u skoperturi oħra fil-konfront ta’ istituzzjonijiet, independentament mill-perjodi tal-maturità tagħhom.

Artikolu 117

1.   Meta skopertura fil-konfront ta’ klijent tkun garantita minn parti terza, jew b’garanzija f’għamla ta’ titoli maħruġa minn parti terza skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(3) (o), l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jikkunsidraw l-iskopertura bħala waħda mġarrba mill- garanti minflok għall-klijent; jew

(b)

jikkunsidraw l-iskopertura bħala waħda mġarrba mill-parti minflok mill-klijent, jekk l-iskopertura definita fl-Artikolu 113(3) (o) tkun garantita b’garanzija skond il-kundizzjonijiet hemm stabbiliti.

2.   Fil-każi li fihom l-Istati Membri japplikaw it-trattament previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1:

(a)

meta l-garanzija tkun denominata f’valuta differenti minn dik ta’ l-iskopertura, l-ammont ta’ l-iskopertura meqjusa bħala koperta jiġi kkalkulat skond id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta’ diskrepanza fil-valuta għall-protezzjoni tal-kreditu mhux assistit skond l-Anness VIII;

(b)

in-nuqqas ta’ qbil bejn il-perjodu ta’ maturità ta’ l-iskopertura u l-perjodu ta’ maturità tal-protezzjoni għandu jkun ittrattat skond id-dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-perjodi ta’ maturità skond l-Anness VIII; u

(c)

il-kopertura parzjali tista’ tiġi rikonoxxuta skond it-trattament stabbilit fl-Anness VIII.

Artikolu 118

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun eżentata mill-konformità ma’ l-obbligi imposti f’din is-sezzjoni fuq bażi individwali jew subkonsolidata skond l-Artikolu 69(1), jew meta għal istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru jkunu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 70, iridu jittieħdu miżuri biex tkun żgurata allokazzjoni xierqa tar-riskji fi ħdan il-grupp.

Artikolu 119

Sal-31 ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonament ta’ din is-sezzjoni, flimkien ma’ proposti xierqa.

Sezzjoni 6

Holdings li jikkwalifikaw barra mis-Settur finanzjarju

Artikolu 120

1.   L-ebda istituzzjoni ta’ kreditu ma jista’ jkollha holding kwalifikat li l-ammont tiegħu jeċċedi l-15 % tal-fondi proprji f’intrapriża li ma tkunx la istituzzjoni ta’ kreditu, la istituzzjoni finanazjarja, u lanqas intrapriża li twettaq attivitatijiet li huma estensjoni diretta ta’ servizz bankarju jew jirrigwardaw servizzi bankarji anċillari bħal per eżempju kiri, factoring, il-ġestjoni ta’ unitajiet ta’ trusts, il-ġestjoni ta’ servizzi ta proċessar tad-data jew kwalunkwe attività simili.

2.   L-ammont totali ta’ holdings kwalifikati ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’intrapriżi apparti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanazjarji jew l-intrapriżi li jwettqu attivitajiet li huma estensjoni diretta ta’ servizz bankarju jew jirrigwardaw servizzi bankarji anċillari bħal pereżempju kiri, factoring, il-ġestjoni ta’ unitajiet ta’ trusts, il-ġestjoni ta’ servizzi ta proċessar tad-data jew kwalunkwe attività simili m’għandhomx jaqbżu s-60 % tal-fondi proprji.

3.   Il-limiti stabbiliti f’paragrafi 1 u 2 jistgħu jinqabżu biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali. F’każi bħal dawn, madankollu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjoni ta’ kreditu jew iżżid il-fondi proprji jew tadotta miżuri oħra li jkollhom effett ekwivalenti.

Artikolu 121

L-ishma miżmuma temporanjament matul rikostruzzjoni finanzjarja jew operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ xi kumpanija jew matul il-perjodu normali ta’ sottoskrizzjoni ta’ ħruġ ta’ titoli fl-isem proprju ta’ l-istituzzjoni imma għan-nom ta’ terzi, m’għandhomx jitqiesu bħala holdings kwalifikati għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 120(1) u (2). L-ishma li ma jkunux attiv finanzjarju fiss kif definit fl-Artikolu 35(2) tad-Direttiva 86/635/KEE m’għandhomx ikunu inklużi fil-kalkolu.

Artikolu 122

1.   L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-limiti preskritti fl-Artikoli 120(1) u (2) għal holdings f’kumpaniji ta’ assigurazzjoni kif inhu definit fid-Direttivi 73/239/KEE u 2002/83/KE, jew f’kumpaniji ta’ riassigurazzjoni kif inhu definit fid-Direttiva 98/78/KE.

2.   L-Istati Membi jistgħu jistipulaw li l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx japplikaw il-limiti stabbili fl-Artikolu 120(1) u (2) jekk huma jistipulaw li 100 % ta’ l-ammonti li permezz tagħhom il-holdings li jikkwalifikaw ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jaqbżu dawk il-limiti għandhom ikunu koperti minn fondi propji u li dawn ta’ l-aħħar m’għandhomx ikunu inklużi fil-kalkolu mitlub skond l-Artikolu 75. Jekk iż-żewġ limiti stipulati skond l-Artikolu 120(1) u (2) jinqabżu, l-ammont li għandu jkun kopert mill-fondi propji għandu jkun l-ikbar ammont minn dawk l-ammonti eċessivi.

KAPITOLU 3

Proċess ta’ Valutazzjoni ta’ L-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu

Artikolu 123

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom strateġiji u proċeduri validi, effikaċi u sħaħ biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jikkunsidraw adegwat biex ikopru n-natura u l-livell ta’ l-iskoperturi li għalihom huma jew jistgħu jkunu esposti.

Dawn l-istrateġiji u proċeduri għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni interna fuq bażi regolari biex ikun żgurat li jibqgħu sħaħ u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata.

KAPITOLU 4

Superviżjoni u żvelar mill-awtoritajiet kompetenti

Sezzjoni 1

Superviżjoni

Artikolu 124

1.   Fuq il-bażi tal-kriterji tekniċi stabbiliti fl-Anness XI, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċeduri u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex ikunu konformi ma din id-Direttiva u jivvalutaw l-iskoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma jew jistgħu jkunu esposti.

2.   L-għan tar-reviżjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun dak tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

3.   Fuq il-bażi tar-reviżjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċeduri u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fondi proprji miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni tajba u kopertura tar-riskji tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-reviżjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi jqisu d-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-komplessità ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata u billi jikkunsidraw il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-reviżjoni u l-valutazzjoni għandhom jiġu aġġornati almenu darba fis-sena.

5.   Ir-reviżjoni u l-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għar-rata ta’ l-imgħax li tirriżulta mill-attivitajiet li mhumiex tal-kummerċ. Huma meħtieġa miżuri fil-każ ta’ istituzzjonijiet li l-valur ekonomiku tagħhom jonqos b’aktar minn 20 % tal-fondi proprji tagħhom b’riżultat ta’ bidla għal għarrieda u mhux mistennija fir-rati ta’ l-imgħax li d-daqs tagħhom għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti u li ma jistgħux ivarjaw minn istituzzjoni ta’ kreditu għal oħra.

Atikolu 125

1.   Jekk kumpanija prinċipali hija istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE, għandha ssir superviżjoni fuq bażi konsolidata mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzawha skond l-Artikolu 6.

2.   Meta l-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu hija parent financial holding company fi Stat Membru jew parent financial holding company fl-UE, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzawha skond l-Artikolu 6.

Artikolu 126

1.   Meta istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija holding prinċipali finanzjarja fi Stat Membru jew l-istess kumpanija holding prinċipali finanzjarja fl-UE fi Stat Membru jew l-istess kumpanija holding prinċipali finanzjarja fl-UE, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-Istat Membru li fih kienet twaqqfet il-kumpanija holding finanzjarja.

Meta l-kumpaniji prinċipali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikunu kumpanija prinċipali aktar minn kumpanija holding finanzjarja waħda bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Stati Membri differenti u hemm istituzzjoni ta’ kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha ssir mill-awtorità kompetenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-akbar total fil-karta tal bilanċ tagħha.

2.   Meta aktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda awtorizzati fil-Komunità jkollhom bħala kumpanija prinċipali l-istess holding company finanzjarji u l-ebda waħda minn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma kienet giet awtorizzata fl-Istat Membru li fiha kienet twaqqfet il-kumpanija holding finanzjarja, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha ssir mill-awtorità kompetenti li awtorizzat lill-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-akbar total fil-karta tal bilanċ tagħha li, għall-fini ta’ din id-Direttiva, għandha tkun ikkunsidrata bħala l-istituzzjoni ta’ kreditu kkontrollata minn kumpanija holding prinċipali finanzjarja fl-UE.

3.   F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet relevanti kompetenti jistgħu bi ftehim komuni jwarrbu l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx adattata, waqt li jitqiesu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-importanza relattiva ta’ l-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex teżegwixxi superviżjoni fuq bażi konsolidata. F’dawn il-każi, qabel ma jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-opportunità lill-istituzzjoni ta’ kreditu parent fl-UE, jew lill-kumpanija holding prinċipali finanzjarja fl-UE, jew lill-istituzzjoni ta’ kreditu bl-ikbar total fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, biex jesprimu opinjoni dwar dik id-deċiżjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull ftehim milħuq li jaqa’ fl-ambitu tal-paragrafu 3.

Artikolu 127

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw kull miżura meħtieġa, meta xieraq, biex jinkludu kumpaniji holding finanazjarji fis-superviżjoni ikkonsolidata. Bla ħsara għall-Artikolu 135, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija holding finanzjarja m’għandha bl-ebda mod timplika li huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom rwol ta’ superviżjoni fuq il-kumpanija holding finanzjarja kkunsidrata individwalment.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ma jinkludux istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata permezz ta’ wieħed mill-każi previsti fil- punti (b) u (c) ta’ l-Artikolu 73(1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu sussidjarja tkun tinstab, jistgħu jitolbu lill-kumpanija prinċipali għal informazzjoni li tista’ tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għall- eżerċitar tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ kumpanija holding finanazjarja li ma jkunux inklużi fl-isfera ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata jgħaddulhom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 137. F’dan il-każ, japplikaw il-proċeduri għat-trażmissjoni u l-ivverifikar ta’ l-informazzjoni stabbiliti f’dan l-artikolu.

Artikolu 128

Meta l-Istati Membri jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jorganizzaw koordinament bejn dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 129

1.   Minbarra l-obbligazzjonijiet imposti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali ta’ l-UE u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpaniji holding prinċipali finanzjarji fl-UE għandha twettaq il-ħidmiet li ġejjin:

(a)

koordinazzjoni tal-ġbir u t-tqassim ta’ l-informazzjoni relevanti u essenzjali f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza; u

(b)

l-ippjanar u l-koordinazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ superviżjoni f’sitwazzjonijiet normali u ta’ emerġenza, inklużi attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 124, f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti konċernati.

2.   Fil-każ ta’ l-applikazzjonijiet għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikoli 84(1), 87(9) u 105 u fl-Anness III, il-Parti 6, rispettivament, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE u mis-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpanija holding prinċipali finanzjarja fl-UE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħdmu flimkien, wara li jkunu kkonsultaw lil xulxin bis-sħiħ, biex jiddeċiedu jekk għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni mitluba u jiddeterminaw għal liema termini u kundizzjonijiet, jekk ikun il-każ, għandha tkun soġġetta din l-awtorizzazzjoni.

L-applikazzjonijiet kollha relevanti għall-ewwel subparagrafu għandhom jintbagħtu biss lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu minn kollox fis-setgħa tagħhom biex jilħqu deċiżjoni konġunta fuq l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur. Din id-deċiżjoni konġunta għandha tkun miġbura f’dokument li jkollu d-deċiżjoni rraġunata b’mod sħiħ li għandu jkun ikkomunikat lill-applikant mill-awtorità kompetenti msemmija f’paragrafu 1.

Il-perjodu msemmi f’subparagrafu 3 għandu jibda fid-data ta’ meta tasal l-applikazzjoni sħiħa għand l-awtorità kompetenti msemmija f’paragrafu 1. L-awtorità kompetenti msemmija f’paragrafu 1 għandha tagħti l-applikazzjoni sħiħa lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mingħajr dewmien.

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur, l-awtorità kompetenti msemmija f’paragrafu 1 għandha tieħu deċiżjoni fuq l-applikazzjoni waħidha. Id-deċiżjoni għandha titniżżel f’dokument, li jkun fih ir-raġunijiet kollha tad-deċiżjoni u li tikkunsidra l-veduti u d-dubji ta’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra mressqa matul il-perjodu ta’ sitt xhur. Id-deċiżjoni għandha tkun ikkomunikata lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra mill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet u l-ħames subparagrafi għandhom ikunu rikonoxxuti bħala finali u għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.

Artikolu 130

1.   Meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza fi ħdan grupp bankarju li potenzjalment tista’ tipperikola l-istabilità tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn entitajiet ta’ grupp kienu awtorizzati, l-awtorità kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, soġġett għall-Kapitolu 1, is-sezzjoni 2, għandhom iwissu mill-aktar fis possibbli lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 49(a) u l-Artikolu 50. Dan l-obbligu għandu jorbot lill-awtoritajiet kompetenti kollha identifikati responsabbli għal grupp partikolari fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 125 u 126, u lill-awtorità kompetenti identifikata fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 129(1). Fejn ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandhatuża mezzi definiti eżistenti ta’ komunikazzjoni.

2.   Meta tinħtieġ informazzjoni li diġà tkun ingħatat lil awtorità kompetenti oħra, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tikkuntattja lil dik l-awtorità jekk dan ikun possibbli, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-irrappurtar lid-diversi awtoritajiet involuti fis-superviżjoni.

Artikolu 131

Sabiex tiffaċilita s-superviżjoni u tagħmilha effikaċi, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandhom jifformulaw arranġamenti bil-miktub għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni.

Skond dawn l-arranġamenti, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tista’ tiġi fdata b’responsabbiltajiet oħra, u jistgħu jiġu speċifikati proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra.

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtoriżżaw is-sussidjara tal-kumpanija prinċipali li hija istituzzjoni ta’ kreditu jistgħu, bi ftehim bilaterali, jiddelegaw ir-responsabbiltà tagħhom ta’ superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u lijikkontrollaw l-kumpanija prinċipali biex b’hekk jassumu r-responsabbiltà ta’ superviżjoni tas-sussidjarja skond din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata l-ħin kollu bl-eżistenza u l-kontenut ta’ dawn l-arranġamenti. Hija għandha twassal din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat Bankarju Ewropew.

Artikolu 132

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin mill-qrib. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-ħidma ta’ superviżjoni ta’ l-awtoritajiet l-oħra skond din id-Direttiva. F’dan ir-rigward, meta ssirilhom xi talba, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw bl-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun meqjusa bħala essenzjali jekk hi tista’ tinfluwenza b’mod materjali l-evalwazzjoni tas-saħħa finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni konsolidata ta’ istituzzjonijiet prinċipali ta’ kreditu ta’ l-UE u istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpaniji holding finanzjarji prinċipali ta’ l-UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissorveljaw sussidjarja ta’ dawn il-kumpaniji prinċipali. Biex jiġi determinat l-livell tar-relevanza ta’ l-informazzjoni, għandha titqies l-importanza ta’ dawn is-sussidjarji fl-ambitu tas-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.

L-informazzjoni essenzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, b’mod partikolari, dan li ġej:

(a)

identifikazzjoni ta’ l-istruttura tal-grupp ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu prinċipali kollha tal-grupp, kif ukoll ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-grupp;

(b)

proċeduri għall-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi grupp, u l-verifika ta’ din l-informazzjoni;

(c)

żviluppi negattivi f’istituzzjonijiet ta’ kreditu jew f’entitajiet oħra fi grupp, li jista’ jkollhom riperkussjonijiet serji fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu; u

(d)

sanzjonijiet prinċipali u miżuri eċċezzjonali adottati mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ din id-Direttiva, inklużi l-impożizzjoni ta’ spiża ta’ kapital supplimentari taħt l-Artikolu 136 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fl-użu tal-Metodu tal-Kejl Avvanzat għall-kalkolu ta’ l-obbligi tal-fondi proprji skond l-Artikolu 105.

2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-UE għandhom kull meta jkun possibbli jikkuntattjaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 129(1) meta jkunu jinħtieġu informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni ta’ metodi u metodoloġiji stabbiliti f’din id-Direttiva li jistgħu jkunu disponibbli diġà għal dik l-awtorità kompetenti.

3.   Qabel ma jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom li jkunu ta’ importanza għat-twettiq ta’ ħidma ta’ superviżjoni minn awtoritajiet kompetenti oħra, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-punti li ġejjin:

(a)

tibdil fl-istruttura azzjonarja, organizzattiva jew maniġerjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi grupp, li jinħtieġu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti; u

(b)

sanzjonijiet sustanzjali u miżuri eċċezzjonali adottati mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ kapital supplimentari taħt l-Artikolu 136 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fl-użu tal-Metodu tal-Kejl Avvanzat għall-kalkolu ta’ l-obbligi tal-fondi proprji skond l-Artikolu 105.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha dejjem tiġi kkonsultata.

Madankollu, awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikkonsultax f’każi ta’ urġenza jew fejn din il-konsultazzjoni tista’ tipperikola l-effettività tad-deċiżjonijiet. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Artikolu 133

1.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal l-eżerċitar ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom, għall-iskopijiet ta’ superviżjoni, jeżiġu konsolidazjoni sħiħa ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ l-istituzzjonijiet finanazjarji kollha sussidjarji tal-kumpanija prinċipali.

Madankollu, konsolidazzjoni proporzjonali biss tista’ tkun preskritta meta, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà tal-kumpanija prinċipali li jkollha sehem mill-kapital tkun illimitata għal dak is-sehem tal-kapital fid-dawl tar-responsabbiltà ta’ l-azzjonisti l-oħra jew tal-membri l-oħra li l-likwidità tagħhom tkun sodisfaċenti. Ir-responsabbiltà ta’ l-azzjonisti l-oħra u l-membri l-oħra għandha tkun stabbilita b’mod ċar, jekk ikun meħtieġ permezz ta’ impenji formali ffirmati.

Fil-każ fejn impriżi jkunu marbuta permezz ta’ relazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu kif il-konsolidazzjoni għandha titwettaq.

2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom jeżiġu l-konsolidazzjoni proporzjonali ta’ parteċipazzjonijiet fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji amministrati minn intrapriża inklużi fil-konsolidazzjoni flimkien ma’ intrapriża jew aktar li ma jkunux inklużi fil-konsolidazzjoni, meta r-responsabbilta ta’ dawk l-intrapriżi tkun limitata għas-sehem tal-kapital li jkollhom.

3.   Fil-każ ta’ parteċipazjonijiet jew ta’ rabtiet ta’ kapital apparti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk il-konsolidazzjoni għandhiex titwettaq u kif din għandha titwettaq. Partikolarment, huma jistgħu jippermettu jew jeżiġu l-użu tal-metodu ta’ l-ekwivalenza. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi l-inklużjoni ta’ l-intrapriżi konċernati fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata.

Artikolu 134

1.   Bla ħsara għall- Artikolu 133, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk konsolidazzjoni għandhiex titwettaq, u kif, fil-każi li ġejjin:

(a)

fejn, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjoni ta’ kreditu teżerċita influwenza sinifikanti fuq istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanazjarja waħda jew aktar, imma mingħajr ma jkollhom parteċipazzjoni jew rabtiet oħra ta’ kapital f’dawn l-istituzzjonijiet; u

(b)

fejn żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji jew aktar ikunu taħt amministrazzjoni waħda mingħajr ma din ma tkun neċessarjament marbuta b’kuntratt jew disposizzjonijiet tal-memoranda tagħhom jew Artikoli ta’ Assoċjazzjoni.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu, jew jeżiġu, l-użu tal-metodu li hemm dispożizzjoni għalih fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 83/349/KEE. Dak il-metodu m’għandux, madankollu, jikkostitwixxi inklużjoni ta’ l-intrapriżi konċernati fis-superviżjoni konsolidata.

2.   Meta s-superviżjoni konsolidata tkun mitluba skond l-Artikoli 125 u 126, l-intrapriżi tas-servizzi anċillari u l-kumpaniji ta’ l-immaniġġjar ta’ l-attiv, kif definit fid-Direttiva 2002/87/KE, għandhom ikun inklużi fil-konsolidazzjonijiet fl-istess każi u b’mod konformi mal-metodi stabbiliti fl-Artikolu 133 u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 135

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ kumpaniji holding finanzjarji, ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawk id-doveri.

Artikolu 136

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li kull istituzzjoni ta’ kreditu li ma tissodisfax l-obbligi ta’ din id-Direttiva tieħu l-azzjonijiet jew il-miżuri meħtieġa fi stadju bikri biex tindirizza s-sitwazzjoni.

Għal dan il-għan, il-miżuri disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-obbligu fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex ikollhom il-fondi proprji li jaqbżu l-livell minimu stabbilit fl-Artikolu 75;

(b)

ir-rekwiżit li jissaħħu l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji eżegwiti biex ikunu konformi ma’ l-Artikoli 22 u 123;

(c)

l-obbligu fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex japplikaw politika ta’ provvedimenti speċifika jew biex jirriżervaw trattament speċifiku għall-attiv b’riferiment għall-obbligi tal-fondi proprji;

(d)

ir-restrizzjoni jew il-limitar tan-negozju, l-operazzjonijiet jew in-network ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu; u

(e)

ir-rekwiżit li jitnaqqas ir-riskju marbut ma’ l-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

L-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri għandu jkun soġġett għall-Kapitolu 1, is-Sezzjoni 2.

2.   Ir-rekwiżit speċifiku ta’ fondi proprji ogħla mil-livell minimu stipulat fl-Artikolu 75 għandu jiġi impost mill-awtoritajiet kompetenti almenu fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jilħqux ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 22,109 u 123, jew għal-liema tkun ittieħdet deċiżjoni negattiva dwar il-kwistjoni deskritta fl-Artikolu 124, il-paragrafu 3, jekk l-applikazzjoni weħidha ta’ miżuri oħra tidher li mhix biżżejjed biex ittejjeb l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji b’mod suffiċjenti matul perjodu ta’ żmien xieraq.

Artikolu 137

1.   Filwaqt li mistennija sseħħ aktar koordinazzjoni ta’ metodi ta’ konsolidazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar hija kumpanija holding b’attività imħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jeżiġu, billi javviċinaw lill-kumpanija ta’ attività mħallta u s-sussidjarji tagħha jew direttament jew permezz ta’ sussidjarji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li dawn ifornuhom bl-informazzjoni kollha relevanti għall-iskop tas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu, jew li jkunu twettqu minn spetturi esterni, spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw l-informazzjoni mwassla minn kumpaniji ta’ attività mħallta u s-sussidjarji tagħhom. Jekk il-kumpanija li jkollha attività mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha jkunu intrapriżi tal-assigurazzjoni, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140(1) tista’ tintuża wkoll. Jekk kumpanija li jkollha attività mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha jkunu bbażati fi Stat Membru li ma jkunx dak li għandha l-bażi tagħha fih is-sussidjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu, il-verifika fuq il-post ta’ l-informazzjoni għandha titwettaq skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 141.

Artikolu 138

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 5, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, fejn il-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar tkun kumpanija holding b’attività mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq tranżazzjonijiet bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kumpanija holding b’attività mħallta u s-sussidjarji tagħha.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom proċessi adegwati ta’ mmaniġġar ta’ riskju u mekkaniżmi interni ta’ kontroll, inklużi proċeduri b’saħħithom ta’ rappurtaġġ u kontabilità, sabiex jidentifikaw, ikejlu, jissorveljaw u jikkontrollaw kif xieraq it-tranżazzjonijiet mal-kumpanija holding prinċipali b’attività mħallta tagħhom u s-sussidjarji tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li l-istituzzjoni ta’ kreditu tirrapporta kull tranżazzjoni sinifikanti ma’ dawn l-entitajiet minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 110. Dawn il-proċeduri u tranżazzjonijiet sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal verifika mill-awtoritajiet kompetenti.

Meta dawn it-tranżazzjonijiet fil-grupp ikunu theddida għall-pożizzjoni finanzjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ l-istituzzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa.

Artikolu 139

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda impedimenti legali li jfixklu lil intrapriżi inklużi fl-isfera ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata, jew lil kumpaniji b’attività mħallta u lis-sussidjarji tagħhom, jew lis-sussidjarji bħal dawk koperti fl-Artikolu 127(3), milli jiskambjaw informazzjoni li tkun relevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni skond l-Artikoli 124 sa 138 u dan l-Artikolu.

2.   Meta kumpanija prinċipali u kull sussidjarja tagħha li hija istituzzjoni ta’ kreditu jkunu bbażati fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni relevanti kollha li tista’ tippermettilhom jew tgħinhom jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi konsolidata.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun ibbażata kumpanija prinċipali ma jkunux huma stess jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi konsolidata skond l-Artikoli 125 u 126, jistgħu jiġu mistiedna mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-eżerċizzju ta’ tali superviżjoni biex jitolbu lill-kumpanija prinċipali għal informazzjoni li tkun relevanti għall-iskopijiet ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata u li jittrażmettuha lil dawn l-awtoritajiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, bil-ftehim li, fil-każ ta’ holding companies finanazjarji, istituzzjonijiet finanazjarji jew intrapriżi ta’ servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess ta’ l-informazzjoni m’għandhomx bi kwalunkwe mod jimplikaw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu obbligati li jkollhom rwol ta’ superviżjoni fuq dawn l-istituzzjonijiet jew fuq intrapriżi meqjusa individwalment.

Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 137 bil-ftehim li l-ġbir u l-pussess ta’ l-informazzjoni ma tkunx timplika bl-ebda mod li l-awtortajiet kompetenti jkollhom rwol ta’ superviżjoni fuq il-kumpanija ta’ attività mħallta u is-sussidjarji tagħha li ma jkunux l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew fuq is-sussidjarji tat-tip kopert bl-Artikolu 127(3).

Artikolu 140

1.   Meta istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija li għandha attività mħallta, jikkontrollaw sussidjarja waħda jew aktar li jkunu kumpaniji ta’ l-assigurazjoni jew intrapriżi oħra li jipprovdu servizzi ta’ investiment li huma suġġetti għal awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bid-dover pubbliku ta’ superviżjoni ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazjoni jew dawk l-intrapriżi l-oħra li jipprovdu servizzi ta’ investiment għandhom jikkooperaw mil-qrib bejniethom. Bla ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni li x’aktarx tkun tista’ tissimplifikalhom xogħolhom u tiggarantixxi s-superviżjoni ta’ l-attività u s-sitwazzjoni finanzjarja kollha ta’ l-intrapriżi li fuqhom jagħmlu s-superviżjoni.

2.   Informazzjoniakkwistata, fil-qafas ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata, u partikolarment l- skambji ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti previsti minn din id-Direttiva, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta’ segretezza professjonali definita fil-Kapitolu 1, is-Sezzjoni 2.

3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom jistabbilixxu listi ta’ kumpaniji holding s finanzjarji imsemmija fl-Artikolu 71(2). Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 141

Fejn, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru partikolari jixtiequ f’każi speċifiċi li jivverifikaw l-informazzjoni li tikkonċerna istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja, istituzzjoni finanzjarja, intrapriża ta’ servizzi anċillari, kumpannija b’attività mħallta, sussidjarja ta’ tip kopert mill-Artikolu 137 jew sussidjarja tat-tip kopert mill-Artikolu 127(3), ibbażati fi Stat Membru ieħor, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biex jipproċedu bit-twettiq ta’ dik il-verifika. L-awtoritajiet li ssirilhom talba għall-verifika għandhom, fl-ambitu tal-qafas tal-kompetenza tagħhom, jeżegwuha jew billi l-verifika jagħmluha huma stess, jew billi jħallu lill-awtoritajiet li jkunu għamlu t-talba jagħmlu l-verifika huma, jew billi jawtorizzaw awditur jew espert jagħmluha huma. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’, jekk tixtieq, tipparteċipa fil-verifika meta ma tkunx qed tagħmel il-verifika hija stess.

Artikolu 142

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tagħhom fil-liġi kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li penali jew miżuri immirati biex iwaqqfu ksur li jkun ġie osservat jew il-kawżi ta’ ksur bħal dan jistgħu jkunu imposti fuq kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji li jkollhom attività mħallta, jew id-diriġenti responsabbli tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex jiġu implementati l-Artikoli 124 sa 141 u dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk il-penali jew miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, speċjalment meta l-amministrazzjoni ċentrali jew l-istabbilment prinċipali ta’ kumpanija holding finanazjarja jew kumpanija li jkollha attività mħallta ma jkunux qiegħda fl-uffiċju ewlieni tagħhom.

Artikolu 143

1.   Meta istituzzjoni ta’ kreditu, li l-kumpanija prinċipali tagħha hija istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija holding finanzjarja, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun f’pajjiż terz, ma tkunx suġġetta għal superviżjoni konsolidata taħt l-Artikoli 125 u 126, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu hijiex suġġetta għal superviżjoni konsolidata minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li hija ekwivalenti għal dik regolata mill-prinċipji preskritti f’din id-Direttiva.

Il-verifikazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li kienet tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata kieku kellu japplika l-paragrafu 3, fuq it-talba ta’ l-kumpanija prinċipali jew ta’ xi waħda mill-entitajiet regolati awtorizzati fil-Komunità jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti.

2.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat Bankarju Ewropew jipprovdi gwida ġenerali dwar jekk huwiex probabbli li l-arranġamenti ta’ superviżjoni konsolidata ta’ awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jiksbu l-objettivi ta’ superviżjoni konsolidata kif definita f’dan il-Kapitolu, b’relazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li l-kumpanija prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz. Il-Kumitat għandu jirrevedi dawn il-linji ta’ gwida regolarment u jqis kull bidla fl-arranġamenti ta’ superviżjoni konsolidata applikata mill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

L-awtorità kompetenti li twettaq il-verifika speċifikata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis dawn il-linji ta’ gwida. Għal dan il-għan l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-Kumitat qabel ma tieħu deċiżjoni.

3.   Fin-nuqqas ta’ tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom b’analoġija japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal istituzzjoni ta’ kreditu jew jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw teknika superviżorja xierqa oħra li biha jistgħu jinkisbu l-objettivi ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, għandu jintlaħaq qbil dwar din it-teknika superviżorja mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b’mod partikolari jesigu l-ħolqien ta’ kumpanija holding finanzjarja li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fil-Komunità, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni konsolidata għall-pożizzjoni konsolidata ta’ dik il-kumpanija holding finanzjarja.

It-teknika superviżorja għandha tkun imfassla biex jinkisbu l-objettivi tas-superviżjoni konsolidata kif definiti f’dan il-Kapitolu u għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti u lill-Kummissjoni.

Sezzjoni 2

Żvelar mill-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 144

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżvelaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-testi tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi u tal-gwida ġenerali adottata fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam ta’ regolamentazzjoni prudenzjali;

(b)

il-mod ta’ kif jitwettaq l-eżerċizzju ta’ l-għażliet u d-diskrezzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(c)

il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-reviżjoni u l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 124; u

(d)

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu 1, is-Sezzjoni 2, id-data aggregata ta’ l-istatistika dwar aspetti prinċipali ta’ l-eżekuzzjoni tal-qafas prudenzjali f’kull Stat Membru.

L-iżvelar previst fl-ewwel subparagrafu għandu jkun biżżejjed biex ikun possibbli li jsir paragun sinifikattiv tal-metodi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri. L-iżvelar għandu jkun ippubblikat b’format komuni, u aġġornat regolarment. L-iżvelar għandu jkun aċċessibbli f’post elettroniku wieħed.

KAPITOLU 5

Żvelar mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Artikolu 145

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jippubblikaw l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XII, il-Parti 2, soġġett għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 146.

2.   Ir-rikonoxximent mill-awtoritajiet kompetenti skond il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 3, is-Subtaqsimiet 2 u 3 u l-Artikolu 105 ta’ l-istrumenti u l-metodoloġiji msemmija fl-Anness XII, il-Parti 3 għandu jkun soġġett għall-iżvelar pubbliku mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-informazzjoni stabbilita hemm.

3.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw politika formali biex ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, u jkollhom politika li tkun tippermettilhom jivvalutaw l-adegwatezza ta’ dak li jiżvelaw, inklużi l-verifika u l-frekwenza ta’ l-iżvelar tagħhom.

4.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom, jekk mitluba, jispjegaw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar klassifikar lil SMEs u lil applikanti korporattivi oħra għal self, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta mitluba. Jekk impenn volontarju mis-settur f’dan ir-rigward jirriżulta inadegwat, għandhom ikunu adottati miżuri nazzjonali. L-infiq amministrattiv tal-ispjegazzjoni għandu jkun b’rata xierqa għad-daqs tas-self.

Artikolu 146

1.   Minkejja l-Artikolu 145, istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu iħallu barra żvelar waħda jew aktar minn dik elenkata fl-Anness XII, il-Parti 2 jekk l-informazzjoni pprovduta minn dan l-iżvelar ma tkunx ikkunsidrata bħala rilevanti, fid-dawl tal-kriterji speċifikati fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 1.

2.   Minkejja l-Artikolu 145, istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu iħallu barra element ta’ informazzjoni wieħed jew aktar li jkun inkluż fil-lista ta’ materjal żvelat fl-Anness XII, il-Partijiet 2 u 3 jekk dawk l-elementi jinkludu informazzjoni li, fid-dawl tal-kriterji speċifikati fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punti 2 u 3, tkun ikkunsidrata bħala esklussiva jew kunfidenzjali.

3.   Fil-każi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata għandha, fl-iżvelar tagħha, tiddikjara l-fatt li elementi ta’ informazzjoni speċifiċi ma jkunux ġew żvelati u r-raġuni għal dan, u għandha wkoll tippubblika informazzjoni ta’ natura aktar ġenerali dwar il-kwistjoni ta’ l-obbligu ta’ l-iżvelar, ħlief meta dawn ser ikunu kklassifikati bħala sigrieti jew kunfidenzjali skond il-kriterji stipulati fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punti 2 u 3.

Artikolu 147

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jippubblikaw l-iżvelar mitlub skond l-Artikolu 145 almenu fuq bażi annwali. L-iżvelar għandu jkun ippubblikat hekk kif ikun prattiku li jsir dan.

2.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jistabbilixxu jekk ikunx hemm il-ħtieġa għal pubblikazzjoni aktar spissa milli previst fil-paragrafu 1, fid-dawl tal-kriterji ffissati fl-Anness XII, il-Parti 1, il-punt 4.

Artikolu 148

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiddeterminaw il-mezz, il-lokalità u l-mezzi l-aktar xierqa għall-eżerċizzju ta’ verifika biex ikunu konformi ma’ l-obbligi ta’ l-iżvelar stabbiliti fl-Artikolu 145. Fil-limitu ta’ dak li hu possibbli, l-iżvelar kollu għandu jsir bl-istess mezz jew fl-istess lokalità.

2.   Żvelar ekwivalenti magħmul minn istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta kontabilità, ta’ elenkar jew rekwiżiti oħra jista’ jitqies bħala konformi ma’ l-Artikolu 145. Jekk l-iżvelar ma jkunx inkluż fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindikaw fejn ikun jista’ jinstab.

Artikolu 149

Minkejja l-Artikoli 146 sa 148, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu:

(a)

jiżvelaw darba jew aktar kif imsemmi fl-Anness XII, il-Partijiet 2 u 3;

(b)

jippubblikaw żvelar waħda jew aktar b’mod aktar spiss minn darba fis-sena, u jiffissaw dati ta’ skadenzi għall-pubblikazzjoni;

(c)

jużaw mezzi u postijiet speċifiċi għall-iżvelar tagħhom barra dak relatat mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji; u

(d)

jużaw mezzi speċifiċi ta’ verifika għall-iżvelar li mhux kopert mill-awditjar statutorju.

TITOLU VI

POTERI TA’ EŻEKUZZJONI

Artikolu 150

1.   Bla ħsara, fir-rigward tal-fondi proprji, għall-proposta li l-Kummissjoni għandha tissottometti skond l-Artikolu 62, l-emendi tekniċi fl-oqsma li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 151(2):

(a)

kjarifika tad-definizzjonijiet sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

kjarifika tad-definizzjonijiet biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(c)

l-armonizzazzjoni tat-terminoloġija u d-definizzjonijiet ma’ dawk ta’ l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-materji relatati;

(d)

emendi tekniċi għall-lista fl-Artikolu 2;

(e)

tibdil fl-ammont ta’ kapital inizjali stabbilit fl-Artikolu 9 biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji;

(f)

twessiegħ tal-kontenut tal-lista msemmija fl-Artikoli 23 u 24 u stabbilita fl-Anness I jew l-adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(g)

l-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 42;

(h)

emendi tekniċi fl-Artikoli 56 sa 67 u fl-Artikolu 74 b’riżultat ta’ żviluppi fl-istandards tal-kontabilità jew rekwiżiti li jikkunsidraw il-leġiżjazzjoni Komunitarja jew rigward konverġenza ta’ prattiki ta’ sorveljanza;

(i)

l-emenda tal- lista tal- klassijiet ta’ l-iskoperturi fl-Artikoli 79 u 86 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(j)

l-ammont speċifikat fl-Artikolu 79(2)(c), l-Artikolu 86(4)(a), l-Anness VII, il-Part 1, ilpunt 5 u l-Anness VII, il-Parti 2, il-punt 15 sabiex jitqiesu l-effetti ta’ l-inflazzjoni;

(k)

il-lista u l-klassifika ta’ l-elementi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ fl-Annessi II u IV u t-trattament tagħhom biex jiġu determinati l-valuri ta’ l-iskoperturi għall-finijiet tat-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 3; jew

(l)

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Annessi V sa XII sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji b’referenza partikolari għall-prodotti finanzjarji ġodda, jew fl-istandards tal-kontabilità jew rekwiżiti li jikkunsidraw il-leġiżlazzjoni Komunitarja, jew rigward il-konverġenza ta’ prattiki ta’ sorveljanza.

2.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 151(2):

(a)

l-ispeċifikar tad-daqs tal-bidliet għal għarrieda u bla mistennija fir-rati ta’ l-imgħax imsemmija fl-Artikolu 124(5);

(b)

it-tnaqqis temporanju fil-livell minimu ta’ fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 75 u/jew tal-fatturi ta’ piż differenzjat għar-riskju stabbiliti fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-sezzjoni 3 sabiex jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi;

(c)

bla ħsara għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 119, kjarifika ta’ l-eżenzjonijiet preskritti fl-Artikoli 111(4), 113, 115 u 116;

(d)

l-ispeċifikar ta’ l-aspetti prinċipali li dwarhom għandha tiġi żvelata data aggregata ta’ l-istatistika skondl-Artikolu 144 (1) (d); u

(e)

l-ispeċifikar tal-format, l-istruttura, il-kontenut u d-data ta’ pubblikazzjoni ta’ l-iżvelar kif previst fl-Artikolu 144.

3.   L-ebda waħda mill-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati ma tista’ tbiddel id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

4.   Bla ħsara għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, ma’ l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2008, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li teħtieġ l-adozzjoni ta’ regoli tekniċi, emendi u deċiżjonijiet bi qbil mal-paragrafu 2 għandhom jiġu sospiżi. Fuq proposta mill-Kummissjoni u bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jġeddu dawk id-dispożizzjonijiet u, għal dak il-għan, għandhom jirreveduhom qabel ma jiskadi l-perjodu, jew sad-data msemmija f’dan il-paragrafu, skond liema minn dawn jiġi l-ewwel.

Artikolu 151

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Bankarju Ewroprew (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”) imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE (22).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, f’konformità ma’ l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ TRANŻIZZJONI U FINALI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni

Artikolu 152

1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 84 sa 89 għandhom għall-ewwel, it-tieni u t-tielet perjodu ta’ tnax-il xahar wara l-31 ta’ Diċembru 2006 jipprovdu fondi proprji ta’ ammont dejjem ogħla mill-ammonti indikati fil-paragrafi 3, 4 u 5 jew ugwali għalihom.

2.   Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-Metodi Avvanzati tal-Kejl kif speċifikat fl-Artikolu 105 għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital tagħhom għal riskju operattiv għandhom, matul it-tieni u t-tielet perjodu ta’ tnax-il xahar wara l-31 ta’ Diċembru 2006, jipprovdu fondi proprji ta’ ammont dejjem ogħla mill-ammonti indikati fil-paragrafi 4 u 5 jew ugwali għalihom.

3.   Għall-ewwel perjodu ta’ tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont ta’ fondi proprji għandu jkun 95 % ta’ l-ammont totali minimu tal-fondi proprji li l-istituzzjoni ta’ kreditu kien ikollha żżomm matul dak il-perjodu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ ditti ta’ investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (23) b’mod konformi ma’ dak li kien preskritt f’dik id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/12/KE qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

4.   Għat-tieni perjodu ta’ tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont ta’ fondi proprji għandu jkun 90 % ta’ l-ammont totali minimu tal-fondi proprji li l-istituzzjoni ta’ kreditu kien ikollha żżomm matul dak il-perjodu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/6/KEE b’mod konformi ma’ dak li hu preskritt f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/12/KE qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

5.   Għat-tielet perjodu ta’ tnax-il xahar imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammont ta’ fondi proprji għandu jkun 80 % ta’ l-ammont totali minimu tal-fondi proprji li l-istituzzjoni ta’ kreditu kien ikollha żżomm matul dak il-perjodu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/6/KEE b’mod konformi ma’ dak li hu preskritt f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 2000/12/KE qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

6.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 5 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ l-ammonti ta’ fondi proprji aġġustati kompletament biex jirriflettu d-differenzi bejn il-kalkolu tal-fondi proprji b’mod konformi mad-Direttiva 2000/12/KE u d-Direttiva 93/6/KEE kif kienu dawk id-Direttivi qabel l-1 ta’ Jannar 2007 u l-kalkolu tal-fondi proprji skond din id-Direttiva - li ġejjin mit-trattamenti separati ta’ telf mistenni u telf mhux mistenni skond l-Artikoli 84 sa 89 ta’ din id-Direttiva.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 68 sa 73.

8.   Sa l-1 ta’ Jannar 2008 l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jikkonsidraw l-Artikoli li jikkostitwixxu l-Metodu Standardizzat stabbilit fit-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 3, Subsezzjoni 1 bħala sostitwiti mill-Artikoli 42 sa 46 tad-Direttiva 2000/12/KE kif kienu dawk l-Artikoli qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

9.   Meta tkun eżerċitata d-diskrezjoni msemmija fil-paragrafu 8, għandu japplika dan li ġej fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/12/KE:

(a)

għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija fl-Artikoli 42 sa 46 fit-test li kien fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2007;

(b)

“il-valur aġġustat fuq il-bażi tar-riskju” kif imsemmi fl-Artikolu 42(1) ta’ dik id-Direttiva għandu jikkorrispondi għall-“ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju”;

(c)

il-figuri li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 42(2) ta’ dik id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju;

(d)

“id-derivattivi ta’ kreditu” għandhom ikunu inklużi fil-lista ta’ l-elementi ta’ “Riskju Sħiħ” fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva; u

(e)

it-trattament stabbilit fl-Artikolu 43(3) ta’ dik id-Direttiva għandu japplika għall-istrumenti derivattivi elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, ikunu u ma jkunux jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u l-figuri li jirriżultaw mit-trattament previst fl-Anness III għandhom jitqiesu bħala ammonti b’piż differenzjat għar-riskju.

10.   Meta d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tkun eżerċitata għandu japplika dan li ġej fir-rigward tat-trattament ta’ l-iskoperturi li għalihom jintuża l-Metodu Standardizzat:

(a)

It-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 3, is-Subsezzjoni 3 dwar ir-rikonoxximent tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu ma japplikax;

(b)

It-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 3, is-Subsezzjoni 4 dwar it-trattament tat-titolizzazzjoni jista’ ma jkunx applikat mill-awtoritajiet kompetenti;

11.   Fejn id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tkun eżerċitata, ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju operattiv skond l-Artikolu 75(d) għandu jitnaqqas b’perċentwali li jirrappreżenta l-proporzjon bejn il-valur ta’ l-iskoperturi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li għalihom l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju huma kkalkulati skond id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 8 u l-valur totali ta’ l-iskoperturi tiegħu.

12.   Fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkalkula l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-iskoperturi tagħha kollha skond id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-Artikoli 48 sa 50 tad-Direttiva 2000/12/KE dwar skoperturi kbar jistgħu japplikaw għat-test fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

13.   Fejn id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tkun eżerċitata, ir-referenzi għall-Artikoli 78 sa 83 ta’ din id-Direttiva għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Artikoli 42 sa 46 tad-Direttiva 2000/12/KE kif kienu dawk l-Artikoli qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

14.   Jekk id-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 8 tkun eżerċitata, l-Artikoli 123, 124, 145 u 149 m’għandhomx japplikaw qabel id-data msemmija hemmhekk.

Artikolu 153

Fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għal skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà li jikkonċernaw l-uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor li jinsabu fit-territorju tagħhom u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punt 54, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 2012 jippermettu perċentwal ta’ 50 % ta’ piż differenzjat għar-riskju jiġi applikat mingħajr l-applikazzjoni ta’ l-Anness VI, il-Parti 1, il-punti 55 u 56.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, biex tiġi determinata l-parti garantita ta’ self skadut għall-fini ta’ l-Anness VI, jirrikonoxxu garanzija li ma tkunx garanzija eliġibbli skond kif stabbilit fl-Artikoli 90 sa 93.

Fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ skopertura valutati fuq ir-riskju għall-finijiet ta’ l-Anness VI, il-Parti 1, il-paragrafu 4, sal-31 ta’ Diċembru 2012 l-istess valutazzjoni fuq ir-riskju għandu jkun assenjat rigward l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew għall-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri denominati u b’fondi fil-munita lokali ta’ kwalunkwe Stat Membru kif kieku jiġi applikat lil tali skoperturi denominati u b’fondi fil-munita tagħhom.

Artikolu 154

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jistgħu, għall-finijiet ta’ l-Anness VI, il-Parti 1, il-punt 61, jistipulaw in-numru ta’ ġranet wara d-data ta’ l-għeluq sa 180 għal l-iskoperturi indikati fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punti 12 sa 17 u 41 sa 43,lill-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju tagħhom jekk il-kondizzjonijiet lokali jagħmluh adattat. In-numru speċifiku jista’ jvarja bejn linji ta’ prodotti.

Awtoritajiet kompetenti li ma jeżerċitawx id-diskrezzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu dwar skoperturi lill-kontropartijiet fit-territorju tagħhom jistgħu jistipulaw numru ikbar ta’ ġranet għal skoperturi lil kontropartijiet li jkunu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu eżerċitaw dik id-diskrezzjoni. In-numru speċifiku għandu jkun bejn 90 ġurnata u n-numru li l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jkunu stabbilew għal skoperturi lil tali kontopartijiet fi ħdan it-territorju tagħhom.

2.   Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li japplikaw biex jużaw il-Metodu IRB qabel l-2010, suġġetti għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, ir-rekwiżit ta’ l-użu trijennali stipulat fl-Artikolu 84(3) jista’ jitnaqqas għal perjodu mhux inqas minn sena sal-31 ta’ Diċembru 2009.

3.   Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li japplikaw biex jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ LGDs u/jew tal-fatturi ta’ konverżjoni, ir-rekwiżit ta’ l-użu trijennali stipulat fl-Artikolu 84(4) jista’ jitnaqqas għal sentejn sal-31 ta’ Diċembru 2008.

4.   Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jibqgħu japplikaw għall-parteċipazzjonijiet tat-tip stipulat fl-Artikolu 57(o) miksuba qabel l-20 ta’ Lulju 2000, it-trattament stipulat fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2000/12/KE kif kien dak l-Artikolu qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-LGD b’piż differenzjat għall-iskoperturi, għall-iskoperturi kollha għall-klijentela bl-imnut li huma garantiti minn proprjetà residenzjali u li ma jibbenefikawx minn garanziji mill-gvernijiet ċentrali m’għandux ikun aktar baxx minn 10 %.

6.   Sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mit-trattament IRB lil ċerti skoperturi fi strumenti ta’ kapital miżmuma minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u sussidjarji ta’ l-UE ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dak l-Istat Membru fil-31 ta’ Diċembru 2007.

Il-pożizzjoni eżentata għandha tkun ikkalkulata bħala n-numru ta’ ishma sal-31 ta’ Diċembru 2007 u dawk l-ishma addizzjonali miksuba b’riżultat dirett mill-pussess ta’ dan il-portfolju, sakemm ma jkabbrux is-sehem proporzjonali ta’ parteċipazzjoni.

Jekk kisba tkabbar is-sehem proporzjonali ta’ parteċipazzjoni f’impriża speċifika, il-parti li teċċedi m’għandhiex tkun ikkunsidrata għall-eżenzjoni. L-eżenzjoni anqas m’għandha tapplika għal dawk il-parteċipazzjonijiet li oriġinarjament kienu soġġetti għall-eżenzjoni, imma kienu nbiegħu u mbagħad inxtraw lura.

L-iskoperturi fi strumenti ta’ kapital koperti minn din id-dispożizzjoni tranżitorja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-kapital kkalkulati skond it-Titolu V, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 3, is-Subsezzjoni 1.

7.   Sal-31 ta’ Diċembru 2011, fil-każ ta’ skoperturi fil-konfront ta’ l-impriżi, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri jistgħu jistipulaw in-numru preċiż ta’ jiem ta’ arretrati li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-ġuriżdizzjoni tiegħu għandhom jirrispettaw għall-fini tad-definizzjoni ta’ inadempjenza kif stabbilit fl-Anness VII, il-Parti 4, il-punt 44 fir-rigward ta’ l-iskoperturi fil-konfront ta’ dawn il-kontropartijiet li jkunu jinsabu f’dan l-Istat Membru. In-numru speċifiku għandu jkun bejn 90 u 180 jum jekk dan ikun xieraq skond il-kundizzjonijiet lokali. Għall-iskoperturi fil-konfront ta’ kontropartijiet ta’ dan it-tip li jkunu jinsabu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw numru ta’ ġranet ta’ arretrat li ma jkunx akbar min-numru stabbilit mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru rispettiv.

Artikolu 155

Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu japplikaw perċentwal ta’ 15 % għall-element tan-negozju “kummerċ u bejgħ” għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhoml-indikatur rilevanti għall-parti tan-negozju tagħhom li tikkonċerna l-kummerċ u l-bejgħ li jirrappreżenta mill-anqas 50 % tat-total ta’ l-indikaturi rilevanti għall-partijiet kollha tan-negozju tagħhom ikkalkulati f’konformità ma’ l-Anness X, il-Parti 2, il-paragrafi 1 sa 7.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 156

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, u tenut kont tal-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentral Ewropew, għandha tivverifika perjodikament jekk din id-Direttiva meħuda fl-intier tagħha kellhiex, flimkien mad-Direttiva 2006/49/KE, effetti sinifikanti fuq iċ-ċiklu ekonomiku u, fid-dawl ta’ dan l-eżami, għandha tistabbilixxi jekk it-teħid ta’ miżuri korrettivi humiex ġustifikati.

Fuq il-bażi ta’ din l-analiżi u tenut kont tal-kontribuzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport bijennali u tissottomettih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposti xierqa. Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet li jieħdu kreditu u li jsellfu kreditu għandhom ikunu rikonoxxuti b’mod adegwat meta jitħejja r-rapport.

Il-Kummissjoni għandha, sa l-1 ta’ Jannar 2012, tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva b’attenzjoni partikolari għall-aspetti kollha ta’ l-Artikoli 68 sa 73, 80(7), 80(8) u 129, u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa.

Artikolu 157

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2006, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ l-Artikoli 4, 22, 57, 61 sa 64, 66, 68 sa 106, 108, 110 sa 115, 117 sa 119, 123 sa 127, 129 tsa 132, 133, 136, 144 sa 149, 152 sa 155 u l-Annessi II, III u V sa XII. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din d-Direttiva.

Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijit mill-1 ta’ Jannar 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Għandha tiġi inkluża wkoll stqarrija li tgħid li r-referenzi għad-direttivi mħassra mid-Direttiva preżenti li jinsabu fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza u kif trid tkun formulata din l-istqarrija.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

3.   Mill-1 ta’ Jannar 2008 u mhux qabel, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma l-Artikoli 87(9) u 105.

Artikolu 158

1.   Id-Direttiva 2000/12/KE kif emendata bid-Direttivi stabbiliti fl-Anness XIII, il-Parti A, hija b’hekk imħassra bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni ta’ l-imsemmija Direttivi elenkati fl-Anness XIII, il-Parti B.

2.   Ir-referenzi għad-Direttivi imħassra għandhom jinftehmu bħala li qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIV.

Artikolu 159

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 160

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsil

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 234, 22.9.2005, p. 8.

(2)  ĠU C 52, 2.3.2005, p. 37.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2006.

(4)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/29/KE (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 50).

(5)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 28.

(6)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

(7)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

(8)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(9)  Ara paġna 201 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(10)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(12)  ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115.

(13)  Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenti tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi (ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39).

(14)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

(15)  Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, intrapriżi ta’ l-assikurazzjoni u ditti ta’ investiment f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

(16)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

(17)  It-tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE ta’ l-10 ta’ April 1984 dwar l-approvazzjoni ta’ persuni responsabbli għat-twettiq ta’ l-awditjar statutorji ta’ dokumenti tal-kontabilità (ĠU L 126, 12.5.1984, p. 20).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi relatati ma’ intrapriżi għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

(19)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ assikurazzjoni diretta ħlief għal assikurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p 3). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

(20)  Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

(21)  Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottibru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ intrapriżi ta’ l-assikurazzjoni fi grupp ta’ l-assikurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.

(22)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.

(23)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE.


ANNESS I

LISTA TA’ ATTIVITAJIET SUĠĠETTI GĦAL RIKONOXXIMENT REĊIPROKU

1.

ġbir ta’ depożiti u fondi ripagabbli oħra

2.

Self li inter alia jinkludi: kreditu għall-konsum, kreditu b’garanzija ipotekarja, factoring, bi jew mingħajr rikors, finanzjar ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeiting).

3.

Kiri finanzjarju

4.

Servizzi ta’ trażmissjoni ta’ flus

5.

Ħruġ u meżżi amministrattivi ta’ pagamenti (e.g. karti ta’ kreditu, cheques tal-vjaġġaturi u drafts tal-bankiera)

6.

Garanziji u impenji

7.

Negozjar għall-kont proprju u għall-kontijiet ta’ klijenti fi:

(a)

strumenti tas-suq monetraju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożitu, eċċ.);

(b)

kambju esteru;

(c)

futuri finanzjarji u għażliet;

(d)

kuntratti fuq rati ta’ kambju u rati ta’ imgħax; jew

(e)

titoli trasferibbli

8.

Parteċipazjoni fi ħruġ ta’ titoli u l-provvedimenti ta’ servizzi marbuta ma’ dan il-ħruġ

9.

Parir lill-intrapriżi dwar struttura kapitali, strateġija industrijali u kwistjonijiet reletati u pariri kif ukoll servizzi relatati ma’ l-unifikazzjonijiet u x-xiri ta’ l-intrapriżi

10.

Servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja (money broking)

11.

Portfolju amministrattiv u pariri

12.

Kustodja u amministrazzjoni ta’ titoli

13.

Servizzi ta’ referenzi ta’ kreditu

14.

Servizzi ta’ kaxxi ta’ sigurezza

Is-servizzi u l-attivitajiet previsti fit-Taqsimiet A u B ta’ l-Anness 1 tad-Direttiva 2004/39/KE huma soġġetti għal rikonoxximent reċiproku skond din id-Direttiva meta jkollhom x’jaqsmu ma’ strumenti finanzjarji previsti fis-sezzjoni Ċ ta’ l-Anness 1 ta’ dik id-Direttiva.


ANNESS II

KLASSIFIKAZZJONI TA’ ELEMENTI LI MA JIDHRUX FIL-KARTA TAL-BILANĊ

Riskju sħiħ:

Garanziji li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

Derivattivi ta’ kreditu,

Aċċettazzjonijiet,

Konferma fuq kambjali li ma jkollhomx l-isem ta’ istituzzjoni oħra ta’ kreditu,

Tranżazzjonijiet b’rikors,

Ittri ta’ kreditu pendenti irrevokabli li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

Assi mixtrija permezz ta’ ftehim ta’ xiri bil-quddiem,

Depożiti bil-quddiem (forward forward deposits),

Il-porzjon mhux imħallas ta’ ishma u titoli parzjalment imħallsa,

Bejgħ ta’ l-assi u ftehim ta’ xiri mill-ġdid kif definiti fl-Artikolu 12(3) u (5) tad-Direttiva 86/635/KEE, u

Elementi oħra li wkoll iġorru riskju sħiħ.

Riskju medju:

Krediti dokumentarji maħruġa u kkonfermati (ara wkoll riskji medji/baxxi),

Garanziji u indemnitajiet (inklużi offerti, twettiq, bonds tad-dwana u tat-taxxa) u garanziji li ma jkollhomx il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

Ittri ta’ kreditu pendenti irrevokabbli li ma jkollhomx il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu,

Faċilitajiet ta’ kreditu mhux użati (ftehim ta’ self, xiri ta’ titoli, garanziji ta’ provvista jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni) b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena waħda,

Nota ta’ ħruġ ta’ faċilitajiet (NIFs) u ta’ kreditu li jiġġedded (RUFs), u

Elementi oħra li wkoll iġorru riskju medju/baxx u skond kif ikkomunikat lill-Kummissjoni.

Riskju medju/baxx:

Krediti dokumentarji li fihom il-konsenji għandhom il-funzjoni ta’ kollateral u tranżazzjonijiet oħra ta’ awtolikwidanti,

Faċilitajiet ta’ kreditu mhux użati (ftehim għal self, xiri ta’ titoli, garanziji ta’ provvisti jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni) b’maturità oriġinali sa u inkluża sena waħda li ma jistgħux jiġu kkanċellati mingħajr kundizzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż u li mhumiex effettivament ipprovduti bi klawsola ta’ kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament tal-kwalità tal-kreditu tad-debitur, u

Elementi oħra li wkoll iġorru riskju medju/baxx u skond kif ikkomunikat lill-Kummissjoni.

Riskju baxx:

Faċilitajiet ta’ kreditu mhux użati (ftehim għal self, xiri ta’ titoli, garanziji ta’ provvisti jew faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni) li jistgħu jiġu kkanċellati mingħajr kundizzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż, u li mhumiex effettivament ipprovduti bi klawsola ta’ kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament tal-kwalità tal-kreditu tad-debitur. Il-linji ta’ kreditu għall-bejgħ bl-imnut jistgħu jitqiesu bħala kanċellabbli mingħajr kundizzjoni jekk il-klawżoli kuntrattwali jħallu lill-istituzzjoni ta’ kreditu tikkanċellahom b’miżura massima jekk dan huwa permess mil-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u minn leġiżlazzjoni oħra relatata; u

Elementi oħra li wkoll iġorru riskju medju/baxx u skond kif ikkomunikat lill-Kummissjoni.


ANNESS III

IT-TRATTAMENT TA’ RISKJU TA’ KREDITU TAL-KONTROPARTI TA’ STRUMENTI DERIVATTIVI, TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ XIRI MILL-ĠDID, TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ SELF JEW TISLIF TA’ TITOLI JEW PRODOTTI, TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ SALDU FIT-TUL U TA’ TRANŻAZZJONIJIET TA’ SELF MARĠNI

PARTI 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

Termini ġenerali

1.

“Riskju ta’ Kreditu tal-Kontroparti (Counterparty Credit Risk - CCR)” tfisser ir-riskju li l-kontroparti għal tranżazzjoni jista’ jfalli qabel il-pagament finali tal-likwidità tat-tranżazzjoni.

2.

“Kontroparti ċentrali” tfisser entità li legalment tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għal kuntratti magħmula f’suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej.

Tipi ta’ tranżazzjoni

3.

“Tranżazzjonijiet ta’ Saldu fit-Tul (Long Settlement Transactions)” ifissru tranżazzjonijiet fejn kontroparti timpenja ruħha biex tforni titolu, prodott, jew ammont ta’ kambju għal flus kontanti, strumenti finanzjarji oħra, jew prodotti, jew viċeversa, f’data ta’ saldu jew ta’ forniment li tkun speċifikata b’kuntratt bħala wara l-istandard tas-suq iktar baxx għal din it-tranżazzjoni partikolari u ħamest ijiem ta’ xogħol wara d-data li fiha l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun daħlet fit-tranżazzjoni.

4.

“Tranżazzjoni ta’ Self Marġni” tfisser tranżazzjonijiet li fihom istituzzjoni ta’ kreditu testendi l-kreditu rigward ix-xiri, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar ta’ titoli. Tranżazzjonijiet ta’ self marġni ma jinkludux self ieħor li jkun kopert minn garanzija f’titoli.

Settijiet ta’ neting (netting sets), settijiet ta’ kopertura (hedging sets), u termini relatati

5.

“Settijiet ta’ neting” tfisser grupp ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti waħidha li huma suġġetti għal arranġament ta’ neting bilaterali infurzat bil-liġi u li n-neting għalihom u rikonoxxut taħt il-Parti 7 ta’ dan l-Anness u l-Artikoli 90 sa 93. Kull tranżazzjoni li mhix suġġetta għal arranġament ta’ neting bilaterali infurzat bil-liġi, li hi rikonoxxuta taħt il-Parti 7 ta’ dan l-Anness, għandha tkun interpretata bħala s-sett ta’ neting tagħha stess għall-fini ta’ dan l-Anness.

6.

“Pożizzjoni ta’ Riskju” tfisser numru ta’ riskju assenjat lil tranżazzjoni skond il-Metodu Standardizzat stipulat fil-Parti 5 li jsegwi algoritmu determinat minn qabel.

7.

“Sett ta’ Kopertura” tfisser grupp ta’ pożizzjonijiet ta’ riskju mit-tranżazzjonijiet fi ħdan sett ta’ neting waħdu li għalihom il-bilanċ tagħhom biss hu rilevanti biex jiġi determinat il-valur ta’ l-iskopertura taħt il-Metodu Stanardizzat stipulat fil-Parti 5.

8.

“Ftehim Marġni” tfisser ftehim kuntrattwali jew dispożizzjonijiet għal ftehim skond liema kontroparti għandha tapplika garanzija lil tieni kontroparti meta skopertura ta’ dik it-tieni kontroparti għall-ewwel kontroparti teċċedi livell speċifiku.

9.

“Threshold Marġni” tfisser l-ikbar ammont ta’ skopertura li tibqa’ pendenti sakemm parti waħda jkollha d-dritt li titlob garanzija.

10.

“Perjodu ta’ Riskju Marġni (Margin Period of Risk)” tfisser il-perjodu ta’ żmien mill-aħħar bdil ta’ garanzija li tkopri sett ta’ neting ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti falluta sakemm dik il-kontroparti tagħlaq u r-riskju tas-suq li jirriżulta jkun kopert mill-ġdid.

11.

“Maturità Effettiva skond il-Metodu tal-Mudell Intern, għal sett ta’ neting b’maturità iktar minn sena” tfisser ir-relazzjoni tas-somma ta’ l-iskopertura mistennija u l-ħajja tat-tranżazzjonijiet fis-sett ta’ neting skontata bir-rata tar-rendita mingħajr riskju diviża bis-somma ta’ l-iskopertura mistennija tul sena f’sett ta’ neting skontat bir-rata mingħajr riskju. Din il-maturità effettiva tista’ tkun aġġustata biex tirrifletti r-riskju ta’ “rollover” billi l-iskopertura mistennija tinbidel bl-iskopertura mistennija effettiva għal orizzonti previżjonali inqas minn sena.

12.

“Neting Bejn Prodotti (Cross-Product Netting)” tfisser l-inklużjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ kategoriji differenti ta’ prodotti fi ħdan l-istess set ta’ neting skond ir-regoli tan-Neting Bejn Prodotti stipulati f’dan l-Anness.

13.

Għall-finijiet ta’ parti 5, “Valur Preżenti tas-Suq (Current Market Value – CMV)” tirreferi għall-valur nett tas-suq tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan is-sett ta’ neting mal-kontroparti. Valuri tas-suq kemm pożittivi kif ukoll negattivi huma wżati biex jiġi kkalkulat is-CMV.

Distribuzzjonijiet

14.

“Distribuzzjoni ta’ Valuri tas-Suq” tfisser il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità ta’ valuri netti tas-suq ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan sett ta’ neting għal xi data futura (l-orrizont previżjonali), fuq il-bażi tal-valur tas-suq realizzat ta’ dawk it-tranżazzjonijiet saż-żmien preżenti.

15.

“Distribuzzjoni ta’ Skoperturi” tfisser il-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabilità tal-valuri tas-suq li hu ġġenerat billi jiġu stabbiliti previżjonijiet ta’ valuri netti tas-suq negattivi ugwali għal żero.

16.

“Distribuzzjoni Newtrali għar-Riskju” tfisser distribuzzjoni ta’ valuri tas-suq jew skoperturi f’perjodu ta’ żmien futur fejn id-distribuzzjoni hi kkalkolata billi jintużaw valuri tas-suq impliċiti bħal volatilitajiet impliċiti.

17.

“Distribuzzjoni Attwali” tfisser distribuzzjoni ta’ valuri tas-suq jew skoperturi f’perjodu ta’ żmien futur fejn id-distribuzzjoni hi kkalkolata billi jintużaw valuri storiċi jew realizzati bħal volatilitajiet ikkalkolati bl-użu tal-varjazzjonijiet tal-passat tal-prezzijiet jew tar-rati tal-kambju.

Miżuri ta’ skopertura u aġġustamenti

18.

“Skoperturi Preżenti” tfisser l-ikbar minn żero, jew il-valur tas-suq ta’ tranżazzjoni jew portafoll ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan sett ta’ neting ma’ kontroparti li jintilef mal-falliment tal-kontroparti, meta wieħed jassumi li m’hemmx irkupru fuq il-valur ta’ dawk it-tranżazzjonijiet fil-każ ta’ falliment.

19.

“L-Ogħla Skopertura (Peak Exposure)” tfisser perċentili għoli tad-distribuzzjoni ta’ skoperturi fi kwalunkwe data futura partikolari qabel id-data ta’ maturità ta’ l-itwal tranżazzjoni fis-sett ta’ neting.

20.

“Skopertura Mistennija (Expected Exposure – EE)” tfisser il-medja tad-distribuzzjoni ta’ skoperturi fi kwalunkwe data futura partikolari qabel it-tranżazzjoni bl-itwal maturità fis-sett ta’ neting timmatura.

21.

“Skopertura Mistennija Effettiva (Effective Expected Exposure - EE Effettiva) f’data speċifika” tfisser l-ikbar skopertura mistennija li teżisti f’dik id-data jew fi kwalunkwe data preċedenti. Inkella, tista’ tiġi definita għal data speċifika bħala l-ikbar ta’ l-iskopertura mistennija f’dik id-data, jew l-iskopertura effettiva fid-data preċedenti.

22.

“Skopertura Pożittiva Mistennija (Expected Positive Exosure - EPE)” tfisser il-medja mwieżna tul iż-żmien ta’ skoperturi mistennija fejn l-użin huwa l-proporzjon li skopertura mistennija individwali tirrappreżenta tal-perjodu kollu ta’ żmien. Meta jkun ikkalkolat ir-rekwiżit minimu kapitali, il-medja tittieħed fuq l-ewwel sena jew, jekk il-kuntratti kollha fi ħdan is-set ta’ neting jummaturaw f’anqas minn sena, fuq il-perjodu ta’ żmien tal-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ neting.

23.

“Skopertura Pożittiva Mistennija Effettiva (Effective Expected Positive Exposure – EPE Effettiva)” tfisser il-medja mwieżna tul iż-żmien ta’ skopertura mistennija effettiva tul l-ewwel sena, jew, jekk il-kuntratti kollha fi ħdan is-sett ta’ neting jimmaturaw f’anqas minn sena, fuq il-perjodu tal-kuntratt bl-itwal maturità fis-sett ta’ neting, fejn l-użin hu l-proporzjon li skopertura mistennija individwali tirrappreżenta tal-perjodu kollu ta’ żmien.

24.

“Aġġustament ta’ l-Evalwazzjoni ta’ Kreditu (Credit Valuation Adjustment” tfisser aġġustament fl-evalwazzjoni intermedja tas-suq tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet ma’ kontroparti. Dan l-aġġustament jirrifletti il-valur tas-suq tar-riskju tal-kreditu għal kwalunkwe falliment tal-ftehimiet kuntrattwali ma’ kontroparti. Dan l-aġġustament jista’ jirrifletti l-valur tas-suq tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti jew il-valur tas-suq tar-riskju tal-kreditu kemm ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu kif ukoll tal-kontroparti.

25.

“Aġġustament Unilaterali ta’ l-Evalwazzjoni ta’ Kreditu (One-Sided Credit Valuation Adjustment)” tfisser aġġustament fl-evalwazzjoni ta’ kreditu li jirrifletti il-valur tas-suq tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, iżda ma jirriflettix il-valur tas-suq tar-riskju tal-kreditu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-kontroparti.

Riskji relatati mas-CCR

26.

“Riskju ta’ Rollover (Rollover Risk)” tfisser l-ammont li bih skopertura pożittiva mistennija tkun sottovalutata meta tranżazzjonijiet futuri ma’ kontroparti huma mistennija li jkunu magħmula fuq bażi kontinwa. L-iskopertura addizzjonali ġġenerata minn dawk it-tranżazzjonijiet futuri mhix inkluża fil-kalkolu ta’ l-skopertura pożittiva mistennija.

27.

“Riskju Ġenerali ta’ Korrelazzjoni Ħażina (General Wrong-Way Risk)” jinħoloq meta l-probabilità ta’ falliment ta’ kontropartijiet hi garantita b’mod pożittiv ma’ fatturi ta’ riskju ġenerali tas-suq.

28.

“Riskju Speċifiku ta’ Korrelazzjoni Ħażina (Specific Wrong-Way Risk)” jinħoloq meta l-iskopertura għal kontroparti partikolari hi korrelatata b’mod pożittiv mal-probabilità ta’ falliment tal-kontroparti minħabba n-natura tat-tranżazzjonijiet mal-kontroparti. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiġi kkunsidrata li tkun esposta għal Riskju Speċifiku ta’ Korrelazzjoni Ħażina jekk l-iskopertura futura għal kontroparti speċifika mistennija li tkun għolja meta l-probabilità ta’ falliment tal-kontroparti hi għolja wkoll.

PARTI 2

Għażla tal-metodu

1.

Soġġetti għall-paragrafi 2 sa 7, istituzzjonijiet ta’ kreditu għadhom jiddeterminaw il-valur ta’ skopertura għall-kuntratti elenkati fl-Anness IV b’waħda mill-metodi stipulati fil-Partijiet 3 sa 6. Istituzzjonijiet ta’ kreditu li m’humiex eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2006/49/KE m’humiex permessi li jużaw il-metodu stipulat fil-Parti 4. Biex ikun determinat il-valur ta’ skopertura għall-kuntratti elenkati fil-punt 3 ta’ l-Anness IV, istituzzjonijiet ta’ kreditu m’humiex permessi li jużaw il-metodu stipulat fil-Parti 4.

L-użu kkombinat tal-metodi stipulati fil-Partijiet 3 sa 6 għandu jkun permess fuq bażi permanenti fi grupp, pero mhux f’entità legali waħdanija. L-użu kkombinat tal-metodi stipulati fil-Partijiet 3 sa 5 f’entità legali għandu jkun permess fejn wieħed mill-metodi jiġi użat għall-każi stipulati fil-Parti 5, il-punt 19.

2.

Suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiddeterminaw il-valur ta’ skopertura għal:

(i)

il-kuntratti elenkati fl-Anness IV,

(ii)

tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid,

(iii)

tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ titoli jew ta’ prodotti;

(iv)

tranżazzjonijiet ta’ self marġni, u

(v)

tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul

bl-użu tal-Metodu tal-Mudell Intern kif stipulat fil-Parti 6.

3.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tixtri protezzjoni fuq derivat ta’ kreditu kontra skopertura barra r-reġistru tan-negozju, jew kontra skopertura CCR, hi tista’ tikkalkola r-rekwiżit kapitali tagħha għall-assi koperta skond l-Anness VIII, il-Parti 3, il-punti 83 sa 92, jew soġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, skond l-Anness VII, il-Parti 1, il-punt 4 jew l-Anness VII, il-Parti 4, il-punti 96 sa 104. F’dawn il-każi, il-valur ta’ l-iskopertura għas-CCR għal dawn id-derivativi ta’ kreditu huwa stabbilit għal żero.

4.

Il-valur ta’ skopertura għas-CCR minn “credit default swaps” mibjugħa barra r-reġistru tan-negozju, fejn huma trattati bħala protezzjoni ta’ kreditu provduti mill-istituzzjoni ta’ kreditu u soġġetti għal rekwiżit kapitali għal riskju ta’ kreditu għall-ammont spekulattiv kollu, huwa stabbilit għal żero.

5.

Skond il-metodi kollha stipulati fil-Partijiet 3 sa 6, il-valur ta’ skopertura għal kontroparti partikolari hu ugwali għas-somma tal-valuri ta’ skopertura kkalkolati għal kull sett ta’ neting ma’ dik il-kontroparti.

6.

Valur ta’ skopertura ta’ żero għas-CCR jista’ jiġi attribwit għal kuntratti ta’ derivativi, jew għal tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, għal tranżazzjonijiet ta’ self u tislif ta’ titoli jew prodotti, għal tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u għal tranżazzjonijiet ta’ self marġni pendenti ma’ kontroparti ċentrali u li ma kinux irrifjutati mill-kontroparti ċentrali. Barra minn hekk, valur ta’ skopertura ta’ żero għal CCR jista’ jiġi attribwit għal skoperturi ta’ riskju ta’ kreditu għal kontropartijiet ċentrali li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ derivativi, mit-tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, mit-tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ titoli jew prodotti, mit-tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u mit-tranżazzjonijiet ta’ self marġni jew skoperturi oħra, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti, li l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha pendenti mall-kontroparti ċentrali. L-iskoperturi tas-CCR tal-kontroparti ċentrali bil-parteċipanti kollha fl-arranġamenti tagħha għandhom jkunu garantiti bi sħiħ ta’ kuljum.

7.

Skoperturi li jkunu ġejjin minn tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul jistgħu jiġu determinati billi jintuża kwalunkwe mill-metodi, stipulati fil-Partijiet 3 sa 6, indipendentement mill-metodi magħżula biex jiġu ttrattati derivativi ta’ l-OTC u tranżazzjonjiet ta’ xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ titoli jew prodotti, u ta’ tranżazzjonijiet ta’ self marġni. Meta jkunu kkalkolati r-rekwiżiti kapitali għal tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-metodu stipulat fl-Artikoli 84 sa 89 jistgħu jassenjaw il-valuri tar-riskju skond il-metodu stipulat fl-Artikoli 78 sa 83 fuq bażi permanenti u irrispettivament mill-importanza ta’ tali pożizzjonijiet.

8.

Għall-metodi stipulati fil-Partijiet 3 u 4 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ammont spekulattiv li jiġi kkunsidrat jagħti indikazzjoni xierqa tar-riskju inerenti fil-kuntratt. Meta, per eżempju, il-kuntratt jipprovdi għal multiplikazzjoni ta’ flus likwidi, l-ammont spekulattiv irid ikun aġġustat biex jitqiesu l-effetti tal-multiplikazzjoni fuq l-istruttura tar-riskju ta’ dak il-kuntratt.

PARTI 3

Metodu tal-Valur tas-Suq (Mark-to-Market)

Pass (a)

:

fuq il-bażi tal-valuri kurrenti tas-suq (mark-to-market) jinkisbu l-valuri kurrenti ta’ sostituzzjoni tal-kuntratti kollha b’valur intrinsiku pożittiv.

Pass (b)

:

biex jitqies ir-riskju tal-kreditu potenzjali futur ħlief fil-każ ta’ skambji ta’ rati ta’ imgħax floating/floating fl-istess valuta, fejn jiġi kkalkulat biss il-prezz kurrenti tas-sostituzzjoni, l-ammonti tal-kapital nozzjonali jew il-valuri sottostanti huma mmultiplikati bil-perċentwali li jidhru fit-Tabella 1:

Tabella 1  (1)  (2)

Maturità li residwa (3)

Kuntratti relatati ma’ rati ta’ imgħax

Kuntratti li jikkonċernaw rati ta’ kambju esteru u deheb

Kuntratti rigward strumenti tal-kapital

Kuntratti rigward metalli prezjużi apparti mid- deheb

Kuntratti rigward kommoditajiet apparti minn metalli prezzjużi

Sena waħda jew anqas

0  %

1  %

6  %

7  %

10  %

Aktar minn sena, anqas minn ħames snin

0,5  %

5  %

8  %

7  %

12  %

Aktar minn ħames snin

1,5  %

7,5  %

10  %

8  %

15  %

Għall-kalkolu ta’ l-iskopertura potenzjali ta’ kreditu futura skond il-pass (b) l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet biex japplikaw il-persentaġġi li ġejjin minflok dawk stabbiliti fit-Tabella 1 basta l-istituzzjonijiet jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fl-Anness IV, il-punt 21 tad-Direttiva 2006/49/KE għall-kuntratti dwar komoditajiet minbarra d-deheb fit-tifsira tal-paragrafu 3 ta’ l-Anness IV ta’ din id-Direttiva:

Tabella 2

Maturità residwa

Metalli prezzjużi

(ħlief id-deheb)

Metalli komuni

Prodotti agrikoli

(softs)

Oħrajn, inklużi prodotti ta’ l-enerġija

Sena waħda jew anqas

2  %

2,5  %

3  %

4  %

Aktar minn sena, anqas minn ħames snin

5  %

4  %

5  %

6  %

Aktar minn ħames snin

7,5  %

8  %

9  %

10  %

Pass (c)

:

is-somma ta’ l-ispiża kurrenti tas-sostituzzjoni u tar-riskju tal-kreditu potenzjali futur hija l-valur ta’ l-iskopertura.

PARTI 4

Il-Metodu ta’ l-Iskopertura Oriġinali

Pass (a)

:

l-ammont prinċipali nozzjonali ta’ kull strument huwa mmultiplikat bil-persentaġġi mogħtija fit-Tabella 3.

Tabella 3

Maturità oriġinali (4)

Kuntratti relatati ma’ rati ta’ imgħax

Kuntratti li jikkonċernaw rati ta’ kambju esteru u deheb

Sena waħda jew anqas

0,5  %

2  %

Aktar minn sena waħda imma mhux aktar minn sentejn

1  %

5  %

Inkriment għal kull sena addizjonali

1  %

3  %

Pass (b)

:

l-iskopertura oriġinali li b’hekk tkun inkisbet għandha tkun il-valur ta’ l-iskopertura.

PARTI 5

Metodu Standardizzat

1.

Il-Metodu Standardizzat (SM) jista’ jintuża biss għal derivativi ta’ l-OTC u għal tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul. Il-valur ta’ l-iskopertura għandu jkun ikkalkolat separatament għal kull sett ta’ neting. Għandu jkun determinat nett tal-garanzija, kif ġej:

valur ta’ skopertura =

Formula

fejn:

CMV= valur preżenti tas-suq tal-portafoll ta’ tranżazzjonijiet fi ħdan is-sett ta’ neting b’kontroparti gross tal-garanzija, jiġifieri, fejn:

CMC=

Formula

fejn:

CMVi

=

valur preżenti tas-suq tat-tranżazzjoni i;

CMC

=

valur preżenti tas-suq tal-garanzija assenjata lis-sett ta’ neting, iġifieri, fejn:

CMC

=

Formula

fejn

CMCl= valur preżenti tas-suq tal-garanzija l;

i= indiċi li jindika t-tranżazzjoni;

l= indiċi li jindika l-garanzija;

j= indiċi li jindika l-kategorija tas-sett ta’ kopertura. Dawn is-settijiet ta’ kopertura jikkorrispondu għal fatturi ta’ riskju li għalihom pożizzjonijiet ta’ riskju ta’ sinjal oppost jistgħu jinqatgħu biex jagħtu pożizzjoni ta’ riskju netta fuq liema l-miżura ta’ skopertura tkun imbagħad ibbażata;

RPTij= pożizzjoni ta’ riskju mit-tranżazzjoni i rigward is-sett ta’ kopertura j;

RPClj= pożizzjoni ta’ riskju mill-garanzija l rigward is-sett ta’ kopertura j;

CCRMj= Multiplikatur CCR stabbilit fit-Tabella 3 rigward is-sett ta’ kopertura j;

β= 1.4.

Garanzija li tkun waslet mingħand kontroparti jkollha sinjal pożittiv u garanzija mogħtija lil kontroparti jkollha sinjal negattiv.

Garanzija rikonoxxuta għal dan il-metodu tkun limitata għall-garanzija li tkun eleġibbli taħt punt 11 ta’ l-Anness VIII, ta’ din id-Direttiva u punt 10 tad-Direttiva 2006/49/KE.

2.

Meta tranżazzjoni derivativa ta’ l-OTC bi profil ta’ riskju lineari tistipula l-iskambju ta’ strument finanzjarju għal pagament, il-parti tal-pagament tissejjaħ bħala “l-istadju tal-pagament” (the payment leg). Tranżazzjonijiet li jistipulaw l-iskambju ta’ pagament b’pagament jikkonsistu minn żewġ stadji ta’ pagament. L-istadji ta’ pagament jikkonsistu mill-pagamenti gross miftiehma b’kuntratt, inkluż l-ammont spekulattiv tat-tranżazzjoni. Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu ma jagħtux kas ir-riskju tar-rata ta’ interess minn stadji ta’ pagament b’maturità pendenti ta’ inqas minn sena waħda għall-finijiet tal-kalkoli li ġejjin. Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jittrattaw tranżazzjonijiet li jikkonsistu minn żewġ stadji ta’ pagamenti li huma denominati fl-istess munita, bħal tpartit fir-rata ta’ interess, bħala tranżazzjoni aggregata waħda. It-trattament għal stadji ta’ pagamenti japplika għat-tranżazzjoni aggregata.

3.

Tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari fi strumenti azzjonarji (inklużi indiċi azzjonarji), deheb, metalli prezzjużi oħra jew prodotti oħra kif l-istrumenti finanzjarji bażiċi huma klassifikati f’pożizzjoni ta’ riskju fl-istrument azzjonarju rispettiv (jew indiċi azzjonarji) jew fil-prodott (inklużi deheb u metalli oħra prezzjużi) u f’pożizzjoni ta’ riskju tar-rata ta’ interess għall-istadju ta’ pagament. Jekk l-istadju ta’ pagament hu denominat f’munita barranija, hi tkun klassifikata ukoll f’pożizzjoni ta’ riskju fil-munita rispettiva.

4.

Tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari bi strument ta’ dejn bħala l-istrument bażiku huma klassifikati f’pożizzjoni ta’ riskju tar-rata ta’ interess għall-istrument ta’ dejn u f’pożizzjoni oħra ta’ riskju tar-rata ta’ interess għall-istadju ta’ pagament. Tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju lineari li jistipluaw l-iskambju ta’ pagament b’pagament, inklużi kuntratti tal-kambju bil-quddiem, huma klassifikati f’pożizzjoni ta’ riskju tar-rata ta’ interess għal kull stadju ta’ pagament. Jekk l-istrument bażiku ta’ dejn hu denominat f’munita barranija, l-istrument ta’ dejn ikun klassifikat f’pożizzjoni ta’ riskju f’din il-munita. Jekk stadju ta’ pagament hu denominat f’munita barranija, l-istadju ta’ pagament ikun klassifikat mill-ġdid f’pożizzjoni ta’ riskju f’din il-munita. Il-valur ta’ l-iskopertura assenjat għal tranżazzjoni ta’ tpartit fuq bażi tal-kambju (foreign exhange basis swap transaction) hu żero.

5.

Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn tranżazzjoni bi profil ta’ riskju lineari hu l-valur spekulattiv effettiv (il-prezz tas-suq immultiplikat bil-kwantità) ta’ l-istrumenti finanzjarji bażiċi (inklużi prodotti) maqluba fil-munita lokali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, ħlief għal strumenti ta’ dejn.

6.

Għal strumenti ta’ dejn u għal stadji ta’ pagament, id-daqs tal-pożizzjoni ta’ riskju hu l-valur spekulattiv effettiv tal-pagamenti gross pendenti (inkluż l-ammont spekulattiv) maqlub fil-munita lokali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, immultiplikat bit-tul ta’ żmien modifikat ta’ l-istrument ta’ dejn, jew ta’ l-istadju ta’ pagament, rispettivament.

7.

Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn “credit default swap” hu l-valur spekulattiv ta’ l-istrument ta’ dejn ta’ referenza mmultiplikat bil-maturità pendenti tal-“credit default swap”.

8.

Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn derivativ ta’ l-OTC bi profil ta’ riskju mhux lineari, inklużi opzjonijiet u opzjonijiet fuq tpartit (options and swaptions), hu ugwali għall-valur spekulattiv effettiv ta’ l-ekwivalenti tad-delta ta’ l-istrument finanzjarju bażiku għat-tranżazzjoni, ħlief fil-każ ta’ strument bażiku ta’ dejn.

9.

Id-daqs ta’ pożizzjoni ta’ riskju minn derivativ ta’ l-OTC bi profil ta’ riskju mhux lineari, inklużi opzjonijiet u opzjonijiet fuq tpartit, li tiegħu l-istrument bażiku hu strument ta’ dejn jew stadju ta’ pagament, hu ugwali għall-valur spekulattiv effettiv ta’ l-ekwivalenti tad-delta ta’ l-istrument finanzjarju jew ta’ l-istadju ta’ pagament immultiplikat bit-tul ta’ żmien modifikat ta’ l-istrument ta’ dejn, jew ta’ l-istadju ta’ pagament, rispettivament.

10.

Biex ikunu determinati pożizzjonijiet ta’ riskju, garanzija li tasal minn għand kontroparti għandha tkun ittrattata bħala klejm fuq il-kontroparti f’kuntratt derivativ (pożizzjoni twila) li jiskadi fil-ġurnata stess, filwaqt li garanzija mogħtija għandha tkun ittrattata bħala obbligu għall-kontroparti (pożizzjoni qasira) li jiskadi fil-ġurnata stess.

11.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw il-formoli li ġejjin biex jiddeterminaw id-daqs u s-sinjal ta’ pożizzjoni ta’ riskju:

għall-istrumenti kollha ħlief l-istrumenti ta’ dejn:

valur spekulattiv effettiv, jew ekwivalenti għad-delta

valur spekulattiv = Formula

fejn:

Pref= prezz ta’ l-istrument bażiku, espress fil-munita ta’ referenza;

V= valur ta’ l-istrument finanzjarju (fil-każ ta’ opzjoni dan hu l-prezz ta’ l-opzjoni u fil-każ ta’ tranżazzjoni bi profil ta’ riskju lineari dan hu l-valur ta’ l-istrument bażiku stess);

p= prezz ta’ l-istrument bażiku, espress fl-istess munita bħal V;

għal strumenti ta’ dejn u għall-istadji ta’ pagament tat-tranżazzjonijiet kollha:

valur spekulattiv effettiv immultiplikat bit-tul ta’ żmien modifikat, jew

ekwivalenti tad-delta f’valur spekulattiv immultiplikat bit-tul ta’ żmien modifikat

Formula

fejn:

V= valur ta’ l-istrument finanzjarju (fil-każ ta’ opzjoni dan hu l-prezz ta’ l-opzjoni u fil-każ ta’ tranżazzjoni bi profil ta’ riskju lineari dan hu l-valur ta’ l-istrument bażiku stess jew ta’ l-istadju tal-pagament, rispettivament);

r= livell tar-rata ta’ interess.

Jekk V hu denominat f’munita li mhix il-munita ta’ referenza, id-derivativ għandu jkun konvertit fil-munita ta’ referenza billi jkun immultiplikat bir-rata tal-kambju rilevanti.

12.

Il-pożizzjonijiet ta’ riskju għandhom jinġabru fi gruppi f’settijiet ta’ kopertura. Għal kull sett ta’ kopertura, ikun ikkalkolat l-ammont tal-valur assolut tas-somma tal-pożizzjonijiet ta’ riskju li jirriżultaw. Is-somma tissejjaħ il-“pożizzjoni ta’ riskju nett” u hi rrapreżentata minn:

Formula

fil-formoli stipulati fil-paragrafu 1.

13.

Għal pożizzjoni ta’ riskju tar-rata ta’ interess minn depożiti ta’ flus li jaslu minn għand il-kontroparti bħala garanzija, minn stadji ta’ pagament u minn strumenti bażiċi ta’ dejn, li għalihom skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE tapplika spiża ta’ kapital ta’ 1,60 % jew inqas, hemm sitt settijiet ta’ kopertura għal kull munita, kif stipulat fit-Tabella 1 hawn taħt. Settijiet ta’ kopertura huma definiti b’ġabra flimkien tal-kriterji “maturità” u “rati ta’ interess ta’ referenza”.

Tabella 4

 

Rati ta’ interessi referiti mill-Gvern

Rati ta’ interessi mhux referiti mill-Gvern

Maturità

← sena 1

← sena 1

Maturità

>1 — ← 5 snin

>1 — ← 5 snin

Maturità

> 5 snin

> sena 5

14.

Għal pożizzjonijiet ta’ riskju tar-rata ta’ l-interess minn strumenti bażiċi ta’ dejn jew minn stadji ta’ pagament li għalihom ir-rata ta’ interess tkun assoċjata ma’ rata ta’ interess ta’ referenza li tirrappreżenta livell ġenerali tar-rata ta’ interess tas-suq, il-maturità pendenti hi t-tul tal-perjodu ta’ żmien sa l-aġġustament mill-ġdid li jkun imiss fir-rata ta’ interess. Fil-każi l-oħra kollha, hi t-tul ta’ żmien pendenti ta’ l-istrument bażiku ta’ dejn, jew fil-każ ta’ stadju ta’ pagament it-tul ta’ żmien pendenti tat-tranżazzjoni.

15.

Hemm sett wieħed ta’ kopertura għal kull fornitur ta’ strument ta’ dejn ta’ referenza li hu bażiku għal “credit default swap”.

16.

Għal pożizzjonijiet ta’ riskju tar-rata ta’ interess minn depożiti ta’ flus li huma mogħtija lil kontroparti bħala garanzija meta dik il-kontroparti ma jkollhiex obbligi ta’ dejn ta’ riskju speċifiku baxx pendenti u minn strumenti bażiċi ta’ dejn, li għalihom skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE tapplika spiża ta’ kapital ta’ iktar minn 1,60 %, hemm sett wieħed ta’ kopertura għal kull fornitur. Meta stadju ta’ pagament jimita tali strument ta’ dejn, hemm ukoll sett wieħed ta’ kopertura għal kull fornitur ta’ l-istrument ta’ dejn ta’ referenza. Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jassenjaw pożizzjonijiet ta’ riskju li jinħolqu minn strumenti ta’ dejn ta’ ċertu fornitur, jew minn strumenti ta’ dejn ta’ referenza ta’ l-istess fornitur li huma imitati minn stadji ta’ pagament, jew li huma bażiċi għal “credit default swap”, għall-istess sett ta’ kopertura.

17.

Strumenti finanzjarji bażiċi ħlief strumenti ta’ dejn għandhom ikunu assenjati lill-istess settijiet ta’ kopertura rispettivi biss jekk ikunu strumenti identiċi jew simili Fil-każi l-oħra kollha għandhom ikunu assenjati lil settijiet ta’ kopertura separati. Ix-xebh ta’ strumenti hi stabbilita kif ġej:

għall-istrumenti azzjonarji, strumenti simili huma dawk ta’ l-istess fornitur. Indiċi azzjonarju hu ttrattat bħala fornitur separat;

għall-metalli prezzjużi, strumenti simili huma dawk ta’ l-istess metall. Indiċi ta’ metalli prezzjużi hu ttrattat bħala metall prezzjuż separat;

għall-enerġija elettrika, strumenti simili huma dawk id-drittijiet u l-obbligi ta’ forniment li jirreferu għall-istess perjodu ta’ ħin bl-ikbar domanda jew le fi żmien 24 siegħa; u

għall-prodotti, strumenti simili huma dawk ta’ l-istess prodott. Indiċi ta’ prodotti hu ttrattat bħala prodott separat.

18.

Il-multiplikaturi tas-CCR (CCRM) għall-kategoriji differenti tas-settijiet ta’ kopertura huma stipulati fit-Tabella 2 hawn taħt:

Tabella 5

 

Kategoriji ta’ settijiet ta’ kopertura

CCRM

1

Rati ta’ Interess

0,2  %

2

Rati ta’ Interess għal pożizzjonijiet ta’ riskju minn strument ta’ dejn ta’ referenza li hu bażiku għal “credit default swap” u li għalihom tapplika spiża ta’ kapital ta’ 1.60 %, jew inqas, skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE

0,3  %

3

Rati ta’ Interess għal pożizzjonijiet ta’ riskju minn strument ta’ dejn ta’ referenza li hu bażiku għal “credit default swap” u li għalihom tapplika spiża ta’ kapital ta’ 1.60 %, jew inqas, skond it-Tabella 1 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE

0,6  %

4

Rati ta’ Kambju

2,5  %

5

Enerġija Elettrika

4  %

6

Deheb

5  %

7

Strument azzjonarju

7  %

8

Metalli Prezzjużi (ħlief deheb)

8,5  %

9

Prodotti Oħra (minbarra metalli prezzjużi u enerġija elettrika)

10  %

10

Strumenti bażiċi ta’ derivativi ta’ l-OTC li m’huma fl-ebda waħda mill-kategoriji t’hawn fuq

10  %

L-istrumenti bażiċi tad-derivativi ta’ l-OTC, kif imsemmija fil-punt 10 tat-Tabella 2, għandhom ikunu assenjati lil settijiet individwali separati ta’ kopertura għal kull kategorija ta’ l-istrument bażiku.

19.

Għal tranżazzjonijiet bi profil ta’ riskju mhux lineari jew għal stadji ta’ pagament u tranżazzjonijiet bi strumenti ta’ dejn bħala bażiċi li għalihom l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tiddetermina d-delta jew it-tul ta’ żmien modifikat, rispettivament, b’mudell ta’ strument li l-awtorità kompetenti tkun approvat għall-iskopijiet li jkunu ddeterminati r-rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq, l-awtorità kompetenti għandha tiddetermina d-daqs tal-pożizzjonijiet tar-riskju u s-CCRMjs b’mod konservattiv. B’mod alternattiv, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu l-użu tal-metodu stipulat fil-Parti 3. In-neting mhix ser tkun rikonoxxuta (jiġifieri, il-valur ta’ skopertura għandu jkun determinat daqs li kieku kien hemm sett ta’ neting li jikkonsisti mit-tranżazzjoni individwali biss).

20.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha proċeduri interni biex tivverifika li, qabel ma tinkludi tranżazzjoni f’sett ta’ neting, it-tranżazzjoni tkun koperta minn kuntratt ta’ neting infurzat bil-liġi li jilħaq il-ħtiġijiet stipulati fil-Parti 7.

21.

Istituzzjoni ta’ kreditu li tagħmel użu minn garanzija biex ittaffi s-CCR tagħha jkollha proċeduri interni biex tivverifika li, qabel ma’ tirrikonoxxi l-effett ta’ garanzija fil-kalkoli tagħha, il-garanzija tilħaq l-istandards ta’ ċertezza legali stipulati fl-Anness VIII.

PARTI 6

Metodu tal-Mudell Intern

1.

Soġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża l-Metodu tal-Mudell Intern (IMM) biex tikkalkola l-valur ta’ skopertura għat-tranżazzjonijiet fil-Parti2, il-paragrafu 2(i), jew għat-tranżazzjonijiet fil-Parti 2, il-punt 2(ii), (iii) u (iv), jew għat-tranżazzjonijiet fil-Parti 2, il-punt 2(i) sa (iv). F’kull każ minn dawn it-tranżazzjonijiet fil-Parti 2, il-punt 2(v) jistgħu jkunu inklużi wkoll. Minkejja il-Parti 2, il-punt 1, it-tieni paragrafu, istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jagħżlu li ma japplikawx dan il-metodu għal skoperturi li ma jkunux materjali fid-daqs u r-riskju. Biex tapplika l-IMM, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tilħaq ir-rekwiżiti stipulati f’ din il-Parti.

2.

Soġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-implimentazzjoni ta’ l-IMM tista’ ssir b’mod sekwenzjali fost tipi ta’ tranżazzjonijiet differenti, u matul dan il-perjodu istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża l-metodi stipulati fil-Parti 3 jew fil-Parti 5. Minkejja l-bqija ta’ din il-Parti, istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jkunux meħtieġa li jużaw tip ta’ mudell speċifiku.

3.

Għat-tranżazzjonijiet ta’ derivati ta’ l-OTC kollha u għat-tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul li għalihom istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx irċeviet approvazzjoni biex tuża l-IMM, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża l-metodi stipulati fil-Parti 3 jew fil-Parti 5. L-użu f’daqqa ta’ dawn iż-żewġ metodi hu permess fuq bażi permanenti fi ħdan grupp. L-użu f’daqqa ta’ dawn iż-żewġ metodi fi ħdan entità legali hu biss permess fejn wieħed miż-żewġ metodi jkun użat għall-każi stipulati fil-Parti 5, il-punt 19.

4.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisbu permess biex jużaw l-IMM m’għandhomx jerġgħu lura għall-metodi stipulati fil-Parti 3 jew fil-Parti 5 ħlief għal kawża tajba li tintwera u soġġetta għal approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’din il-Parti, hi għandha jew tippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan biex tmur lura lejn konformità mill-iktar fis possibbli jew turi li l-effett tan-nuqqas ta’ konformità ma jkunx materjali.

Valur ta’ l-iskopertura

5.

Il-valur ta’ l-iskopertura tkun ikkalkolata fil-livell tas-sett ta’ neting. Il-mudell għandu jispeċifika d-distribuzzjoni previżjonali għal bdil fil-valur tas-suq tas-sett ta’ neting attribwibbli għal bidliet fil-fatturi varjabbli tas-suq, bħar-rati ta’ interess u r-rati ta’ kambju. Il-mudell imbagħad jaħdem il-valur ta’ l-iskopertura għas-sett ta’ neting f’kull data futura minħabba l-bdil fil-fatturi varjabbli tas-suq. Għal kontropartijiet li huma koperti minn garanzija taħt ftehim ta’ marġni (margined counterparties), il-mudell jista’ wkoll jikkunsidra ċaqliq futur fil-valur tal-garanzija.

6.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jinkludu garanzija finanzjarja eliġibbli kif definita fl-Anness VIII, il-Parti 1, il-punt 11 ta’ din id-Direttiva u l-Anness II, il-punt 10 tad-Direttiva 2006/49/KE fid-distribuzzjonijiet previżjonali tagħhom għal bdil fil-valur tas-suq tas-sett ta’ neting, jekk ir-rekwiżiti kwantitattivi, kwalitattivi u ta’ dejta ta’ l-IMM jintlaħqu għall-garanzija.

7.

Il-valur ta’ l-iskopertura tkun ikkalkolata bħala l-prodott ta’ α mmultiplikata bi Skopertura Pożittiva Mistennija Effettiva (EPE Effettiva), kif ġej:

Valur ta’ skopertura = α × EPE Effettiva

fejn:

alfa (α) tkun 1.4, iżda l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu α ogħla, u l-EPE Effettiva tkun ikkalkolata billi ssir stima ta’ l-iskopertura mistennija (EEt) bħala l-iskopertura medja fid-data futura t, fejn il-medja tittieħed mill-valuri futuri possibbli ta’ fatturi ta’ riskju rilevanti tas-suq. Il-mudell jistima l-EE f’serje ta’ dati futuri t1, t2, t3, etc.

8.

L-EE Effettiva tkun ikkalkolata b’mod ripetut bħala:

EEtk Effettiva = max(EEtk-1 Effettiva; EEtk)

fejn:

id-data preżenti hi indikata bħala t0 u l-EEt0 Effettiva hi ugwali għall-iskopertura preżenti.

9.

F’dan ir-rigward, l-EPE Effettiva hi l-medja ta’ l-EE Effettiva matul l-ewwel sena ta’ l-iskopertura futura. Jekk il-kuntratti kollha fis-sett ta’ neting jimmaturaw f’anqas minn sena, l-EPE tkun il-medja ta’ l-iskopertura mistennija sakemm il-kuntratti kollha fis-sett ta’ neting jimmaturaw. L-EPE Effettiva hi kkalkolata bħala l-medja mwieżna ta’ l-EE Effettiva:

Formula

fejn:

il-valuri Δtk = tk — tk-1 jippermettu għall-każ meta l-iskopertura futura tkun ikkalkolata f’dati li m’humiex spazjati bl-istess mod tul iż-żmien.

10.

L-EE jew il-miżuri ta’ l-ogħla skopertura jkunu kkalkolati fuq bażi ta’ distribuzzjoni ta’ skoperturi li tirrifletti n-nuqqas ta’ normalità possibbli tad-distribuzzjoni ta’ skoperturi.

11.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw miżura li tkun iktar konservattiva minn α mmultiplikata bl-EPE Effettiva kif ikkalkolata skond l-ekwazzjoni hawn fuq għal kull kontroparti.

12.

Minkejja l-punt 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ α, soġġetta għal minimu ta’ 1.2, fejn α tkun ugwali għall-proporzjon tal-kapital intern minn simulazzjoni sħiħa ta’ l-iskopertura tas-CCR fost il-kontropartijiet (numeratur) u l-kapital intern ibbażat fuq l-EPE (denominatur). Fid-denominatur, l-EPE tkun użata daqs li kieku kienet ammont pendenti fiss. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru li l-istimi interni tagħhom ta’ α jinkludu fin-numeratur sorsi sinifikanti ta’ dipendenza stokastika tad-distribuzzjoni tal-valuri tas-suq tat-tranżazzjonijiet jew tal-portafolli ta’ tranżazzjonijiet fost il-kontropartijiet. Stimi interni ta’ α għandhom jikkunsidraw il-granularità tal-portafolli.

13.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jiżguraw li n-numeratur u d-denominatur ta’ α jkunu kkalkolati b’mod konsistenti skond il-metodoloġija tal-mudelli, l-ispeċifikazzjonijiet tal-parametri u l-kompożizzjoni tal-portafoll. Il-metodu użat għandu jkun ibbażat fuq il-metodu tal-kapital intern ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, ikun dokumentat sew u jkun suġġett għal validazzjoni indipendenti. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrevedu l-istimi tagħhom mill-inqas fuq bażi ta’ kull tliet xhur, u iktar frekwenti meta l-kompożizzjoni tal-portafoll tvarja maż-żmien. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jevalwaw ir-riskju tal-mudell.

14.

Fejn xieraq, il-volatilitajiet u l-korrelazzjonijiet ta’ fatturi ta’ riskju tas-suq użati fis-simulazzjoni konġunta tar-riskju tas-suq u tal-kreditu għandhom ikunu kkondizzjonati fuq il-fattur ta’ riskju ta’ kreditu biex jirriflettu ż-żidiet potenzjali fil-volatilità jew fil-korrelazzjoni meta jkun hemm tnaqqis fl-attività ekonomika.

15.

Jekk is-sett ta’ neting ikun suġġett għal ftehim marġni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw waħda mill-miżuri ta’ l-EPE li ġejjin:

(a)

EPE Effettiva mingħajr ma jikkunsidraw il-ftehim marġni;

(b)

il-limitu, jekk pożittiv, fil-ftehim marġni u żieda miegħu li tirrifletti ż-żieda potenzjali fl-iskopertura tul il-perjodu ta’ marġni ta’ riskju. Iż-żieda hi kkalkolata bħala ż-żieda mistennija fl-iskopertura tas-sett ta’ neting li tibda minn skopertura preżenti ta’ żero tul il-perjodu ta’ marġni ta’ riskju. Mill-inqas ħamest ijiem ta’ xogħol għas-settijiet ta’ neting li jikkonsistu biss minn tranżazzjonijiet tat-tip “repo” soġġetti għal marġinazzjoni mill-ġdid ta’ kuljum u għal valutazzjoni tas-suq ta’ kuljum, u għaxart ijiem ta’ xogħol għas-settijiet ta’ neting l-oħra kollha huma mposti fuq il-perjodu ta’ marġni ta’ riskju użat għal dan l-iskop; jew

(c)

jekk il-mudell jirrifletti l-effetti tal-marġinazzjoni meta jistima l-EE, il-miżura ta’ l-EE tal-mudell tista’ tintuża direttament fl-ekwazzjoni fil-punt 8 soġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

Rekwiżiti minimi għall-mudelli ta’ l-EPE

16.

Il-mudell ta’ l-EPE ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandha tilħaq ir-rekwiżiti operattivi stipulati fil-punti 17 sa 41.

Kontroll tas-CCR

17.

L-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha sezzjoni ta’ kontroll li tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tat-tmexxija tas-CCR tagħha, inklużi l-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-mudell. Is-sezzjoni tikkontrolla l-integrità ta’ l-input dejta u tħejji u tanaliżża rapporti fuq ir-riżultat tal-mudell ta’ kejl tar-riskju, inkluża evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn miżuri ta’ skopertura għar-riskju u l-limiti ta’ kreditu u ta’ negozju. Din is-sezzjoni tkun indipendenti minn sezzjonijiet responsabbli biex joħolqu, iġeddu jew jinnegozjaw skoperturi u ħielsa minn influwenza żejda; ikollha biżżejjed ħaddiema; tirrapporta direttament lill-amministrazzjoni għolja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Ix-xogħol ta’ din is-sezzjoni tkun integrata b’mod qrib fil-proċess ta’ kuljum tat-tmexxija tar-riskju ta’ kreditu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Ir-riżultat tagħha jkun, għalhekk, parti integrali mill-proċess ta’ pjannar, sorveljanza u kontroll tal-profil ta’ riskju ta’ kreditu u ta’ riskju ġenerali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

18.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha politiki ta’ tmexxija, proċessi u sistemi tas-CCR li jkunu b’saħħithom fil-prinċipju u li jkunu implimentati b’integrità. Qafas ta’ tmexxija tas-CCR b’saħħtu jinkludi l-identifikazzjoni, il-kejl, it-tmexxija, l-approvazzjoni u r-rappurtaġġ intern tas-CCR.

19.

Il-politiki dwar it-tmexxija tar-riskju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tikkunsidra r-riskju tas-suq, ir-riskju tal-likwidità, u r-riskji legali u ta’ l-operat li jistgħu jkunu assoċjati mas-CCR. L-istituzzjoni ta’ kreditu ma tidħolx għal negozju ma’ kontroparti mingħajr ma tevalwa l-valur ta’ kreditu tagħha u tikkunsidra sew ir-riskju ta’ kreditu ta’ ħlas u ta’ qabel il-ħlas. Dawn ir-riskji jkunu mmexxija b’mod komprensiv kemm jista’ jkun fil-livell tal-kontroparti (billi jkunu aggregati l-iskoperturi tas-CCR ma’ skoperturi ta’ kreditu oħra) u fuq il-livell tad-ditta.

20.

Il-bord tad-diretturi u l-amministrazzjoni għolja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jkunu involuti b’mod attiv fil-proċess ta’ kontroll tas-CCR u jikkunsidraw dan bħala aspett essenzjali tan-negozju li jeħtieġ ħafna riżorsi. L-amministrazzjoni għolja tkun konxja tal-limitazzjonijiet u tas-suppożizzjonijiet tal-mudell użat u ta’ l-impatt li dawn jista’ jkollhom fuq kemm ir-riżultat ikun ta’ min jorbot fuqu. L-amministrazzjoni għolja jikkunsidraw ukoll l-inċertezzi ta’ l-ambjent tas-suq u tal-kwistjonijiet operattivi u jkunu konxji ta’ kif dawn ikunu riflessi fil-mudell.

21.

Ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija fuq l-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għas-CCR ikunu riveduti minn livell ta’ tmexxija b’anzjanità u awtorità suffiċjenti biex jinfurzaw kemm tnaqqis minn pożizzjonijiet meħuda minn kapijiet individwali ta’ kreditu jew minn negozjanti individwali, kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura totali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għas-CCR.

22.

Is-sistema ta’ tmexxija tas-CCR ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tintuża flimkien ma’ limiti interni ta’ kreditu u ta’ negozju. Il-limiti ta’ kreditu u ta’ negozju jkunu relatati mal-mudell ta’ kejl tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu b’tali mod li jkunu konsistenti tul iż-żmien u li jkunu mifhuma sew mill-kapijiet tal-kreditu, min-negozjanti u mill-amministrazzjoni għolja.

23.

Il-kejl tas-CCR ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jinkludi l-kejl ta’ l-użu kuljum u minn ġurnata għall-oħra tal-linji ta’ kreditu. L-istituzzjoni ta’ kreditu tkejjel l-iskopertura preżenti grossa u netta tal-garanzija. Fil-livell ta’ portafoll jew ta’ kontroparti, l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkalkola u tissorvelja l-ogħla skopertura jew l-iskopertura potenzjali futura (PFE) fl-intervall ta’ kunfidenza magħżul mill-istituzzjoni ta’ kreditu. L-istituzzjoni ta’ kreditu tikkunsidra pożizzjonijiet kbar jew konċentrati, inklużi dawk minn gruppi ta’ kontropartijiet relatati, minn industrija, minn suq, etc.

24.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha programm stabbilit ta’ rutina u rigoruż ta’ ttestjar ta’ stress bħala addizzjonali għall-analiżi tas-CCR ibbażat fuq ir-riżultat ta’ kuljum tal-mudell ta’ kejl tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Ir-riżultati ta’ dan l-ittestjar ta’ stress ikunu riveduti perjodikament mill-amministrazzjoni għolja u jiġu riflessi fil-politiki u fil-limiti tas-CCR stipulati mill-amministrazzjoni u mill-bord tad-diretturi. Fejn it-tests ta’ stress juru vulnerabiltà partikolari għal sett ta’ ċirkustanzi partikolari, jittieħdu passi fil-pront biex dawk ir-riskji jkunu amministrati kif xieraq.

25.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rutina stabbilita biex tiżgura konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki, kontrolli u proċeduri interni rigward l-operat tas-sistena ta’ tmexxija tas-CCR. Is-sistema tat-tmexxija tas-CCR ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkun dokumentata sew u tipprovdi spjegazzjoni tat-tekniki empiriċi użati biex titkejjel is-CCR.

26.

Istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel reviżjoni indipendenti tas-sistema tat-tmexxija tas-CCR b’mod regolari permezz tal-proċess ta’ verifika interna tagħha stess. Din ir-reviżjoni tinkludi kemm l-attivitajiet tas-sezzjonijiet tan-negozju msemmija fil-punt 17 u tas-sezzjoni tal-kontroll indipendenti tas-CCR. Reviżjoni tal-proċess kollu tat-tmexxija tas-CCR issir regolarment u tindirizza speċifikament, mill-inqas:

(a)

l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u tal-proċess tat-tmexxija tas-CCR;

(b)

l-organizzazzjoni tas-sezzjoni ta’ kontroll tas-CCR;

(c)

l-integrazzjoni tal-miżuri tas-CCR fit-tmexxija ta’ kuljum tar-riskju;

(d)

il-proċess ta’ approvazzjoni għal mudelli ta’ l-iffissar tal-valur tar-riskju (risk pricing models) u għal sistemi ta’ evalwazzjoni użati mill-impjegati fl-uffiċċju ta’ barra u ta’ ġewwa;

(e)

l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċess ta’ kejl tas-CCR;

(f)

l-ammont tas-CCR ikkunsidrat mill-mudell ta’ kejl tar-riskju;

(g)

l-integrità ta’ l-informatika ta’ l-amministrazzjoni;

(h)

ir-reqqa u l-kompletezza tad-dejta tas-CCR;

(i)

il-verifika tal-konsistenza, tal-ħin u ta’ l-affidabilità tas-sorsi ta’ dejta wżati fil-mudelli, inkluż l-indipendenza ta’ tali sorsi ta’ dejta;

(j)

ir-reqqa u l-adattezza tas-suppożizzjonijiet ta’ volatilità u ta’ korrelazzjoni;

(k)

ir-reqqa tal-kalkoli ta’ l-evalwazzjoni u tat-trasformazzjoni tar-riskju;u

(l)

il-verifika tar-reqqa tal-mudell permezz ta’ testijiet retrospettivi frekwenti.

Test ta’ l-użu

27.

Id-distribuzzjoni ta’ l-iskoperturi ġġenerati mill-mudell użati biex tkun ikkalkolata l-EPE effettiva jkun integrat mill-qrib fil-proċess tat-tmexxija ta’ kuljum tas-CCR ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Ir-riżultat tal-mudell għandu għalhekk ikollu rwol essenzjali fl-approvazzjoni tal-kreditu, fit-tmexxija tas-CCR, fl-allokazzjoni tal-kapital intern u fit-tmexxija korporattiva ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

28.

Istituzzjoni ta’ kreditu tkun għamlet użu fil-passat minn mudelli li jiġġeneraw distribuzzjoni ta’ skoperturi għas-CCR. B’hekk, l-istituzzjoni ta’ kreditu turi li hi tkun għamlet użu minn mudell biex tikkalkola d-distribuzzjonijiet ta’ skoperturi li fuqhom tkun ibbażata l-kalkolazzjoni ta’ l-EPE li tilħaq, b’mod wiesa’, ir-rekwiżiti minimi stipulati f’din il-Parti għal mill-inqas sena qabel l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

29.

Il-mudell użat biex jiġġenera distribuzzjoni ta’ skoperturi għas-CCR ikun parti minn qafas ta’ tmexxija tas-CCR li jinkludi l-identifikazzjoni, il-kejl, it-tmexxija, l-approvazzjoni u r-rappurtaġġ intern tas-CCR. Dan il-qafas jinkludi l-kejl ta’ l-użu ta’ linji ta’ kreditu (billi jkunu aggregati l-iskoperturi tas-CCR ma’ skoperturi ta’ kreditu oħra) u l-allokazzjoni tal-kapital intern. Minbarra l-EPE, istituzzjoni ta’ kreditu tkejjel u tamministra skoperturi preżenti. Fejn xieraq, l-istituzzjoni ta’ kreditu tkejjel l-iskopertura preżenti grossa u netta tal-garanzija. It-test ta’ l-użu jkun issodisfat jekk istituzzjoni ta’ kreditu tuża miżuri oħra tas-CCR, bħall-ogħla skopertura jew l-iskopertura potenzjali futura (PFE), ibbażati fuq id-distribuzzjonijiet ta’ skoperturi ġġenerati mill-istess mudell biex ikun ikkalkolat l-EPE.

30.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha kapaċità tas-sistemi biex tistima l-EE ta’ kuljum jekk ikun neċessarju, sakemm ma turix lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li l-iskoperturi tagħha għas-CCR ikunu jeħtieġu inqas kalkolazzjoni frekwenti. L-istituzzjoni ta’ kreditu tikkalkola l-EE tul perjodu ta’ żmien ta’ orrizonti previżjonali li jirrifletti b’mod adegwat l-istruttura ta’ żmien tal-likwidità futura u l-maturità tal-kuntratti u b’tali mod li jkun konsistenti ma’ l-importanza u l-kompożizzjoni ta’ l-iskoperturi.

31.

L-iskoperturi jkunu mkejla, sorveljati u kkontrollati tul il-perjodu ta’ żmien tal-kuntratti kollha fis-sett ta’ neting (mhux biss għall-orrizont ta’ sena). L-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha proċeduri stabbiliti biex tidentifika u tikkontrolla r-riskji għal kontropartijiet fejn l-iskopertura tiżdied għal iktar mill-orrizont ta’ sena. Iż-żieda prevista fl-iskopertura tkun input fil-mudell tal-kapital intern ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Ittestjar ta’ stress

32.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha stabbiliti proċessi b’saħħithom ta’ ttestjar ta’ stress għal użu fl-evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza tal-kapital għas-CCR. Dawn il-miżuri ta’ stress ikunu mqabbla mal-kejl ta’ l-EPE u jkunu kkunsidrati mill-istituzzjoni ta’ kreditu bħala parti mill-proċess stipulat fl-Artikolu 123. L-ittestjar ta’ stress jinvolvi wkoll l-identifikazzjoni ta’ avvenimenti possibbli jew bidliet futuri fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effetti ħżiena fuq l-iskoperturi ta’ kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u evalwazzjoni tal-ħila ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu biex tilqa’ għal tali bidliet.

33.

L-istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel test ta’ stress ta’ l-iskoperturi tas-CCR tagħha, inkluż ittestjar konġunt ta’ fatturi ta’ riskju tas-suq u tal-kreditu. It-testijiet ta’ stress tas-CCR jikkunsidraw ir-riskju ta’ konċentrazzjoni (għal kontroparti waħda jew gruppi ta’ kontropartijiet), ir-riskju ta’ korrelazzjoni fost riskju ta’ suq u ta’ kreditu, u r-riskju li jista’ jkun hemm ċaqliq fis-suq jekk il-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet ikunu likwidati. Testijiet ta’ stress jikkunsidraw ukoll l-impatt fuq il-pożizzjonijiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha ta’ tali ċaqliq fis-suq u jintegraw dak l-impatt fl-evalwazzjoni tas-CCR.

Riskju ta’ korrelazzjoni ħażina

34.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħtu biżżejjed importanza għal skoperturi li jagħtu lok għal ammont kbir ta’ Riskju Ġenerali ta’ Korrelazzjoni Ħażina.

35.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom proċeduri stabbiliti biex jidentifikaw, jissorveljaw u jikkontrollaw każi ta’ Riskju Speċifiku ta’ Korrelazzjoni Ħażina, li jibdew fil-bidu ta’ tranżazzjoni u jkomplu tul iż-żmien tat-tranżazzjoni.

Integrità tal-proċess tal-mudell

36.

Il-mudell jirrifletti t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjoni fil-ħin u b’mod sħiħ u konservattiv. Tali termini jinkludu mill-inqas l-ammonti spekulattivi tal-kuntratt, il-maturità, l-assi ta’ referenza, l-arranġamenti ta’ marġni u l-arranġamenti ta’ neting. It-termini u l-ispeċifikazzjonijiet jinżammu f’ “database” li tkun soġġetta għal verifika formali u perjodika. Il-proċess biex ikunu rikonoxxuti arranġamenti ta’ neting jirrikjedi firma mill-istaff legali biex ikun verifikat k0infurzar legali tan-neting u jkun imdaħħal fid-“database” minn sezzjoni indipendenti. It-trasmissjoni lill-mudell tat-termini tat-tranżazzjoni u tad-dejta ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tkun ukoll soġġetta għal verifika interna u jkunu stabbiliti proċessi formali ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-mudell u s-sistemi ta’ dejta sors biex ikun kontinwament verifikat li t-termini u l-ispeċifikazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet ikunu qed jiġu riflessi fl-EPE b’mod tajjeb jew mill-inqas b’mod konservattiv.

37.

Il-mudell juża dejta preżenti tas-suq biex jikkalkola l-iskoperturi preżenti. Meta tintuża dejta antika biex issir stima tal-volatilità u tal-korrelazzjonijiet, għandha tintuża mill-inqas tliet snin ta’ dejta antika u għandha tkun aġġornata kull tliet xhur jew b’mod iktar frekwenti jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jeħtieġu hekk. Id-dejta tkopri firxa sħiħa ta’ kondizzjonijiet ekonomiċi, bħal ċiklu sħiħ ta’ negozju. Sezzjoni indipendenti mis-sezzjoni tan-negozju tivvalidita l-prezz mogħti mis-sezzjoni tan-negozju. Id-dejta tinġabar indipendentement mil-linji ta’ negozju, tiddaħħal fil-mudell fil-ħin u b’mod sħiħ, u tinżamm f’“database” soġġetta għal verifika formali u perjodika. Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha wkoll proċess żviluppat sew ta’ l-integrità tad-dejta biex tnaddaf id-dejta minn osservazzjonijiet ħżiena u/jew anomali. Sal-punt li l-mudell jiddependi fuq dejta tas-suq approssimattiva, inkluż għal prodotti ġodda fejn tliet snin ta’ dejta antika jistgħu ma jkunux disponibbli, il-politiki interni jidentifikaw approssimazzjonijiet xierqa u l-istituzzjoni ta’ kreditu turi b’mod empiriku li l-approssimazzjoni tipprovdi rappreżentazzjoni konservattiva tar-risjku bażiku f’kundizzjonijiet ta’ suq ħżiena. Jekk il-mudell jinkludi l-effett ta’ garanzija fuq bdil fil-valur tas-suq tas-sett ta’ neting, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom dejta antika adegwata biex timmudella l-volatilità tal-garanzija.

38.

Il-mudell ikun soġġett għal proċess ta’ validazzjoni. Il-proċess ikun artikulat b’mod ċar fil-politiki u l-proċeduri ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Il-proċess ta’ validazzjoni jispeċifika t-tip ta’ ttestjar meħtieġ biex jiżgura l-integrità tal-mudell u biex jidentifika l-kondizzjonijiet li fihom is-suppożizzjonijiet ma jkunux rispettati u jista’ jkun hemm ir-riskju li l-EPE ma tingħatax l-importanza meħtieġa. Il-proċess ta’ validazzjoni jinkludi reviżjoni tal-komprensività tal-mudell.

39.

Istituzzjoni ta’ kreditu tissorvelja r-riskji rilevanti u jkollha proċessi stabbiliti biex jaġġustaw l-istimi tagħha ta’ l-EPE meta dawk ir-riskji jsiru sinifikanti. Dawn il-proċessi jinkludu dan li ġej:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tidentifika u tamministra l-iskoperturi tagħha għar-riskju speċifiku ta’ korrelazzjoni ħażina;

(b)

għall-iskoperturi bi profil ta’ riskju li jiżdied wara sena, l-istituzzjoni ta’ kreditu tqabbel fuq bażi regolari l-istima ta’ l-EPE fuq sena ma’ l-EPE tul il-perjodu ta’ żmien ta’ l-iskopertura; u

(c)

għall-skoperturi b’maturità residwa inqas minn sena, l-istituzzjoni ta’ kreditu tqabbel fuq bażi regolari l-ispiża ta’ sostituzzjoni (skopertura preżenti) u l-profil ta’ skopertura realizzata, u/jew terfa’ dejta li tippermetti tali tqabbil.

40.

Istituzzjoni ta’ kreditu jkollha proċeduri interni biex tivverifika li, qabel ma tinkludi tranżazzjoni f’sett ta’ neting, it-tranżazzjoni tkun koperta minn kuntratt ta’ neting infurzat bil-liġi li jilħaq ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti 7.

41.

Istituzzjoni ta’ kreditu li tagħmel użu minn garanzija biex ittaffi s-CCR tagħha jkollha proċeduri interni biex tivverifika li, qabel ma’ tirrikonoxxi l-effett ta’ garanzija fil-kalkoli tagħha, il-garanzija tilħaq l-istandards ta’ ċertezza legali stipulati fl-Anness VIII.

Rekwiżiti ta’ validazzjoni għall-mudelli ta’ l-EPE

42.

Il-mudell ta’ l-EPE ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jilħaq ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni klwalitattiva stipulati fl-Anness V tad-Direttiva 2006/49/KE;

(b)

ir-rati ta’ l-interessi, ir-rati tal-kambju, il-prezzijiet ta’ l-istrumenti ta’ kapital, il-prodotti, u fatturi oħra tar-riskju tas-suq ikunu previsti fuq orizzonti ta’ żmien fit-tul biex tkun imkejla l-iskopertura tas-CCR. Ir-riżultat tal-mudell previżjonali għall-fatturi ta’ riskju tas-suq ikun validat fuq orizzont ta’ żmien fit-tul;

(c)

il-mudelli ta’ l-iffissar tal-valur użati biex jikkalkolaw l-iskopertura tas-CCR għal xenarju partikolari ta’ kriżijiet futuri fil-fatturi ta’ riskju tas-suq ikunu ttestjati bħala parti mill-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell. Mudelli ta’ l-iffissar tal-valur għal opzjonijiet jikkunsidraw in-nuqqas ta’ linearità tal-valur ta’ l-opzjoni rigward il-fatturi ta’ riskju tas-suq;

(d)

il-mudell ta’ l-EPE jirrifletti informazzjoni speċifika tat-tranżazzjoni biex jaggrega skoperturi fil-livell tas-sett ta’ neting. Istituzzjoni ta’ kreditu tivverifika li t-tranżazzjonijiet ikunu assenjati lis-sett ta’ neting adattat fi ħdan il-mudell;

(e)

il-mudell ta’ l-EPE jinkludi wkoll informazzjoni speċifika tat-tranżazzjoni biex jirrifletti l-effetti ta’ marġinazzjoni. Jikkunsidra kemm l-ammont preżenti ta’ marġni kif ukoll il-marġni li tiġi mgħoddija bejn il-kontropartijiet fil-futur. Tali mudell jirrifletti n-natura ta’ ftehimiet marġni (unilaterali jew bilaterali), il-frekwenza ta’ sejħiet marġni, il-perjodu ta’ marġni ta’ riskju, il-limitu minimu ta’ l-iskopertura mhix marġinata li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun lesta li taċċetta, u l-ammont minimu ta’ trasferiment. Tali mudell jipprevedi jew il-bdil tal-valutazzjoni tas-suq fil-valur tal-garanzija mogħtija jew japplika r-regoli stipulati fl-Anness VIII;

u

(f)

testijiet retrospettivi statiċi fuq fortafolli rappreżentattivi tal-kontroparti jkunu parti mill-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell. Istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel, b’mod regolari, tali testijiet retrospettivi fuq numru ta’ portafolli rappreżentattivi tal-kontroparti (attwali jew ipotetiċi). Dawn il-portafolli rapreżentattivi jintgħażlu skond is-sensittività tagħhom għall-fatturi ta’ riskju u l-korrelazzjonijiet sinifikanti li għalihom tkun esposta l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Jekk it-testijiet retrospettivi jindikaw li l-mudell mhux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jirrevokaw l-approvazzjoni tal-mudell jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudell jitjieb fil-pront. Huma jistgħu wkoll jirrikjedu li jinżammu fondi proprji addizzjonali mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu skond l-Artikolu 136.

PARTI 7

Neting kuntrattwali (kuntratti għal novazzjoni u ftehimiet oħra ta’ neting)

(a)   Tipi ta’ neting li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu

Għall-iskopijiet ta’ din il-Parti, “kontroparti” tfisser kull entità (inklużi persuni naturali) li jkollha l-poter li tikkonkludi ftehim ta’ neting kuntrattwali u “ftehim ta’ neting kuntrattwali bejn prodotti” tfisser ftehim bilaterali bil-miktub bejn istituzzjoni ta’ kreditu u kontroparti li toħloq obbligu legali wieħed li jkopri l-ftehimiet prinċipali bilaterali kollha inklużi u t-tranżazzjonijiet relatati ma’ kategoriji differenti ta’ prodotti. Ftehimiet ta’ neting kuntrattwali bejn prodotti ma jkoprux in-neting ħlief fuq bażi bilaterali.

Għall-fini ta’ neting bejn prodotti, dawn li ġejjin huma kkunsidrati kategoriji differenti ta’ prodotti:

(i)

tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid li jsiru bil-maqlub, tranżazzjonijiet ta’ self u tislif ta’ titoli u prodotti,

(ii)

tranżazzjonijiet ta’ self marġni, u

(iii)

il-kuntratti stipulati fl-Anness IV.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħrfu bħala tnaqqis ta’ riskju t-tipi ta’ kkalkular fuq bażi netta kontratwali li ġejjin:

(i)

kuntratti bilaterali għal tiġdid bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kotroparti tagħha li fuq il-bażi tiegħu it-talbiet reċiproki u l-obbligazzjonijiet ikunu awtomatikament amalgamati b’tali mod li dan it-tiġdid jistabbilixxi ammont nett uniku kull darba li t-tiġdid ikun japplika u b’hekk jinħoloq kuntratt ġdid uniku li jorbot legalment u li jħassar il-kuntratti ta’ qabel,

(ii)

ftehimiet oħra bilaterali bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kontroparti tagħha, u

(iii)

ftehimiet ta’ neting kuntrattwali bejn prodotti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu rċevew approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jużaw il-metodu stipulat fil-Parti 6, għal tranżazzjonijiet li jaqaw taħt il-fini ta’ dak il-metodu. Neting bejn tranżazzjonijiet li jkunu daħlu għalihom membri ta’ grupp mhux rikonoxxut għall-fini li jkunu kkalkolati r-rekwiżiti kapitali.

(b)   Kundizzjonijiet għal rikonoxximent

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu kkalkular fuq bażi netta kontrattwali bħala effett li jnaqqas ir-riskju biss bil-kundizzjoni li:

(i)

l-istituzzjoni ta’ kreditu jrid ikollha ftehim mal-kontroparti dwar ikkalkular fuq bażi netta kuntrattwali li joħloq obbligu legali uniku, li jkopri t-tranżazzjonijiet kollha b’mod li, fil-każ ta’ inadempjenza min-naħa tal-kontroparti minħabba falliment, likwidazzjoni jew xi ċirkostanzi simili, l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha dritt li tircievi jew l-obbligu li tħallas biss is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi tal-prezzijiet kurrenti tas-suq ta’ tranżazzjonijiet individwali inklużi,

(ii)

l-istituzzjoni ta’ kreditu trid tkun issottomettiet għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti opinjonijiet legali bil-miktub u rraġunati bir-riżultat li, fil-każ ta’ sfida legali, il-qrati rilevanti u l-awtoritajiet amministrattivi jkunu jistgħu jikkonkludu li fil-każi indikati fil-punt (i), it-talbiet u l-obbligi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jkunu limitati għas-somma netta, kif deskritt fil-punt (i), f’konformità:

mal-liġi tal-ġurisdizjoni li fiha l-kontroparti tkun inkorporata u, jekk fergħa barranija ta’ l-intrapriża tkun involuta, mal-liġi tal-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat li fih l-fergħa barranija tkun tinsab,

mal-liġi li tirregola t-tranżazzjonijiet individwali inklużi,

mal-liġi li tirregola kull kuntratt jew ftehim meħtieġ biex ikun applikat l-ikkalkular fuq bażi netta kuntrattwali,

(iii)

l-istituzzjoni ta’ kreditu jrid ikollha proċeduri istitwiti biex tiżgura li l-validità legali ta’ l-ikkalkular fuq bażi netta kuntrattwali tagħha tinżamm taħt osservazzjoni fid-dawl ta’ tibdil possibbli fil-liġijiet rilevanti,

(iv)

l-istituzzjoni ta’ kreditu żżomm fil-fajls tagħha d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa,

(v)

l-effetti ta’ neting ikunu kkunsidrati fil-kejl magħmul mill-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ l-skopertura tar-riskju ta’ kreditu aggregata ta’ kull kontroparti u l-istituzzjoni ta’ kreditu tamministra s-CCR tagħha fuq tali bażi, u

(vi)

ir-riskju ta’ kreditu lil kull kontroparti jkun aggregat biex tasal għal skopertura legali waħda għat-tranżazzjonijiet kollha. Din l-aggregazzjoni tkun ikkunsidrata għall-fini ta’ limitu ta’ kreditu u għall-fini ta’ kapital intern.

L-awtoritajiet kompetenti iridu jkunu sodisfatti, jekk hemm bżonn wara konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra kkonċernati, li l-ikkalkular fuq bażi netta kuntrattwali huwa legalment validu skond il-liġi ta’ kull waħda mill-ġuriżdizzjonijiet rilevanti. Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti, tkun liema tkun, ma tkunx sodisfatta f’dan ir-rigward, il-ftehim dwar l-ikkalkular fuq bażi netta kuntratwali m’għandux ikun rikonoxxut bħala effett li jnaqqas ir-riskju għall-ebda waħda mill-kontropartijiet.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaċċettaw l-opinjonijiet legali rragunati mħejjija b’tipi ta’ kkalkular fuq bażi netta kuntrattwali.

Fir-rigward tal-kuntratti li jkun fihom dispożizzjoni li tippermetti li kontroparti ma tonqosx milli ma tħallasx pagamenti limitati biss, jew li ma tħallas l-ebda pagament lil min ikun naqas li jħallas, anki jekk dan ikun kreditur nett (klawżola ta’ deroga jew “walkaway”), ma jkun jista’ jiġi rikonoxxut l-ebda effett ta’ tnaqqis tar-riskju.

Barraminhekk għall-ftehimiet ta’ netting kuntratwali “cross-product”, għandhom jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(a)

is-somma netta msemmija fis-subpunt (i) ta’ din il-parti għandha tkun is-somma netta tal-valuri pożittivi u negattivi ta’ l-għeluq ta’ kull ftehim ewlieni bilaterali individwali inkluż u l-valur pożittiv u negattiv tar-rivalutazzjoni ta’ kuljum (“marking-to-market”) tat-tranżazzjonijiet individwali (l-Ammont Nett “Cross-Product”);

(b)

l-opinjoni legali miktuba u rraġunata kif imsemmija fis-subpunt (ii) ta’ din il-Parti għandha tindirizza l-validità u l-possibiltà ta’ infurzar tal-ftehima sħiħa għan-netting “cross-product” kuntratwali skond it-termini tagħha u l-impatt tal-ftehima għan-netting fuq proviżjonijiet materjali ta’ kull ftehim individwali ewlenieni bilaterali inkluż. Opinjoni legali għandha ġeneralment tkun rikonoxxuta kif inhi mill-komunità legali ta’ l-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu hi awtorizzata jew memorandum ta’ liġi li tindirizza l-kwistjonijiet relevanti b’mod irraġunat;

(c)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha jkollha fis-seħħ il-proċeduri skond is-subpunt (b) (iii) ta’ din il-Parti biex tivverifika li kull tranżazzjoni li għandha tkun inkluża f’sett ta’ netting hi koperta minn opinjoni legali; u

(d)

wara li tkun ikkunsidrata l-ftehima ta’ netting kuntratwali “cross-product”, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkompli timxi skond ir-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta’ netting bilaterali u r-rewkwiżiti ta’ l-Artikoli 90 u 93 għar-rikonoximent ta’ tnaqqis ta’ riskju fuq il-kreditu, kif applikabbli, fir-rispett ta’ kull ftehima bilaterali individwali ewlenija u tranżazzjoni inkluzi.

(c)   Effetti ta’ rikonoxximent

Neting għall-iskopijiet tal-Partijiet 5 u 6 għandhom jiġu rikonoxxuti skond kif inhu stipulat f’dawk il-partijiet.

(i)   Kuntratti ta’ tiġdid

Għall-ammonti netti singoli huma stabbiliti b’kuntratti għal tiġdid, aktar milli l-ammonti grossi involuti, jista’ jiġi applikat il-piż differenzjat. Għalhekk, fl-aplikazzjoni tal-Parti 3:

għal pass (a): l-ispiża kurrenti għal sostituzzjoni u

għal pass (b): l-ammonti tal-kapital nozzjonali jew il-valuri sottostanti

jistgħu ikunu akwistati billi jitqies il-kuntratt għat-tiġdid. Fl-applikazzjoni tal-Parti 4, fil-pass (a) l-ammont tal-kapital nozzjonali jista’ jkun ikkalkulat billi jitqies il-kuntratt tat-tiġdid; il-persentaġġi fit-Tabella 2 għandhom ikunu applikabbli.

(ii)   Ftehimiet oħra ta’ totalizza

Fl-applikazzjoni tal-Parti 3:

fil-pass (a) l-ispiża kurrenti ta’ sostituzzjoni għall-kuntratti inklużi fil-ftehim ta’ kkalkular fuq bażi netta tista’ tkun ikkalkulata billi titqies l-ispiża netta ipotetika attwali tas- sostituzzjoni li tirriżulta mill-ftehim; fil-każ li l-ikkalkular fuq bażi netta iwassal għal obbligazzjoni netta għall-istituzzjoni ta’ kreditu li tikkalkula l-ispiża netta tas-sostituzzjoni, l-ispiża kurrenti tas-sostituzzjoni tkun ikkalkulata bħala “0”, u

fil-pass (b), l-ammont relattiv ta’ l-iskoperturi ta’ kreditu potenzjali futuri għall- kuntratti kollha inklużi fi ftehim dwar ikkalkular fuq bażi netta jista’ jkun imnaqqas skond din il-formola:

PCEred = 0.4 * PCEgross + 0,6 * NGR * PCEgross

fejn:

=

PCEred

=

l-ammont imnaqqas relatat ma’ l-iskopertura ta’ kreditu potenzjali futura għall-kuntratti kollha ma’ kontroparti partikolari inklużi fi ftehim dwar ikkalkular fuq bażi netta bilaterali legalment validu

=

PCEgross

=

is-somma ta’ l-ammonti relatati ma’ l-iskoperturi ta’ kreditu potenzjali futuri għall-kuntratti kollha ma’ kontroparti partikolari li jkunu inklużi fi ftehim dwar ikkalkular fuq bażi netta bilaterali legalment validu u li huma ikkalkolati billi l-ammonti tal-kapital nozzjonali jiġi mmultiplikat bil-persentaġġi stabbiliti fit-Tabella 1

=

NGR

=

“il-proporzjon nett gross”: skond id-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti:

(i)   jew kalkolu separat: il-kwozjent ta’ l-ispiża netta tas-sostituzzjoni għall-kuntratti kollha inklużi fi ftehim dwar totaliżżar bilaterali legalment validu ma’ kontroparti partikolari (in-numeratur) u l-ispiża grossa tas-sostituzzjoni għall-kuntratti kollha inklużi fi ftehim dwar totaliżżar bilaterali legalment validu ma’ dik il-kontroparti (id-denominatur), jew

(ii)   kalkolu aggregat: il-kwozjent tas-somma ta’ l-ispiża netta tas-sostituzzjoni kkalkulata fuq bażi bilaterali għall-kontropartijiet kollha billi jitqiesu l-kuntratti inklużi fi ftehimiet dwar ikkalkular fuq bażi netta legalment validi (in-numeratur) u l-ispiża grossa tas-sostituzzjoni għall- kuntratti kollha inklużi fi ftehimiet dwar ikkalkular fuq bażi netta legalment validi (id-denominatur).

Jekk l-Istati Membri jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għażla ta’ metodi, il-metodu magħżul għandu jkun użat b’konsistenza.

Għall-kalkolu ta’ l-iskopertura ta’ kreditu potenzjali futura skond il-formola li tidher hawn fuq, kuntratti li jaqblu perfettament inklużi fil-ftehim dwar ikkalkular fuq bażi netta jistgħu jitqiesu bħala kuntratt uniku b’kapital nozzjonali ekwivalenti għall-introjti netti. Kuntratti li jaqblu perfettament huma kuntratti bil-quddiem ta’ kambju esteru (forward foreign exchange) jew kuntratti simili li fihom il-kapital nozzjonali huwa ekwivalenti għal-likwidità ta’ flus jekk din il-likwidità tasal għal skadenza fl-istess data tal-valur u tkun kompletament jew parzjalment ta’ l-istess valuta.

Fl-applikazzjoni tal-Parti 4, fil-pass (a):

kuntratti li jaqblu perfettament inklużi fil-ftehim ta’ ikkalkular fuq bażi netta jistgħu jitqiesu bħala kuntratt uniku b’kapital nozzjonali ekwivalenti għad-dħul nett; l-ammonti tal-kapital nozzjonali huma mmultiplikati bil-persentaġġi mogħtija fit-Tabella 2, u

għal kuntratti l-oħra kollha inklużi fi ftehim ta’ kkalkular fuq bażi netta, il-persentaġġi applikabbli jistgħu jkunu mnaqqsa kif indikat fit-Tabella 3:

Tabella 6

Maturità oriġinali (5)

Kuntratti relatati ma’ rati ta’ imgħax

Kuntratti ta’ kambju esteru

Sena waħda jew anqas

0,35  %

1,50  %

Aktar minn sena waħda imma mhux aktar minn sentejn

0,75  %

3,75  %

Inkriment għal kull sena addizjonali

0,75  %

2,25  %


(1)  Kuntratti li ma jidħlux f’waħda mill-ħames kategoriji indikati f’din it-tabella għandhom ikunu ttrattati bħala kuntratti li jirrigwardjaw kommoditajiet li ma jinkludux il-metalli prezzjużi.

(2)  Għal kuntratti b’kambji multipli ta’ kapital, il-persentaġġi jridu jkunu mmultiplikati bin-numru ta’ pagamenti li jkun għad baqa’ jsiru skond il-kuntratt.

(3)  Għal kuntratti li huma strutturati biex jirregolaw riskji pendenti wara dati spefiċi ta’ pagament u meta t-termini jkunu ffissati mill-ġdid hekk li l-valur tas-suq tal-kuntratt ikun żero f’dawn id-dati speċifikati, il-maturità residwa għandha tkun ugwali għaż-żmien sad-data ta’ tiġdid li jkun imiss. Fil-każ ta’ kuntratti b’rati ta’ imgħax li jissodisfaw dawn il-kriterji u li jkollhom maturità pendenti ta’ aktar minn sena, il-persentaġġ għandu jkun mhux anqas minn 0,5 %.

(4)  Fil-każ ta’ kuntratti relatati ma’ rati ta’ imgħax, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, suġġett għall-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhhom, jagħżlu jew il-maturità oriġinali jew dik residwa.

(5)  Fil-każ ta’ kuntratti relatati ma’ rati ta’ imgħax, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, suġġett għall-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhhom, jagħżlu jew il-maturità oriġinali jew dik residwa.


ANNESS IV

TIPI TA’ DERIVATTIVI

1.

Kuntratti relatati ma’ rati ta’ imgħax:

(a)

kuntratti ta’ skambju ta’ rati ta’ imgħax (interest rate swaps) f’valuta waħda;

(b)

operazzjonijiet ta’ skambju ta’ rati varjabbli ta’ imgħax ta’ natura differenti (basis-swaps);

(c)

kuntratti ta’ rati ta’ imgħax fuq bażi ta’ perjodu ta’ żmien (forward rate agreements);

(d)

kuntratti finanzjarji fuq rati ta’ imgħax fuq bażi ta’ perjodu ta’ żmien (futures);

(e)

għażliet ta’ rati ta’ imgħax mixtrija; u

(f)

kuntratti oħra ta’ natura simili.

2.

Kuntratti ta’ kambju esteru u kuntratti li jikkonċernaw id-deheb:

(a)

kuntratti ta’ skambji ta’ rati ta’ imgħax f’diversi valuti;

(b)

operazzjonijiet f’valuti esteri fuq bażi ta’ perjodu ta’ żmien (forward foreign- exchange contracts);

(c)

kuntratti fuq bażi ta’ perjodu ta’ żmien tat-tip futures;

(d)

għażliet ta’ valuti mixtrija;

(e)

kuntratti oħra ta’ natura simili; u

(f)

kuntratti li jikkonċernaw id-deheb ta’ natura simili għal (a) sa (e).

3.

Kuntratti ta’ natura simili għal dawk fil-punti 1 (a) sa (e) u 2 (a) sa (d) li jikkonċernaw elementi oħra ta’ referenza jew indiċi. Dan jinkludi bħala minimu l-istrumenti kollha speċifikati fil-punti 4 sa 7, 9 u 10 fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE li mhumiex inklużi fil-punti 1 jew 2.


ANNESS V

KRITERJI TEKNIĊI DWAR L-ORGANIZZAZZJONI U T-TRATTAMENT TAR-RISKJI

1.   TMEXXIJA

1.

L-arranġamenti jridu jiġu definiti mill-korp amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 11 li jitratta t-tqassim tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess.

2.   IT-TRATTAMENT TAR-RISKJI

2.

Il-korp amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 11 għandu japprova u perjodikament jirrevedi l-istrateġiji u l-politika għat-teħid, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-tnaqqis tar-riskji li l-istituzzjoni ta’ kreditu hija jew tista’ tkun esposta għalihom, inklużi dawk ir-riski li ġejjin mill-ambjent makroekonomiku li tkun qed topera fih f’relazzjoni mal-qagħda taċ-ċiklu tan-negozju.

3.   IR-RISKJU TAL-KREDITU U R-RISKJU TAL-KONTROPARTI

3.

L-għoti tal-kreditu għandu jissejjes fuq kriterji sodi u definiti tajjeb. Għandu jiġi stabbilit b’mod ċar il-proċess għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u r-rifinanzjament tal-krediti.

4.

L-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-portfolji u skoperturi differenti tagħhom li jġorru riskju tal-kreditu, inkluża l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tal-krediti li jippreżentaw problemi u t-twettiq ta’ aġġustamenti tal-valur u proviżjonijiet adegwati, għandhom jiġu eżegwiti permezz ta’ sistemi effettivi.

5.

Id-diversifikazzjoni tal-portfolji tal-kreditu għandha tkun adegwata għas-swieq identifikati u l-istrateġija globali tal-kreditu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

4.   RISKJU RESIDWU

6.

Ir-riskju li t-teknika rikonoxxuta għall-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu użata mill-istituzzjoni tal-kreditu tirriżulta inqas effettiva milli mistenni, għandu jiġi indirizzata u kkontrollat permezz ta’ policies u proċeduri stabbiliti bil-miktub.

5.   RISKJU TA’ KONĊENTRAZZJONI

7.

Ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta mill-iskoperturi (exposures) għall-kontropartijiet, gruppi ta’ kontropartijiet konnessi u kontropartijiet fl-istess settur ekonomiku, reġjun ġeografiku jew fl-istess attività jew prodott primarju, l-applikazzjoni tal-metodi biex jittaffa r-riskju, u inklużi b’mod partikolari r-riskji assoċjati ma’ l-iskoperturi kbar u indiretti għall-kreditu (pereżempju minn entità waħda li tagħti garanzija), għandhom ikunu indirizzati u kkontrollati permezz ta’ policies u proċeduri stabiliti bil-miktub.

6.   RISKJI TA’ TITOLIZZAZZJONI (SECURITISATION)

8.

Ir-riskji li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma l-oriġinaturi jew il-promoturi għandhom ikunu evalwati u indirizzati permezz ta’ policies u proċeduri xierqa, sabiex ikun assigurat b’mod partikolari li s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni tkun riflessa b’mod sħiħ fid-deċiżjonijiet ta’ l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju.

9.

Għandu jkun hemm fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu l-oriġinaturi ta’ tranżazzjonijiet ta’ revolving securitisation li jinvolvu proviżjonijiet ta’ amortizzazzjoni bikrija, pjani tal-likwidità biex ikunu indirizzati l-implikazzjonijiet sew ta’ l-amortizzazzjoni li ssir skond l-iskeda kif ukoll ta’ dik bikrija.

7.   RISKJU TAS-SUQ

10.

Għandhom jiġu implimentati politika u proċessi għall-kejl u l-immaniġġjar tas-sorsi materjali u tar-riskji tas-suq kollha.

8.   RISKJU TAR-RATI TA’ L-INTERESSI LI JOĦROĠ MINN ATTIVITAJIET LI MHUMIEX TA’ NEGOZJU

11.

Għandhom jiġu implimentati sistemi sabiex jiġi evalwat u ġestit ir-riskju li joħroġ minn bidliet potenzjali fir-rati ta’ l-interessi inkwantu għall-mod kif dawn il-bidliet jaffettwaw l-attivitajiet mhux ta’ negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

9.   RISKJU OPERATTIV

12.

Għandhom jiġu implimentati policies u proċessi sabiex tiġi evalwata u ġestita l-iskopertura għar-riskju operattiv, inklużi avvenimenti ta’ gravità partikolari u li ma jseħħux ta’spiss. Bla ħsara għad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(22), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jridu jartikolaw dak li jikkostitwixxi riskju operattiv għall-fini ta’ dawn il-policies u proċeduri.

13.

Pjani ta’ kontinġenza u ta’ kontinwità tan-negozju għandhom ikunu stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-ħila ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkompli topera fuq bażi kontinwa u tillimita t-telf fil-każ ta’ tfixkil gravi għan-negozju.

10.   RISKJU TAL-LIKWIDITÀ

14.

Għandu jkun hemm policies u proċessi għall-kejl u l-ġestjoni tal-pożizzjoni netta tal-finanzjament tagħhom u għandu jkun hemm obbligi fuq bażi kontinwa u bi prospettiva għall-futur. Iridu jitqiesu xenarji alternattivi u jiġu riveduti regolarment il-preżunzjonijiet li fuqhom jissejsu d-deċiżjonijiet dwar il-pożizzjoni netta tal-finanzjament.

15.

Irid ikun hemm pjani ta’ kontinġenza sabiex ikunu jistgħu jiġu affrontati kriżijiet fil-likwidità.


ANNESS VI

METODU STANDARDIZZAT

PARTI 1

PIŻIJIET DIFFERENZJATI GĦAR-RISKJU

1.   SKOPERTURI GĦAL AMMINISTRAZZJONIJIET ĊENTRALI JEW BANEK ĊENTRALI

1.1.   Trattament

1.

Bla ħsara għall-punti 2 sa 7, skoperturi għal amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom jirċievu piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

2.

Sakemm jiġi rispettat il-punt 3, skoperturi għal amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali li għalihom tkun disponibbli evalwazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju skond it-Tabella 1 skond l-attribuzzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, ta’ l-evalwazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI eliġibbli fuq sitt klassijiet ta’ l-iskala ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.

Tabella 1

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

0  %

20  %

50  %

100  %

100  %

150  %

3.

Skoperturi għall-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikunu assenjati b’0 % ta’ piż differenzjat għar-riskju.

1.2.   Skoperturi fil-munita nazzjonali tad-debitur

4.

L-iskoperturi lill-gvernijiet u lill-banek ċentrali ta’ l-Istati Membri denominati u finanzjati fil-munita domestika ta’ dak il-gvern ċentrali jew il-bank ċentrali għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 %.

5.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz li japplikaw arranġamenti regolatorji u ta’ sorveljanza għall-inqas daqs dawk applikati fil-Komunità jassenjaw piż differenzjat għar-riskju aktar baxx minn dak indikat fil-punt 1 sa 2 għal skoperturi fil-konfront ta’ l-amministrazzjoni ċentrali jew tal-bank ċentrali tagħhom denominati u finanzjati fil-munita domestika, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li jagħtu piż differenzjat għar-riskju lil dawn l-iskoperturi bl-istess mod.

1.3.   L-użu ta’ valutazzjoni tal-kreditu ta’ l-Aġenziji għall-Kreditu għall-Esportazzjoni (Export Credit Agencies)

6.

Il-valutazzjonijiet ta’ kreditu minn Aġenzija ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni għandhom ikunu rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti jekk tintlaħaq waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

ikun punteġġ ta’ riskju maqbul minn Aġenziji ta’ Kreditu għall-esportazzjoni li jaderixxu għall-“Arrangement on Guidelines for Officially Supported Export Credits” ta’ l-OECD; jew

(b)

l-Aġenzija ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni tippubblika l-valutazzjoni ta’ kreditu tagħha, u l-Aġenzija ta’ Kreditu għall-esportazzjoni tissottoskrivi għall-metodoloġija OECD maqbula, u l-valutazzjoni ta’ kreditu tkun assoċjata ma’ wieħed mit-tmien primjums għall-assiguranzjoni minima fuq l-esportazzjoni li l-metodoloġija maqbula ta’ l-OECD tistabbilixxi.

7.

Skoperturi li għalihom, għall-iskopijiet ta’ peżar tar-riskju, hija rikonoxxuta valutazzjoni ta’ kreditu minn Aġenzija ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni, jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju skond it-Tabella 2.

Tabella 2

MEIP

0

1

2

3

4

5

6

7

Piż differenzjat għar-riskju

0  %

0  %

20  %

50  %

100  %

100  %

100  %

150  %

2.   SKOPERTURI GĦAL AMMINISTRAZZJONIJIET REĠJONALI JEW AWTORITAJIET LOKALI

8.

Bla ħsara għall-punti 9 sa 11, skoperturi għal amministrazzjonijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju bħall-iskoperturi għall-istituzzjonijiet. Dan it-trattament huwa indipendenti mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 80(3). It-trattament preferenzjali għal skoperturi fuq perjodu qasir speċifikati fil-punti 31, 32 u 37 m’għandux jiġi applikat.

9.

Skoperturi għal amministrazzjonijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali li jkunu stabbiliti fil-ġurisdizzjoni tagħhom, sakemm ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba li l-amministrazzjoni reġjonali u l-awtoritajiet lokali jkollhom poteri speċifiċi ta’ impożizzjoni fiskali u arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li jnaqqsu r-riskji ta’ inadempiment.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu u jippubblikaw il-lista tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali li se jingħataw piż skond ir-riskju bħall-gvernijiet ċentrali.

10.

Skoperturi lil knejjes u komunitajiet reliġjużi li għandhom personalità legali skond il-liġi pubblika għandhom, sakemm jistgħu jiġbru taxxi bi qbil mal-leġiżlazzjoni li ttihom d-dritt li jagħmlu dan, jiġu ttrattati bħala skoperturi lil gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, apparti li m’għandux japplika l-punt 9. F’dan il-każ għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 89(1)(a), m’għandux jiġi eskluż il-permess biex tiġi applikata is-sottosezzjoni 1 tas-sezzjoni 3 tal-kapitolu 2 tat-titolu V.

11.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz li japplikaw arranġamenti regolatorji u ta’ sorveljanza għall-inqas daqs dawk applikati fil-Komunità jittrattaw skoperturi għall-amministrazzjonijiet reġjonali u awtoritajiet lokali bħala skoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li jagħtu piż differenzjat għar-riskju lil dawn l-iskoperturi għal amministrazzjonijiet reġjonali u awtoritajiet lokali bl-istess mod.

3.   SKOPERTURI FUQ KORPI AMMINISTRATTIVI U IMPRIŻI MHUX KUMMERĊJALI

3.1.   Trattament

12.

Bla ħsara għall-punti 13 sa 17, skoperturi għal korpi amministrattivi u impriżi mhux kummerċjali għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

3.2.   Entitajiet tas-Settur Pubbliku

13.

Bla ħsara għall-punti 14 sa 17, skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

14.

Bla ħsara għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiġu trattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet. L-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni mill-awtoritajiet kompetenti hija indipendenti mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 80(3). It-trattament preferenzjali għal skoperturi fuq perjodu qasir speċifikati fil-punti 31, 32 u 37 m’għandux jiġi applikat.

15.

F’ċirkustanzi eċċezzjonali, skoperturi lil entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiġu ttrattati bħala skoperturi lill-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti meta fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti m’hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn skoperturi ta’ dan it-tip minħabba l-eżistenza ta’ garanzija xierqa mill-gvern ċentrali.

16.

Meta d-diskrezzjoni li skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku jiġu trattati bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew skoperturi għall-gvern ċentrali li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huma stabbiliti tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor ukoll għandhom bl-istess mod jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li japplikaw l-istess piż differenzjat għar-riskju għal skoperturi għal dak is-settur pubbliku.

17.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, li japplikaw arranġamenti regolatorji u ta’ sorveljanza għall-inqas daqs dawk applikati fil-Komunità, jittrattaw skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li jagħtu piż differenzjat għar-riskju lil dawn l-iskoperturi bl-istess mod.

4.   SKOPERTURI GĦAL BANEK MULTILATERALI TA’ L-IŻVILUPP

4.1.   Firxa

18.

Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 78 sa 83, l-Inter-American Investment Corporation, il-Black Sea Trade and Development Bank u s-Central American Bank for Economic Integration huma kkunsidrati bħala Banek Multilaterali ta’ l-Iżvilupp (MDB).

4.2.   Trattament

19.

Bla ħsara għall-punti 20 u 21, skoperturi għal banek multilaterali ta’ l-iżvilupp għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħal skoperturi għal istituzzjonijiet skond il-punti 29 sa 32. It-trattament preferenzjali għal skoperturi fuq perjodu qasir kif speċifikat fil-punti 31, 32 u 37 m’għandux japplika.

20.

Skoperturi għall-banek multilaterali ta’ l-iżvilupp li ġejjin għandu jkollhom piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 %:

(a)

il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(b)

il-Korporazzjoni Internazzjonali tal-Finanzi;

(c)

il-Bank għall-Iżvilupp Inter-Amerikan;

(d)

il-Bank għall-Iżvilupp Ażjatiku;

(e)

il-Bank għall-Iżvilupp Afrikan;

(f)

il-Bank ta’ l-Iżvilupp tal-Kunsill ta’ l-Ewropa;

(g)

il-Bank ta’ l-Iżvilupp Nordiku;

(h)

il-Bank ta’ l-Iżvilupp tal-Karibew;

(i)

il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(j)

il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment;

(k)

il-Fond Ewropew għall-Investiment; u

(l)

l-Aġenzija Multilaterali ta’ Garanzija għall-Investiment.

21.

Għall-porzjon tal-kapital mhux imħallas sottoskritt għall-Fond Ewropew għall-Investiment għandu jkun applikat piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 %.

5.   SKOPERTURI GĦAL ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

22.

Skoperturi għall-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-risku ta’ 0 %:

(a)

il-Komunità Ewropea;

(b)

il-Fond Monetarju Internazzjonali;

(c)

il-Bank għar-Riżoluzzjonijiet Internazzjonali.

6.   SKOPERTURI GĦAL ISTITUZZJONIJIET

6.1.   Trattament

23.

Biex jiġu determinati l-piżijiet differenzjati tar-riskju għal skoperturi għall-istituzzjonijiet għandu jiġi applikat wieħed miż-żewġ metodi deskritti fil-punti 26 sa 27 u 29 sa 32.

24.

Bla ħsara għad-dispożizzjoni l-oħra tal-punti 23 sa 39, skoperturi għal istituzzjonijiet finanzjarji awtorizzati u sorvelljati mill-awtoritajiet kompetenti reponsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-sorvelljanza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u suġġetti għal rekkwiżiti ta’ prudenza ekwivalenti għal dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jingħataw piż differenzjat skond ir-riskju bħala skoperturi għal istituzzjonijiet.

6.2.   Limitu fuq il-piż differenzjat għar-riskju fuq skoperturi għal istituzzjonijiet mhux klassifikati

25.

Skoperturi għal istituzzjoni mhux klassifikata m’għandhomx jingħataw piż differenzjat għar-riskju inqas minn dak li jingħata għal skoperturi lill-amministrazzjoni ċentrali tagħha.

6.3.   Metodu bbażat fuq il-piż differenzjat għar-riskju ta’ l-amministrazzjoni ċentrali

26.

Skoperturi għal istituzzjonijiet għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju skond l-iskaluna ta’ kwalità tal-kreditu li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun inkorporata l-istituzzjoni, skond it-Tabella 3.

Tabella 3

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu li għaliha hija assenjata l-amministrazzjoni ċentrali

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

20  %

50  %

100  %

100  %

100  %

150  %

27.

Għal skoperturi għal istituzzjonijiet inkorporati f’pajjiżi fejn l-amministrazzjoni ċentrali ma tkunx klassifikata, il-piż differenzjat għar-riskju m’għandux ikun aktar minn 100 %.

28.

Għal skoperturi għal istituzzjonijiet b’ maturita effettiva oriġinali ta’ tliet xhur jew anqas, il-piż ta’ riskju għandu jkun ta’ 20 %.

6.4.   Metodu bbażat fuq il-valutazzjoni tal-kreditu

29.

Skoperturi għal istituzzjonijiet b’maturità effettiva oriġinali ta’ aktar minn tliet xhur li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju skond it-Tabella 4 bi qbil ma’ l-attribuzzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ l-ECAI eliġibbli għas-sitt klassijiet ta’ l-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.

Tabella 4

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

20  %

50  %

50 %

100  %

100  %

150  %

30.

Skoperturi għal istituzzjonijiet mhux klassifikati għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 %.

31.

Skoperturi għal istituzzjoni b’maturità effettiva oriġinali ta’ tliet xhur jew inqas, li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju skond it-Tabella 5 bi qbil ma’ l-attribuzzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ l-ECAI eliġibbli għas-sitt klassijiet ta’ l-iskala tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu:

Tabella 5

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

20  %

20  %

20  %

50  %

50  %

150  %

32.

Skoperturi għal istituzzjonijiet mhux klassifikati b’maturità effettiva oriġinali ta’ tliet xhur jew inqas għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 %.

6.5.   Interazzjoni ma’ valutazzjonijiet tal-kreditu fuq perjodu qasir

33.

Jekk għal skoperturi għall-istituzzjonijiet jiġi applikat il-metodu speċifikat fil-punti 29 sa 32, l-interazzjoni ma’ valutazzjonijiet fuq perjodu qasir għandha tkun kif ġej.

34.

Jekk ma jkunx hemm valutazzjoni ta’ l-iskopertura fuq perjodu qasir, it-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi fuq perjodu qasir kif speċifikat fil-punti 31 għandu japplika għall-iskoperturi kollha għal istituzzjonijiet b’mhux aktar minn tliet xhur ta’ maturità residwa.

35.

Jekk ikun hemm valutazzjoni fuq perjodu qasir u din il-valutazzjoni tiddetermina l-applikazzjoni ta’ piż differenzjat għar-riskju aktar favorevoli jew identiku għat-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi fuq perjodu qasir, kif speċifikat fil-punt 31, għal dik l-iskopertura speċifika biss għandha tintuża l-valutazzjoni fuq perjodu qasir. Skoperturi oħrajn fuq perjodu qasir għandhom isegwu t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi fuq perjodu qasir, kif speċifikat fil-punti 31.

36.

Jekk ikun hemm valutazzjoni fuq perjodu qasir, u din il-valutazzjoni tiddetermina piż differenzjat għar-riskju inqas favorevoli mit-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi fuq perjodu qasir, kif speċifikat fil-punti 31, m’għandux jintuża t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi fuq perjodu qasir, u t-talbiet kollha fuq perjodu qasir mhux klassifikati għandhom jingħataw l-istess piż differenzjat għar-riskju bħal dak applikat mill-valutazzjoni speċifika fuq perjodu qasir.

6.6.   Skoperturi fuq perjodu qasir fil-munita nazzjonali tad-detitur

37.

Skoperturi għal istituzzjonijiet b’maturità residwa ta’ 3 xhur jew inqas denominati u finanzjati fil-munita nazzjonali jistgħu jiġu assenjati, suġġetti għad-diskrezzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, skond iż-żewġ metodi deskritti fil-punti 26 sa 27 u 29 sa 32, piż differenzjat għar-riskju li jkun kategorija inqas favorevoli mill-piż tar-riskju preferenzjali, kif deskritt fil-punti 4 u 5, assenjat għal skoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali tagħhom.

38.

L-ebda skoperturi b’maturità residwa ta’ 3 xhur jew inqas denominati u finanzjati fil-munita nazzjonali tad-debitu m’għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ inqas minn 20 %.

6.7   Investimenti fi strumenti ta’ kapital regolatorju

39.

Investimenti fi strumenti ta’ kapital (equity) jew kapital regolatorju maħruġa minn istituzzjonijiet għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %, sakemm dawn ma jinqatgħux mill-fondi proprji.

6.8   Riżervi minimi meħtieġa mill-BĊE

40.

Meta skopertura għal istituzzjoni hija fil-forma ta’ riżervi minimi meħtieġa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru li se jinżammu mill-istituzzjoni ta’ kreditu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-assenjazzjoni tal-piż differenzjat skond ir-riskju li jiġi assenjat għal skoperturi għal bank ċentrali ta’ l-Istati Membru konċernat sakemm:

(a)

ir-riżervi jinżammu bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikar ta’ riżervi minimi jew ma’ regolament sussegwenti li jissotitwixxih jew bi qbil mar-rekkwiżiti nazzjonali li fis-sustanza kollha tagħhom ikunu ekwivalenti għal dak ir-Regolament; u,

(b)

fil-każ ta’ falliment jew insolvenza ta’ l-istituzzjoni fejn qed jinżammu r-riżervi, ir-riżervi jitħallsu lura kollha lill-istituzzjoni ta’ kreditu fil-ħin u ma jsirux disponibbli biex jintlaħqu r-responsabiltajiet l-oħra ta’ l-istituzzjoni.

7.   SKOPERTURI GĦAL KUMPANIJI

7.1.   Trattament

41.

Skoperturi li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom ikunu assenjati b’piż differenzjat għar-riskju skond it-tabella 6 bi qbil ma’ l-attribuzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, ta’ l-evalwazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI eliġibbli fuq sitt klassijiet ta’ l-iskala ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.

Tabella 6

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

20  %

50  %

100  %

100  %

150  %

150  %

42.

Skoperturi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 % jew inkella l-piż differenzjat għar-riskju ta’ l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom, liema minnhom ikun l-ogħla.

8.   SKOPERTURI RETAIL

43.

Skoperturi li huma konformi mal-kriterji elenkati fl-Artikolu 79(2) għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 75 %.

9.   SKOPERTURI GARANTITI BI PROPRJETÀ IMMOBBLI

44.

Bla ħsara għall-punti 45 sa 60, skoperturi garantiti kompletament bi proprjetà immobbli għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

9.1.   Skoperturi garantiti b’ipoteka fuq proprjetà residenzjali

45.

Skoperturi jew kwalunkwe parti ta’ skopertura garantiti kompletament, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li hija jew li għandha tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid li jgawdiha fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment personali, għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 35 %.

46.

Skoperturi garantiti kompletament, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’ishma f’kumpaniji tad-djar residenzjali Finlandiżi, li joperaw skond l-Att dwar il-Kumpaniji tad-Djar Finlandiż ta’ l-1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward ta’ proprjetà residenzjali li hija jew li għandha tkun okkupata jew mikrija mis-sid għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 35 %.

47.

Skoperturi għal inkwilin taħt tranżazzjoni ta’ kera ta’ proprjetà li tikkonċerna proprjetà residenzjali li permezz tagħha l-istituzzjoni ta’ kreditu hija sid il-kera u l-inkwilin għandu l-għażla li jixtri, għandha tiġi assenjata piż differenzjat b’riskju ta’ 35 % dment li l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-iskopertura ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu hija fis-sħuħija tagħha kompletament iggarantita bil-pussess tagħha tal-proprjetà.

48.

Fl-eżerċizzju tad-deċiżjoni tagħhom, għall-finijiet tal-punti 45 u 46, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur tal-proprjetà ma jiddependix sostanzjalment mill-kwalità tal-kreditu ta’ tad-debitur. Dan ir-rekwiżit ma jipprekludix sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tad-debitur;

(b)

ir-riskju tad-debitur ma jiddependix b’mod sostanzjali mill-prestazzjoni tal-proprjetà jew proġett sosttostanti, iżda mill-kapaċità sottostanti tad-debitu li jħallas id-debitu minn sorsi oħrajn. Bħala tali, il-ħlas tas-self ma jiddependix b’mod sostanzjali minn kwalunkwe likwidità ta’ flus iġġenerata mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala garanzija;

(c)

jintlaħqu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 2, il-punt 8 u r-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 3, il-punti 62 sa 65;

(d)

il-valur tal-proprjetà jeċċedi l-iskoperturi b’marġni sostanzjali.

49.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunċaw għall-kundizzjoni li tinsab fil-punt 48(b) għal skoperturi garantiti kompletament permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tkun tinsab fit-territorju tagħhom jekk dawn ikollhom prova li fit-territorju tagħhom hemm suq tal-proprjetà immobbli residenzjali żviluppat u stabbilit, b’rati ta’ telf baxxi biżżejjed biex jiġġustifikaw dan it-trattament.

50.

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jeżerċitaw id-diskrezzjoni msemmija fil-punt 49, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li jassenjaw piż differenzjat għar-riskju ta’ 35 % għal skoperturi bħal dawn garantiti kompletament permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà residenzjali.

9.2.   Skoperturi garantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli kummerċjali

51.

Bla ħsara għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, skoperturi jew kull parti minn skopertura garantiti kompletament, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, permezz ta’ ipoteki fuq uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom jistgħu jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 %.

52.

Bla ħsara għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. skoperturi garantiti kompletament, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti, b’ishma f’kumpaniji tad-djar residenzjali Finlandiżi, li joperaw skond l-Att dwar il-Kumpaniji tad-Djar Finlandiż ta’ l-1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti, fir-rigward ta’ uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor jistgħu jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 %.

53.

Bla ħsara għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, skoperturi relatati ma’ operazzjonijiet ta’ kiri ta’ proprjetà li jirrigwardjaw uffiċċji jew bini kummerċjali ieħor li jkunu jinsabu fit-territorju tagħhom u li permezz tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu hija sid il-kera u l-inkwilin għandu l-għażla li jixtri, jistgħu jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 % dment li l-iskopertura ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu hija fis-sħuħija tagħha kompletament iggarantita għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti bil-pussess tagħha tal-proprjetà.

54.

L-applikazzjoni tal-punti 51 sa 53 hija suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur tal-proprjetà m’għandux jiddependi b’mod sostanzjali mill-kwalità tal-kreditu tad-debitur. Dan ir-rekwiżit ma jipprekludix sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tad-debitur;

(b)

ir-riskju tad-debitur m’għandux jiddependi b’mod sostanzjali mill-prestazzjoni tal-proprjetà jew proġett sottostanti, iżda mill-kapaċità sottostanti ta’ min jissellef li jħallas id-debitu minn sorsi oħrajn. Bħala tali, il-ħlas tas-self m’għandux jiddependi b’mod sostanzjali minn kwalunkwe likwidità ta’ flus iġġenerata mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala garanzija; u

(c)

jintlaħqu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 2, il-punti 8 u r-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti 3, il-punti 62 sa 65.

55.

Il-piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 % għandu jiġi assenjat għal dik il-parti tas-self li ma taqbiżx limitu kkalkulat skond waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

50 % tal-valur tas-suq tal-propjetà kkonċernata;

(b)

50 % tal-valur tas-suq tal-propjetà jew 60 % tal-valur tas-self b’ipoteka, liema minnhom ikun l-anqas, f’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilew kriterji rigorużi għall-valutazzjoni tal-valur tas-self b’ipoteka f’disposizzjonijiet statutorji jew regolatorji.

56.

Piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 % għandu jiġi assenjat għal dik il-parti tas-self li taqbeż il-limiti msemmija fil-punt 55.

57.

Meta d-diskrezzjoni msemmija fil-punti 51 sa 53 tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li japplikaw piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 % għal skoperturi garantiti kompletament permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà kummerċjali.

58.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunċaw għall-kundizzjoni li tinsab fil-punt 54(b) għal skoperturi garantiti kompletament permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà kummerċjali li tkun tinsab fit-territorju tagħhom jekk dawn ikollhom prova li fit-territorju tagħhom hemm suq tal-proprjetà immobbli kummerċjali żviluppat u stabbilit, b’rati ta’ telf baxxi li ma jaqbżux il-limiti li ġejjin:

(a)

telf li ġej minn tislif kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali sa 50 % tal-valur tas-suq (jew fejn ikun applikabbli u jekk inqas minn 60 % tal-valur tas-self b’ipoteka) ma jaqbiżx 0,3 % tas-self pendenti kkollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali f’sena partikolari; u

(b)

it-telf ġenerali li jirriżulta minn self kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali m’għandux jaqbeż 0,5 % tas-self pendenti li huwa kkolateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali f’sena partikolari.

59.

Jekk f’sena partikolari ma jintlaħaqx wieħed mil-limiti msemmija fil-punt 58, l-eliġibilità għall-użu tal-punt 58 għandha tieqaf u l-kundizzjoni msemmija fil-punt 54(b) għandha tapplika sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija f’punt 58 ikun sodisfatti fis-sena segwenti partikulari.

60.

Meta d-diskrezzjoni msemmija fil-punt 58 tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li jassenjaw piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 % għal dawn l-iskoperturi garantiti kompletament permezz ta’ ipoteki fuq proprjetà kummerċjali.

10.   DOVUTI SKADUTI

61.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet misjuba fil-punti 62 sa 65, il-parti mhux garantita ta’ kwalunkwe element dovut li ilu skadut għal aktar minn 90 jum u li hu ogħla minn livell minimu kif iddefinit mill-awtoritajiet kompetenti u li jirrifletti livell raġonevoli ta’ riskju għandu jkun assenjat piż differenzjat għar-riskju ta’:

(a)

150 % jekk l-aġġustamenti fil-valur huma inqas minn 20 % tal-parti mhux garantita ta’ l-iskopertura gross ta’ l-aġġustamenti fil-valur; u

(b)

100 % jekk l-aġġustamenti fil-valur mhumiex anqas minn 20 % tal-parti mhux garantita ta’ l-iskopertura gross ta’ l-aġġustamenti fil-valur;

62.

Għall-iskop li jiġi definit il-parti garantita tad-dovuti skaduti, il-kollateral u l-garanzijii personali għandhom ikunu dawk eliġibbli għal skopijiet ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu.

63.

Minkejja dan, fejn element dovut skadut ikun garantit kompletament b’forom ta’ garanziji minbarra dawk eliġibbli għal skopijiet ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, jista’ jiġi assenjat piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %, suġġett għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti u bbażat fuq kriterji operattivi stretti biex tiġi żgurata l-kwalità tajba tal-garanzija meta l-aġġustamenti fil-valur jilħqu l-15 % ta’ l-iskopertura gross ta’ l-aġġustamenti fil-valur.

64.

Fejn ikunu ilhom skaduti għal aktar minn 90 jum, l-iskoperturi indikati fil-punti 45 sa 50 għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 % nett ta’ l-aġġustamenti fil-valur. Jekk l-aġġustamenti fil-valur ma jkunux inqas minn 20 % ta’ l-iskopertura gross ta’ l-aġġustamenti fil-valur, il-piż differenzjat għar-riskju assenjat għall-bqija ta’ l-iskopertura jista jitnaqqas għal 50 % fid-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

65.

Fejn ikunu ilhom skaduti għal aktar minn 90 jum, l-iskoperturi indikati fil-punti 51 sa 60 għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

11.   ELEMENTI TA’ KATEGORIJI B’RISKJU GĦOLI GĦAL FINI REGOLAMENTARI

66.

Suġġett għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, skoperturi assoċjati ma’ riskji partikolarment għoljin bħalma huma investimenti f’ditti ta’ kapital tar-riskju (venture capital) u investimenti fi strumenti ta’ kapital privati għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 150 %.

67.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li dovuti mhux skaduti li ġew assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 150 % skond id-dispożizzjonijiet ta’ din il-parti u li għalihom ġew stabbiliti aġġustamenti fil-valur, jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’:

(a)

100 % jekk l-aġġustamenti fil-valur huma inqas minn 20 % ta’ l-iskopertura gross ta’ l-aġġustamenti fil-valur; u

(b)

50 %, jekk l-aġġustamenti fil-valur huma inqas minn 50 % ta’ l-iskopertura gross ta’ l-aġġustamenti fil-valur.

12.   SKOPERTURI FIL-FORMA TA’ BONDS KOPERTI

68.

“Bonds koperti”, għandha tfisser bonds kif definiti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 85/611/KEE u garantiti b’xi wieħed minn dawn l-assi eliġibbli:

(a)

skoperturi għal jew garantiti mill-amministrazzjonijiet ċentrali, banek ċentrali, entitajiet tas-settur pubbliku, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali fl-UE;

(b)

skoperturi għal jew garantiti minn gvernijiet ċentrali li mhumiex ta’ l-UE, banek ċentrali li mhumiex ta’ l-UE, banek multilaterali ta’ l-iżvilupp, organizzazzjonijiet internazzjonali li jikkwalifikaw għall-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness, u skoperturi għal jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku li mhumiex ta’ l-UE, gvernijiet reġjonali li mhumiex ta’ l-UE u awtoritajiet lokali li mhumiex ta’ l-UE li jingħataw piż differenzjat għar-riskju bħal skoperturi għal istituzzjonijiet jew amministrazzjonijiet ċentrali jew banek ċentrali skond il-punti 14, 15, 8 jew 9 rispettivament, u li jikkwalifikaw għall-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness, u skoperturi fis-sens ta’ dan il-punt li jikkwalifikaw ta’ l-anqas għal skala 2 tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness, dment li ma jaqbzux 20 % ta’ l-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti ta’ l-istituzzjoni emittenti.

(c)

skoperturi għal istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-ewwel skala tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness. L-iskopetura totali ta’ dan it-tip m’għandhiex taqbeż 15 % ta’ l-ammont nominali ta’ bonds koperti pendenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu emittenti Skoperturi kkawżati minn trażmissjoni u mmaniġġjar ta’ ħlasijiet tad-debituri ta’, jew li ġejjin minn likwidazzjoni ta’, self garantit bi proprjetà immobbli lid-detentur ta’ bonds koperti m’għandhomx jagħmlu parti mil-limitu ta’ 15 %. Skoperturi għal istituzzjonijiet fl-UE b’maturità li ma teċċedix il-100 jum b’għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ skala 1, madankollu dawn l-istituzzjonijiet għandhom ta’ l-anqas jikkwalifikaw għal skala 2 tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness;

(d)

self garantit bi proprjetà immobbli residenzjali jew b’ishma f’kumpaniji tad-djar Finlandiżi kif imsemmi fil-punt 46 sa l-anqas mill-ammont prinċipali tal-garanziji, magħqudin ma’ garanziji preċedenti, u 80 % tal-valur tal-proprjetà immobbli mqiegħda b’ garanzija jew b’ishma ewlenin maħruġa mill-Fonds Communs de Créances Franċiż jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti regolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittitolizza skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali dment li ta’ l-anqas 90 % ta’ l-assi ta’ Fonds Communs de Créances bħal dawn jew ta’ entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti regolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru huma magħmula minn ipoteki li huma magħqudin ma’ garanziji preċedenti sa l-anqas mill-ammont prinċipali dovut fuq l-ishma, l-ammonti prinċipali tal-garanziji, u 80 % tal-valur tal-proprjetà immobbli mqiegħda b’garanzija u ta’ l-ishma, u li jikkwalifikaw għal skala 2 tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness meta dawn l-ishma ma jaqbżux l-20 % ta’ l-ammont nominali tal-ħruġ pendenti. Skoperturi kkawżati minn trażmissjoni u mmaniġġjar ta’ ħlasijiet tad-debituri ta’, jew li ġejjin minn likwidazzjoni ta’, self garantit bi proprjetà ta’ ishma ewlenin jew titoli ta’ dejn m’għandhomx jiġu mdaħħla fil-kalkolu tal-limitu ta’ 90 %.

(e)

self garantit bi proprjetà immobbli kummerċjali jew b’ishma f’kumpaniji tad-djar Finlandiżi kif imsemmi fil-punti 52 sa l-anqas mill-ammont prinċipali tal-garanziji, magħqudin ma’ garanziji preċedenti, u 60 % tal-valur tal-proprjetà immobbli mqiegħda b’garanzija jew b’ishma ewlenin maħruġa mill-Fonds Communs de Créances Franċiż jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti regolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru li jittitolizza skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali dment li ta’ l-anqas 90 % ta’ l-assi ta’ Fonds Communs de Créances bħal dawn jew ta’ entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti regolati mil-liġijiet ta’ Stat Membru huma magħmula minn ipoteki li huma magħqudin ma’ garanziji preċedenti sa l-anqas mill-ammont prinċipali dovut fuq l-ishma, l-ammonti prinċipali tal-garanziji, u 60 % tal-valur tal-proprjetà immobbli mqiegħda b’garanzija u ta’ l-ishma, u li jikkwalifikaw għal skala 1 tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness meta dawn l-ishma ma jaqbżux l-20 % ta’ l-ammont nominali tal-ħruġ pendenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu self garantit bi proprjetà immobbli kummerċjali bħala eliġibbli fejn il-proporzjon bejn is-self u l-valur ta’ 60 % jinqabeż b’livell mhux aktar minn 70 % jekk il-valur ta’ l-assi li fuqhom tkun ingħata l-kollateral għall-bonds koperti jaqbeż l-ammont nominali pendenti fuqhom b’mill-inqas 10 %, u t-talba tad-detenturi tal-bonds tkun tilħaq ir-rekwiżiti ta’ ċertezza legali stabbiliti fl-Anness VIII. Id-drittijiet tad-detenturi tal-bonds għandhom jingħataw prijorità fuq kull pretensjoni oħra fuq il-garanzija. Skoperturi kkawżati minn trażmissjoni u mmaniġġjar ta’ ħlasijiet tad-debituri ta’, jew li ġejjin minn likwidazzjoni ta’, self garantit bi proprjetà ta’ ishma ewlenin jew titoli ta’ dejn m’għandhomx jiġu mdaħħla fil-kalkolu tal-limitu ta’ 90 %; u

(f)

self garantit b’vapuri, fil-każ meta l-garanziji magħqudin ma’ kull garanzija preċedenti, ma jaqbżux is-60 % tal-valur tal-vapur imqiegħed b’garanzija.

Għal dawn il-finijiet it-terminu “kollateralizzat” jinkludi sitwazzjonijiet fejn l-assi kif deskritti fis-subpunti (a) sa (f) għandhom l-iskop skond il-liġi li jipproteġu d-detenturi tal-bonds mit-telf.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010 il-limitu ta’ 20 % għal ishma ewlenin maħruġa mill-Fonds Communs de Créances Franċiż jew minn entitajiet ta’ titolizzazzjoni ekwivalenti kif speċifikat fis-subpunti (d) u (e) ma japplikax, sakemm dawn l-ishma ewlenin għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat, li hija l-ogħla kategorija tal-evalwazzjoni tal-kreditu mogħtija mill-ECAI fir-rigward tal-bonds koperti. Qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu din id-deroga għandha tiġi eżaminata u b’riżultat ta’ dan l-eżami il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, testendi dan il-perjodu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 151(2), flimkien ma jew mingħajr klawsola ulterjuri ta’ reviżjoni.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010 iċ-ċifra ta’ 60 % indikata f’subpunti (f) tista’ tiġi mibdula b’ċifra ta’ 70 %. Qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu din id-deroga għandha tiġi eżaminata u b’riżultat ta’ dan l-eżami il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, testendi dan il-perjodu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 151(2), flimkien ma jew mingħajr klawsola ulterjuri ta’ reviżjoni.

69.

Fil-każ ta’ bonds koperti garantiti bi proprjetà immobbli, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-AnnessVIII Parti 2, punti 8 u r-regoli tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness VIII, Parti 3, punti 62 sa 65.

70.

Bla ħsara għall-punti 68 u 69, bonds koperti li jissodisfaw id-definizzjoni fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 85/611/KEE u maħruġa qabel il-31 ta’ Diċembru 2007 huma wkoll eliġibbli għat-trattament preferenzjali sal-maturità tagħhom.

71.

Bonds koperti għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju fuq il-bażi ta’ dak assenjat għal skoperturi prijoritarji (seniors) mhux garantiti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġuhom. Bejn il-piżijiet differenzjati għar-riskju għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja:

(a)

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 %, il-bond koperta għandha tingħata piż differenzjat għar-riskju ta’ 10 %;

(b)

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 %, il-bond koperta għandha tingħata piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 %;

(c)

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %, il-bond koperta għandha tingħata piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 %; u

(d)

jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 150 %, il-bond koperta għandha tingħata piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

13.   ELEMENTI LI JIRRAPREŻENTAW POŻIZZJONIJIET TA’ TITOLIZZAZZJONI

72.

L-ammonti tal-piżijiet differenzjati għar-riskju għal-iskoperturi għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għandhom ikunu determinati skond l-Artikoli 94 sa 101.

14.   SKOPERTURI FUQ PERJODU QASIR GĦAL ISTITUZZJONIJIET U KUMPANIJI

73.

Skoperturi fuq perjodu qasir għal istituzzjoni jew kumpanija li għalihom tkun disponibbli evalwazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju skond it-Tabella 6 bi qbil ma’ l-attribuzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI eliġibbli fuq sitt klassijiet ta’ l-iskala ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.

Tabella 7

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

20  %

50  %

100  %

150  %

150  %

150  %

15.   SKOPERTURI FIL-FORMA TA’ IMPRIŻI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV

74.

Bla ħsara għall-punti 75 sa 81, skoperturi f’impriżi ta’ investiment kollettiv għandhom jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

75.

Skoperturi fil-forma ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li għalihom tkun disponibbli evalwazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju skond it-Tabella 8 bi qbil ma’ l-attribuzzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI eliġibbli fuq sitt klassijiet ta’ l-iskala ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu.

Tabella 8

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5

6

Piż differenzjat għar-riskju

20  %

50  %

100  %

100  %

150  %

150  %

76.

Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li xi pożizzjoni f’impriża ta’ investiment kollettiv hija assoċjata ma’ riskji partikolarment għoljin dawn għandhom jirrikjedu li l-pożizzjoni tiġi assenjata piż differenzjat għar-riskju ta’ 150 %.

77.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiddeterminaw il-piż differenzjat għar-riskju għal impriża ta’ investiment kollettiv kif stabbiliti fil-punti 79 sa 81, jekk jintlaħqu l-kriterji ta’ eliġibilità li ġejjin:

(a)

l-impriża ta’ investiment kollettiv hija mmexxija minn kumpanija li hija suġġetta għas-sorveljanza fi Stat Membru jew, bla ħsara għall-approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, jekk:

(i)

is-CIU hija mmexxija minn kumpanija li hija suġġetta għal sorveljanza meqjusa ekwivalenti għal dik stabbilita fil-liġi Komunitarja; kif ukoll

(ii)

tkun żgurata biżżejjed il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(b)

il-prospett jew dokument ekwivalenti ta’ l-impriża ta’ investiment kollettiv jinkludi:

(i)

il-kategoriji ta’ assi li l-impriża ta’ investiment kollettiv hija awtorizzata li tinvesti fihom; u

(ii)

jekk japplikaw limiti ta’ l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji biex dawn jiġu kkalkulati; u

(c)

in-negozju ta’ l-impriża ta’ investiment kollettiv huwa rrappurtat għall-inqas fuq bażi annwali sabiex jippermetti valutazzjoni ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, id-dħul u l-operazzjonijiet matul il-perjodu tar-rappurtar.

78.

Jekk awtorità kompetenti tapprova impriża ta’ investiment kollettiv ta’ pajjiż terz bħala eliġibbli, kif stabbilit fil-punti 77, punt (a), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn jistgħu jużaw dan ir-rikonoxximent mingħajr ma’ jwettqu valutazzjoni għalihom.

79.

Fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konxja mill-iskoperturi sottostanti ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, din tista’ tqis dawn l-iskoperturi sottostanti sabiex tikkalkula piż differenzjat medju għar-riskju għall-impriża ta’ investiment kollettiv skond il-metodi msemmija fl-Artikoli 78 sa 83.

80.

Fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konxja mill-iskoperturi sottostanti ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, din tista’ tikkalkula piż differenzjat medju għar-riskju għall-impriża skond il-metodi stabbiliti fl-Artikoli 78 sa 83, sakemm jitħarsu r-regoli li ġejjin: għandu jkun preżunt li l-impriża l-ewwel tinvesti, sal-punt massimu permess fil-mandat tagħha, fil-klassijiet ta’ skoperturi li għandhom l-ogħla obbligu ta’ kapital, u mbagħad tkompli tagħmel investimenti f’ordni li tkompli mill-kbir saż-żgħir sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali ta’ l-investiment.

81.

Biex jikkalkulaw u jirrappurtaw, skond il-metodi stabbiliti fil-punti 79 u 81, piż differenzjat għar-riskju għall-impriża ta’ investiment kollettiv, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu joqogħdu fuq parti terza, sakemm il-korrettezza tal-kalkolu u tar-rapport ikunu żgurati b’mod adegwat.

16.   POŻIZZJONIJIET OĦRAJN

16.1.   Trattament

82.

Assi tanġibbli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(10) tad-Direttiva 86/635/KEE għandhom ikunu assenjati piż differenzjat tar-riskju ta’ 100 %.

83.

Pagamenti bil-quddiem u dħul akkumulat li istituzzjoni ma tkunx tista’ tiddetermina l-kontroparti għalihom skond id-Direttiva 86/635/KEE, għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 100 %.

84.

Flus kontanti fil-proċess tal-ġbir għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 %. Flus kontanti fl-idejn u flus kontanti ekwivalenti għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 %.

85.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu piż differenzjat għar-riskju ta’ 10 % għal skoperturi għal istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw fis-swieq interbankarji u tad-debitu pubbliku fl-Istati Membri proprji u, suġġett għal sorveljanza mill-qrib mill-awtoritajiet kompetenti tal-post fejn dawn l-assi jkunu garantiti kompletament, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini, b’pożizzjonijiet assenjati piż differenzat għar-riskju ta’ 0 % jew 20 % u rikonoxxuti minn dawn ta’ l-aħħar bħala garanzija adegwata.

86.

Kontrolli ta’ kapital u parteċipazzjonijiet oħra ħlief fejn dawn ikunu mnaqqsa mill-fondi proprji għandhom ikunu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ mill-inqas 100 %.

87.

Ingotti tad-deheb miżmuma f’depożitu proprju jew f’kustodja nominattiva sa fejn sostnuti b’obbligazzjonijiet fid-deheb għandhom jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 %.

88.

Fil-każ ta’ bejgħ ta’ assi u bejgħ ieħor bil-patt ta’ xiri lura fl-aħħar u ta’ xiri sħiħ bil-quddiem, il-fatturi tal-piż differenzjat għandhom ikunu dawk assenjati għall-assi konċernati u mhux għall-kontopartijiet tat-tranżazzjonijiet.

89.

Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tipprovdi protezzjoni tal-kreditu lil numru ta’ skoperturi bil-kundizzjoni li l-inadempjenza numru n minn fost l-iskoperturi twassal għall-pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, jekk il-prodott ikollu valutazzjoni tal-kreditu esterna minn ECAI eliġibbli għandhom jiġu assenjati l-piżijiet differenzjati għall-kreditu preskritti fl-Artikoli 94 sa 101. Jekk il-prodott m’huwiex klassifikat minn ECAI eliġibbli, il-piżijiet differenzjati għar-riskju ta’ l-iskoperturi inklużi fil-basket jinġabru flimkien, għajr l-iskoperturi n-1, sa massimu ta’ 1 250 % u multiplikati bl-ammont nominali ta’ protezzjoni pprovduta mid-derivattiv tal-kreditu biex jinkiseb l-ammont ta’ assi bil-piż differenzjat għall-kreditu. L-iskoperturi n-1 li għandhom ikunu esklużi mit-total għandhom jiġu determinati fuq il-bażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li singolarment jipproduċu ammont ta’ skoperturi b’inqas piż differenzjat għar-riskju minn dawk b’piż differenzjat għar-riskju ta’ kwalunkwe skopertura inkluża fit-total.

PARTI 2

IR-RIKONOXXIMENT TA’ L-ECAI U L-KLASSIFIKAZZJONI TAL-VALUTAZZJONIJIET TA’ KREDITU TAGĦHOM

1.   METODOLOĠIJA

1.1.   Oġġettività

1.

Awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-metodoloġija biex jiġu assenjati l-valutazzjonijiet tal-kreditu tkun rigoruża, sistematika, kontinwa u suġġett għall-validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza ta’ l-imgħoddi.

1.2.   Indipendenza

2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-metodoloġija hija ħielsa minn influwenzi jew limiti politiċi, u minn pressjonijiet ekonomiċi li jistgħu jeffettwaw il-valutazzjoni ta’ kreditu.

3.

L-indipendenza tal-metodoloġija ta’ l-ECAI trid tiġi valutata mill-awtoritajiet kompetenti skond fatturi bħalma huma s-segwenti:

(a)

il-proprjetà u l-istruttura organizzattiva ta’ l-ECAI;

(b)

ir-riżorsi finanzjarji ta’ l-ECAI;

(c)

l-istaff u l-għarfien espert ta’ l-ECAI; u

(d)

it-tmexxija korporattiva ta’ l-ECAI.

1.3.   Reviżjoni kontinwa

4.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-valutazzjonijiet tal-kreditu mill-ECAI ikunu suġġetti għal reviżjoni kontinwa u għandhom jirrispondu għal bidliet fil-kundizzjonijiet finanzjarji. Din ir-reviżjoni għandha ssir wara l-avvenimenti sinifikanti kollha u mill-inqas kull sena.

5.

Qabel jirrikonoxxu ECAI, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni għal kull settur tas-suq hija stabbilita skond standards bħalma huma s-segwenti:

(a)

l-ittestjar retrospettiv għandu jkun stabbilit għall-inqas għal sena;

(b)

ir-regolarità tal-proċess ta’ reviżjoni mill-ECAI għandu jkun monitorat mill-awtoritajiet kompetenti; u

(c)

l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirċievu mill-ECAI informazzjoni dwar il-firxa ta’ kuntatti tagħha ma’ l-ogħla amministraturi ta’ l-entitajiet li tikklassifika.

6.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex ikunu mgħarrfa fil-pront mill-ECAI dwar kull tibdil sostanzjali fil-metodoloġija użata minnhom fl-assenjar tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu.

1.4.   Trasparenza u żvelar

7.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prinċipji tal-metodoloġija użata mill-ECAI għall-formulazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ kreditu jkunu disponibbli għall-pubbliku sabiex l-utenti potenzjali jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-valutazzjonijiet humiex derivati b’mod raġonevoli.

2.   VALUTAZZJONIJIET TA’ KREDITU INDIVIDWALI

2.1.   Kredibilità u aċċettazzjoni fis-suq

8.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali ta’ l-ECAI huma rikonoxxuti fis-suq mill-utenti tagħhom bħala kredibbli u affidabbli.

9.

Il-kredibilità għandha tkun valutata mill-awtoritajiet kompetenti skond fatturi bħalma huma s-segwenti:

(a)

is-sehem ta’ l-ECAI fis-suq;

(b)

id-dħul iġġenerat mill-ECAI, u b’mod aktar ġenerali, ir-riżorsi finanzjarji ta’ l-ECAI;

(c)

jekk il-prezzijiet humiex stabbiliti skond il-klassifikazzjoni; u

(d)

ta’ l-anqas żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw il-valutazzjoni tal-kreditu individwali ta’ l-ECAI għall-ħruġ ta’ bonds u/jew għal-valutazzjoni ta’ riskji fuq il-kreditu.

2.2.   Trasparenza u żvelar

10.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali jkunu aċċessibbli fuq termini ekwivalenti għall-inqas għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom interess leġittimu f’dawn il-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali.

11.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali jkunu disponibbli għall-partijiet mhux domestiċi daqs kemm huma għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu domestiċi li għandhom interess leġittimu f’dawn il-valutazzjonijiet ta’ kreditu individwali.

3.   “MAPPING”

12.

Biex issir distinzjoni bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espress minn kull valutazzjoni ta’ kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu fatturi kwantitattivi bħalma hi r-rata ta’ inadempjenza fuq perjodu twil assoċjata mal-prodotti kollha assenjati l-istess valutazzjoni ta’ kreditu. Għal ECAI imwaqqfa riċentement, u għal dawk li għandhom biss serje limitata ta’ informazzjoni dwar l-inadempjenzi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-ECAI x’taħseb li hija r-rata ta’ inadempjenza fuq perjodu twil assoċjata mal-prodotti kollha assenjati l-istess valutazzjoni ta’ kreditu.

13.

Biex issir distinzjoni bejn il-gradi relattivi ta’ riskju espress minn kull valutazzjoni ta’ kreditu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu fatturi kwalitattivi bħalma huma l-grupp ta’ emittenti li tkopri l-ECAI, il-firxa ta’ valutazzjonijiet ta’ kreditu li tassenja l-ECAI, kull tifsira ta’ valutazzjoni ta’ kreditu u d-definizzjoni ta’ inadempjenza għall-ECAI.

14.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu r-rati ta’ inadempjenza li jkunu esperjenzati għal kull valutazzjoni ta’ kreditu ta’ ECAI partikolari ma’ norma ta’ referenza bbażata fuq ir-rati ta’ inadempjenza esperjenzati minn ECAI oħrajn fuq bażi ta’ popolazzjoni ta’ emittenti li l-awtoritajiet kompetenti jemmnu li jippreżentaw livell ekwivalenti ta’ riskju ta’ kreditu.

15.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu jemmnu li r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI partikolari huma sostanzjalment u sistematikament ogħla mil-limitu, huma għandhom jassenjaw skaluna ta’ kwalita’ ta’ kreditu ogħla fl-iskala tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-kreditu lil dik il-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ l-ECAI.

16.

Meta l-awtoritajiet kompetenti iżidu l-piż differenzjat għar-riskju assoċjat għal valutazzjoni ta’ kreditu speċifiku ta’ ECAI partikolari, jekk l-ECAI turi li r-rati ta’ inadempjenza esperjenzati għall-valutazzjoni ta’ kreditu tagħha m’għadhomx materjalment u sistematikament ogħla mil-limitu, l-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu li jerġgħu lura għall-iskaluna oriġinali ta’ kwalita’ ta’ kreditu fl-iskala tal-kwalità tal-valutazzjoni tal-kreditu għal dik il-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ l-ECAI.

PARTI 3

L-UŻU TAL-VALUTAZZJONIJIET TA’ KREDITU TA’ L-ECAI BIEX JIĠU DETERMINATI L-PIŻIJIET DIFFERENZJATI GĦAR-RISKJU

1.   TRATTAMENT

1.

L-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tinnomina ECAI, waħda jew aktar, eliġibbli biex tintuża biex jiġu ddeterminati l-piżijiet differenzjati għar-riskju assenjati għal prodotti ta’ assi u off-balance sheet.

2.

Istituzzjoni ta’ kreditu li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu magħmula minn ECAI eliġibbli għal klassi partikolari ta’ prodotti għandha tuża dawk il-valutazzjonijiet ta’ kreditu b’mod konsistenti għall-iskoperturi kollha li jagħmlu parti minn dik il-klassi.

3.

Istituzzjoni ta’ kreditu li tiddeċiedi li tuża l-valutazzjonijiet ta’ kreditu magħmula minn ECAI eliġibbli għandha tużahom b’mod kontinwu u konsistenti matul iż-żmien.

4.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża biss dawk il-valutazzjonijiet ta’ kreditu magħmula minn ECAI li jqisu l-ammonti kollha dovuti lilha, kemm il-kapital u kemm l-interessi.

5.

Jekk għal prodott klassifikat tkun disponibbli valutazzjoni ta’ kreditu waħda biss minn ECAI nominata, biex jiġi ddeterminat il-piż differenzjat għar-riskju għal dak l-element għandha tintuża dik il-valutazzjoni ta’ kreditu.

6.

Jekk għal element klassifikat ikunu disponibbli żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAI nominati u t-tnejn li huma jikkorrispondu għal piżijiet differenzjati għar-riskju differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż differenzjat għar-riskju.

7.

Jekk għal element klassifikat ikunu disponibbli aktar minn żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAI nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu li jiġġeneraw iż-żewġ piżijiet differenzjati għar-riskju l-aktar baxxi. Jekk iż-żewġ piżijiet differenzjati għar-riskju l-aktar baxxi ikunu differenti, għandu jiġi assenjat l-ogħla piż differenzjat għar-riskju. Jekk iż-żewġ piżijiet differenzjati għar-riskju l-aktar baxxi ikunu l-istess, għandu jiġi assenjat dak il-piż differenzjat għar-riskju.

2.   VALUTAZZJONI TA’ KREDITU TA’ L-EMITTENT U TA’ L-EMISSJONI

8.

Fejn teżisti valutazzjoni ta’ kreditu għal programm jew debitu maħruġ speċifiku li l-element li jikkostitwixxi l-iskopertura jkun parti minnu, biex jiġi ddeterminat il-piż differenzjat għar-riskju għandha tintuża din il-valutazzjoni ta’ kreditu.

9.

Fejn għal element partikolari ma teżisti l-ebda valutazzjoni ta’ kreditu applikabbli direttament, iżda teżisti valutazzjoni ta’ kreditu għal programm jew debitu maħruġ speċifiku li l-prodott li jikkostitwixxi l-iskopertura ma jkunx parti minnu, jew teżisti valutazzjoni ta’ kreditu ġenerali għall-emittent, din il-valutazzjoni ta’ kreditu għandha tintuża jekk tipproduċi piż differenzjat għar-riskju ogħla milli kieku jkun hemm, jew jekk tipproduċi piż differenzjat għar-riskju aktar baxx u l-iskopertura in kwistjoni tkun tikklassifika pari passu jew superjuri f’kull rigward għall-programm jew debitu tal-ħruġ speċifiku, jew għal skoperturi mhux garantiti prijoritarji ta’ dak l-emittent, skond il-każ.

10.

Punti 8 u 9 m’humiex intiżi biex jevitaw l-applikazzjoni tal-punti 68 sa 71 tal-Parti.

11.

Valutazzjonijiet ta’ kreditu għal emittenti fi grupp korporattiv ma jistgħux jintużaw bħala valutazzjoni ta’ kreditu ta’ emittent ieħor fi ħdan l-istess grupp korporattiv.

3.   VALUTAZZJONIJIET TA’ KREDITU FUQ PERJODU TWIL U FUQ PERJODU QASIR

12.

Valutazzjonijiet ta’ kreditu fuq perjodu qasir jistgħu jintużaw biss għal prodotti ta’ assi u off-balance sheet li jikkostiwixxu skoperturi għal istituzzjonijiet u kumpaniji.

13.

Kull valutazzjoni ta’ kreditu fuq perjodu qasir għandha tapplika biss għall-element li għalih tirreferi l-valutazzjoni ta’ kreditu fuq perjodu qasir, u m’għandhiex tintuża biex jiġu derivati piżijiet differenzjati għar-riskju għal xi element ieħor.

14.

Bla ħsara għall-punt 13, jekk debitu klassifikat fuq perjodu qasir jingħata piż differenzjat għar-riskju ta’ 150 %, l-iskoperturi mhux garantiti u mhux klassifikati kollha fuq dak id-debitur, kemm jekk fuq perjodu qasir u kemm jekk fuq perjodu twil, għandhom ukoll jingħataw piż differenzjat għar-riskju ta’ 150 %.

15.

Bla ħsara għall-punt 13, jekk debitu klassifikat fuq perjodu qasir iġib piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 %, l-ebda skopertura fuq perjodu qasir mhux klassifikata m’għandha ġġib piż differenzjat għar-riskju ta’ inqas minn 100 %.

4.   PRODOTTI F’MUNITA DOMESTIKA U F’MUNITA BARRANIJA

16.

Valutazzjoni ta’ kreditu li tirreferi għal element denominat fil-munita domestika tad-debitur ma tistax tintuża biex jiġi derivat piż differenzjat għar-riskju ta’ skopertura oħra fuq l-istess debitur li tkun denominata f’munita barranija.

17.

Bla ħsara għall-punt 16, meta jkun hemm skopertura permezz tal-parteċipazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’self li jkun ġie estiż minn Bank Multilaterali ta’ l-Iżvilupp li l-istatus tiegħu ta’ kreditur preferut ikun rikonoxxut fis-suq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li biex jiġi ddeterminat il-piż differenzjat għar-riskju tintuża l-valutazzjoni ta’ kreditu fuq il-prodott tad-debitur fil-munita domestika.


ANNESS VII

METODU IBBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAZZJONIJIET INTERNI

PARTI 1

Ammonti ta’ piż differenzjat għar-riskju u ammonti ta’ telf mistennija

1.   IL-KALKOLU TA’ L-AMMONTI TA’ PIŻ DIFFERENZJAT FUQ SKOPERTURA GĦAR-RISKJU TAL-KREDITU

1.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor ( PD, LGD) u l-valur tal-maturità (M) għandhom ikunu ddeterminati kif stabbilit fil-Parti 2, u l-valur ta’ l-iskopertura għandu jkun iddeterminat kif stabbilit fil-Parti 3.

2.

L-ammont ta’ piż differenzjat għar-riskju għal kull skopertura għandu jkun ikkalkulat skond il-formuli li ġejjin.

1.1.   L-ammonti ta’ piż differenzjat għar-riskju għal skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali.

3.

Bla ħsara għall-punti 5 sa 9 l-ammonti ta’ piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom ikunu kkalkulati skond il-formuli li ġejjin:

Formula

Formula

Formula

N(x) jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali (i.e. il-probabilità li fattur varjabbli normali każwali b’medja (mean) ta’ 0 u varjanza ta’ 1 ikun inqas minn jew daqs x). G(z) jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali (i.e. il-valur x biex N (x) = z).

Meta PD = 0, RW għandu jkun 0.

Meta PD = 1:

għal skoperturi mankanti (“defaulted”) fejn istituzzjonijiet ta’ kreditu japplikaw il-valuri ta’ l-LGD stipulati f’Parti 2, punt 8, RW għandu jkun 0; u

għal skoperturi mankanti (“defaulted”) fejn istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw l-istimi tagħhom ta’ l-LGDs, RW għandu jkun Max{0,12.5 *(LGD-ELBE)};

fejn ELBE tkun l-aħjar stima ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għat-telf previst għall-iskopertura mankanti (“defaulted”) skond il-punt 80 ta’ Parti 4.

Ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju = RW * valur ta’ l-iskopertura.

4.

L-ammont ta’ skopertura valutat fuq ir-riskju għal kull skopertura li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness VIII, Parti 1, Punt 29 u Anness VIII, Parti 2, Punt 22 jista’ jiġi rranġat skond il-formula li ġejja:

Ammont ta’ skopertura valutat fuq ir-riskju = RW * valur ta’ skopertura * [(0,15 + 160*PDpp)]

fejn

PDpp = PD tal-fornitur tal-protezzjoni.

Il-valur tar-riskju (RW) għandu jkun ikkalkulat permezz tal-formula relevanti tal-valur tar-riskju stipulata fil-Punt 3 għall-iskopertura, il-PD ta’ min hu marbut bil-kuntratt u l-LGD ta’ skopertura diretta kumparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni. Il-fattur ta’ maturità (b) għandu jkun ikkalkulat permezz ta’ l-inqas wieħed mill-PD tal-fornitur tal-protezzjoni u l-PD ta’ min hu marbut bil-kuntratt.

5.

Għal skoperturi għal kumpaniji fejn il-bejgħ annwali totali għall-grupp konsolidat li tagħmel parti minnu l-kumpanija jkun inqas minn EUR 50 miljun, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw il-formula ta’ korrelazzjoni li ġejja biex jikkalkulaw il-piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi korporattivi. F’din il-formula S huwa espress bħala bejgħ annwali totali f’miljuni ta’ Euro b’EUR 5 miljuni <= S <= EUR 50 miljun. Bejgħ rappurtat ta’ inqas minn EUR 5 miljuni għandu jitqies daqs li kieku kien ekwivalenti għal EUR 5 miljuni. Għal ammonti riċevibbli akkwistati, il-bejgħ annwali totali għandu jkun il-medja peżata mill-iskoperturi individwali inklużi fit-total.

Formula

Meta l-bejgħ annwali totali ma jkunx indikatur ta’ siwi dwar id-daqs ta’ l-impriża u l-assi totali jkunu indikatur aħjar mill-bejgħ annwali totali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissostitwixxu l-bejgħa annwali totali bl-assi totali tal-grupp konsolidat.

6.

Għal skoperturi ta’ self speċjalizzat fejn istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ turi li l-istimi tagħha ta’ PD jilħqu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti 4, din għandha tassenja piżijiet differenzjati għar-riskju għal dawn l-iskoperturi skond it-tabella 1:

Tabella 1

Maturità li jifdal

kategorija 1

kategorija 2

kategorija 3

kategorija 4

kategorija 5

Inqas minn sentejn u nofs

50  %

70  %

115  %

250  %

0  %

Sentejn u nofs jew aktar

70  %

90  %

115  %

250  %

0  %

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw istituzzjoni ta’ kreditu biex tassenja b’mod ġenerali piżijiet differenzjati għar-riskju preferenzjali ta’ 50 % għal skoperturi fil-kategorija 1, u piż differenzjat għar-riskju ta’ 70 % għal skoperturi fil-kategorija 2, sakemm il-karatteristiċi ta’ sottoskrizzjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u karatteristiċi tar-riskju oħrajn ikunu sostanzjalment b’saħħithom għall-kategorija rilevanti.

Huma u jassenjaw il-piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi fuq self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin: Is-saħħa finanzjarja, l-ambjent politiku u legali, il-karatteristiċi tat-tranżazzjoni u/jew ta’ l-assi, is-saħħa tal-promotur u l-iżviluppatur inkluż kull fluss ta’ dħul minn sħubija bejn entitajiet pubbliċi u privati, u l-pakkett ta’ garanzija.

7.

Għall-ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati minnhom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti 4, punt 105 sa 109. Għal ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati li jkunu konformi wkoll mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 14, u fejn ikun ta’ piż żejjed għal istituzzjoni ta’ kreditu li tuża standards ta’ kwalifikazzjoni tar-riskju għal skoperturi korporattivi kif stabbilit fil-Parti 4 għal dawn l-ammonti riċevibbli, għandhom jintużaw l-istandards ta’ kwalifikazzjoni tar-riskju għal skoperturi retail kif stabbilit fil-Parti 4.

8.

Fil-każ ta’ ammonti riċevibbli akkwistati, skontijiet akkwistati rimborżabbli, kollateral jew garanziji personali parzjali li jipprovdu protezzjoni kontra l-ewwel telf (first-loss) għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba dilwizzjoni, jew it-tnejn, jistgħu jitqiesu bħala pożizzjonijiet ta’ l-ewwel telf taħt il-qafas ta’ titolizzazzjoni ta’ l-IRB.

9.

F’każ li istituzzjoni tipprovdi protezzjoni tal-kreditu għal numru ta’ skoperturi bil-kundizzjoni li l-inadempjenza numru n minn fost l-iskoperturi għandha twassal għall-pagament u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, jekk il-prodott ikollu valutazzjoni tal-kreditu esterna minn ECAI eliġibbli għandhom jiġu applikati l-piżijiet differenzjati għall-kreditu preskritti fl-Artikoli 94 - 101. Jekk l-element mhuwiex klassifikat minn ECAI eliġibbli, il-piżijiet differenzjati għar-riskju ta’ l-iskoperturi inklużi fil-basket jinġabru f’total, ħlief għal l-skoperturi n-1 fejn l-ammont tas-somma ta’ telf mistenni multiplikata bi 12,5 u l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju m’għandhomx jaqbżu l-ammont nominali tal-protezzjoni pprovduta mid-derivattiv tal-kreditu multiplikat bi 12,5. L-iskoperturi n-1 li għandhom ikunu esklużi mit-total għandhom jiġu determinati fuq il-bażi li dawn għandhom jinkludu dawk l-iskoperturi li singolarment jipproduċu ammont ta’ skoperturi b’inqas piż differenzjat għar-riskju minn dawk b’piż differenzjat għar-riskju ta’ kwalunkwe skopertura inkluża fit-total.

1.2.   Ammonti ta’ piż differenzjat għar-riskju għal skoperturi retail

10.

Bla ħsara għall-punti 12 u 13 l-ammonti ta’ piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi retail għandha tiġi kkalkulata skond il-formuli li ġejjin:

Formula

Piż differenzjat għar-riskju (RW):

Formula

N(x) jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva għal fattur varjabbli normali standard każwali (i.e. il-probabilità li fattur varjabbli normali każwali b’medja (mean) ta’ 0 u varjanza ta’ 1 ikun inqas minn jew daqs x). G(z) jirrappreżenta l-funzjoni ta’ distribuzzjoni kumulattiva inversa għal fattur varjabbli normali standard każwali (i.e. il-valur x biex N(x) = z).

Għal PD = 1 (skoperatura mankanti), RW għandu jkun Max {0,12.5 *(LGD-ELBE)},

fejn ELBE tkun l-aħjar stima ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għat-telf previst għall-iskopertura mankanti (“defaulted”) skond il-punt 80 ta’ Parti 4.

Ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju = RW * valur ta’ l-iskopertura.

11.

L-ammont ta’ skopertura valutat fuq ir-riskju għal kull skopertura ta’ entitajiet ta’ daqs żgħir u mezzan kif definit fl-Artikolu 86(4) li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness VIII, Parti 1, Punt 29 u fl-Anness VIII, Parti 2, Punt 21 jista’ jkun ikkalkulat skond il-Punt 4.

12.

Għal skoperturi retail garantiti bi proprjetà immobbli reali il-korrelazzjoni (R) ta’ 0,15 għandha tieħu post il-figura li toħroġ mill-formula ta’ korrelazzjoni fil-punt 10.

13.

Għal skoperturi retail rotattivi li jikkwalifikaw, kif definiti f’(a) sa (e), il-korrelazzjoni (R) ta’ 0,04 għandha tieħu post il-figura li toħroġ mill-formula ta’ korrelazzjoni fil-punt 10.

L-iskoperturi għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi retail rotattivi li jikkwalifikaw jekk jissodisfaw l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-iskoperturi huma għal individwi.

(b)

L-iskoperturi huma rotattivi, mhux garantiti, u sa fejn mhux użati immedjatament u revokabbli mingħajr kundizzjonijiet mill-istituzzjoni ta’ kreditu (f’dan il-kuntest, skoperturi rotattivi huma definiti bħala dawk fejn il-bilanċi pendenti tal-klijenti jitħallew ivarjaw skond id-deċiżjonijiet tagħhom li jisselfu u li jħallsu, sa limitu stabbilit mill-istituzzjoni ta’ kreditu). Il-bilanċi mhux użati jistgħu jitqiesu bħala revokabbli mingħajr kundizzjonijiet jekk it-termini jippermettu li l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkanċellahom sa fejn ikun permess taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u leġiżlazzjoni relatata oħra.

(c)

L-iskopertura massima għal individwu wieħed fis-sottoportfolju hija ta’ EUR 100,000 jew inqas.

(d)

L-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi li l-użu tal-formula ta’ korrelazzjoni f’dan il-punt hija limitata għal portfolji li wrew volatilità baxxa tar-rati ta’ telf, meta mqabbla mal-livell medju tar-rati ta’ telf tagħhom, speċjalment fil-firxiet ta’ PD baxx. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-volatilità tar-rati ta’ telf fis-sottoportfolji retail rotattivi li jikkwalifikaw, kif ukoll it-total tal-portfolju retail rotattiv li jikkwalifika, u għandhom ikunu disponibbli biex jaqsmu l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tipiċi tar-rati ta’ telf retail rotattivi li jikkwalifikaw madwar ġurisdizzjonijiet oħra; u

(e)

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-trattament bħala skopertura retail rotattiva li tikkwalifika jkun konsistenti mal-karatteristiċi ta’ riskju sottostanti tas-sottoportfolju.

Bħala deroga minn punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu ma japplikawx ir-rekwiżit li l-iskopertura ma tkun assigurata fir-rigward ta’ faċilitajiet ta’ kreditu garantiti marbuta ma’ kont ta’ salarji. F’dan il-każ l-ammonti rkuprati mill-garanzija m’għandhomx jitqiesu fl-istima LGD.

14.

Biex ikunu eliġibbli għat-trattament retail l-ammonti riċevibbli akkwistati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti 4, punti 105 sa 109 u mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-istituzzjoni ta’ kreditu xtrat l-ammonti riċevibbli minn bejjiegħa terzi mhux relatati, u l-iskopertura tagħha għad-debitur ta’ l-ammont riċevibbli ma tinkludix skoperturi li joriġinaw direttament jew indirettament mill-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha;

(b)

L-ammonti riċevibbli mixtrija għandhom ikunu ġġenerati taħt kundizzjonijiet normali tas-suq bejn il-bejjiegħ u d-debitur. Għaldaqstant, m’humiex eliġibbli krediti ta’ kontijiet intrasoċjetarji jew ammonti riċevibbli suġġetti għal contra-accounts bejn kumpaniji li jixtru u jbiegħu lil xulxin;

(c)

L-istituzzjoni ta’ kreditu li takkwista għandha prijorità fuq id-dħul mill-ammonti riċevibbli akkwistati jew interess pro-rata minn tali dħul; u

(d)

Il-portfolju ta’ ammonti riċevibbli akkwistati huwa diversifikat biżżejjed.

15.

Għal ammonti riċevibbli, skontijiet ta’ akkwist rimborżabbli, il-kollateral jew garanziji personali li jipprovdu protezzjoni kontra l-ewwel telf għal telf minħabba inadempjenza, telf minħabba riskju ta’ dilwazzjoni, jew it-tnejn, jistgħu jiġu trattati bħala pożizzjonijiet ta’ l-ewwel telf taħt il-qafas ta’ titolizzazzjoni ta’ l-IRB.

16.

Għal pools ibridi ta’ riċevibbli retail akkwistati, fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu xerrejja ma jistgħux jisseparaw l-iskoperturi garantiti bi proprjetà immobbli u skoperturi retail rotattivi li jikkwalifikaw minn skoperturi retail oħra, għandha tapplika l-funzjoni ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju li tipproduċi l-ogħla rekwiżiti ta’ kapital għal dawk l-iskoperturi.

1.3.   Ammonti ta’ piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi ta’ kapital

17.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża metodi differenti għal portfolji differenti fejn hi nnifisha tuża metodi interni differenti. F’każ li istituzzjoni ta’ kreditu tuża metodi differenti, dik l-istituzzjoni għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-għażla ssir b’mod konsistenti u li mhijiex iddeterminata minn kunsiderazzjonijiet ta’ arbitraġġ regolamentari.

18.

Bla ħsara għall-punti 17, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-attribuzzjoni ta’ ammonti ta’ piżijiet differenzjati għar-riskju għal skoperturi ta’ kapital għal impriżi li joffru serviżżi anċillari skond it-trattament ta’ assi differenti mill-krediti.

1.3.1.   Metodu ta’ Ppeżar tar-Riskju Sempliċi

19.

L-ammonti ta’ piżijiet differenzjati għar-riskju ta’ l-iskoperturi għandhom ikunu kkalkulati skond il-formula li ġejja:

 

Piż differenzjat għar-riskju (RW) = 190 % għal skoperturi ta’ kapital privati f’portfolji diversifikati biżżejjed.

 

Piż differenzjat għar-riskju (RW) = 290 % għal skoperturi ta’ kapital negozjati f’exchange.

 

Piż differenzjat għar-riskju (RW) = 370 % għall-iskoperturi ta’ kapital l-oħrajn kollha.

 

Ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju = RW * valur ta’ l-iskopertura.

20.

Il-pożizzjonijiet ta’ short cash u strumenti derivattivi miżmuma barra mir-reġistru tan-negozju jistgħu jpaċu pożizzjonijiet twal fl-istokks individwali sakemm dawn l-istrumenti jkunu ġew maħsuba espliċitament bħala koperturi (hedges) ta’ skoperturi ta’ kapital speċifiċi u li jkunu jipprovdu kopertura għal mill-inqas sena oħra. Pożizzjonijiet qosra oħra għandhom jiġu trattati daqs li kieku kienu pożizzjonijiet twal bl-assenjazzjoni ta’ l-ippeżar differenzjat għar-riskju rilevanti għall-valur assolut ta’ kull pożizzjoni. Fil-kuntest ta’ pożizzjonijiet b’maturità differenti, il-metodu huwa dak għal skoperturi korporattivi kif stabbilit tal-punt 16 ta’ l-Anness VII, Prti 2.

21.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjata miksuba fuq skopertura ta’ kapital skond il-metodi stabbiliti fl-Artikoli 90 sa 93.

1.3.2.   Il-Metodu PD/LGD

22.

L-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju ta’ l-iskoperturi għandhom ikunu kkalkulati skond il-formuli fil-punt 3. Jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jkollhomx biżżejjed informazzjoni biex jużaw id-definizzjoni ta’ inadempjenza stipulata fil-Parti 4, punt 44 sa 48, għall-piżijiet differenzjat għar-riskju għandu jiġi assenjat fattur ta’ skala ta’ 1,5.

23.

Fuq il-livell ta’ skopertura individwali, is-somma ta’ l-ammont ta’ telf mistenni multiplikat bi 12,5 u l-ammont ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ l-iskopertura m’għandhiex taqbeż il-valur ta’ l-iskopertura multiplikat bi 12,5.

24.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu l-protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita miksuba fuq skopertura ta’ kapital skond il-metodi stabbiliti fl-Artikoli 90 sa 93. Dan għandu jkun suġġett għal LGD ta’ 90 % fuq l-iskopertura għal min jipprovdi l-kopertura (hedge). Għal skoperturi ta’ kapital privati f’portfolji diversifikati biżżejjed, jista’ jintuża LGD ta’ 65 %. Għal dawn l-għanijiet M għandu jkun ta’ 5 snin.

1.3.3.   Metodu fuq Mudelli Interni

25.

L-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju fuq l-iskoperturi għandhom ikunu t-telf potenzjali fuq l-iskoperturi ta’ kapital ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu kif derivat bl-użu ta’ mudelli interni ta’ valur b’riskju (value-at-risk) suġġett għall-intervall ta’ kunfidenza unilaterali (one-tailed) fil-perċentil 99 tad-differenza bejn ir-redditi trimestrali u rata xierqa mingħajr riskju kkalkulata fuq perjodu twil bħala kampjun, multiplikati bi 12.5. L-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju fuq l-iskoperturi fuq il-livell ta’ skoperturi individwali m’għandhomx ikunu inqas mis-somma ta’ l-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju minimi meħtieġa taħt il-metodu PD/LGD u l-ammonti ta’ telf mistenni korrispondenti multiplikati bi 12.5 u kkalkulati skond il-valuri tal-PD stipulati f’Parti 2, punt 24(a) u l-valuri LGD relattivi stipulati f’Parti 2, punt 25 u 26.

26.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni tal-kreditu mhux finanzjat miksuba fuq pożizzjoni ta’ kapital.

1.4.   Ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju fuq l-iskoperturi għal assi li m’humiex krediti

27.

L-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju fuq l-iskoperturi għandhom jiġu kkalkulati skond il-formula:

 

Ammont ta’ piż differenzjat għar-riskju = 100 % * valur ta’ l-iskopertura,

 

ħlief meta l-iskopertura hija valur residwu; f’dak il-każ hija għandha tiġi pprovduta ta’ kull sena u tiġi kkalkulata b’dan il-mod:

 

1/t * 100 % * valur ta’ skopertura,

 

fejn t hija n-numru ta’ snin tat-tul tal-kuntratt ta’ kera.

2.   IL-KALKOLU TA’ L-AMMONTI TA’ PPEŻAR DIFFERENZJAT GĦAR-RISKJU GĦAL RISKJU TA’ DILWAZZJONI TA’ AMMONTI RIĊEVIBBLI AKKWISTATI

28.

Il-piżijiet differenzjati għar-riskju għal riskju ta’ dilwazzjoni ta’ riċevibbli akkwistati korporattivi u retail:

Il-piżijiet differenzjati għar-riskju għandhom jiġu kkalkulati skond il-formula fil-punt 3. Il-parametri PD u LGD għandhom jiġu ddeterminati kif stabbilit fil-Parti 2, il-valur ta’ l-iskopertura għandu jiġi ddeterminat kif stabbilit fil-Parti 3 u M għandu jkun ta’ sena. Jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li r-riskju ta’ dilwazzjoni huwa immaterjali, m’hemmx għalfejn jiġi rikonoxxut.

3.   IL-KALKOLU TA’ L-AMMONTI TA’ TELF MISTENNIJA

29.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-parametri PD u LGD għandhom jiġu ddeterminati kif stabbilit fil-Parti 2, il-valur ta’ l-iskopertura għandu jkun iddeterminat kif stabbilit fil-Parti 3.

30.

L-ammonti ta’ telf mistenni għal skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali u skoperturi retail għandhom jiġu kkalkulati skond il-formuli li ġejjin:

 

Telf mistenni (EL) = PD × LGD

 

Ammont ta’ telf mistenni = EL × valur ta’ l-iskopertura.

 

Għal skoperturi mankanti (“defaulted”) (PD =1) fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu użu mill-istimi tagħhom ta’ l-LGDs, EL għandu jkun ELBE, l-aħjar stima ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għat-telf previst għall-iskopertura mankanti skond il-Parti 4, punt 80.

 

Għal skoperturi suġġetti għat-trattament stipulat fil-Parti 1, Punt 4, it-telf mistenni (EL) għandu jkun 0.

31.

Il-valuri EL għal skoperturi ta’ self speċjalizzat fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw il-metodi ta’ attribuzzjoni ta’ piż differenzjat għar-riskju kif stabbiliti fil-punt 6 għandhom jiġu assenjati skond it-tabella 2.

Tabella 2

Maturità li jifdal

kategorija 1

kategorija 2

kategorija 3

kategorija 4

kategorija 5

Inqas minn sentejn u nofs (2.5)

0  %

0,4  %

2,8  %

8  %

50  %

Telf mistenni (EL) ta’ sentejn u nofs (2.5) jew aktar

0,4  %

0,8  %

2,8  %

8  %

50  %

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu awtorizzaw istituzzjoni ta’ kreditu biex b’mod ġenerali tassenja piżijiet differenzjati għar-riskju ta’ 50 % għal skoperturi fil-kategorija 1, u 70 % għal skoperturi fil-kategorija 2, il-valur ta’ telf mistenni (EL) għal skoperturi fil-kategorija 1 għandu jkun ta’ 0 %, u għal skoperturi fil-kategorija 2 għandu jkun ta’ 0,4 %.

32.

L-ammonti ta’ telf mistenni għal skoperturi ta’ kapital fejn l-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju huma kkalkulati skond il-metodi stabbiliti fil-punti 19 sa 21, għandhom jiġu kkalkulati skond il-formula li ġejja:

 

Ammont ta’ telf mistenni = EL × valur ta’ l-iskopertura

 

Il-valuri ta’ telf mistenni (EL) għandhom ikunu s-segwenti:

 

Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi ta’ kapital f’portfolji diversifikati biżżejjed

 

Telf mistenni (EL) = 0,8 % għal skoperturi ta’ kapital negozjati f’exchange

 

Telf mistenni (EL) = 2,4 % għall-iskoperturi ta’ kapital l-oħrajn kollha

33.

L-ammonti ta’ telf mistenni għal skoperturi ta’ kapital fejn l-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju huma kkalkulati skond il-metodi stabbiliti fil-punti 22 sa 24 għandhom jiġu kkalkulati skond il-formuli li ġejjin:

 

Telf mistenni (EL) = PD × LGD u

 

Ammont ta’ telf mistenni = EL × il-valur ta’ l-iskopertura

34.

L-ammonti ta’ telf mistenni għal skoperturi ta’ kapital fejn l-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju huma kkalkulati skond il-metodi stabbiliti fil-punti 25 sa 26 għandhom ikunu ta’ 0 %.

35.

L-ammonti ta’ telf mistenni għal riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli akkwistati għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

 

Telf mistenni (EL) = PD × LGD u

 

Ammont ta’ telf mistenni = EL × il-valur ta’ l-iskopertura

4.   IT-TRATTAMENT TA’ L-AMMONTI TA’ TELF MISTENNIJA

36.

L-ammonti ta’ telf mistennija kkalkulati skond il-punti 30, 31 u 35 għandhom jitnaqqsu mis-somma ta’ l-aġġustamenti tal-valur u dispożizzjonijiet relatati ma’ dawn l-iskoperturi. Skontijiet fuq skoperturi fil-karta tal-bilanċ akkwistati f’sitwazzjoni ta’ nuqqas skond il-Parti 3, punt 1 għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħall-aġġustamenti tal-valur. L-ammonti ta’ telf mistennija għal skoperturi titolizzati u aġġustamenti tal-valur u proviżjonijiet relatati ma’ dawn l-iskoperturi m’għandhomx ikunu inklużi f’dan il-kalkolu.

PARTI 2

PD, LGD u l-Maturità

1.

Il-parametri probabilità ta’ inadempjenza (PD), telf meta meqjusa l-inadempjenza (loss given default - LGD) u l-valur tal-maturità (M) fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ ppeżar differenzjat għar-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija speċifikati fil-Parti 1 għandhom ikunu dawk stmati mill-istituzzjoni ta’ kreditu skond il-Parti 4 bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin.

1.   SKOPERTURI GĦAL KUMPANIJI, ISTITUZZJONIJIET, AMMINISTRAZZJONIJIET ĊENTRALI U BANEK ĊENTRALI

1.1.   Il-probabilità ta’ inadempjenza - PD

2.

Il-probabilità ta’ inadempjenza (PD) ta’ skopertura għal kumpanija jew istituzzjoni għandha tkun għall-inqas 0.03 %.

3.

Għal ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax turi li l-istimi ta’ probabilità ta’ inadempjenza (PD) tagħha jilħqu r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Parti 4, il-PD għal dawn l-iskoperturi għandhom ikunu determinati skond il-metodi li ġejjin: għal pretensjonijiet prijoritarji fuq ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati il-PD għandu jkun l-istima ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tat-telf mistenni (EL) diviż bit-telf meta meqjusa l-inadempjenza (loss given dfault - LGD) għal dawn l-ammonti riċevibbli. Għal pretensjonijiet subordinati fuq ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati il-PD għandu jkun l-istima ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tat-telf mistenni (EL). Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tuża l-istimi tagħha ta’ telf meta meqjusa l-inadempjenza (loss given dfault - LGD) għal skoperturi korporattivi u tkun tista’ tiddekomponi l-istimi ta’ EL tagħha għal ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati f’PD u LGD b’mod affidabbli, tista’ tintuża l-istima ta’ PD.

4.

Il-PD ta’ debituri inadempjenti għandu jkun ta’ 100 %.

5.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux finanzjat fil-PD skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 90 sa 93. Madankollu, għal riskju ta’ dilwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala eliġibbli fornituri ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita li mhumiex dawk indikati fl-Anness VIII, Parti 1.

6.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-istimi ta’ LGD tagħhom jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita billi jaġġustaw il-PD, bla ħsara għall-punt 10.

7.

Għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati, il-PD għandu jkun daqs l-EL stmat għar-riskju ta’ dilwazzjoni. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tuża l-istimi ta’ LGD tagħha għal skoperturi korporattivi u tkun tista’ tiddekomponi l-EL stmat għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati f’PD u LGD b’mod affidabbli, jista’ jintuża l-PD. Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita fil-PD skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikli 90 sa 93. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala eliġibbli fornituri ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita li mhumiex dawk indikati fl-Anness VIII, Parti 1. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu titħalla tuża l-istimi tagħha ta’ l-LGDs għar-riskju tad-dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli akkwistati, tista’ tirrikonoxxi protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita billi taġġusta l-PD, bla ħsara għall-punt 10.

1.2.   Telf meta meqjusa l-inadempjenza (Loss-given-default - LGD)

8.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-valuri ta’ LGD li ġejjin:

(a)

Skoperturi prijoritarji mingħajr kollateral eliġibbli: 45 %.

(b)

Skoperturi subordinati mingħajr kollateral eliġibbli: 75 %.

(c)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni tal-kreditu finanzjat jew mhux finanzjat fl-LGD skond l-Artikoli 90 sa 93.

(d)

Bonds koperti kif definiti fl-Anness VI, Parti 1, punti 68 sa 70 jistgħu jiġu assenjati valur ta’ LGD ta’ 12,5 %;

(e)

Għal skoperturi ta’ ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati prijoritarji fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ turi li l-istimi ta’ PD tagħha jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 4, 45 %.

(f)

Għal skoperturi ta’ ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati subordinati fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ turi li l-istimi ta’ PD tagħha jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 4: 100 %.

(g)

Għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati: 75 %.

Sal-31 ta’ Diċmebru 2010, bonds koperti kif definiti fl-Anness VI, Parti 1, punti 68 sa 70 jistgħu jiġu assenjati valur ta’ l-LGD ta’ 11,25 % jekk:

assi kif stipulati fl-Anness VI, Parti 1, punt 68(a) sa (c) li jiggarantixxu l-bonds jikkwalifikaw kollha għal analiżi ta’ kwalità ta’ kreditu grad 1, kif stipulat fl-Anness;

meta assi kif stipulati fl-Anness VI, Parti 1, punti 68(d) u (e) jiġu wżati bħala garanzija reali, l-ogħla limiti rispettivi stipulati f’kull waħda minn dawn il-punti huma ta’ 10 % ta’ l-ammont nominali tal-ħruġ pendenti;

assi kif stipulati fl-Anness VI, Parti 1, punt 68(f) ma jintużawx bħala garanziji reali; jew

il-bonds koperti saritilhom evalwazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat, u l-ECAI nominat ikklassifikom fl-ogħla kategorija tal-evalwazzjoni tal-kreditu li l-ECAI seta’ jagħti fir-rigward tal-bonds koperti.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, din id-deroga għandha tiġi eżaminata u b’riżultat ta’ dan l-eżami il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15 (2).

9.

Bla ħsara għall-punt 8, għar-riskju ta’ dilwazzjoni u ta’ inadempjenza, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tuża l-istimi ta’ LGD tagħha għal skoperturi korporattivi u tkun tista’ tiddekomponi l-istimi EL tagħha għal ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati f’PD u LGD b’mod affidabbli, tista’ tintuża l-istima ta’ LGD għal ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati.

10.

Bla ħsara għall-punt 8, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tuża l-istimi ta’ LGD tagħha għal skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali, tista’ tiġi rikonoxxuta protezzjoni tal-kreditu mhux finanzjat billi jiġu aġġustati l-istimi ta’ PD u LGD, bla ħsara għar-rekwiżiti minimi kif speċifikat fil-Parti 4 u għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajieet kompetenti. L-istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex tassenja fuq skoperturi garantiti PD jew LGD aġġustati b’mod li l-piż differenzjat għar-riskju aġġustat ikun inqas minn dak għal skopertura kumparabbli u diretta għall-garanti.

11.

Minkejja l-Punti 8 u 10, għall-iskop tal-Parti 1, punt 4, l-LGD ta’ skopertura diretta kumparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma’ faċilità mhux milqugħa lill-garanti jew il-faċilità mhux milqugħa ta’ min hu marbut bil-kuntratt, jiddependi fuq jekk fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll min hu marbut bil-kuntratt jonqsux matul il-ħajja tat-tranżazzjoni milqugħa, evidenza disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikaw li l-ammont irkuprat ikun jiddependi fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-garanti jew ta’ min hu marbut bil-kuntratt, rispettivatment.

1.3.   Maturità

12.

Bla ħsara għall-punt 13, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jassenjaw fuq skoperturi li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ xiri bil-patt ta’ xiri mill-ġdid jew ta’ self ta’ titoli jew komoditajiet, jew operazzjonijiet ta’ self, valur ta’ maturità (M) ta’ sitt xhur (0,5 sena) u għall-iskoperturi l-oħrajn kollha M ta’ 2,5 sena. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jużaw M għal kull skopertura kif stabbilit fil-punt 13.

13.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jitħallew jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni ta’ LGD u/jew tagħhom għal skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet, amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali għandhom jikkalkulaw M għal kull waħda minn dawn l-iskoperturi kif stabbilit f’(a) sa (e) u bla ħsara għall-punti 14 sa 16. F’kull każ, M m’għandhiex tkun aktar minn 5 snin.

(a)

Għal strument suġġett għal skeda ta’ flus kontanti M għandu jkun ikkalkulat skond il-formula li ġejja:

Formula

fejn CFt jirrappreżenta l-flus kontanti (kapital, pagamenti ta’ l-interessi u drittijiet)pagabbli taħt kuntratt mid-debitur fil-perjodu t;

(b)

Għal derivattivi suġġetti għal ftehim master ta’ totalizzar (netting agreement), M għandu jkun il-perjodu ta’ maturità medju pendenti ta’ l-iskopertura ppeżat, fejn M għandu jkun għall-inqas sena (1). Għall-ippeżar tal-maturità għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta’ kull skopertura;

(c)

Fil-każ ta’ skoperturi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ strumenti derivati li jipprovdu garanzija reali totali jew kważi totali (imsemmija fl-Anness IV) u minn tranżazzjonijiet ta’ self marġni li jipprovdu garanzija reali totali jew kważi totali li jkunu suġġetti għal ftehima ewlenija ta’ neting, M għandha tkun il-maturità valutata medja li jkun fadal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun minn ta’ l-inqas 10 jiem. Għall-ippeżar tal-maturità għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta’ kull tranżazzjoni;

(d)

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkun tista’ tuża l-estimi ta’ PD tagħha stess għal ammonti riċevibbli korporattivi akkwistati, għal ammonti użati M għandu jkun daqs il-perjodu ta’ maturità medju ta’ l-iskopertura ppeżata ta’ l-ammonti riċevibbli akkwistati, fejn M għandu jkun mill-inqas 90 jum. Dan l-istess valur ta’ M għandu jiġu wżat ukoll għal ammonti mhux miġbuda taħt faċilita ta’ xiri impenjata sakemm il-faċilita’ jkun fiha garanziji agegwati, triggers ta’ ammortizzazzjoni minn kmieni jew fatturi oħra li jipproteġu l-istituzzjoni ta’ kreditu li tixtri kontra deterjorazzjoni sinifikanti fil-kwalita’ tar-receivables futuri li hija meħtieġa tixtri fuq iż-żmien tal-faċilita. Fin-nuqqas ta’ protezzjonijiet effettivi bħal dawn, M għal ammonti mhux użati għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’ l-ammont riċevibbli potenzjali bl-iskadenza l-aktar twila taħt l-istrument ta’ l-akkwist u l-maturità tal-programm ta’ akkwist li jifdal, fejn M għandu jkun mill-inqas 90 jum.

(e)

Għal kull strument ieħor mhux imsemmi f’dan il-punt jew fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx f’pożizzjoni li tikkalkula M kif stabbilit f’(a), M għandu jkun iż-żmien massimu li jifdal (fi snin) li d-debitur ikun jista’ jieħu biex jonora l-obbligazzjonijiet kuntrattwali tiegħu, fejn M għandu jkun mill-inqas sena (1).

(f)

fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-Metodu ta’ Mudell Intern stipulat fl-Anness III, Parti 6 biex jikkalkulaw il-valuri ta’ skopertura, M għandha tkun ikkalkulata għal skoperturi li għalihom japplikaw dan il-metodu u li għalihom il-maturità tal-kuntratt li jkollu l-iktar data twila fis-sett ta’ neting tkun ikbar minn sena skond il-formula li ġejja:

Formula

Fejn

df = il-fattur ta’ skont li jkun bla riskju għal perjodu futur ta’ żmien tk u l-bqija tas-simboli huma definiti fl-Anness III, Parti 6.

Minkejja dawn t’hawn fuq, istituzzjoni ta’ kreditu li tuża mudell intern biex tikkalkula aġġustament ta’ valutazzjoni tal-kreditu (CVA) li jkun minn naħa waħda tista’ tuża, suġġetta għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, it-tul ta’ żmien tal-kreditu effettiv stmat mill-mudell intern M.

Suġġett għall-paragrafu 14, fil-każ ta’ settijiet ta’ neting li fihom il-kuntratti kollha jkollhom maturità oriġinali ta’ inqas minn sena għandha tapplika l-formula fil-punt (a); u

(g)

għall-iskopijiet tal-Parti 1, punt 4, M għandha tkun il-maturità effettiva tal-protezzjoni tal-kreditu iżda ta’ l-anqas tkun sena.

14.

Bla ħsara għall-punt 13(a), (b), (d) u (e), M għandu jkun mill-inqas ġurnata għal:

strumenti derivati li jipprovdu garanzija reali totali jew kważi totali msemmija fl-Anness IV;

tranżazzjonijiet ta’ self marġni li jipprovdu garanzija reali totali jew kważi totali; u

tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ sigurtajiet jew ta’ prodotti

dment li d-dokumentazzjoni tirrikjedi marġnar mill-ġdid u rivalutazzjoni ta’ kuljum u tinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu l-likwidazzjoni jew tpattija immedjata ta’ garanziji reali f’każ ta’ mankanza jew nuqqas ta’ marġnar mill-ġdid.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ skoperturi oħra għal żmien qasir speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti li ma jkunux jagħmlu parti mill-iffinanzjar kontinwu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ min ikun marbut bil-kuntratt, M għandha tkun mill-inqas ġurnata. F’kull każ għandha ssir reviżjoni bir-reqqa taċ-ċirkustanzi partikulari.

15.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li skoperturi għal kumpaniji li jinsabu fil-Komunità u li jkollhom assi u bejgħ konsolidati ta’ inqass minn EUR 500 miljun li jużaw M kif stabbilit fil-punt 12. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissostitwixxu assi totali b’valur ta’ EUR 500 miljun b’assi totali b’valur ta’ EUR 1 000 miljun għall-kumpaniji li primarjament jinvestu fi proprjetà.

16.

L-iżbilanċ fil-maturità għandu jiġi trattat kif speċifikat fl-Artikoli 90-93.

2.   SKOPERTURI RETAIL

2.1.   Il-probabilità ta’ inadempjenza - PD

17.

Il-PD ta’ skopertura għandha tkun mill-inqas 0.03 %.

18.

Il-PD tad-debituri jew fejn jintuża metodu ta’ obbligazzjoni debitorja, dik ta’ skoperturi fi stat ta’ inadempjenza għandha tkun 100 %.

19.

Għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli akkwistati il-PD għandha tkun daqs l-istimi ta’ EL għar-riskju ta’ dilwazzjoni. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tiddekomponi l-istimi ta’ EL tagħha għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli akkwistati f’PD u LGD b’mod affidabbli, tista’ tintuża l-istima tal-PD.

20.

Protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita tista’ tiġi rikonoxxuta bħala eleġibbli billi tiġi aġġustata l-PD, bla ħsara għall-punt 22. Għal riskju ta’ dilwazzjoni, meta istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jużawx l-istimi tagħhom ta’ l-LGDs, dan għandu jkun suġġett għall-konformità ma’ l-Artikli 90 sa 93; għal dan il-għan l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala eliġibbli fornituri ta’ protezzjoni mhux assistita li mhumiex dawk indikati fl-Anness VIII, Parti 1.

2.2.   Telf meta meqjusa l-inadempjenza (Loss-given-default - LGD)

21.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu l-istimi tagħhom ta’ LGD, sakemm ikunu rispettati r-rekwiżiti minimi kif speċifikati fil-Parti 4 u jkun hemm l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti. Għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli akkwistati għandu jintuża l-valur ta’ LGD ta’ 75 %. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tiddekomponi l-istimi ta’ EL tagħha għar-riskju ta’ dilwazzjoni ta’ ammonti riċevibbli akkwistati f’PD u LGD b’mod affidabbli, tista’ tintuża l-istima ta’ l-LGD.

22.

Protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita tista’ tiġi rikonoxxuta bħala eleġibbli billi jiġu aġġustati l-istimi ta’ PD jew LGD, bla ħsara għar-rekwiżiti minimi kif speċifikati fil-Parti 4, punti 99 sa 104 u għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti kemm jekk fir-rigward ta’ skopertura individwali u kemm jekk għal grupp ta’ skoperturi. L-istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex tassenja fuq skoperturi garantiti PD jew LGD aġġustati b’mod li l-piż differenzjat għar-riskju aġġustat ikun inqas minn dak għal skopertura kumparabbli u diretta għall-garanti.

23.

Minkejja l-Punt 22, għall-iskopijiet tal-Parti 1, punt 11, l-LGD ta’ skopertura diretta kumparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni għandu jkun jew l-LGD assoċjat ma’ faċilità mhux milqugħa lill-garanti jew il-faċilità mhux milqugħa ta’ min hu marbut bil-kuntratt, skond jekk fil-każ li kemm il-garanti kif ukoll min hu marbut bil-kuntratt jiġu f’sitwazzjoni ta’ nuqqas (“default”) matul il-ħajja tat-tranżazzjoni milqugħa, xi evidenza disponibbli u l-istruttura tal-garanzija jindikaw li l-ammont irkuprat ikun jiddependi fuq il-kundizzjoni finanzjarja tal-garanti jew ta’ min hu marbut bil-kuntratt, rispettivament.

3.   SKOPERTURI TA’ KAPITAL SUĠĠETTI GĦALL-METODU PD/LGD

3.1.   Il-probabilità ta’ inadempjenza - PD

24.

Il-PD għandhom ikunu ddeterminati skond il-metodi għal skoperturi korporattivi.

Għandhom japplikaw il-PD minimi li ġejjin:

(a)

0,09 % għal skoperturi ta’ kapital innegozjati f’exchange fejn l-investiment huwa parti minn relazzjoni mal-klijent fuq perjodu twil;

(b)

0,09 % għal skoperturi ta’ kapital innegozjati mhux f’exchange fejn id-dħul mill-investiment huwa bbażat fuq flussi ta’ flus kontanti regolari u perjodiċi li ma jkunu derivati minn qliegħ fuq il-kapital;

(c)

0,40 % għal skoperturi ta’ kapital innegozjati f’exchange inklużi pożizzjonijiet qosra kif stabbiliti fil-Parti 1, punt 20; u

(d)

1,25 % għall-iskoperturi ta’ kapital l-oħrajn kollha inklużi pożizzjonijiet qosra kif stabbiliti fil-Parti 1, punt 20.

3.2.   Telf meta meqjusa l-inadempjenza (Loss-given-default - LGD)

25.

Skoperturi ta’ kapital privat f’portfolji diversifikati biżżejjed jistgħu jiġu assenjati LGD ta’ 65 %.

26.

L-iskoperturi l-oħrajn kollha għandhom jiġu assenjati LGD ta’ 90 %.

3.3.   Maturità

27.

L-M assenjata għall-iskoperturi kollha għandha tkun ta’ 5 snin.

PARTI 3

Il-valur ta’ l-iskopertura

1.   SKOPERTURI GĦAL KUMPANIJI, ISTITUZZJONIJIET, AMMINISTRAZZJONIJIET ĊENTRALI U BANEK ĊENTRALI U SKOPERTURI RETAIL.

1.

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-valur ta’ skoperturi fil-bilanċ (on-balance sheet) għandu jitkejjel bħala gross ta’ l-aġġustamenti tal-valur. Din ir-regola tapplika wkoll għal assi akkwistati bi prezz differenti mill-ammont dovut. Għal assi akkwistati, id-differenza bejn l-ammont dovut u l-valur nett irreġistrat fuq il-karta tal-bilanċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu titniżżel bħala skont denotat jekk l-ammont dovut ikun akbar, u bħala primjum jekk dan ikun inqas.

2.

Fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw ftehimiet master ta’ totalizzar (Master netting agreements) fir-rigward ta’ kontrotranżazzjonijiet jew sigurtajiet jew prodotti /tranżazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self ta’ strumenti ta’ kapital, il-valur ta’ l-iskopertura għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikoli 90 sa 93.

3.

Fil-każ ta’ kumpens fil-bilanċ tal-krediti u d-depożiti, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jikkalkulaw il-valur ta’ l-iskopertura għandhom japplikaw il-metodi stabbiliti fl-Artikoli 90 sa 93.

4.

Il-valur ta’ l-iskopertura għal kuntratti ta’ kiri għandu jkun il-ħlas minimu skontat tal-kirja.

Il-“ħlasijiet minimi ta’ kera” huma dawk il-ħlasijiet matul il-perjodu ta’ kera li l-kerrej huwa meħtieġ jew jista’ jinħtieġ li jagħmel u kull għażla ta’ negozjar (jiġifieri għażla li t-tħaddim tagħha huwa ċert biżżejjed). Kull valur residwu garantit li jissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Anness VIII, Parti 1, punti 26 sa 28 li jikkonċernaw l-eliġibilità ta’ fornituri ta’ protezzjoni kif ukoll ir-rekwiżiti minimi biex jiġu rikonoxxuti tipi oħra ta’ garanziji kif ipprovduti fl-Anness VIII, Parti 2, punti 14 sa 19, għandhom ikunu wkoll inklużu fil-ħlasijiet minimi ta’ kera.

5.

Fil-każ ta’ xi element imsemmi fl-Anness IV, il-valur ta’ skopertura għandu jkun iddeterminat permezz tal-metodi stipulati fl-Anness III.

6.

Il-valur ta’ l-iskopertura għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju ta’ ammonti riċevibbli akkwistati għandu jkun l-ammont pendenti meta jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ kapital għar-riskju ta’ dilwazzjoni qabel il-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu.

7.

Meta skopertura tieħu l-forma ta’ titoli jew prodotti mibjugħa, kostitwiti bħala garanzija jew imsellfa fil-qafas ta’ kontrotranżazzjonijiet jew ta’ tranżazzjonijiet ta’ għoti u teħid b’self ta’ strumenti ta’ kapital jew kommoditajiet, ta’ tranżazzjonijiet ta’ saldu fit-tul u tranżazzjonijiet ta’ self marġni, il-valur ta’ l-iskopertura għandu jkun il-valur tat-titoli jew kommoditajiet iddeterminat skond l-Artikolu 74 Meta jintuża l-Metodu integrali għat-Trattament tal-garanziji reali finanzjarji kif definit fl-Anness VIII, parti 3, il-valur ta’ l-iskopertura għandu jiżdied bl-aġġustament għall-volatilità xieraq għal dawn it-titoli jew komoditajiet kif indikat fl-istess Anness. Il-valur ta’ skopertura ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid (kontrotranżazzjonijiet), sigurtajiet u prodotti, tranżazzjonijiet ta’ self u tislif, tranżazzjonijiet ta’ saldi twal u tranżazzjonijiet ta’ self marġni jistgħu jiġu ddeterminati skond l-Anness III jew skond l-Anness VIII, Parti 3, punti 12 sa 21.

8.

Minkejja punt 7, il-valur ta’ l-iskopertura ta’ skoperturi tar-riskju fuq il-kreditu pendenti, kif determinat mill-awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-kontroparti ċentrali għandu jiġi ddeterminat skond l-Anness III, Parti 2, punt 6, kemm il-darba l-iskoperturi tar-riskju fuq il-kreditu tal-kontroparti ċentrali mal-parteċipanti kollha fl-arranġamenti tagħha jipprovdu garanzija reali totali fuq bażi kwotidjana.

9.

Il-valur ta’ l-iskopertura għall-elementi li ġejjin għandu jkun ikkalkulat bħala l-bilanċ disponibbli tal-kreditu mogħti multiplikat b’fattur ta’ konverżjoni.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

(a)

Għal linji ta’ kreditu mhux vinkolanti, li jistgħu jiġu revokati mingħajr ebda kundizzjoni, jew li effettivament jinkludu r-revoka awtomatika f’kull mument mill-istituzzjoni ta’ kreditu mingħajr avviż minn qabel, minħabba d-deterjorazzjoni fil-qagħda ta’ kreditu ta’ min issellef, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Biex japplikaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimmonitoraw b’mod attiv il-kundizzjoni finanzjarja tad-debitur, u s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom għandhom jippermettulhom li jsibu immedjatament kull deterjorament fil-kwalità tal-kreditu tad-debitur. Il-linji ta’ kreditu retail jistgħu jitqiesu bħala revokabbli mingħajr ebda kundizzjoni jekk it-termini kuntrattwali jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tirrevokahom sa fejn huwa permess taħt il-leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u leġiżlazzjoni relatata;

(b)

għal ittri ta’ kreditu fuq perjodu qasir li jirriżultaw mill-moviment ta’ merkanzija, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 20 % kemm għall-istituzzjoni li tordnahom kif ukoll għal dik li taċċettahom;

(c)

għal impennji ta’ xiri ta’ prodotti rinovabbli riċevibbli (revolving purchased receivables) mhux użati u li jistgħu jiġi kkanċellati mingħajr l-ebda kondizzjoni jew li effettivament jipprovdu għall-kanċellazzjoni awtomatika fi kwalunkwe ħin u mingħajr l-ebda avviż mill-istituzzjoni, għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %. Sabiex japplikaw fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 %, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissorveljaw b’mod attiv il-qagħda finanzjarja ta’ min hu marbut bil-kuntratt, u s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom għandhom jippermettulhom li jidentifikaw immedjatament xi deterjorament fil-kwalità ta’ kreditu ta’ dak li huwa marbut bil-kuntratt;

(d)

għal linji ta’ kreditu oħrajn, note issuance facilities (NIF) u krediti rinovabbli (revolving underwriting facilities - RUF) għandu japplika fattur ta’ konverżjoni ta’ 75 %; u

(e)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jilħqu r-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ l-istimi ta’ fatturi ta’ konverżjoni tagħhom kif speċifikat fil-Parti 4 jistgħu jużaw l-istimi ta’ fatturi ta’ konverżjoni tagħhom għal tipi ta’ prodotti differenti, kif deskritti fil-punti (a) sa (d) hawn fuq, sakemm ikollhom l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

10.

Fejn impenn ikun jirreferi għall-estensjoni ta’ impenn ieħor, għandu jintuża l-fattur ta’ konverżjoni l-aktar baxx fost it-tnejn assoċjat ma’ l-impenn individwali.

11.

Għall-prodotti mhux fil-karta tal-bilanċ l-oħrajn kollha mhux imsemmija fil-punt 1 sa 9, il-valur ta’ iskopertura għandu jkun il-persentaġġ tal-valur tagħha, kif ġej:

100 % jekk l-element huwa ta’ riskju totali;

50 % jekk l-element huwa ta’ riskju medju;

20 % jekk l-element huwa ta’ riskju medju/baxx; u

0 % jekk l-element huwa ta’ riskju baxx;

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt l-elementi barra l-bilanċ għandhom jiġu assenjati fil-kategoriji ta’ riskju skond l-Anness II.

2.   SKOPERTURI TA’ STRUMENTI TA’ KAPITAL

12.

Il-valur ta’ l-iskopertura għandu jkun il-valur ippreżentat fl-istqarrijiet finanzjarji. Il-miżuri ta’ skopertura ta’ strumenti ta’ kapital ammissibbli huma dawn li ġejjin:

(a)

Għal investimenti magħmula b’valur ġust (fair value), jekk il-varjazzjonijiet fil-valur ikunu direttament meqjusa fir-riżultati tad-dħul u fil-fondi proprji, il-valur ta’ skopertura huwa l-valur ġust ippreżentat fil-karta tal-bilanċ.

(b)

Għal investimenti magħmula b’valur ġust, jekk il-varjazzjonijiet fil-valur ma jitqisux direttament fir-riżultati tad-dħul imma f’komponent separat ta’ strumenti ta’ kapital aġġustat bit-taxxa, il-valur ta’ skopertura huwa l-valur ġust ippreżentat fil-karta tal-bilanċ; u

(c)

Għal investimenti magħmula bi spiża jew bl-inqas spiża jew suq, il-valur ta’ skopertura huwa il-valur ta’ l-ispiża jew il-valur tas-suq ippreżentat fil-karta tal-bilanċ.

3.   ASSI OĦRAJN MINGĦAJR OBBLIGAZZJONI TA’ KREDITU

13.

Il-valur ta’ skopertura ta’ assi oħra mingħajr obbligazzjoni ta’ kreditu għandu jkun il-valur ippreżentat fl-istqarrijiet finanzjarji.

PARTI 4

Obbligi Minimi għall-Metodu ta’ l-IRB

1.   SISTEMI TA’ KLASSIFIKAZZJONI

1.

“Sistema ta’ klassifikazzjoni” għandha tinkludi l-metodi, proċessi, kontrolli, ġbir ta’ data u sistemi ta’ l-IT kollha li huma ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu, l-attribuzzjoni ta’ skoperturi għal gradi jew aggregati (klassifikazzjoni), u l-kwantifikazzjoni ta’ stimi ta’ inadempjenza u telf għal certu tip ta’ skopertura.

2.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tuża sistemi ta’ klassifikazzjoni diversi, ir-raġuni għall-attribuzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni lil debitur jew tranżazzjoni għandha tiġi ddokumentata u applikata b’mod li jirrifletti b’mod xieraq il-livelli ta’ riskju.

3.

Il-kriterji u l-proċessi ta’ attribuzzjoni għandhom ikunu riveduti perjodikament biex jiddeterminaw jekk jibqgħux xierqa għall-portfolju attwali u l-kundizzjonijiet esterni.

1.1.   Struttura ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni

4.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tuża stimi diretti ta’ parametri ta’ riskju dawn jistgħu jidhru bħala r-riżultati tal-gradi fi skala kontinwa ta’ klassifikazzjoni.

1.1.1.   Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

5.

Sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tqis il-karatteristiċi ta’ riskju tat-tranżazzjoni u d-debitur.

6.

Sistema ta’ klassifikazzjoni għandu jkollha skala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur li tirrifletti esklussivament il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza mid-debitur. L-iskala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur għandu jkollha minimu ta’ 7 gradi għal debituri mhux inadempjenti u waħda għal dawk inadempjenti.

7.

“Grad ta’ debitur” għandu jfisser kategorija ta’ riskju fl-ambitu ta’ skala ta’ klassifikazzjoni ta’ debitur tas-sistema ta’ klassifikazzjoni, li d-debituri huma assenjati lilha fuq bażi ta’ sett speċifiku u distint ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni, li minnhom joħorġu l-istimi tal-PD. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta r-relazzjoni bejn il-gradi tad-debitur fit-termini tal-livell tar-riskju ta’ inadempjenza li jimplika kull grad u l-kriterji użati biex issir distinzjoni bejn il-livelli ta’ riskju ta’ inadempjenza.

8.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu b’protfolji kkonċentrati f’settur partikolari tas-suq u firxa ta’ riskju ta’ inadempjenza għandu jkollhom biżżejjed gradi tad-debitur fl-ambitu ta’ dik il-firxa biex jiġu evitati konċentrazzjonijiet żejda lid-debituri fi grad partikolari. Konċentrazzjonijiet sinifikanti fl-ambitu ta’ grad wieħed għandhom jiġu appoġġjati minn evidenza empirika konvinċenti li l-grad tad-debitur ikopri faxxa tal-PD raġjonevolment dejqa u li r-riskju ta’ inadempjenza tad-debituri kollha fil-grad jaqa’ fl-ambitu ta’ dik il-faxxa.

9.

Biex tikkwalifika għar-rikonoxximent mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-użu għall-kalkolu ta’ l-istimi proprji ta’ l-LGD’s għar-rekwiżit tal-kapital, sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tinkorpora skala ta’ klassifikazzjoni tal-faċilità distinta li tirrifletti esklussivament karatteristiċi ta’ tranżazzjoni relatati ma’ l-LGD.

10.

“Grad ta’ faċilità” għandu jfisser kategorija ta’ riskju fl-ambitu ta’ skala ta’ faċilità ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni, li l-iskoperturi huma assenjati lilhom fuq bażi ta’ sett ta’ kriterji ta’ klassifikazzjoni speċifiċi u distinti li minnhom joħorġu l-istimi proprji ta’ l-LGDs. Id-definizzjoni ta’ grad għandha tinkludi kemm deskrizzjoni ta’ kif l-iskoperturi huma assenjati fil-grad kif ukoll tal-kriterji użati biex issir distinzjoni tal-livelli ta’ riskju fost il-gradi.

11.

Konċentrazzjonijiet sinifikanti fl-ambitu ta’ grad ta’ faċilità waħdani għandhom ikunu sostnuti minn evidenza empirika konvinċenti li l-grad ta’ faċilità jkopri sezzjoni raġjonevolment ristretta ta’ l-LGD, rispettivament, u li r-riskju ta’ l-iskoperturi kollha f’dan il-grad jidħol f’din is-sezzjoni.

12.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-użu ta’ metodi stabbiliti fil-Parti 1, il-punt 6 għall-assenjazzjoni ta’ piż differenzjat għar-riskju għal skoperturi ta’ self speċjalizzat huma eżenti mir-rekwiżit li jkun hemm skala ta’ klassifikazzjoni tad-debitur li tirrifletti esklussivament il-kwantifikazzjoni tar-riskju ta’ inadempjenza mid-debitur għal dawn l-iskoperturi. Minkejja l-punt 6, dawn l-istituzzjonijiet għandu jkollhom għal dawn l-iskoperturi mill-inqas 4 gradi għal debituri mhux inadempjenti u mill-inqas grad wieħed għal debituri inadempjenti.

1.1.2.   Skoperturi ta’ retail

13.

Is-sistemi ta’ klassifikazzjoni għandhom jirriflettu r-riskju kemm tad-debitur u kemm tat-tranżazzjoni, u għandhom jinkludu l-karatteristiċi rilevanti kollha tad-debitur u tat-tranżazzjoni.

14.

Il-livell ta’ differenzazzjoni tar-riskju għandu jiżgura li l-għadd ta’ skoperturi f’ċertu grad jew aggregat ikun biżżejjed biex jippermetti kwantifikazzjoni u validazzjoni sinifikanti tal-karatteristiċi ta’ telf fil-livell tal-grad jew l-aggregat. It-tqassim ta’ l-iskoperturi u d-debituri fi gradi u aggregati għandu jkun b’tali mod li jevita konċentrazzjonijiet eċċessivi.

15.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru li l-proċess ta’ assenjazzjoni ta’ l-iskoperturi fi gradi jew aggregati jwassal għal differenzazzjoni sinifikanti tar-riskju, iwassal għal ragruppament ta’ skoperturi li huma omoġenji biżżejjed, u jippermetti stima preċiża u konsistenti tal-karatteristiċi tat-telf fil-livell tal-grad jew ta’ l-aggregat. Għall-krediti mixtrija, ir-raggruppament għandu jirrifletti l-prattiki ta’ sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ u l-eteroġeneità tal-klijenti tiegħu.

16.

Isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l-fatturi ta’ riskju li ġejjin meta jkunu qegħdin jassenjaw l-iskoperturi fi gradi jew aggregati.

(a)

Karatteristiċi ta’ riskju tad-debitur

(b)

Karatterisitiċi ta’ riskju tat-tranżazzjoni, fosthom tipi kollaterali u prodotti jew it-tnejn li huma. Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jindirizzaw espiliċitament każijiet fejn bosta skoperturi jibbenefikaw mill-istess kollateral; u

(c)

Delinkwenza, sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu ma turix lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li d-delinkwenza mhix fattur ta’ riskju għall-iskopertura;p

1.2.   Assenjazzjoni fi gradi jew aggregati.

17.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha definizzjonijiet proċessi, u kriterji speċifiċi għall-assenjazzjoni ta’ l-iskoperturi fi gradi jew aggragati.

(a)

Id-definizzjonijiet u l-kriterji ta’ grad jew aggregat għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex dawk inkarigati li jassenjaw il-klassifikazzjonijiet ikunu jistgħu jassenjaw b’mod konsistenti lid-debituri jew faċilitajiet li huma ta’ riskju simili fl-istess grad jew aggregat. Din il-konsistenza għandha teżisti f’linji ta’ negozju, dipartimenti u postijiet ġeografiċi.

(b)

Id-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni għandu jippermetti lil partijiet terzi biex jifhmu l-assenjazzjonijiet ta’ l-iskoperturi fi gradi jew aggregati, biex jirreplikaw l-assenjazzjonijiet ta’ grad jew aggregat u biex jivvalutaw il-proprjetà ta’ l-assenjamenti fi grad jew aggregat, u

(c)

Il-kriterji għandhom ikunu wkoll konsistenti ma’ l-istandards ta’ self interni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u mal-policies tagħha dwar kif jiġu ttrattati d-debituri u l-faċilitatjiet.

18.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tqis it-tagħrif rilevanti kollu meta tassenja debituti jew faċilitajiet fi gradi jew aggregati. It-tagħrif għandu jkun attwali u għandu jkun jippermetti lill-istituzzjoni ta’ kreditu biex tbassar ir-rendiment futur ta’ l-iskopertura. Inqas ma istituzzjoni ta’ kreditu jkollha tagħrif, iktar għandu jkollha assenjazzjonijiet ta’ l-iskoperturi fi gradi jew aggregati tad-debituri jew faċilitajiet konservattivi. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tuża klassifikazzjoni esterna bħala fattur ewlieni li jiddetermina assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni interna, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiżgura li tqis tagħrif rilevanti ieħor.

1.3.   Assenjazzjoni ta’ skoperturi

1.3.1.   Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

19.

Kull debitur għandu jkun assenjat fi grad ta’ debitur bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu.

20.

Għall-dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom il-permess jużaw l-istimi proprji ta’ l-LGDs u/jew fatturi ta’ konverżjoni, kull skopertura għandha tiġi assenjata wkoll fi grad ta’ faċilità bħala parti mill-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu.

21.

Istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-metodi stabbiliti fil-Parti 1, il-punt 6 għall-assenjazzjoni ta’ piżijiet ta’ riskju għal skoperturi ta’ self speċjalizzati għandha tassenja kull skopertura fi grad skond il-punt 12.

22.

Kull entità ġuridika separata li l-istituzzjoni ta’ kreditu għaliha hija skoperta għandha tkun ikklassifikata separatament. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtorità kompetenti tagħha li għandha policies aċċettabbli dwar it-trattament ta’ klijienti debituri individwali u gruppi ta’ klijenti konnessi.

23.

Skoperturi separati kontra l-istess debitur għandhom jiġu assenjati fl-istess grad tad-debitur, irrispettivament minn kwalunkwe differenza fin-natura ta’ kull tranżazzjoni speċifika. L-eċċezzjonijiet, meta skoperturi separati jitħallew iwasslu għal gradi diversi għall-istess debitur, huma:

(a)

fil-każ ta’ riskju fi trasferiment bejn pajjiżi, meta dan ikun jiddependi minn jekk l-iskoperturi humiex denominati f’valuta lokali jew barranija;

(b)

meta t-trattament ta’ garanziji assoċjati għal skopertura jista’ jiġi rifless f’aġġustament f’assenjazzjoni fi grad ta’ debitur; u

(c)

meta l-ħarsien tal-konsumatur, is-segretezza bankarja jew xi leġiżlazzjoni oħra jipprojbixxu l-iskambju ta’ dejta dwar il-klijenti.

1.3.2.   Skoperturi ta’ retail

24.

Kull skopertura għandha tiġi assenjata fi grad jew aggregat bħala parti mill-proċess ta’ l-approvazzjoni tal-kreditu.

1.3.3.   Invalidazzjonijiet

25.

Għal assenjazzjonijiet ta’ grad u aggregat, isitituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw is-sitwazzjonijiet li fihom il-ġudizzju uman jista’ jitbiegħed mill-parametri mdaħħla u r-riżultati tal-proċess ta’ l-assenjazzjoni u l-impjegati li jkunu responsabbli għall-approvazzjoni ta’ dawn l-invalidazzjonijiet. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw dawn l-l-invalidazzjonijiet u l-impjegati responsabbli. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom janalizzaw ir-rendiment ta’ l-iskoperturi li l-assenjazzjonijiet tagħhom ma jkunux ġew irrispettati. Din l-analiżi għandha tinkludi l-valutazzjoni tar-rendiment ta’ l-iskoperturi li l-klassifikazzjoni tagħhom ma tkunx ġiet irrispettata minn persuna partikolari, b’kont mogħti ta’ l-impjegati kollha responsabbli.

1.4.   L-integrità tal-proċess ta’ assenjazzjoni

1.4.1.   Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

26.

Assenjazzjonijiet u reviżjonijiet perjodiċi ta’ assenjazzjonijiet għandhom jintemmu jew jiġu approvati minn parti indipendenti li ma tibbenefikax direttament mid-deċiżjonijiet li jestendu l-kreditu.

27.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jaġġornaw l-assenjazzjonijiet ta’ l-inqas kull sena. Debituri b’risku għoli u skoperturi bi problema għandhom ikunu s-suġġett ta’ reviżjoni iżjed frekwenti. Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu assenjazzjoni ġdida jekk joħroġ tagħrif sostanzjali ġdid dwar id-debitur jew l-iskopertura.

28.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċess effettiv biex tikseb u taġġorna t-tagħrif rilevanti dwar il-karatteristiċi tad-debitur li jaffettwa l-PDs, u dwar il-karatteristiċi tat-tranżazzjoni li jaffettwaw l-LGD’s jew/u l-fatturi ta’ konverżjoni.

1.4.2.   Skoperturi ta’ retail

29.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha taġġorna l-assenjazzjonijiet tad-debituri u l-faċilitajiet jew tirrevedi l-karatteristiċi ta’ telf u l-istatus ta’ delinkwenza ta’ kull aggregat ta’ riskju, skond liema minnhom ikun applikabbli, mill-inqas kull sena. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha wkoll, mill-inqas kull sena, tirrevedi b’kampjun rappreżentattiv l-istatus ta’ skoperturi individwali fl-ambitu ta’ kull aggregat bħala mod kif jiġi żgurat li l-iskoperturi jkomplu jiġu assenjati lill-aggregat it-tajjeb.

1.5.   Użu ta’ mudelli

30.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tuża mudelli statistiċi u metodi mekkaniċi oħra biex tassenja l-iskoperturi fi gradi jew aggregati tad-debituri jew il-faċilitajiet:

(a)

L-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha turi lill-awtorità kompetenti tagħha li l-mudell għandu kapaċità tajba għat-tbassir u li r-rekwiżiti tal-kapital mhumiex imxekkla minħabba l-użu tiegħu. Il-varjabbli mdaħħla fil-mudell għandhom jiffurmaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirrużalta minnu. Il-mudell m’għandux ikollu distorzjonijiet sinifikanti.

(b)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha stabbilita proċedura biex id-dħul tad-dejta ġol-mudell jiġi ċċekkjat u dan ikun jinkludi evalwazzjoni tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-adegwatezza tad-dejta.

(c)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu juri li d-data użata biex jinbena l-mudell hija rappreżentattiva tal-popolazzjoni tad-debituri jew skoperturi effettivi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

(d)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudell li jinkludi l-monitoraġġ tar-rendiment u l-istabilità tal-mudell; reviżjoni ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-mudell; u ttestjar tar-riżultati tal-mudell skond ir-riżutlati effettivi; u

(e)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jikkomplimenta l-mudell statistiku permezz ta’ ġudizzju uman u sorveljanza umana biex ikunu riveduti l-assenjazzjonijiet ibbażati fuq il-mudelli u biex jiġi żgurat li l-mudelli jintużaw sew. Proċeduri ta’ reviżjoni għandhom jimmiraw lejn is-sejbien u l-limitazzjoni ta’ l-iżbalji marbuta ma’ dgħjufijiet tal-mudell. Ġudizzji umani għandhom iqisu t-tagħrif kollu rilevanti mhux meqjus mill-mudell. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta kif il-ġudizzju uman u r-riżultati tal-mudell għandhom jingħaqdu flimkien.

1.6.   Dokumentazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni

31.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw it-tfassil u d-dettalji operattivi tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni. Id-dokumentazzjoni għandha tkun ta’ prova ta’ l-adempjenza mar-rekwiżiti minimi f’din il-Parti, u tindirizza suġġetti fosthom id-differenzazzjoni tal-porfolji, il-kriterji ta’ klassifikazzjoni, ir-responsabilitajiet tal-partijiet li jikklassifikaw lid-debituri u lill-iskoperturi, il-frekwenza ta’ reviżjonijiet ta’ assenjazzjoni, u sorveljanza tal-proċess ta’ klassifikazzjoni mill-amministrazzjoni.

32.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta r-raġuni għall-għażla tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni flimkien ma’ analiżi li tappoġġja din l-għażla. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta l-bidliet kbar kollha fil-proċessi ta’ klassifikazzjoni tar-riskju, u dokumentazzjoni bħal din għandha tappoġġja l-identifikazzjoni tal-bidliet li jkunu saru fil-proċess ta’ klassifikazzjoni tar-riskju wara l-aħħar reviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-organizzazzjoni ta’ l-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni tinkludi l-proċess ta’ assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni u l-istruttura ta’ kontroll intern għandha tkun iddokumentata wkoll.

33.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw id-definizzjonijiet speċifiċi ta’ inadempjenza u telf użati internament u juru konsistenza mad-definizzjonijiet stabbiliti minn din id-Direttiva.

34.

Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu timpjega mudelli statistiċi fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta l-metodoloġiji tagħhom. Il-materjal għandu:

(a)

jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tat-teorija, l-assunzjonijiet u/jew bażijiet empiriċi u matematiċi ta’ l-assenjazzjoni ta’ l-istimi tal-gradi, id-debituri, l-iskoperturi jew l-aggregati individwali u s-sors(i) tad-dejta użat(i) għall-istima tal-mudell;

(b)

jistabbilixxi proċess statistiku rigoruż (li jinkludi testijiet ta’ rendiment barra mill-ħin u barra mill-kampjuni) għall-valutazzjoni tal-mudell; u

(c)

jindika kwalunkwe ċirkostanzi meta l-mudell ma’ jaħdimx b’mod effettiv.

35.

L-użu ta’ mudell minn bejjiegħ terz li jsostni li għandu teknoloġija patentata mhux ġustifikazzjoni għal eżenzjoni mid-dokumentazzjoni jew minn kwalunkwe rekwiżit ieħor għal sistemi ta’ klassifikazzjoni. Ir-responsabilità biex jiġu sodisfatti l-awtoritajiet kompetenti hija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

1.7.   Żamma tad-dejta

36.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġbru u jżommu dejta dwar l-aspetti tal-klassifikazzjonijiet interni kif jeħtieġu l-Artikoli 145 sa 149.

1.7.1.   Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

37.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġbru u jżommu:

(a)

L-istorja sħiħa tal-klassifikazzjoni tad-debituri u l-garanti rikonoxxuti,

(b)

Id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet,

(c)

Id-dejta u l-metodoloġija ewlenin użati biex titwassal il-klassifikazzjoni,

(d)

Il-persuna responsabbli għall-assenjazzjoni tal-klassifikazzjoni,

(e)

L-identità tad-debituri u l-iskoperturi inadempjenti,

(f)

Id-data u ċ-ċirkostanzi ta’ inadempjenzi bħal dawn, u

(g)

Dejta dwar il-PDs u rati realizzati ta’ inadempjenza marbuta mal-gradi ta’ klassifikazzjoni u l-migrazzjoni tal-klassifikazzjonijiet.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jużawx l-istimi tagħhom għall-LGDs u/jew il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jiġbru u jżommu dejta dwar tqabbil ta’ LGDs realizzati mal-valuri stabbiliti fil-Parti 2, il-punt 8 u tqabbil ta’ fatturi ta’ konverżjoni realizzati mal-valuri kif stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 9.

38.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw stimi ta’ l-LGD’s tagħhom stess u/jew fatturi ta’ konverżjoni għandhom jiġbru u jżommu:

(a)

L-istorja sħiħa tad-dejta dwar il-klassifikazzjoni tal-faċilitajiet u l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni u l-LGD marbuta ma’ kull skala ta’ klassifikazzjoni,

(b)

Id-dati li fihom ġew assenjati l-klassifikazzjonijiet u saru l-istimi,

(c)

Id-dejta u l-metodoloġija ewlenin użati biex jitwasslu l-klassifikazzjonijiet tal-faċilitajiet u l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni u l-LGD,

(d)

L-identità tal-persuna li assenjat il-klassifikazzjoni tal-faċilità u tal-persuna li pprovdiet l-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni u l-LGD,

(e)

Dejta dwar l-LGD’s u l-fatturi ta’ konverżjoni stmati u realizzati marbuta ma’ kull skopertura inadempjenti,

(f)

Dejta dwar l-LGD ta’ l-iskopertura qabel u wara l-valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ derivattivi ta’ kreditu/ jew garanti, għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirriflettu l-effetti mitiganti ta’ riskju ta’ kreditu tal-garanziji jew derivattiviivi ta’ kreditu permezz ta’ LGD, u

(g)

Dejta dwar il-komponenti ta’ telf għal kull skopertura inadempjenti.

1.7.2.   Skoperturi ta’ retail

39.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġbru u jżommu:

(a)

Dejta użata fil-proċess ta’ allokazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregati,

(b)

Dejta dwar il-PDs, l-LGDs u l-fatturi ta’ konverżjoni stmati marbuta mal-gradi jew l-aggregati ta’ l-iskoperturi,

(c)

L-identità tad-debituri u l-iskoperturi inadempjenti,

(d)

Għall-iskoperturi inadempjenti, dejta dwar il-gradi jew l-aggregati li l-iskopertura kienet assenjata fiha matul is-sena ta’ qabel l-inadempjenza u r-riżultati effettivi realizzati ta’ l-LGD u l-fattur ta’ konverżjoni, u

(e)

Dejta dwar rati ta’ telf u dħul marġinali biex jiġu kkwalifikati skoperturi ta’ retail li jdur.

1.8.   Testijiet ta’ stress użati fl-evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza tal-kapital

40.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha stabbiliti proċeduri ta’ ttestjar ta’ l-istress għall-użu fl-evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza tal-kapital tagħha. L-ittestjar ta’ l-istress għandu jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ avvenimenti possibbli jew bidliet futuri fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li jista’ jkollhom effetti sfavorevoli fuq l-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u evalwazzjoni ta’ l-abbiltà ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu biex tilqa’ għal dawn il-bidliet.

41.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħmel test ta’ l-istress tar-riskju ta’ kreditu b’mod regolari biex tevalwa l-effett ta’ ċerti kundizzjonijiet speċifiċi fuq ir-rekwiżiti tal-kapital totali tagħha għar-riskju ta’ kreditu. It-test għandu jintgħażel mill-istituzzjoni ta’ kreditu soġġett għal reviżjoni superviżorja. Dan it-test għandu jkun sinifikattiv u raġonevolment konservattiv, u mill-inqas iqis l-effett ta’ xenarji ta’ reċessjoni moderata. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tevalwa l-migrazzjoni fil-klassifikazzjonijiet tagħha fix-xenarji tat-test ta’ stress. Portfolji stressjati għandu jkollhom il-maġġoranza vasta ta’ l-iskopertura totali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

42.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw it-trattament stipulat fil-Parti 1, punt 4 għandhom jikkunsidraw bħala parti mill-qafas ta’ ttestjar ta’ stress l-impatt tad-deterjorazzjoni fil-kwalità tal-kreditu tal-fornituri ta’ protezzjoni, b’mod partikulari l-impatt ta’ fornituri ta’ protezzjoni li ma jaqgħux taħt il-kriterji ta’ eliġibilità.

2.   KWANTIFIKAZZJONI TAR-RISKJU

43.

Fid-determinazzjoni tal-parametri tar-riskju li għandu jkun marbut mal-gradi jew aggregati ta’ klassifikazzjoni, istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin.

2.1.   Definizzjoni ta’ inadempjenza

44.

Jitqies li kien hemm “inadempjenza” fir-rigward ta’ debitur partikolari meta jiġri ta’ l-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

L-istituzzjoni ta’ kreditu tqis li d-debitur x’aktarx li ma jkunx se jħallas l-obbligazzjonijiet tal-kreditu tiegħu kollha lill-istituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża parent jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha, mingħajr ma l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha tirrikorri għal azzjonijiet bħar-realizzazzjoni ta’ xi sigurtà (jekk hemm);

(b)

Id-debitur qabeż l-iskadenza għall-ħlas b’iktar minn 90 jum għal kwalunkwe obbligazzjoni ta’ kreditu sostanzjali lill-istituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża parent jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha.

Għal owverdrafts, il-jiem ta’ l-arretrat jibdew mill-mument li d-debitur ikun qabeż il-limitu avżat, ikun ġie avżat b’limitu iqsar minn dak li hu attwalment pendenti, jew ikun uża kreditu mingħajr awtorizzazzjoni u li l-ammont ikkonċernat huwa sinifikanti.

Limitu avżat jiġifieri limitu li li jkun ġie notifikat lid-debitur.

L-għadd tal-jiem ta’ arretrati għall-kards ta’ kreditu jibda’ fid-data dovuta tal-ħlas minimu.

Fil-każ ta’ skoperturi ta’ retail u skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku (PSE) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw limitu għall-perjodu ta’ l-arretrat skond kif speċifikat fil-punt 48.

Fil-każ ta’ skoperturi korporattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw limitu għall-perjodu ta’ l-arretrat skond kif speċifikat fl-Artiklu 154(7).

Fil-każ ta’ skoperturi ta’ retail, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu japplikaw id-definizzjoni ta’ default fil-livell ta’ operazzjoni unika.

F’kull każ l-iskopertura li qiegħda b’lura għandha tkun ogħla mil-livell minimu stipulat mill-awtoritajiet kompetenti u li jirrifletti livell raġonevoli ta’ riskju.

45.

L-elementi li jridu jitqiesu bħala indikazzjonijiet li x’aktarx mhux se jkun hemm ħlas għandhom jinkludu ċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

L-istituzzjoni ta’ kreditu tagħti lill-obbligazzjoni ta’ kreditu status ta’ “mhux dovut”.

(b)

L-istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel aġġustament tal-valur li jirriżulta minn tnaqqis sinifikanti perċepit fil-kwalità tal-kreditu wara li l-istituzzjoni ta’ kreditu tieħu l-iskopertura.

(c)

L-istituzzjoni ta’ kreditu tbiegħ l-obbligazzjoni ta’ kreditu b’telf ekonomiku sostanzjali relatat mal-kreditu.

(d)

L-istituzzjoni ta’ kreditu taqbel li jkun hemm ristrutturazzjoni oneruża ta’ l-obbligazzjoni ta’ kreditu meta dan x’aktarx iwassal għal obbligazzjoni finanzjarja mnaqqsa kkawżata mill-maħfra sostanzjali, jew il-posponiment tal-kapital, l-imgħax jew (fejn rilevanti) il-miżati. Dan jinkludi fil-każ ta’ skoperturi ta’ kapital stmati skond il-Metodu PG/LGD, ristrutturazzjoni oneruża tal-kapital innifsu.

(e)

L-istituzzjoni ta’ kreditu tkun għamlet rikors għall-falliment tad-debitur jew ordni simili fir-rispett ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu tad-debitur lejn l-istituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża parent jew waħda mis-sussidjarji tagħha, u

(f)

Id-debitur jkun talab jew ikun tqiegħed fi stat ta’ falliment jew sitwazzjoni simili meta din is-sitwazzjoni timpedixxi jew toħloq dewmien tal-ħlas lura ta’ obbligazzjoni ta’ kreditu lill-isitituzzjoni ta’ kreditu, l-impriża parent jew waħda mis-sussidjari tagħha.

46.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw data esterna li mhix fiha nnifisha konsistenti mad-definizzjoni ta’ inadempjenza, għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li saru l-aġġustamenti xierqa biex tintlaħaq ekwivalenza sostanzjali mad-definizzjoni ta’ inadempjenza.

47.

Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tqis li skopertura li qabel kienet klassifikata bħala insolventi tkun fi stat li ma jkunx meħtieġ li titkompla għaliha l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi previsti mid-definizzjoni ta’ inadempjenza, hija għandha tikklassifika lid-debitur jew lill-faċilità daqs li kieku kienet skopertura regolari. Jekk imbagħad waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi sseħħ, jitqies li kien hemm inadempjenza oħra.

48.

Għal skoperturi ta’ retail u PSE, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jistabbilixxu l-għadd eżatt ta’ jiem ta’ arretrat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha fil-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jimxu magħhom skond id-definizzjoni ta’ inadempjenza stabbilita fil-punt 44, għal skoperturi ta’ dawk il-kontropartijiet li jkunu f’dan l-Istat Membru. In-numru speċifiku għandu jkun bejn 90 u 180 jum u jista’ jvarja skond il-linji tal-prodotti. Għall-iskoperturi fil-konfront ta’ kontropartijiet ta’ dan it-tip li jkunu jinsabu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw numru ta’ ġranet ta’ arretrat li ma jkunx akbar min-numru stabbilit mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru rispettiv.

2.2.   Rekwiżiti ġenerali għall-istima

49.

L-istimi proprji ta’ l-isituzzjoni ta’ kreditu tal-parametri ta’ riskju PD, LGD, fattur ta’ konverżjoni u EL għandhom jinkorporaw id-data rilevanti kollha, it-tagħrif u l-metodi. L-istimi għandhom jinħarġu bl-użu kemm ta’ esperjenza storika kif ukoll ta’ evidenza empirika, u ma jkunux ibbażati purament fuq konsiderazzjonijiet ġudikatorji. L-istimi għandhom ikunu plawżibbli u intuwitivi u għandhom ikunu bbażati fuq id-determinanti sostanzjali tal-parametri ta’ riskju rispettivi. Inqas ma l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha data, iktar għandha tkun konservattiva fl-istimi tagħha.

50.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun lesta tipprovdi analiżi ta’ l-esperjenza ta’ telf tagħha fit-termini ta’ frekwenza ta’ l-inadempjenzi, LGD, fattur ta’ konverżjoni, jew telf meta jintużaw l-istimi ta’ l-EL, mill-fatturi li hija tarahom bħala d-determinanti tal-parametri ta’ riskju rispettivi. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi li l-istimi tagħha huma rappreżentattivi ta’ esperjenza għat-tul.

51.

Għandhom jitqiesu wkoll kwalunkwe bidliet fil-prassi tas-self jew fil-proċess għall-irkupri matul il-perjodi ta’ osservazzjoni msemmija fil-punti 66, 71, 82, 86, 93 u 95. L-istimi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jirriflettu l-implikazzjonijiet ta’ avvanzi tekniċi u dejta ġdida u tagħrif ieħor, hekk kif dawn isiru disponibbli. Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrevedu l-istimi tagħhom kull meta joħroġ tagħrif ġdid u mill-inqas kull sena.

52.

Il-popolazzjoni ta’ skoperturi rrappreżentati fid-data użata għall-istima, l-istandards ta’ self użati meta d-data tkun ġiet prodotta u karatteristiċi rilevanti oħra għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk ta’ l-iskoperturi u l-istandards ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. L-istituzzjoni ta’ kreditu trid ukoll turi li l-kundizzjonijiet ekonomiċi u tas-suq li d-data hija bbażata fuqhom huma rilevanti għall-kundizzjonijiet attwali u prevedibbli. L-għadd ta’ skoperturi fil-kampjun u l-perjodu ta’ data użat għall-kwantifikazzjoni għandhom ikunu biżżejjed biex jipprovdu kunfidenza lill-istituzzjoni ta’ kreditu dwar il-preċiżjoni u s-solidità ta’ l-istimi tagħha.

53.

Għal ammonti riċevibbli mixtrija l-istimi għandhom jirriflettu t-tagħrif kollu rilevanti disponibbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu xerrejja dwar il-kwalità ta’ l-ammonti riċevibbli sotttostanti, fosthom dejta għal aggregati simili pprovduti mill-bejjiegħ, mill-istituzzjoni ta’ kreditu xerrejja, jew minn sorsi esterni. L-istituzzjoni ta’ kreditu xerrejja għandha tivvaluta kwalunkwe dejta li l-bejjiegħ ikun qagħad fuqha.

54.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżid ma’ l-istimi tagħha marġini ta’ konservatiżmu relatat mal-firxa mistennija ta’ żbalji fl-istima. Meta l-metodi u d-data huma inqas sodisfaċenti u l-firxa mistennija ta’ żbalji hija ikbar, il-marġini ta’ konservatiżmu jkun ikbar.

55.

Jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw stimi differenti għall-kalkolu ta’ piżijiet ta’ riskju u kwistjonijiet interni, dan għandu jiġi ddokumentat u r-raġuni għandha tintwera lill-awtorità kompetenti.

56.

Jekk istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li saru l-aġġustamenti xierqa għad-dejta li nġabret qabel id-dejta ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tintlaħaq ekwivalenza sostanzjali mad-definizzjonijiet ta’ inadempjenza jew telf, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jħallu xi ftit flessibilità lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-applikazzjoni ta’ l-istandards meħtieġa għad-dejta.

57.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tuża data aggregata ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, hija għandha turi li:

(a)

Is-sistemi u l-kriterji ta’ klassifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra fl-aggregat ikunu jixbhu lil tagħha.

(b)

L-aggregat għandu jkun rappreżentattiv għall-portfolju li għaliha tkun intużat id-data aggregata; u

(c)

Id-data aggregata tintuża konsistentement fuq medda ta’ żmien mill-istituzzjoni ta’ kreditu għall-istimi tagħha.

58.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tuża dejta aggregata minn istituzzjonijiet ta’ kreditu, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-integrità tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtorità kompetenti li għandha għarfien biżżejjed tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħha, inklużi l-abilità effettiva ta’ monitoraġġ u awditjar tal-proċess ta’ klassifikazzjoni.

2.2.1.   Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-istima tal-PD

Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

59.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu stima tal-PD għal kull grad tad-debitur fuq bażi ta’ medja ta’ perjodi twal ta’ rati ta’ inadempjenza relatati għal prospettivi bbażati fuq tul ta’ sena.

60.

Għal ammonti riċevibbli korporattivi mixtrija, l-istituzzjoniiet ta’ kreditu jistgħu jagħtu stima ta’ l-ELs għal kull grad tad-debitur fuq bażi ta’ medja ta’ perjodi twal ta’ rati ta’ inadempjenza relatati għal prospettivi bbażati fuq tul ta’ sena.

61.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ġġib stimi għat-tul tar-rati medji ta’ PDs u LGDs għal ammonti riċevibbli korporattivi mixtrija minn stima ta’ EL, u stima xierqa ta’ PD jew LGD, il-proċess għall-għoti ta’ stima tat-telf totali għandu jilħaq l-istandards ġenerali għall-istima tal-PD u l-LGD stabbilit f’din il-Parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD stabbilit mill-punt 73.

62.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw tekniki ta’ stima tal-PD biss flimkien ma’ analiżi li tappoġġjaha. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrikonoxxu l-importanza ta’ kunsiderazzjonijiet ġudikattivi fil-kombinazzjoni tar-riżultati tat-tekniki u fl-eżekuzzjoni ta’ aġġustamenti għal-limitazzjonijiet ta’ tekniki u tagħrif.

63.

Sal-punt sa fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tuża data dwar l-esperjenza interna ta’ inadempjenza għall-istima tal-PDs hija għandha turi fl-analiżi tagħha li l-istimi huma mera ta’ l-istandards ta’ sottoskrizzjoni u ta’ kwalunkwe differenzi fis-sistema ta’ klassifikazzjoni li ġġenerat id-data u s-sistema attwali ta’ klassifikazzjoni. Meta standards ta’ sottoskrizzjoni jew sistemi ta’ klassifikazzjoni jkunu nbidlu, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżid marġini ikbar ta’ konservatiżmu fl-istima ta’ PD tagħha.

64.

Sal-punt sa fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu torbot jew tqabbel il-gradi interni tagħha ma’ l-iskala użata minn ECAI jew organizzazzjonijet simili u mbagħad tattribbwixxi r-rata ta’ inadempjenza osservata għall-gradi ta’ organizzazzjoni esterna għall-gradi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, l-irbit għandu jkun ibbażat fuq tqabbil tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni interna għall-kriterji użati mill-organizzazzjoni esterna u fuq tqabbil tal-klassifikazzjonijiet interni u esterni ta’ kwalunkwe debitur komuni. Preġudizzji jew inkonsistenzi fil-metodu ta’ tqabbil jew data sottostanti għandhom jiġu evitati. Il-kriterji adottati mill-organizzazzjoni esterna għad-data użata sottostanti għall-kwantifikazzjoni għandhom ikun orjentati biss lejn riskju ta’ inadempjenza u mhux lejn il-karatteristiċi tat-tranżazzjoni. L-analiżi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi tqabbil tad-definizzjonijiet ta’ inadempjenza użati, soġġetti għar-rekwiżiti tal-punti 44 sa 48. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddokumentaw il-bażi għat-tqabbil.

65.

Sal-punt sa fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tuża mudelli ta’ previżjoni statistika ta’ inadempjenza, hija tista’ tagħmel stima tal-PD bħala l-medja sempliċi ta’ l-istimi ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għal debituri individwali f’ċertu grad. L-użu mill-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ mudelli ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza għal din ir-raġuni għandu jlaħħaq l-istandards speċifikati fil-punt 30.

66.

Irrispettivament minn jekk istituzzjoni ta’ kreditu hix qed tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregati, jew kombinazzjoni tat-tlieta, għall-istima tal-PD tagħha, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storiku sottostanti użat għandu jkun mill-inqas ta’ ħames snin għal mill-inqas sors wieħed. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jdum iktar għal kwalunkwe sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal. Dan il-punt jgħodd ukoll għall-Metodu tal-PD/LGD għall-kapital. L-Istati Membri jistgħu jippermettu istituzzjonijiet ta’ kreditu li m’għandhomx permess li jużaw stimi tagħhom ta’ l-LGDs jew fatturi ta’ konverżjoni, li jkollhom dejta rilevanti li tkopri perjodu ta’ sentejn, meta jimplimentaw il-metodu IRB. Il-perjodu li jrid jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm d-dejta rilevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

Skoperturi ta’ retail

67.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu stima tal-PD permezz ta’ grad jew aggregat tad-debitur fuq bażi tal-medja ta’ perjiodu twil ta’ rati ta’ inadempjenza relatati għal prospettivi bbażati fuq tul ta’ sena.

68.

Minkejja l-punt 67, stimi tal-PD jistgħu wkoll joħorġu minn telf realizzat u stimi xierqa ta’ l-LGDs.

69.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu d-data interna għall-assenjazzjoni ta’ l-iskoperturi għal gradi jew aggregati bħala s-sors ewlieni tat-tagħrif għall-istima tal-karatteristiċi ta’ telf. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw data esterna (inkluża data aggregata) jew mudelli statistiċi għall-kwantifikazzjoni sakemm tkun tista’ tintwera rabta qawwija bejn:

(a)

il-proċess ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi għall-gradi jew aggregati u l-proċess użat mis-sors ta’ dejta esterna; u

(b)

il-profil ta’ riskju intern ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kompożizzjoni tad-data esterna.

Għal ammonti riċevibbli mixtrija, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw data ta’ referenza esterna u interna. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw is-sorsi ta’ data rilevanti bħala punti ta’ tqabbil.

70.

Jekk istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ stimi fuq bażi ta’ medja ta’ perjodi twal ta’ PD u LGD għar-retail minn stima ta’ telf totali, u stima xierqa ta’ PD jew LGD, il-proċess għall-istima ta’ telf totali għandu jlaħħaq l-istandards ġenerali għall-istima tal-PD u l-LGD stabbilita f’din il-Parti, u r-riżultat għandu jkun konsistenti mal-kunċett ta’ LGD kif stabbilit fil-punt 73.

71.

Irrispettivament minn jekk istituzzjoni ta’ kreditu hix tuża sorsi ta’ data esterni, interni jew aggregati, jew kombinazzjoni tat-tlieta, għall-istima tal-karatteristiċi ta’ telf, it-tul tal-perjodu ta’ osservazzjoni storiku sottostanti użat għandu jkun mill-inqas ta’ ħames snin għal mill-inqas sors wieħed. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jdum iktar għal kwalunkwe sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal. Istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex għax tagħti l-istess importanza għal data storika jekk tista’ tikkonvinċi lill-awtoritajiet kompetenti tagħha li data iżjed riċenti tista’ tagħti previżjoni aħjar għar-rati ta’ telf. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, meta dawn jimplimentaw il-metodu IRB, li jkollhom dejta li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li jrid jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm d-dejta rilevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

72.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jidentifikaw u janalizzaw il-bidliet mistennija fil-parametri tar-riskju fuq il-ħajja ta’ l-iskoperturi ta’ kreditu (effetti staġjonali).

2.2.2.   Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi interni ta’ l-LGD

73.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu stima ta’ l-LGDs skond il-grad jew aggregat fuq il-bażi tal-medja ta’ LGDs skond il-grad jew aggregat ta’ faċilità bl-użu ta’ l-inadempjenzi osservati kollha fl-ambitu tas-sorsi tad-data (medja b’piż differenzjat ta’ inadempjenza).

74.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu juża l-istimi ta’ l-LGD li huma xierqa għal reċessjoni ekonomika jekk dawn huma iktar konservattivi mill-medja ta’ perjodi twal. Sal-punt sa fejn sistema ta’ klassifikazzjoni hija mistennija twassal LGDs realizzati konsistentement skond il-grad jew l-aggregat fuq bażi ta’ medja ta’ perjodi twal, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tal-parametri ta’ riskju tagħhom skond il-grad jew l-aggregat biex jiġi limitat l-impatt kapitali ta’ reċessjoni ekonomika.

75.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha tqis kemm hemm dipendenza bejn ir-riskju tad-debitur u kollaterali jew minn qed jipprovdi l-kollaterali. Każijiet li jkollhom grad sinifikanti ta’ dipendenza għandhom jiġu indirizzati b’mod konservattiv.

76.

Nuqqas ta’ qbil fil-valuta bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-kollaterali għandhom jiġu ttrattati b’mod konservattiv fl-istima ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ l-LGD.

77.

Sal-punt sa fejn l-istimi ta’ l-LGD jqisu l-eżistenza tal-kollaterali, dawn l-istimi m’għandhom ikunu bbażati biss fuq il-valur fis-suq stmat għall-kollaterali. Stimi ta’ l-LGD għandhom iqisu l-effett ta’ l-inabbiltà potenzjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu kontroll tal-kollaterali tagħhom malajr u li jillikwidawha.

78.

Sal-punt li l-istimi ta’ l-LGD jqisu l-eżistenza tal-kollaterali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jridu jistabilixxu rekwiżiti interni għall-immaniġjar tal-kollaterali, ċertezza legali u l-immaniġjar tar-riskju li b’mod ġenerali huma konsistenti ma’ dawk stipulati fl-Anness VIII, Parti 2.

79.

Sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu tirrikonoxxi kollaterali (garanziji reali) biex tiddetermina il-valur ta’ skopertura għal riskju fuq il-kreditu tal-kontroparti ċentrali skond l-Anness III, Parti 5 jew 6, kwalunkwe ammont mistenni li jiġi rkuprat minn kollateral bħal dan m’ għandux jitqies fl-istimi ta’ l-LGD.

80.

Għall-każ speċifiku ta’ skoperturi li diġà qegħdin f’inadempjenza, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża l-figura ta’ l-aħjar stima ta’ telf mistenni għal kull skopertura skond iċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istatus ta’ skopertura u l-possibilità ta’ aktar telf mhux mistenni waqt iż-żmien ta’ rkupru.

81.

Sal-punt sa fejn miżati ta’ dewmien mhux imħallsa ġew ikkapitalizzati fl-istqarrija tad-dħul ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, dawn għandhom jiżdiedu mal-miżura ta’ skopertura u telf ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

82.

Stimi ta’ l-LGD għandhom ikunu bbażati fuq dejta miġbura tul minimu ta’ ħames snin, li jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ dejta wieħed. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jdum iktar għal kwalunkwe sors, u din id-dejta hija rilevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal.

Skoperturi ta’ retail

83.

Minkejja l-punt 73, stimi ta’ l-LGD jistgħu jinħarġu minn telf realizzat u stimi xierqa tal-PDs.

84.

Minkejja l-punt 89, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirriflettu utilizzi ġejjiena jew fil-fattur ta’ konverżjoni jew fl-istimi ta’ l-LGD.

85.

Għal ammonti riċevibbli ta’ retail mixtrija l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw data esterna u interna għall-istima ta’ l-LGDs.

86.

Stimi ta’ LGD għandhom ikunu bbażati fuq data relatata għal perjodu minimu ta’ ħames snin. Minkejja l-punt 73, istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex għalfejn tagħti l-istess importanza lil data storika jekk tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li data iżjed riċenti tista’ tagħti previżjoni aħjar għar-rati ta’ telf. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, meta dawn jimplimentaw il-metodu IRB, li jkollhom dejta li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li jrid jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm d-dejta rilevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

2.2.3.   Rekwiżiti speċifiċi għal stimi ta’ fatturi ta’ konverżjoni interni

87.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu stima tal-fatturi ta’ konverżjoni skond il-grad jew l-aggregat tal-faċilità abbażi tal-fatturi medji ta’ konverżjoni realizzati skond il-grad jew l-aggregat tal-faċilità bl-użu ta’ l-inadempjenzi osservati fl-ambitu ta’ is-sorsi ta’ data (medja ta’ inadempjenza b’piż differenzjat).

88.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw stimi ta’ fattur ta’ konverżjoni li huma xierqa għal reċessjoni ekonomika jekk dawn ikunu iktar konservattivi mill-medja għat-tul. Sal-punt li sistema ta’ klassifikazzjoni hija mistennija li twassal għal fatturi ta’ konverżjoni realizzati skond il-grad jew l-aggregat kostanti fiż-żmien, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu l-aġġustamenti għall-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skond il-grad jew l-aggregat biex tillimita l-impatt kapitali ta’ reċessjoni ekonomika.

89.

L-istimi tal-fattur ta’ konverżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirriflettu l-possibbiltà ta’ ġbid ta’ flus ieħor mid-debitur sa u wara l-mument li fih jivverifika ruħu avveniment li jikkwalifika bħala inadempjenza.

L-istima tal-fattur ta’ konverżjoni għandu jinkorpora marġini ikbar ta’ konservatiżmu fejn wieħed jista’ raġonevolment jistenna korrelazzjoni pożittiva ikbar bejn il-frekwenza ta’ inadempjenza u l-kobor tal-fattur ta’ konverżjoni.

90.

Biex jaslu għall-istimi tal-fatturi ta’ konverżjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l-policies u l-istrateġiji speċifiċi tagħhom adottati fir-rispett ta’ monitoraġġ tal-kont u pproċessar tal-ħlas. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll iqisu l-abbiltà u r-rieda tagħhom li ma jħallux li jsir iżjed ġbid ta’ flus f’ċirkostanzi differenti mill-inadempjenza, bħall-ksur ta’ patti jew ġrajjiet ta’ inadempjenza teknika oħra.

91.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom stabbiliti proċeduri u sistemi adegwati għall-monitoraġġ ta’ l-ammonti ta’ krediti, ir-rapport bejn pendenti attwali u marġini użat u l-bidliet tal-pendenti skond id-debitur u l-grad. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kapaċi tissorvelja bilanċi pendenti kuljum.

92.

Jekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw stimi differenti ta’ fatturi ta’ konverżjoni għall-kalkolu ta’ riskju ta’ ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat u raġunijiet interni, dan għandu jiġi ddokumentat u r-raġunar irid jintwera lill-awtoritajiet kompetenti.

Skoperturi għal kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali

93.

Stimi tal-fattur ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażati fuq dejta miġbura tul perjodu minimu ta’ ħames snin, li jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ dejta wieħed. Jekk il-perjodu ta’ osservazzjoni disponibbli jdum iktar għal kwalunkwe sors, u din id-data hija rilevanti, għandu jintuża dan il-perjodu itwal.

Skoperturi ta’ retail

94.

Minkejja l-punt 89, l-istituzzjoni jistgħu jirriflettu ġbid ta’ flus ġejjieni jew fil-fatturi ta’ konverżjoni jew fl-istimi ta’ l-LGD tagħhom.

95.

Stimi ta’ fatturi ta’ konverżjoni għandhom ikunu bbażat fuq data miġbura matul minimu ta’ ħames snin. Minkejja l-punt 87, istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex għalfejn tagħti l-istess importanza lil dejta storika jekk tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li data iżjed riċenti tista’ tagħti previżjoni aħjar tal-ġbid tas-self. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, meta dawn jimplimentaw il-metodu IRB, li jkollhom dejta li tkopri perjodu ta’ sentejn. Il-perjodu li jrid jiġi kopert għandu jiżdied b’sena kull sena sakemm d-dejta rilevanti tkopri perjodu ta’ ħames snin.

2.2.4.   Rekwiżiti minimi għall-istima ta’ l-effett ta’ garanziji u d-derivattivitivi tal-kreditu

Skoperturi lill-kumpaniji, istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali u banek ċentrali fejn jintużaw l-istimi proprji ta’ l-LGD u skoperturi ta’ retail.

96.

Ir-rekwiżiti fil-punt 97 sa 104 m’għandhomx japplikaw għall-garanziji pprovduti minn istituzzjonijiet u amministrazzjonijiet ċentrali jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun irċeviet aċċettazzjoni biex jiġu applikati r-regoli ta’ l-Artikoli 78 sa 83 għall-iskoperturi għal entitajiet bħal dawn. F’dan il-każ ir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 90 sa 93 għandhom japplikaw.

97.

Għall-garanziji ta’ retail, dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għall-assenjazzjoni ta’ l-iskoperturi għall-gradi jew l-aggregati, u l-istima tal-PD.

Garanziji u garanti eliġibbli

98.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom kriterji speċifikati b’mod ċar għat-tipi ta’ garanti li jirrikonuxxu għall-kalkolu ta’ ammonti ta’ skoperturi ta’ riskju b’piż differenzjat.

99.

Għal garanti rikonoxxuti japplikaw l-istess regoli stabbiliti mill-punt 17 sa 29 għad-debituri.

100.

Il-garanzija trid tiġi evidenzjata bil-miktub, b’mod li ma jitħassarx min-naħa tal-garanti, tibqa’ fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tiġi sodisfata kollha (sal-punt ta’ l-ammont u n-natura tal-garanzija) u inforzabbli bil-liġi kontra l-garanti f’ġurisdizzjoni fejn il-garanti għandu l-assi biex jenforza sentenza. Garanziji li jippreskrivu kundizzjonijiet li l-garanti m’għandux għaliex jirrispetta (garanziji kundizzjonali) jistgħu jiġu rikonoxxuti basta jkun hemm il-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu juri li l-kriterji ta’ assenjazzjoni jindirizzaw adegwatament kwalunkwe tnaqqis potenzjali fl-effett ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

Kriterji ta’ aġġustament

101.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha kriterji speċifikatament iċċarati għall-aġġustamenti fl-istimi ta’ l-LGD, il-gradi jew l-aggregati, u f’każ ta’ retail u ammonti riċevibbli mixtrija eliġibbli, għall-proċess ta’ allokazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregati, biex jirriflettu l-impatt tal-garanziji għall-kalkolu ta’ ammonti ta’ skoperturi ta’ riskju b’piż differenzjat. Dawn il-kriterji għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punt 17 sa 29.

102.

Il-kriterji għandhom ikunu plawżibbli u intuwittivi. Dawn għandhom jikkunsidraw l-abbiltà u r-rieda tal-garanti biex jonora l-garanzija, li pjan taż-żmien meta x’aktarx se jġallas il-pagamenti, il-grad ta’ korrelazzjoni bejn l-abbiltà tal-garanti li jonora l-garanzija u l-abbiltà tad-debitur biex iħallas lura dejnu, u sa liema punt jibqa’ fis-seħħ ir-riskju residwu tad-debitur.

Derivattivii ta’ kreditu

103.

Ir-rekwiżiti minimi għall-garanziji f’din il-Parti għandhom japplikaw ukoll għal derivattivitivi ta’ kreditu b’isem wieħed (single name). Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ nuqqas ta’ qbil bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ referenza tad-derivattivitivi ta’ kreditu jew l-obbligazzjoni użata biex tiddetermina jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VIII il-Parti 2, il-punt 21. Għal skoperturi ta’ retail u ammonti riċevibbli mixtrija eliġibbli, dan il-punt japplika għall-proċess ta’ allokazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregati.

104.

Il-kriterji għandhom jindirizzaw l-istruttura ta’ ħlas tad-derivattivi ta’ kreditu u jagħtu stima konservattiva ta’ l-impatt li din l-istruttura għandha fuq il-livell u ż-żmien ta’ l-irkupri. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jqis sa liema punt forom oħra ta’ riskju residwu jibqgħu fis-seħħ.

2.2.5.   Rekwiżiti minimi għal ammonti riċevibbli mixtrija

Ċertezza ġuridika

105.

L-istruttura tal-faċilità għandha tiżgura li fiċ-ċirkostanzi prevedibbli kollha, l-istituzzjoni ta’ kreditu hija s-sid u għandha l-kontroll ta’ kull rimessa f’kontanti ġejja mill-ammonti riċevibbli. Meta d-debitur iħallas direttament lil bejjiegħ jew ġestur l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tivverifika regolarment li l-ħlasijiet għaddew għal kollox u skond it-termini maqbula fil-kuntratt. Ġestur jiġifieri entità li tmexxi aggregat ta’ ammonti riċevibbli mixtrija jew l-iskoperturi ta’ kreditu sottostanti fuq bażi ta’ minn jum għal jum. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċeduri biex jiżguraw li l-proprjetà ta’ l-ammonti riċevibbli u l-irċevuti tal-kontanti tkun imħarsa kontra moratorji fallimentari jew azzjonijiet legali li jistgħu sostanzjalment jikkawżaw dewmien fl-abbiltà tas-sellief biex jillikwida jew jassenja l-ammonti riċevibbli jew biex jerġa’ jikseb il-kontroll fuq l-irċevuti f’kontanti.

L-effettività ta’ sistemi ta’ monitoraġġ

106.

Istituzzjoni ta’ kreditu għandha timmonitorizza kemm il-kwalità ta’ l-ammonti riċevibbli mixtrija kif ukoll il-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u l-ġestur. B’mod partikolari:

(a)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tevalwa l-korrelazzjoni bejn il-kwalità ta’ l-ammonti riċevibbli mixtrija u l-kondizzjoni finanzjarja kemm tal-bejjiegħ kif ukoll tal-ġestur, u jkollha fis-seħħ policies u proċeduri interni li jipprovdu salvagwardji adegwati għall-ħarsien minn kontinġenzi bħal dawn, fosthom l-assenjazzjoni ta’ klassifikazzjoni ta’ riskju interna għal kull bejjiegħ u ġestur.

(b)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha policies u proċeduri ċari u effettivi għad-determinazzjoni ta’ l-eliġibilità tal-bejjiegħ u l-ġestur. L-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-aġent tagħha għandhom jagħmlu reviżjonijiet perjodiċi tal-bejjiegħa u l-ġesturi sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tar-rapporti mill-bejjiegħ jew il-ġestur, jinkixfu frodi jew dgħjufijiet operattivi, u tkun verifikata l-kwalità tal-policies ta’ kreditu tal-bejjiegħ u l-policies u proċeduri ta’ ġbir tal-ġestur. Is-sejbiet ta’ dawn ir-reviżjonijiet għandhom jiġu ddokumentati.

(c)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tevalwa l-karatteristiċi ta’ l-aggregati ta’ l-ammonti riċevibbli, fosthom avvanzi oħra; l-istorja ta’ l-arretrati tal-bejjiegħ, dejn mitluf, u benefiċċji għal dejn mitluf; termini ta’ ħlas, u l-potenzjal ta’ kontijiet ta’ kontropartita.

(d)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha policies u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ fuq bażi aggregata tal-konċentrazzjonijiet ta’ skoperturi lejn debituri waħdiena ġo kull aggregat ta’ ammonti riċevibbli mixtrija kif ukoll minn aggregat għall-ieħor, u

(e)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiżgura li tirċievi mingħand il-ġestur rapporti dettaljati biżżejjed u f’waqthom ta’ ammonti riċevibbli, skadenzi u dilwazzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibilità ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-policies ta’ finanzjament li jirregolaw ammonti riċevibbli mixtrija, u jipprovdu mezz effettiv għall-monitoraġġ u l-konferma tat-termini tal-bejjiegħ għall-bejgħ u d-dilwazzjoni.

L-effettività tas-sistemi ta’ kalkolu

107.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha sistemi u proċeduri biex jinstabu deterjorazzjonijiet fil-kundizzjonijiet finanzjarji tal-bejjiegħ u fil-kwalità ta’ l-ammonti riċevibbli mixtrija kmieni, u biex jiġu indirizzati problemi emerġenti pro-attivament. B’mod partikolari l-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha policies, proċeduri u sistemi ta’ tagħrif ċari u effettivi biex jissorveljaw ksur ta’ patti, u policies u proċeduri ċari u effettivi biex jinbdew azzjonijiet legali u jiġu ttrattati ammonti riċevibbli mixtrija problematiċi.

L-effettività tas-sistemi għall-kontroll tal-kollateral, id-disponibilità tal-kreditu, u l-kontanti

108.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha policies u proċeduri ċari u effettivi li jirregolaw il-kontroll ta’ ammonti riċevibbli mixtrija, krediti u kontanti. B’mod partikolari, policies interni miktuba għandhom jispeċifikaw l-elementi sostanzjali kollha tal-programm għax-xiri ta’ ammonti riċevibbli, fosthom ir-rati ta’ finanzjament, il-kollateral eliġibbli, id-dokumentazzjoni meħtieġa, il-limiti ta’ konċentrazzjoni, u l-mod kif iridu jiġu ttrattati l-irċevuti tal-kontanti. Dawn l-elementi għandhom iqisu sew il-fatturi sostanzjali u rilevanti kollha, fosthom il-kondizzjoni finanzjarja tal-bejjiegħ u tal-ġestur, konċentrazzjonijiet ta’ riskju, u tendenzi fil-kwalità ta’ l-ammonti riċevibbli mixtrija u l-bażi tal-klijenti tal-bejjiegħ, u s-sistemi interni għandhom jiżguraw li l-fondi jiġu avvanzati biss meta jkun hemm dokumentazzjoni u kollateral ta’ appoġġ speċifikati.

Konformità mal-policies u l-proċeduri interni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

109.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollhom proċess intern effettiv għall-evalwazzjoni tal-konformità mal-policies u l-proċeduri interni kollha. Il-proċess għandu jinkludi verifiki regolari tal-fażijiet kritiċi kollha tal-programm ta’ xiri ta’ l-ammonti riċevibbli ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, verifika tas-separazzjoni tad-dazji bejn l-ewwelnett l-evalwazzjoni tal-bejjieħ u l-ġestur u l-evalwazzjoni tad-debitur u t-tieninett bejn l-evalwazzjoni tal-bejjiegħ u l-ġestur u l-verifika fuq il-post tal-bejjiegħ u l-ġestur, u valutazzjonijiet ta’ operazzjonijiet tal-back office, b’fokus partikolari fuq il-kwalifiki, l-esperjenza, ir-riżorsi umani disponibbli, u s-sistemi ta’ l-informatika ta’ appoġġ.

3.   VALIDAZZJONI TA’ L-ISTIMI INTERNI

110.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom sistemi robusti fis-seħħ biex jivvalidaw il-preċiżjoni u l-konsistenza ta’ sistemi ta’ klassifikazzjoni, proċessi, u l-istima tal-parametri ta’ riskju rilevanti kollha. Istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-proċess ta’ validazzjoni interna tħalliha tevalwa r-rendiment tas-sistemi interni ta’ klassifikazzjoni u ta’ estimazzjoni tar-riskju konsistentement u b’mod sostanzjali.

111.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqabblu regolarment ir-rati ta’ inadempjenza realizzati mal-PDs stmati għal kull grad u meta rati ta’ inadempjenza realizzata joħorġu mill-firxa mistennija għal dak il-grad, istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom speċifikament janalizzaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-istimi proprji ta’ l-LGDs u/jew il-fatturi ta’ konverżjoni għandhom jagħmlu analiżi analoga għall-dawn l-istimi. Tqabbil bħal dan għandu jkun ibbażat fuq data storika li tkopri perjodu twil kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użati f’dan it-tqabbil. Din l-analiżi u dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sena.

112.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw ukoll għodda ta’ validazzjoni kwantitattivi oħra u tqabbil ma’ sorsi ta’ dejta esterna rilevanti. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq dejta li hija xierqa għall-portfolju, hija aġġornata regolarment u tkopri perjodu ta’ osservazzjoni rilevanti. L-evalwazzjonijiet interni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għar-rendiment tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq perjodu kemm jista’ jkun twil.

113.

Il-metodi u d-dejta użati għal validazzjoni kwantitattiva għandha tkun konsistenti matul iż-żmien. Bdil fil-metodi ta’ validazzjoni u stima u dejta (kemm sorsi ta’ data kif ukoll perjodi koperti) għandhom ikunu ddokumentati.

114.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom standards interni għal sitwazzjonijiet fejn devjazzjonijiet fil-PDs, LGDs, fatturi ta’ konverżjoni u telf totali realizzati fejn l-EL tintuża isiru sinifikanti biżżejjed biex jintefa’ dubju fuq il-validità ta’ l-istimi. Dawn l-istandards għandhom iqisu ċ-ċikli tan-negozju u varjabilità sistematika simili fl-esperjenza ta’ l-inadempjenza. Meta l-valuri realizzati jkomplu jkunu ogħla mill-valuri mistennija, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jgħollu l-istimi biex jirriflettu l-esperjenza ta’ telf jew inadempjenza.

4.   KALKOLU TA’ L-AMMONTI TA’ SKOPERTURI B’PIŻ DIFFERENZJAT GĦAR-RISKJU GĦALL-ISKOPERTURI TAL-KAPITAL SKOND IL-METODU TAL-MUDELLI INTERNI

4.1.   Rekwiżit tal-kapital u kwantifikazzjoni tar-riskju

115.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiltaqgħu biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapital skond l-istandards li ġejjin:

(a)

L-istima tat-telf potenzjali għandha tkun tiflaħ għal movimenti sfavorevoli tas-suq li jkunu rilevanti għall-profil ta’ riskju għat-tul ta’ l-investimenti speċifiċi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Id-data użata biex tirrappreżenta d-distribuzzjonijiet tar-redditu għandha tirrifletti l-itwal perjodu ta’ kampjun li d-data hija disponibbli u sinifikanti għalih fir-rappreżentazzjoni tal-profil tar-riskju ta’ l-iskoperturi speċifiċi tal-kapital ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Id-data użata għandha tkun biżżejjed biex tipprovdi stimi tat-telf konservattivi, statistikament affidabbli u robusti li ma jkunux purament ibbażati fuq konsiderazzjonijiet suġġettivi jew ġudikattivi. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru lill-awtoritajiet kompetenti li x-xokk simulat jipprovdi stima konservattiva ta’ telf potenzjali f’suq jew ċiklu ta’ negozju relattivament għat-tul. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jgħaqqad l-analiżi empirika tad-data disponibbli ma’ l-aġġustamenti bbażati fuq varjetà ta’ fatturi sabiex jinkisbu riżultati tal-mudell li jilħqu realiżmu u konservatiżmu xieraq. Fil-kostruzzjoni tal-mudelli Valur fir-Riskju (VaR) li jagħtu stima tat-telf potenzjali ta’ kull kwart tas-sena, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw data tal-kwart tas-sena jew jaqilbu d-data tal-perjodu orizzontali iqsar għal ekwivalenti ta’ kwart tas-sena bl-użu ta’ metodu analitiku xieraq appoġġat minn evidenza empirika u permezz ta’ proċess ta’ ħsieb u analiżi iddokumentati u żviluppati tajjeb. Metodu bħal dan għandu japplika b’mod konservattiv u konsistenti fiż-żmien. Meta jkun hemm biss data rilevanti limitata disponibbli l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha żżid marġini xieraq ta’ konservatiżmu.

(b)

Il-mudelli għandhom ikunu kapaċi jaqbdu b’mod adegwat ir-riskji sostanzjali kollha inklużi fir-redditti tal-kapital fosthom kemm ir-riskju tas-suq ġenerali u skopertura speċifika ta’ risku tal-portfolju ta’ kapital ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Il-mudelli interni għandhom jispjegaw b’mod adegwat il-varjazzjoni storika fil-prezz, jaqbdu kemm il-kobor kif ukoll il-bidliet fil-kompożizzjoni ta’ konċentrazzjonijiet potenzjali, u jkunu jifilħu għal ambjenti tas-suq sfavorevoli. Il-popolazzjoni ta’ skoperturi ta’ riskju rrappreżentata fid-data użata għall-istima għandha titqabbel mill-qrib jew ta’ l-inqas tkun komparabbli ma’ dawk ta’ l-iskoperturi tal-kapital ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

(c)

Il-mudell intern għandu jkun xieraq għall-profil ta’ riskju u l-komplessità ta’ portfolju ta’ kapital ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. Meta istituzzjoni ta’ kreditu għandha investiment sostanzjali b’valuri li nettament fin-natura tagħhom mhumiex lineari, il-mudelli interni għandhom jitfasslu b’mod li jaqbdu b’mod xieraq ir-riskji marbuta ma strumenti bħal dawn.

(d)

L-assoċjazzjoni ta’ pożizzjonijiet individwali f’approssimazzjonijiet, indiċi tas-suq, u fatturi ta’ riskju għandha tkun plawżibbli, intuwittiva u kunċettwalment b’saħħitha.

(e)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom juru permezz ta’ anliżi empirika l-adegwatezza tal-fatturi ta’ riskju, inkluża l-abbiltà tagħhom li jkopru kemm ir-riskju ġenerali kif ukoll dak speċifiku.

(f)

L-istimi tal-volatilità tar-redditu ta’ l-iskoperturi tal-kapital għandhom jinkludu dejta rilevanti u disponibbli, tagħrif u metodi. Dejta interna riveduta indipendentement jew dejta minn sorsi esterni (inkluża dejta aggregata) għandhom jintużaw, u

(g)

Għandu jkun hemm fis-seħħ programm ta’ test ta’ l-istress rigoruż u komprensiv.

4.2.   Kontrolli u proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju

116.

Fir-rigward ta’ l-iżvilupp u l-użu ta’ mudelli interni għall-finijiet ta’ rekwiżiti tal-kapital, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jistibbilixxu policies, proċeduri, u kontrolli biex jiżguraw l-integrità tal-mudell u tal-proċess ta’ mmodellar. Dawn il-policies, proċeduri, u kontrolli għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

Integrazzjoni sħiħa tal-mudell intern fis-sistemi ta’ tagħrif tal-ġestjoni ġenerali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u fil-ġestjoni tal-portfolju tal-kapital tal-ktieb ta’ l-operazzjonijiet non-trading. Mudelli interni għandhom jiġu integrati kompletament fl-infrastruttura tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jekk jintużaw partikolarment għal: kejl u evalwazzjoni tar-rendiment tal-portfolju tal-kapital (inkluż ir-rendiment aġġustat għar-riskju); allokazzjoni ekonomika tal-kapital fi skoperturi tal-kapital u valutazzjoni ġenerali dwar l-adegwatezza tal-kapital u l-proċess tal-ġesjoni ta’ l-investiment.

(b)

Funzjonijiet ta’ kontroll, proċeduri u sistemi ta’ ġestjoni stabbiliti għall-iżgurar ta’ reviżjoni perjodika u indipendenti ta’ l-elementi kollha tal-proċess ta’ mudellar intern, li jinkludi l-approvazzjoni ta’ reviżjonijiet tal-mudell, iċċekkjar tad-dħul fil-mudell, u reviżjoni ta’ riżultati tal-mudell, bħal verifikazzjoni diretta tal-komputazzjonijiet tar-riskju. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom jassessjaw il-preċiżjoni, kompletezza, u adegwatezza tad-dħul tal-mudell u r-riżultati u jiffokaw fuq is-sejbien u l-limitazzjoni ta’ l-iżbalji potenzjali marbuta ma’ dgħjufijiet magħrufa u l-identifikazzjoni ta’ dgħjufijiet tal-mudell mhux magħrufa. Reviżjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru minn unità indipendenti interna, jew parti terza esterna indipendenti.

(c)

Sistemi u proċeduri adegwati għall-monitoraġġ tal-limit ta’ l-investiment u l-iskoperturi tar-riskju ta’ l-iskoperturi tal-kapital.

(d)

L-unitajiet responsabbli għat-tfassil u l-applikazzjoni tal-mudell għandhom ikunu funzjonalment indipendenti mill-unitajiet responsabbli mill-ġestjoni ta’ investimenti individwali, u

(e)

Il-partijiet responsabbli għal kull aspett tal-proċess ta’ mudellar għandhom ikunu adegwatament kwalifikati. Il-ġestjoni għandha talloka riżorsi kompetenti u b’ħila biżżejjed għall-funzjoni ta’ mudellar.

4.3.   Validazzjoni u dokumentazzjoni

117.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom sistema robusta fis-seħħ biex tivvalida l-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta’ mudellar. L-elementi sostanzjali kollha tal-mudelli interni u l-proċess ta’ mudellar u validazzjoni għandha tiġi dokumentata.

118.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw il-proċess ta’ validazzjoni intern biex jevalwaw ir-rendiment tal-mudelli u l-proċessi interni tagħhom b’mod konsistenti u sinifikanti.

119.

Il-metodi u d-dejta użati għal validazzjoni kwantitattiva għandhom ikunu konsistenti matul iż-żmien. Bdil fil-metodi ta’ validazzjoni u l-istima u d-dejta (kemm sorsi ta’ dejta kif ukoll perjodi koperti) għandhom ikunu ddokumentati.

120.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom regolarment iqabblu r-reditti proprji tal-kapital (maħduma bl-użu ta’ profitti u telf realizzati u mhux realizzati) ma’ stimi mmodellati. Tqabbil bħal dan għandu juża data storika li hija mifruxa fuq medda twila kemm jista’ jkun. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddokumenta l-metodi u d-data użata fi tqabbil bħal dan. Din l-analiżi u dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sena.

121.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw għodda ta’ validazzjoni kwantitattiva oħra u tqabbil ma’ sorsi ta’ data esterna. L-analiżi għandha tkun ibbażata fuq data li hija xierqa għall-portfolju, hija aġġornata regolarment u tkopri perjodu ta’ osservazzjoni rilevanti. Evalwazzjonijiet interni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar ir-rendiment tal-mudelli tagħhom għandhom ikunu bbażati fuq medda kemm jista’ jkun twila.

122.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom standards interni sodi għas-sitwazzjonijiet meta tqabbil ta’ redditi ta’ kapital proprji ma’ l-istimi tal-mudelli jitfgħu dubji fuq l-istimi jew l-mudelli. Dawn l-istandards għandhom iqisu ċ-ċikli tan-negozju u varjabilità sistematika simili fir-redditi tal-kapital. L-aġġustamenti kollha magħmula lill-mudelli interni bi tweġiba għar-reviżjonijiet tal-mudelli għandhom ikunu ddokumentati u konsistenti ma’ l-istandards ta’ reviżjoni tal-mudelli ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

123.

Il-mudell intern u l-proċess ta’ mudellar għandu jiġi ddokumentat, inklużi r-responsabilitajiet tal-partijiet involuti fil-mudellar, u l-approvazzjoni tal-mudell u l-proċessi ta’ reviżjoni tal-mudelli.

5.   TMEXXIJA KORPORATTIVA U SORVELJANZA

5.1.   Tmexxija Korporattiva

124.

L-aspetti sostanzjali kollha tal-proċessi ta’ klassifikazzjoni u għoti ta’ stima għandhom jiġu approvati mid-direzzjoni ta’ tmexxija ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu msemmi fl-Artikolu 11, jew kumitat maħtur għal dan u l-amministrazzjoni għolja. Dawn il-partijiet għandu jkollhom għarfien ġenerali tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u konoxxenza dettaljata tar-rapporti ta’ ġestjoni konnessi.

125.

L-amministrazzjoni għolja għandha tavża lid-direzzjoni ta’ tmexxija msemmija fl-Artiklu 11, jew lill-kumitat eżekuttiv dwar bdil sostanzjali jew eċċezzjonijiet minn policies stabbiliti li jħallu impatt sostanzjali fuq l-operazzjonijiet tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

126.

L-amministrazzjoni għolja għandu jkollha konoxxenza tajba ta’ l-operazzjonijiet u d-disinn tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni. L-amministrazzjoni għolja għandha tiżgura, fuq bażi kontinwa, li s-sitemi ta’ klassifikazzjoni qegħdin joperaw sew. L-amministrazzjoni għolja għandha tiġi infurmata regolarment mill-unitajiet ta’ kontroll ta’ riskju ta’ kreditu dwar ir-rendiment tal-proċess ta’ klassifikazzjoni, l-oqsma li jeħtieġu titjib, u l-istatus ta’ l-isforzi għar-rimedji tan-nuqqasijiet identifikati aktar kmieni.

127.

L-analiżi interna bbażata fuq il-klassifikazzjonijiet tal-profil ta’ riskju ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tkun parti essenzjali tat-tmexxija li tirrapporta lil dawn il-partijiet. Ir-rappurtar għandu jinkludi mill-inqas profil ta’ riskju bil-grad, migrazzjoni fuq firxa ta’ gradi, stima tal-parametri relevanti għal kull grad, u tqabbil ta’ rati realizzati ta’ inadempjenza u sal-punt fejn jintuża l-awto-stimi ta’ stimi ta’ l-LGDs realizzati u fatturi ta’ konverżjoni realizzati kontra aspettattivi u riżultati ta’ testijiet ta’ stress. Frekwenzi ta’ rappurtar għandhom jiddependu fuq is-sinifikat u t-tip ta’ tagħrif u l-livell tar-reċipjent.

5.2.   Kontroll tar-riskju ta’ kreditu

128.

L-unità ta’ kontroll tar-riskju tal-kreditu għandha tkun indipendenti mill-funzjonijiet personali u ta’ tmexxija responsabbli għall-oriġini jew it-tiġdid ta’ skoperturi u tkun tirrapporta direttament lil tmexxija ogħla. L-unità għandha tkun responsabbli għad-disinn jew l-għażla, l-implimentazzjoni, is-sorveljanza u prestazzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni. Għandha tipproduċi u tanalizza regolarment rapporti dwar il-produzzjoni tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni.

129.

L-oqsma ta’ responsabbiltà għall-unità/unitajiet ta’ kontroll tar-riskju ta’ kreditu għandhom jinkludu:

(a)

Ittestjar u monitoraġġ ta’ klassifiki u pools;

(b)

Produzzjoni u analiżi ta’ rapporti mqassra mis-sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(c)

Proċeduri ta’ implimentazzjoni sabiex jivverifikaw li definizzjonijiet ta’ klassifika u pool ikunu applikati b’mod konsistenti fid-dipartimenti u żoni ġeografiċi;

(d)

Analizzar u dokumentar ta’ kwalunkwe bidliet fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-bidliet;

(e)

Analizzar tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni sabiex ikun evalwat jekk dawn jibqgħux ibassru riskju. Bidliet fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, kriterji jew parametri individwali ta’ klassifikar għandhom ikunu dokumentati u miżmuma;

(f)

Sehem attiv fid-disinn jew l-għażla, l-implimentazzjoni u l-validazzjoni ta’ mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni;

(g)

Sorveljanza u superviżjoni ta’ mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni;

(h)

Analizzar u tibdiliet kurrenti f’mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni.

130.

Minkejja l-punt 129, istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw data aggregata skond il-punt 57 u 58 jistgħu jqabbdu lil ħaddieħor jagħmel l-impenji li ġejjin:

(a)

Produzzjoni ta’ informazzjoni relevanti għall-ittestjar u l-monitoraġġ ta’ klassifiki u l-pools;

(b)

Produzzjoni ta’ rapporti mqassra mis-sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(c)

Produzzjoni ta’ informazzjoni relevanti għar-reviżjoni tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni sabiex ikun evalwat jekk dawn jibqgħux ibassru r-riskju;

(d)

Dokumentazzjoni ta’ bidliet fil-proċess ta’ klassifikazzjoni, kriterji u parametri individwali ta’ klassifikar;

(e)

Produzzjoni ta’ informazzjoni relevanti għall-analiżi u t-tibdiliet kurrenti f’mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw dan il-punt għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha relevanti mingħand il-parti terza li tkun neċessarja għall-eżaminar tal-konformità ma’ l-obbligi minimi u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu eżaminar fuq il-post sa l-istess punt bħal fl-ambitu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu.

5.3.   Verifika Interna

131.

Verifika interna jew verifika komparabbli minn unità tal-verifika indipendenti oħra, għandha tirrevedi mill-inqas darba fis-sena s-sistemi ta’ klassifikazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-operazzjonijiet tagħha, inklużi l-operazzjonijiet tal-funzjoni tal-kreditu u l-istima tal-PDs, l-LGDs, l-Els u l-fatturi ta’ konverżjoni. Oqsma ta’ reviżjoni għandhom jinkludu konformità mal-ħtiġiet minimi applikabbli kollha.


ANNESS VIII

TNAQQIS TAR-RISKJU TA’ KREDITU

PARTI 1

Eliġibilità

1.

Din il-parti tistabbilixxi forom eliġibbli ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu għall-fini ta’ l-Artikolu 92.

2.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

 

“Tranżazzjoni żgurata ta’ self” għandha tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tqajjem skopertura żgurata minn kollateral li ma tkunx tinkludi proviżjoni li tagħti d-dritt lill-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tirċievi marġini frekwentament.

 

“Tranżazzjoni kapitali mmexxija mis-suq” għandha tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tqajjem skopertura żgurata minn kollateral li tinkludi proviżjoni li tagħti d-dritt lill-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tirċievi marġini frekwentament.

1.   PROTEZZJONI TA’ KREDITU ASSISTITA

1.1.   Kalkolu fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ

3.

Il-kalkolu fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ ta’ talbiet reċiproki bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kontraparti tagħha jista’ jkun rikonoxxut bħala eleġibbli.

4.

Bla ħsara għall-punt 5, l-eliġibbiltà hi limitata għal bilanċi reċiproki ta’ flus kontanti bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-kontraparti. Is-self u d-depożiti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef biss jistgħu jkunu soġġetti għal modifika ta’ ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju u, kif relevanti, ammonti ta’ telf mistennija b’riżultat ta’ ftehim dwar kalkolu fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ.

1.2.   Ftehimiet ewlenin ta’ kalkolu fuq bażi netta li jkopru kontrotranżazzjonijiet u/jew tranżazzjonijiet ta’ self u tislif ta’ strumenti ta’ kapital jew kommoditajiet u/jew transazzjonijiet kapitali oħra mmexxija mis-suq.

5.

Għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jadottaw il-Metodu Finanzjarju Komprensiv tal-Kollateral taħt il-Parti 3, l-effetti ta’ kuntratti bilaterali ta’ bażi netta li jkopru kontrotranżazzjonijiet, tranżazzjonijiet ta’ self u tislif ta’ strumenti ta’ kapital jew kommoditajiet, u/jew tranżazzjonijiet kapitali oħra mmexxija mis-suq ma’ kontroparti jistgħu jkunu rikonoxxuti. Bla ħsara għall-Anness II tad-Direttiva 2006/49/KE sabiex ikunu rikonoxxuti l-kollateral meħud u l-istrumenti ta’ kapital u l-kommoditajiet mislufa fl-ambitu ta’ dawn il- ftehimiet għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi ta’ eliġibilità għall-kollateral stabbiliti fil-punti 7 sa 11.

1.3.   Kollateral

6.

Fejn it-teknika ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu użata tistrieħ fuq id-dritt ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tillikwida jew iżżomm l-assi, l-eliġibilità tiddependi fuq jekk ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju, u, kif relevanti, ammonti ta’ telf mistennija, humiex kalkolati taħt l-Artikoli 78 sa 83 jew l-Artikoli 84 sa 89. L-eliġibilità tiddependi wkoll fuq jekk jintużax il-Metodu Finanzjarju Sempliċi tal-Kollateral jew il-Metodu Finanzjarju Komprensiv tal-Kollateral taħt il-Parti 3. B’rabta ma’ kontrotranżazzjonijiet u tranżazzjonijiet ta’ self u tislif ta’ strumenti ta’ kapital jew kommoditajiet, l-eliġibilità tiddependi wkoll fuq jekk it-tranżazzjoni tkunx reġistrata fil-ktieb mhux tan-negozju jew fil-ktieb tan-negozju.

1.3.1.   Eliġibilità skond il-metodi kollha

7.

L-elementi finanzjarji li ġejjin jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala kollateral eliġibbli skond il-metodi kollha:

(a)

flus kontanti f’istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef jew strumenti assimilabbli miżmuma f’din l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

titoli ta’ debitu maħruġa minn amministrazzjonijiet ċentrali jew banek ċentrali liema titoli għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn aġenzija ta’ kreditu ECAI jew aġenzija ta’ kreditu esportatriċi rikonoxxuta bħala eliġibbli għall-għanijiet ta’ l-Artikoli 78 sa 83 li tkun ġiet determinata mill-awtorità kompetenti li tinsab fil-livell 4 jew ogħla ta’ kwalità ta’ kreditu taħt ir-regoli għall-piż differenzjat skond ir-riskju ta’ skoperturi fil-konfront ta’ awtoritajiet u banek ċentrali taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(c)

titoli ta’ debitu maħruġa minn istituzzjonijiet liema titoli għandhom valutazzjoni ta’ creditu minn ECAI eliġibbli determinata minn awtorità kompetenti li tinsab fil-livell 3 jew ohħla ta’ kwalità ta’ kreditu taħt ir-regoli tal-piż differenzjat skond ir-riskju ta’ skoperturi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(d)

titoli ta’ debitu maħruġa minn entitajiet oħra liema titoli għandhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli determinata minn awtorità kompetenti li tinsab fil-livell 3 jew ogħla ta’ kwalità ta’ kreditu taħt ir-regoli tal-piż differenzjat skond ir-riskju ta’ skoperturi għal korporati taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(e)

titoli ta’ debitu b’valutazzjoni ta’ kreditu ta’ terminu qasir minn ECAI eliġibbli determinata mill-awtorità kompetenti li hija fil-livell 3 jew ogħla ta’ kwalità ta kreditu taħt ir-regoli tal-piż differenzjat skond ir-riskju ta’ skoperturi ta’ żmien qasir taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(f)

strumenti tal-kapital jew bonds konvertibbli li huma inklużi f’indiċi ewlieni; U

(g)

deheb.

Għall-finijiet tas-sottoparagrafu (b), “titoli ta’ debitu maħruġa minn awtoritajiet jew banek ċentrali għandhom” jinkludu:

(i)

titoli ta’ debitu maħruġa minn amministrazzjonijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali meta, l-iskoperturi fil-konfront tagħhom huma ttrattati bħala skoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha huma stabbiliti, skond l-Artikoli 78 sa 83;

(ii)

sigurtajiet ta’ dejn maħruġa minn entitajiet tas-settur pubbliku li huma meqjusa bħala skoperturi għall-gvernijiet ċentrali skond l-Anness VI, Parti 1, punt 15;

(iii)

titoli ta’ debitu maħruġa minn banek multikulturali ta’ żvilupp li hu assenjat għalihom piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83; u

(iv)

titoli ta’ debitu maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83;

Għall-finijiet tas-sottoparagrafu (c), il-kategorija “titoli ta’ debitu maħruġa minn istituzzjonijiet” tinkludi:

(i)

titoli ta’ debitu maħruġa minn amministrazzjonijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali meta, skond l-Artikoli 78 sa 83, l-iskoperturi fil-konfront tagħhom ma jkunux trattati bħala skoperturi għall-amministrazzjoni ċentrali li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha huma stabbiliti;

(ii)

titoli ta’ debitu maħruġa minn entitajiet fis-settur pubbliku, li l- iskoperturi għalihom huma ttrattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt l-Artikoli 78 sa 83; u

(iii)

titoli ta’ debitu maħruġa minn banek multikulturali ta’ żvilupp li hu assenjat għalihom piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83.

8.

Titoli ta’ debitu maħruġa minn istituzzjonijiet t liema titoli m’għandhomx valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala kollateral eliġibbli jekk jilħqu l-kriterji li ġejjin:

(a)

li jkunu kkwotati fi swieq uffiċjali;

(b)

li jikkwalifikaw bħala debitu ta’ l-ogħla skaluna (senior);

(c)

il-ħarġiet klassifikati l-oħra kollha mill-istituzzjoni tal-ħruġ ta’ l-istess senjorità għandhom ikunu klassifikati b’valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli li tkun determinata mill-awtoritajiet kompetenti li hija tal-livell 3 jew ogħla fl-iskala ta’ kwalità ta’ kreditu taħt ir-regoli għall-piż differenzjat għar-riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet jew skoperturi ta’ terminu qasir taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(d)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef m’għandu jkollha l-ebda informazzjoni li tissuġġerixxi li l-ħarġa tkun ikklassifikata bħala valutazzjoni ta’ kreditu inferjuri għal dik indikata f’(c); u

(e)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-likwidità fis-suq ta’ l-istrument hi suffiċjenti għal dawn l-għanijiet.

9.

Unitajiet f’intrapriżi ta’ investiment kollettiv jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala kollateral eliġibbli jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

ikollhom kwota tal-prezz pubbliku ta’ kuljum; u

(b)

l-intrapriża ta’ investiment kollettiv tkun limitata li tinvesti fi strumenti li huma eliġibbli għal rikonoxximent taħt il-punt 7 u 8.

L-użu (jew l-użu potenzjali) minn intrapriża ta’ investiment kollettiv ta’ strumenti derivattivi sabiex tkopri investimenti permessi m’għandhiex twaqqaf unitajiet f’dik l-intrapriża milli jkunu eliġibbli.

10.

B’rabta mal-punti (b) sa (e) tal-Punt 7, fejn titolu jkollu żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli, il-valutazzjoni inqas favorevoli għandha tkun meqjusa bħala dik applikabbli. F’każijiet fejn titolu jkollu aktar minn żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli, l-aktar żewġ valutazzjonijiet favorevoli jkunu meqjusa bħala dawk li japplikaw. Jekk iż-żewġ valutazzjonijiet ta’ kreditu l-aktar favorevoli jkunu differenti, l-inqas favorevoli mit-tnejn tkun meqjusa bħala dik li tapplika.

1.3.2.   Aktar eliġibilità taħt il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju

11.

Minbarra l-kollateral stabbilit fil-punt 7 sa 10, fejn istituzzjoni ta’ kreditu tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju taħt il-Parti 3, l-elementi finanzjarji li ġejjin jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala kollateral eliġibbli:

(a)

Strumenti tal-kapital jew bonds konvertibbli mhux inklużi f’indiċi ewlieni imma nnegozjati f’borża rikonoxxuta.

(b)

Unitajiet f’intrapriżi ta’ investiment kollettiv jekk ikunu ssodifati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

ikollhom kwota tal-prezz pubbliku ta’ kuljum; u

(ii)

l-intrapriża ta’ investiment kollettiv tkun limitata li tinvesti fi strumenti li huma eliġibbli għal rikonoxximent taħt il-punt 7 u 8 u l-elementi msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-punt.

L-użu (jew l-użu potenzjali) minn intrapriża ta’ investiment kollettiv ta’ strumenti derivattivi sabiex tkopri investimenti permessi m’għandhiex twaqqaf unitajiet f’dik l-intrapriża milli jkunu eliġibbli.

1.3.3.   Aktar eliġibilità għal kalkoli taħt l-Artikoli 84 sa 89

12.

Flimkien mal-kollateral stabbilit hawn fuq id-dispożizzjonijiet tal-punti 13 sa 22 japplikaw fejn istituzzjoni ta’ kreditu tikkalkula l-ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju u ammonti ta’ telf mistennija taħt il-metodu stabbilit fl-Artikoli 84 sa 89:

(a)   Kollateral ta’ proprjetà

13.

Proprjetà residenzjali li hi jew li ser tkun okkupata jew mikrija mill-proprjetarju, jew mis-sid benefiċjarju f’każ ta’ kumpaniji ta’ investiment personali, u proprjetà kummerċjali i.e. uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala kollateral eliġibbli jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur tal-proprjetà ma jkunx jiddependi b’mod sostanzjali fuq il-kwalità ta’ kreditu tad-debitur. Dan l-obbligu ma jipprekludix sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tad-debitur; u

(b)

ir-riskju tad-debitur ma jiddependix b’mod sostanzjali fuq il-prestazzjoni tal-proprjetà jew proġett sottostanti, imma fuq il-kapaċità sottostanti tad-debitur li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħra. Bħala tali, il-ħlas lura tad-dejn ma jiddependix b’mod sostanzjali fuq likwidità ġenerata mill-proprjetà sottostanti li tkun qed isservi bħala kollateral.

14.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jirrikonoxxu bħala eleġibbli wkoll ishma kollaterali f’kumpaniji residenzjali Finlandiżi li joperaw skond l-Att Finlandiż dwar il-Kumpaniji tad-Djar ta’ l-1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti fil-każ ta’ proprjetà residenzjali li hi jew ser tkun okkupata jew mikrija mill-proprjetarju, bħala kollateral ta’ proprjetà immobbli residenzjali, jekk kemm-il darba jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet.

15.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ukoll lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom sabiex jirrikonoxxu bħala eliġibbli ishma kollaterali f’kumpaniji tad-djar Finlandiżi li joperaw skond l-Att Finlandiż dwar il-Kumpaniji tad-Djar ta’ l-1991 jew leġiżlazzjoni ekwivalenti sussegwenti bħala kollateral ta’ proprjetà kummerċjali, jekk kemm-il darba dawn il-kundizzjonijiet jkunu sodisfatti.

16.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw li jesiġu mingħand l-istituzzjzonijiet ta’ kreditu tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjoni (b) fil-punt 13 għal skoperturi garantiti minn proprjetà residenzjali li tkun tinsab fit-territorju ta’ l-Istat Membru tagħhom, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li s-suq relevanti jkun żviluppat sew u li jkun ilu stabbilit, b’rati ta’ telf li jkunu baxxi biżżejjed biex jiġġustifikaw azzjoni bħal din. Dan m’għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li ma jużawx din l-eżenzjoni biex jirrikonoxxu bħala proprjetà residenzjali eliġibbli dik il-proprjetà rikonoxxuta bħala tali bis-saħħa ta’ din l-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor. Stati Membri għandhom jiżvelaw pubblikament l-użu li jkunu qed jagħmlu minn din l-eżenzjoni.

17.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jirrinunċjaw li jesiġu mingħand l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom li jikkonformaw mal-kundizzjoni (b) fil-punt 13 għall-proprjetà kummerċjali li tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom evidenza li s-suq relevanti jkun żviluppat sew u stabbilit fit-tul u li r-rata ta’ telf derivat mnn self garantit minn proprjetà kummerċjali ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

telfiet li jirriżultaw minn self kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali sa 50 % tal-valur tas-suq (jew fejn applikabbli u jekk inqas 60 % tal-valur kreditu ipotekarju) ma jaqbżux 0.3 % tas-self pendenti kollateralizzat bi proprjetà kummerċjali fi kwalunkwe sena; u

(b)

it-telf totali derivat minn self kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali ma jaqbiżx 0.5 % tas-self pendenti kollateralizzat bi proprjetà immobbli kummerċjali fi kwalunkwe sena.

18.

Jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx sodisfata fi kwaluunkwe sena, l-eliġibilità għall-użu ta’ dan it-trattament tieqaf sakemm il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati fis-sena ta’ wara.

19.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu bħala eliġibbli proprjetà kummerċjali kollaterali rikonoxxuta bħala kollaterali eliġibbli fi Stat Membru ieħor permezz ta’ l-eżenzjoni pprovduta fil-punt 17.

(b)   Ammonti Riċevibbli

20.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala eliġibbli ammonti kollaterali riċevibbli marbuta ma’ tranżazzjoni jew tranżazzjonijiet kummerċjali b’maturazzjoni oriġinali ta inqas minn jew ugwali għal sena. Ammonti riċevibbli eliġibbli ma jinkludux dawk assoċjati ma titolizzazzjonijiet, subparteċipazzjonijiet jew derivattivi ta’ kreditu jew ammonti li għandhom jagħtu partijiet affiljati.

(c)   Kollateral fiżiku ieħor

21.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu bħala kollateral eliġibbli elementi fiżiċi ta’ tip differenti minn dawk it-tipi indikati fil-punt 13 sa 19 jekk ikunu sodisfatti dwar dan li ġej:

(a)

l-eżistenza ta’ swieq likwidi għall-illikwidar tal-kollateral b’ħeffa u b’manjiera ekonomikament effiċjenti; u

(b)

l-eżistenza ta’ prezzijiet tas-suq stabbiliti sew u pubblikament disponibbli għall-kollateral. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kapaċi turi li m’hemm l-ebda evidenza li l-prezzijiet netti li tirċievi meta jkun realizzat il-kollateral jiddevjaw b’mod sinifikanti minn dawn il-prezzijiet tas-suq.

(d)   Kiri

22.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Parti 3, Punt 72, fejn l-obbligi stabbiliti fil-Parti 2, il-punt 11 ikunu sodisfatti, skoperturi li jiġu minn tranżazzjonijiet li bihom istituzzjoni tikri proprjetà lil parti terza, ikunu trattati l-istess bħal self kollateralizzat mit-tip ta’ proprjeta mikrija.

1.4.   Tipi oħra ta’ protezzjoni ta kreditu assistita

1.4.1.   Depożiti fi flus kontanti ma’, jew strumenti ta’ flus kontanti assimilabbli miżmuma minn, istituzzjoni terza.

23.

Depożiti fi flus kontanti ma’, jew strumenti ta’ flus kontanti assimilabbli miżmuma minn, istituzzjoni terza fi ftehim mingħajr kustodja u mwiegħda lill-istituzzjoni ta’ kreditu li qed tislef jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala protezzjoni eliġibbli tal-kreditu.

1.4.2.   Poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja mwiegħda lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef

24.

Poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala protezzjoni eliġibbli tal-kreditu.

1.4.3.   Strumenti ta’ l-istituzzjoni mixtrija mill-ġdid fuq talba

25.

Strumenti maħruġa minn istituzzjonijiet terzi li jinxtraw mill-ġdid minn dik l-istituzzjoni fuq talba jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala protezzjoni eliġibbli tal-kreditu.

2.   PROTEZZJONI TAL-KREDITU MHUX ASSISTITA

2.1.   Eliġibilità ta’ fornituri ta’ protezzjoni skond il-metodi kollha

26.

Il-partijiet li ġejjin jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala fornituri eliġibbli ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita:

(a)

amministrazzjonijiet u banek ċentrali;

(b)

amministrazzjonijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali;

(c)

banek multilaterali ta’ żvilupp;

(d)

organizzazzjonijiet internazzjonali meta għall-iskoperturi fil-konfront tagħhom jirċievu piż differenzjat skond ir-riskju ta’ 0 % taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(e)

entitajiet fis-settur pubbliku meta l-krediti fil-konfront tagħhom huma ttrattati mill-awtoritajiet kompetenti bħala skoperturi għall-istituzzjonijiet jew gvernijiet ċentrali taħt l-Artikoli 78 sa 83;

(f)

istituzzjonijiet; u

(g)

entitajiet korporattivi oħra, inklużi entitajiet korporattivi parent, sussidjarji u affiljati ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, li

(i)

jkollhom valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta li ġiet determinata mill-awtoritajiet kompetenti li qiegħda fil-livell 2 jew ogħla ta’ l-iskala ta’ kwalità tal-kreditu taħt ir-regoli tal-piż differenzjat skond ir-riskju ta’ skoperturi għal korporattivi taħt’l-Artikoli 78 sa 83; u

(ii)

fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju u ammonti ta’ telf mistennija taħt l-Artikoli 84 sa 89, m’għandhomx valutazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma internament klassifikati bħala li għandhom probabbiltà ta’ inadempjenza ekwivalenti għal dik assoċjata mal-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ ECAI determinati mill-awtoritajiet kompetenti li jinsabu fil-livell 2 jew ogħla fl-iskala ta’ kwalità ta’ kreditu taħt ir-regoli tal-piż differenzjat skond ir-riskju ta’ skoperturi għal korporattivi taħt l-Artikoli 78 sa 83.

27.

Fejn ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju u ammonti ta’ telf mistennija huma kalkolati taħt l-Artikoli 84 sa 89, biex garanti jkun eliġibbli jrid ikun internament klassifikat mill-istituzzjoni ta’ kreditu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VII, il-Parti 4.

28.

Permezz ta’ deroga minn punt 26, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu wkoll bħala fornituri ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhix assistita eliġibbli, istituzzjonijiet finanzjarji oħra awtorizzati u sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u soġġetti għal obbligi prudenzjali ekwivalenti għal dawk applikati għal istituzzjonijiet ta’ kreditu.

2.2.   L-eliġibilità tal-fornituri ta’ protezzjoni skond il-Metodu IRB li jikkwalifikaw għat-trattament kif stipulat fl-Anness VII, Parti 1, punt 4

29.

Istituzzjonijiet, entitajiet ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni u aġenziji ta’ kreditu fuq l-esportazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala fornituri eliġibbli ta’ kreditu ta’ protezzjoni mhux assistit li jikkwalifikaw għat-trattament kif stipulat fl-Anness VII, Parti 1, punt 4:

il-fornitur ta’ protezzjoni għandu biżżejjed kompetenza fil-forniment ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistit;

il-fornitur ta’ protezzjoni huwa regolat b’mod li huwa ekwivalenti għar-regoli kif stipulati f’din id-Direttiva, jew li kellu, fiż-żmien meta il-protezzjoni ta’ kreditu ġiet mogħtija, evalwazzjoni ta’ kreditu minn ECAI rikonoxxuta li kienet ġiet assoċjata mill-awtoritajiet kompetenti mal-kwalità ta’ kreditu grad 3, jew ogħla, skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi għall-kumpaniji stipulati fl-Artikoli 78 sa 83;

il-fornitur ta’ protezzjoni kellu, fiż-żmien meta il-protezzjoni ta’ kreditu ġiet mogħtija, jew fi kwalunkwe żmien wara, valutazzjoni interna ta’ PD ekwivalenti għal jew anqas minn dik assoċjata mal-kwalità ta’ kreditu grad 2 jew ogħla, skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi għall-kumpaniji stipulati fl-Artikoli 78 sa 83; u

il-fornitur għandu valutazzjoni interna ta’ PD ekwivalenti għal jew anqas minn dik assoċjata mal-kwalità ta’ kreditu grad 3 jew ogħla, skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi għall-kumpaniji stipulati fl-Artikoli 78 sa 83.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, il-protezzjoni ta’ kreditu fornuta minn aġenziji ta’ kreditu fuq l-esportazzjoni m’għandiex tibbenefika mill-ebda kontro-garanzija espliċita minn gvern ċentrali.

3.   TIPI TA’ DERIVATTIVI TA’ KREDITU

30.

It-tipi ta’ derivattivi ta’ kreditu li ġejjin, u strumenti li jistgħu jkunu komposti minn derivattivi ta’ kreditu bħal dawn jew li huma effettivament simili taħt profil ekonomiku, jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala eliġibbli:

(a)

credit default swaps;

(b)

total return swaps; u

(c)

credit linked notes (strumenti marbuta mal-mertu tal-kredituż) skond il-grad ta’ kopertura fi flus kontanti.

31.

Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tixtri protezzjoni ta’ kreditu permezz ta’ total return swap u tirreġistra l-pagamenti netti riċevuti fuq l-iswap bħala dħul nett, imma ma tirreġistrax it-telf korrispondenti fil-valur ta’ l-ass protett (jew permezz ta’ tnaqqis fil-valur ġust (fair value) ta’ l-ass jew b’żieda fir-riservi), il-protezzjoni tal-kreditu ma tkunx rikonoxxuta bħala eleġibbli.

3.1.   Koperturi interni

32.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu twettaq kopertura interna bl-użu ta’ derivattiv ta’ kreditu – i.e. tkopri r-riskju ta’ kreditu ta’ skopertura fil-ktieb mhux tan-negozju b’derivattiv ta’ kreditu rreġistrat fil-ktieb tan-negozju – sabiex il-protezzjoni tkun rikonoxxuta bħala eleġibbli għall-għanijiet ta’ dan l-Anness ir-riskju ta’ kreditu trasferit għall-ktieb tan-negozju għandu jkun trasferit għand parti jew partijiet terzi. F’ċirkustanzi bħal dawn, soġġett għall-konformità ta’ dan it-trasferiment ma’ l-obbligi għar-rikonoxximent tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu kif stabbilit f’dan l-Anness, ir-regoli stabbiliti f’ Parti 3 sa 6 għall-kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju u ammonti ta’ telf mistennija fejn protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita tinkiseb, għandhom ikunu applikati.

PARTI 2

Obbligi Minimi

1.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti li għandha stabbiliti proċeduri ta’ ġestjoni ta’ riskju adekwati sabiex tikkontrolla dawk ir-riskji li għalihom tista tkun esposta l-istituzzjoni ta’ kreditu b’riżultat tat-twettiq tal-prattiċi tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu.

2.

Minkejja l-preżenza tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu meqjusa għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat skond ir-riskju u, jekk ikun il-każ, l-ammonti ta’ telf mistennija, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikomplu jwettqu valutazzjoni sħiħa tar-riskju tal-kreditu ta’ l-iskopertura sottostanti u jkunu f’qagħda li juru t-twettiq sħiħ ta’ din il-ħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti. Fil-każ ta’ kontrotranżazzjonijiet u/jew tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ strumenti ta’ kapital, l-iskopertura sottostanti għandha, għall-għanijiet ta’ dan il-punt biss, titqies li tkun l-ammont nett ta’ l-iskopertura.

1.   PROTEZZJONI TA’ KREDITU ASSISTITA

1.1.   Ftehim fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ (minbarra ftehimiet ta’ master netting li jkopru kontrotranżazzjonijiet u/jew tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ strumenti ta’ kapital u/jew tranżazzjonijiet oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji)

3.

Għal ftehimiet ta’ kkalkolar fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ minbarra ftehimiet ta’ master netting li jkopru kontrotranżazzjonijiet u/jew tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ strumenti ta’ kapital u/jew tranżazzjonijiet oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji sabiex ikunu rikonoxxuti għall-għanijiet ta’ l-Artikoli 90 sa 93 iridu jkun ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iridu jkunu legalment effettivi u infurzabbli taħt il-leġiżlazzjonijiet rilevanti kollha, anke fil-każ ta’ insolvenza jew falliment ta’ kontraparti;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kapaċi tiddetermina fi kwlaunkwe ħin dawk l-assi u responsabbiltajiet soġġetti għal ftehim ta’ totalizzar fuq il-karta tal-bilanċ;

(c)

l-istituzzjoni ta’ kreditu trid tissorvelja u tikkontrolla r-riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu; u

(d)

l-istituzzjoni ta’ kreditu trid tissorvelja u tikkontrolla l-iskoperturi relevanti fuq bażi netta.

1.2.   Ftehimiet ta’ master netting li jkopru kontrotranżazzjonijiet u/jew tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ strumenti ta’ kapital u/jew tranżazzjonijiet oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji

4.

Għal ftehimiet ta’ master netting li jkopru kontrotranżazzjonijiet u/jew tranżazzjonijiet ta’ self jew tislif ta’ strumenti ta’ kapital jew prodotti u/jew tranżazzjonijiet oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji, sabiex ikunu rikonoxxuti għall-għanijiet ta’ l-Artikoli 90 sa 93, huma:

(a)

ikunu legalment effettivi u infurzabbli taħt il-leġiżlazzjonijiet rilevanti kollha, anke fil-każ ta’ falliment jew insolvenza ta’ kontraparti;

(b)

għandhom jagħtu lill-parti mhix inadempjenti d-dritt li twaqqaf u tagħlaq fil-ħin it-tranżazzjonijiet kollha taħt il-ftehim fil-każ ta’ inadempjenza, anke fil-każ ta’ falliment jew insolvenza tal-kontraparti; u

(c)

għandhom jipprovdu għat-totalizzar tal-qligħ u t-telf minn tranżazzjonijiet magħluqa taħt ftehim master biex b’hekk ammont nett singolu jispiċċa jkun dovut minn kontroparti jew oħra.

5.

Barra minn hekk, l-obbligi minimi għar-rikonoxximent ta’ kollateral finanzjarju taħt il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju stabbilit fil-punt 6 għandhom jitwettqu.

1.3.   Kollateral finanzjarju

1.3.1.   Obbligi minimi għar-rikonoxximent ta’ kollateral finanzjarju taħt i l-Metodi kollha

6.

Għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju u d-deheb, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)   Korrelazzjoni baxxa

Il-kwalità ta’ kreditu tad-debitur u l-valur tal-kollateral m’għandux ikollhom korrelazzjoni sostanzjali pożittiva.

Titoli maħruġa mid-debitur, jew kwalunkwe entità fi grupp mhumiex eleġibbli. Minkejja dan, il-ħruġ ta’ bonds koperti minn dak li huwa marbut b’kuntratt li huma skond l-Anness VI, Parti 1, punt 68 sa 70, jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala eliġibbli jekk dawn jiġu poġġuti bħala garanziji reali għal tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid, dment li jkun hemm konformità ma’ l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt.

(b)   Ċertezza ġuridika

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu kwalunkwe obbligi kuntrattwali u statutorji fir-rigward ta’, u jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw, l-infurzabbiltà ta’ l-arranġamenti tal-kollateral taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-interess tagħhom fil-kollateral.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu wettqu biżżejjed reviżjoni legali li tikkonfrema l-infurzabbiltà ta’ l-arranġamenti kollaterali fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha. Għandhom iwettqu din ir-reviżjoni mill-ġdid skond kemm meħtieġ sabiex jiżguraw infurzabbiltà kontinwa.

(c)   Obbligi operattivi

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw proċeduri u proċessi b’saħħithom sabiex jikkontrollaw riskji li jqumu mill-użu tal-kollateral – inklużi riskji ta’ protezzjoni ta’ kreditu falluta jew imnaqqsa, riskji ta’ evalwazzjoni, riskji assoċjati mat-terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu, riskji ta’ konċentrazzjoni li jqumu mill-użu tal-kollateral u l-interazzjoni mal-profil ġenerali ta’ riskju ta’ l-istituzzjoni tal-kreditu.

L-istituzzjoni tal-kreditu għandha tkun iddokumentat policies u prattiki li jirrigwardaw it-tipi u l-ammonti ta’ kollateral aċċettati.

Istituzzjoni tal-kreditu għandha tikkalkula l-valur tas-suq tal-kollateral, u tivvalutah mill-ġdid kif xieraq, bi frekwenza minima ta’ darba kull sitt xhur u kull meta l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha għaliex tifhem li jkun seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq.

Fejn il-kollateral ikun miżmum minn parti terza, istituzzjonijiet ta’ kreditu jridu jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-parti terza tissegrega l-kollateral mill-assi tagħha stess.

1.3.2.   Obbligi minimi addizzjonali għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju taħt il-Metodi Finanzjarju Sempliċi tal-Kollateral

7.

Flimkien ma’ l-obbligi stabbiliti fil-punt 6 hawn fuq, għar-rikonoxximent tal-kollateral finanzjarju taħt il-Metodu Finanzjarju Sempliċi tal-Kollateral il-maturità residwa tal-protezzjoni trid tkun twila mill-inqas daqs il-maturità residwa ta’ l-iskopertura.

1.4.   Ħtiġijiet minimi għar-rikonoxximent tal-kollateral tal-proprjetà

8.

Għar-rikonxximent tal-kollateral tal-proprjetà għandhom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)   Ċertezza ġuridika

L-ipoteka jew ħlas għandhom ikunu infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha li huma rilevanti fiż-żmien meta l-ftehima ta’ kreditu tiġi konkluża, u l-ipoteka jew ħlas għandhom ikunu reġistrati fil-pront. Il-garanzija għandha tkun kostitwita b’mod validu (i.e. l-obbligi legali kollha għall-ipperfezzjonar tal-garanzija għandho ikunu ssodisfati). Il-ftehim ta’ protezzjoni u l-proċess legali sottostanti għandhom jippermettu lill-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tirrealizza l-valur tal-protezzjoni f’qafas xieraq ta’ żmien.

(b)   Sorveljanza tal-valuri ta’ proprjetà

Il-valur tal-proprjetà għandu jkun sorveljat fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba kull sena għal proprjetà immobbli kummerċjali u darba kull tliet snin għal proprjetà immobbli residenzjali. Monitoraġġ iktar frekwenti għandu jitwettaq fejn is-suq huwa suġġett għal tibdil sinjifikanti fil-kundizzjonijiet. Jistgħu jintużaw metodi statistiċi sabiex timmonitorja l-valur tal-proprjetà u biex tiġi identifikata proprjetà li għandha bżonn rivalutazzjoni. Il-valutazzjoni tal-proprjetà għandha tkun eżaminata minn valutant indipendenti meta tagħrif jindika li l-valur tal-proprjetà seta’ naqas sostanzjalment meta mqabbel mal-prezzijiet ġenerali tas-suq. Għal self li jaqbeż it-3 miljun EUR jew 5 % tal-finanzi proprji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, il-valutazzjoni tal-proprjetà għandha tkun eżaminata minn valutant indipendenti mill-inqas darba kull tliet snin.

“Valutant indipendenti” jfisser persuna li għandha l-kwalifiki meħtieġa, il-ħila u l-esperjenza sabiex twettaq valutazzjoni u li tkun indipendenti mill-proċess ta’ deċiżjoni dwar il-kreditu.

(c)   Dokumentazzjoni

It-tipi ta’ proprjetà residenzjali u kummerċjali aċċettati mill-istituzzjoni ta’ kreditu u l-policies ta’ self tagħha f’dan ir-rigward għandhom ikunu dokumentati b’mod ċar.

(d)   Assigurazzjoni

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċeduri stabbiliti sabiex tiżgura li l-proprjetà meħuda bħala protezzjoni tkun assigurata kontra d-danni b’mod adegwat.

1.5.   Obbligi minimi għar-rikonoxximent ta’ riċevibbli bħala kollateral

9.

Għar-rikonoxximent ta’ riċevibbli bħala kollateral għandhom ikunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)   Ċertezza ġuridika

(i)

Il-mekkaniżmu legali li permezz tiegħu jiġi fornut il-kollateral għandu jkun b’saħħtu u effettiv u jiżgura li min isellef ikollu drittijiet ċari fuq il-proċedimenti.

(ii)

Istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ l-obbligi lokali kolla fir-rigward ta’ l-infurzabbiltà ta’ l-interess tas-sigurtà. Għandu jkun hemm qafas li jippermetti lil min isellef sabiex ikollu d-dritta ta’ l-ewwel priorità fuq il-kollateral, soġġett għad-diskrezzjoni nazzjonali dwar jekk dan id-dritt jitħalliex ikun soġġett għad-drittijiet ta’ kredituri privileġġjati previsti fid-dispożizzjonijiet leġiżlattiva jew ta’ implimentazzjoni.

(iii)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu wettqu biżżejjed reviżjoni legali li tikkonfrema l-infurzabbiltà ta’ l-arranġamenti kollaterali fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha; u

(iv)

L-arranġamenti tal-kollateral għandhom ikunu dokumentati kif xieraq, bi proċedura ċara u b’saħħitha għall-ġbir f’waqtu tal-kollateral. Il-proċeduri ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li kwalunkwe kundizzjonijiet legali meħtieġa għad-dikjarazzjoni ta’ l-inadempjenza tad-debitur u l-ġbir f’waqtu tal-kollateral ikunu osservati. Fil-każ ta’ kriżi jew inadempjenza finanzjarja ta’ min jissellef, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha l-awtorità legali sabiex tbiegħ jew tassenja r-riċevibbli lil partijiet oħra mingħajr il-kunsens tad-debituri tar-riċevibbli.

(b)   Ġestjoni tar-riskju

(i)

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċeduri adegwati sabiex tiddetermina r-riskju ta’ kreditu assoċjat mar-riċevibbli. Proċeduri bħal dawn għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra, analiżi tan-negozju tad-debitur u s-settur ekonomiku li jaħdem fih, kif ukoll it-tipi ta’ klijenti li magħhom jinnegozja. Fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tistrieħ fuq id-debitur għal—valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-klijenti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tevalwa l-prattiċi ta’ kreditu tad-debitu u taċċerta l-validità u l-kredibbiltà tagħhom.

(ii)

Il-marġini bejn l-ammont ta’ l-iskopertura u l-valur tar-riċevibbli għandu jirrifletti l-fatturi pertinenti kollha, inklużi n-nefqa tal-ġbir, il-konċentrazzjoni fl-ambitu ta’ l-aggregat tar-riċevibbli mwiegħda bħala garanzija minn debitur individwali, u r-riskji potezjali ta’ konċentrazzjoni fl-ambitu ta’ l-iskoperturi kollha ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu lilhinn minn dawk kontrollati mill-metodoloġija ġenerali ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha twettaq proċess kontinwu ta’ sorveljanza kif xieraq fir-rigward tar-riċevibbli. Barra dan, konformità ma’ patti ta’ self, restrizzjonijiet ambjentali, u obbligi legali oħra għandhom ikunu riveduti fuq bażi regolari.

(iii)

Ir-riċevibbli mwiegħda bħala garanzija mid-debitur għandhom ikunu diversifikati u ma jkunux korrelatati b’mod inġust mas-sitwazzjoni tad-debitur. Meta jkun hemm korrelazzjoni sostanzjali pożittiva, ir-riskji konnessi għandhom jitqiesu fit-tfassil ta’ marġini għall-aggregat tal-kollaterali kollu kemm hu;

(iv)

Ir-riċevibbli mingħand affiljati tad-debitur (inklużi sussidjarji u impjegati) m’għandhomx jitqiesu bħala fatturi li jimmitigaw ir-riskju; u

(v)

L-istutuzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċess dokumentat għall-ġbir ta’ pagamenti riċevibbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Il-faċilitajiet meħtieġa għall-ġbir għandhom ikunu operattivi, anke meta l-istituzzjoni ta’ kreditu normalment tibbaża fuq id-debitur għall-ġbir.

1.6.   Obbligi minimi għar-rikonoxximent ta’ kollateral fiżiku ieħor

10.

Għar-rikonoxximent ta’ kollateral fiżiku ieħor iridu jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-arranġament tal-kollateral għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli taħt il-leġislazzjonijiet kollha rilevanti u għandu jippermetti lill-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tirrealizza l-valur tal-proprjetà f’qafas raġonevoli ta’ żmien;

(b)

bl-eċċezzjoni waħdanija ta’ krediti privileġġjata miftiehma minn qabel imsemmija fil-punt 9(a)(ii), huma aċċettati biss krediti privileġġjati ta’ l-ewwel grad, jew ħlasijiet fuq il-kollateral. Għalhekk, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha priorità fuq dawk il-kredituri kollha għad-dħul realizzat tal-kollateral;

(c)

il-valur tal-proprjetà għandu jkun sorveljat fuq bażi frekwenti u mill-inqas darba kull sena. Tkun meħtieġa sorveljanza aktar spiss fejn is-suq ikun soġġett għal tibdil sinifikanti fil-kundizzjonijiet;

(d)

il-ftehim ta’ self għandu jinkludi deskrizzjonijiet dettaljati tal-kollateral flimkien ma’ speċifikazzjonijiet dettaljati tal-mod u l-frekwenza tar-rivalutazzjoni;

(e)

it-tipi ta’ kollateral fiżiku aċċettat mill-istituzzjoni ta’ kreditu u policies u prattiċi fir-rigward ta’ l-ammont xieraq ta’ kull tip ta’ kollateral relattiv għall-ammont ta’ skopertura għandu jkun dokumentat b’mod ċar fil-policies u l-prattiċi interni ta’ kreditu disponibbli għall-ispezzjoni;

(f)

Il-policies ta’ kreditu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ l-istruttura tat-tranżazzjoni għandhom jindirizzaw l-obbligi kollaterali xierqa relattivi għall-ammont ta’ skopertura, l-abbiltà li jkun likwidat faċilment il-kollateral, l-abbiltà li jkun stabbilit oġġettivament valur ta’ prezz jew il-valur fis-suq, il-frekwenza li biha l-valur ikun jista’ jinkiseb faċilment (inkluża stima jew valutazzjoni professjonali), u l-instabilità jew “proxy” ta’ l-instabbilità tal-valur tal-kollateral;

(g)

kemm il-valutazzjoni tal-bidu kif ukoll ir-rivalutazzjoni għandhom iqisu bis-sħiħ kwalunkwe deterjorament jew therrija tal-kollateral. Għandha tingħata attenzjoni partikolari fil-valutazzjoni u r-rivalutazzjoni għall-effetti tal-mixja taż-żmien fuq il-kollateral sensittiv għall-bidliet fil-moda jew l-iskadenza taż-żmien;

(h)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha d-dritt li tispezzjona l-proprjetà fiżikament. Għandu jkollha policies u proċeduri li jindirizzaw l-eżerċizzju tagħha tad-dritt li twettaq din l-ispezzjoni fiżika;u

(i)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċeduri stabbiliti sabiex tara li l-proprjetà meħuda bħala protezzjoni tkun żgurata kontra d-danni b’mod adegwat.

1.7.   Obbligi minimi sabiex skoperturi ta’ kiri jkunu trattat bħala kollateralizzati

11.

Għall-iskoperturi li jiġu minn tranżazzjonijiet ta’ kiri sabiex ikunu trattati bħala kollateralizzati mit-tip ta’ proprjetà mikrija, għandhom ikunu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 8 jew 10 kif xieraq għar-rikonoxximent bħala kollateral tat-tip ta’ proprjetà mikrija għandhom jiġi ssodisfati;

(b)

Għandu jkun hemm ġestjoni b’saħħitha tar-riskju min-naħa tal-kerrej fir-rigward ta’ l-użu li jsir mill-ass mikri, l-età tiegħu, u t-tul taż-żmien ta’ l-użu pjanat, inkluża s-sorveljanza adegwata tal-valur tat-titolu;

(c)

għandu jkun hemm qafas legali b’saħħtu li jassigura d-dritt ta’ proprjetà legali ta’ l-ass tal-kerrej u l-abbiltà tiegħu li jeżerċita dan id-dritt ta’ proprjetà meta dan ikun xieraq u f’waqtu, u

(d)

Meta ma tkunx għadha ġiet żgurata fil-kalkolu tal-livell ta’ l-LGD, id-differenza bejn il-valur ta’ l-ammont mhux amortizzat u l-valur fis-suq tat-titolu ma jridx ikun tant kbar li jesaġeraw it-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu attribwit lill-assi mikrija.

1.8.   Obbligi minimi għar-rikonoxximent ta’ protezzjoni oħra tal-kreditu assistita

1.8.1.   Depożiti f’kontanti ma’, jew strumenti assimilabbli ta’ kontanti miżmuma minn, istituzzjoni terza

12.

Sabiex tkun eliġibbli għat-trattament stabbilit fil-Parti 3, il-Punt 79, il-protezzjoni msemmija fil-Parti 1, il-paragrafu 23 għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-talba tad-debitur kontra istituzzjoni terza għandha tkun imwiegħda b’mod espliċitu bħala garanzija jew assenjata bil-miftuħ lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef u li dan l-impenn jew trasferiment huwa legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet kollha rilevanti;

(b)

l-istituzzjoni terza għandha tkun notifikata bil-wegħda jew l-assenju;

(c)

b’riżultat ta’ l-avviż, l-istituzzjoni terza tkun tista’ twettaq pagamenti biss lill-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed issellef jew lil partijiet oħra bil-kunsens ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed issellef; u

(d)

il-wegħda jew l-assenju għandhom ikunu bla kundizzjoni u irrevokabbli.

1.8.2.   Poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja mwiegħda b’garanzija lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef.

13.

Sabiex poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja mwiegħda bħala garanzija lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef ikunu rikonoxxuti għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tista’ tkun rikonoxxuta bħala fornitriċi ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita eliġibbli taħt il-Parti 1, il-punt 26;

(b)

il-polza ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja għandha tkun imwiegħda bħala garanzija jew assenjata bil-miftuħ lill-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef;

(c)

il-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja tkun avżata bil-wegħda jew l-assenju u b’riżultat tista ma tħallasx l-ammonti pagabbli skond il-kuntratt mingħajr il-kunsens ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef;

(d)

il-valur ta’ ċediment dikjarat tal-polza ma jistax jitnaqqas;

(e)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef għandu jkollha d-dritt li tħassar il-polza u tirċievi valur ta’ ċediment f’waqtu fil-każ ta’ l-inadempjenza tad-debitur;

(f)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef għandha tkun infurmata dwar kull eżekuzzjoni ta’ pagament tal-polza li ma tkunx saret mit-titular tal-polza;

(g)

għandha tkun fornuta l-protezzjoni tal-kreditu għall-maturità tas-self. Meta din ma tkunx possibbli minħabba li r-relazzjoni ta’ assigurazzjoni tintemm qabel ma tintemm il-relazzjoni ta’ self, l-istituzzjoni ta’ kreditu trid tassigura li l-ammont li joriġina mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni jservi lill-istituzzjoni ta’ kreditu bħala sigurta’ sakemm tiskadi l-ftehima ta’ kreditu; u

(h)

l-impenn jew it-trasferiment għandu jkun legalment effettiv u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha fiż-żmien meta tiġi konkluża l-ftehima ta’ kreditu.

2.   “CREDIT LINKED NOTES” U PROTEZZJONI TA’ KREDITU MHUX ASSISTITA

2.1.   Obbligi komuni għal garanziji u derivattivi ta’ kreditu

14.

Soġġett għall-punt 16, sabiex tkun rikonoxxuta l-protezzjoni tal-kreditu li tiġi minn garanzija jew derivattiv ta’ kreditu, għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-protezzjoni tal-kreditu għandha tkun diretta;

(b)

l-entità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tkun definita b’mod ċar u tkun inkontrovertibbli;

(c)

il-kuntratt tal-protezzjoni tal-kreditu m’għandu jkollu l-ebda klawżola li t-twettiq tagħha jkun lilhinn mill-kontroll dirett ta’ min isellef, li:

(i)

tippermetti lill-fornitur tal-protezzjoni sabiex unilateralment jikkanċella l-protezzjoni;

(ii)

iżżid l-ispiża effettiva tal-protezzjoni bħala konsegwenza ta’ therrija fil-kwalità ta’ kreditu ta’ l-iskopertura protetta;

(iii)

tista’ twaqqaf lill-fornitur tal-protezzjoni milli jkun obbligat iħallas fil-ħin f’każ li d-debitur prinċipali jonqos milli jwettaq il-ħlas dovut; jew

(iv)

tista’ tippermetti li l-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu titnaqqas mill-fornitur tal-protezzjoni; u

(d)

għandha tkun legalment effettiva u infurzabbli fil-ġurisdizzjonijiet relevanti kollha fiż-żmien meta tiġi konkluża l-ftehima ta’ kreditu.

2.1.1.   Obbligi operattivi

15.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtorità kompetenti li għandha stabbiliti sistemi lesti sabiex jiġġestixxu l-konċentrazzjoni potenzjali tar-riskju li tkun ġejja mill-użu tal-garanziji u derivattivi ta’ kreditu mill-istituzzjoni ta’ kreditu. L-istituzzjoni ta’ kreditu trid tkun f’qagħda li turi wkoll kif l-istrateġija tagħha, fir-rigward ta’ l-użu ta’ derivattivi ta’ kreditu u garanziji, tinteraġixxi mal-ġestjoni tal-profil ġenerali tar-riskju tagħha.

2.2.   Kontrogaranziji sovrani u oħrajn fis-settur pubbliku

16.

Meta skopertura tkun protetta minn garanzija megħjuna minn kontrogaranzija ta’ amministrazzjoni jew bank ċentrali, amminisrazzjoni reġjonali jew awtorità lokali, jew entità tas-settur pubbliku, li l-krediti kontrihom ikunu meqjusa bħala krediti kontra l-gvern ċentrali li fih huma stabbiliti, taħt l-Artikoli 78 sa 83, ta’ bank multilaterali ta’ żvilupp li għalih jassenja piż differenzjat skond ir-riskju ta’ 0 % taħt jew permezz ta’ l-Artikoli 78 sa 83, jew ta’ entità tas-settur pubbliku, li l-iskoperturi kontriha ikunu ttrattati bħala skoperturi kontra istituzzjonijiet ta’ kreditu taħt l-Artikoli 78 sa 83, l-iskopertura tista’ tiġi trattata bħala protetta minn garanzija fornuta mill-entità konċernata jekk kemm-il darba jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kontrogaranzija tkopri l-elementi tar-riskju kollu ta’ kreditu tal-kreditu konċernat;

(b)

kemm il-garanzija prinċipali kif ukoll il-kontrogaranzija, jissodisfaw l-obbligi għall-garanziji stabbiliti fil-punt 14, 15 u 18, ħlief li l-kontro-garanzija m’hemmx għalfejn tkun diretta; u

(c)

l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-koperta hi b’saħħitha u li xejn fl-evidenza storika ma jissuġġerixxi li l-kopertura tal-kontrogaranzija hi fil-fatt inferjuri għal dik fornita minn garanzija diretta ta’entità konċernata.

17.

It-trattament stipulat f’punt 16 japplika wkoll f’każ ta’ skopertura li mhix kontro-garantita minn xi entità mniżżla f’dak il-punt jekk il-kontro-garanzija ta’ dik l-iskopertura hija mill-banda l-oħra ggarantita direttament minn waħda mill-entitajiet imniżżla u l-kundizzjonijiet mniżżlin f’dak il-punt huma ssodisfati.

2.3.   Obbligi Addizzjonali għall-Garanziji

18.

Sabiex garanzija tkun rikonoxxuta iridu jkunu ssodisfati wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-kontraparti tkun inadampjenti u/jew tonqos milli tħallas, l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed tislef ikollha d-dritt li tfittex bla dewmien lill-garanti għal kull ħlasijiet dovuti skond il-klejm li fir-rigward tagħha tkun provduta l-protezzjoni. Il-ħlas mill-garanti m’għandux ikun suġġett għat-tiftix ta’ l-obbligatur min-naħa ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef.

Fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita li tkopri self fuq immobbli residenzjali, ir-rekwiżiti f’punt 14(c), punt (iii) u fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt jridu jiġu ssodisfati biss matul 24 xhar.

(b)

il-garanzija għandha tkun obbligu dokumentat espliċitament merfugħ mill-garanti; u

(c)

suġġett għas-sentenza li ġejja, il-garanzija għandha tkopri kull tip ta’ ħlasijiet li l-obbligatur huwa mistenni li jagħmel fir-rigward tal-klejm. Fejn ċerti tipi ta’ ħlas huma esklużi mill-garanzija, il-valur rikonoxxut tal-garanzija għandu jkun aġġustat sabiex jirrifletti l-kopertura limitata.

19.

Fil-każ ta’ garanziji pprovduti fil-kuntest ta’ skemi ta’ garanzija reċiproka rikonoxxuti għal dawn il-fini mill-awtoritajiet kompetenti jew provduti, jew kontro-garantiti, minn entitajiet imsemmija fil-punt 16 l-obbligi fil-punt 18(a) jkunu kkunsidrati bħala ssodisfati meta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef għandha d-dritt li tikseb, mingħajr dewmien, ħlas proviżorju mill-garanti kkalkulat biex jirrappreżenta stima soda ta’ l-ammont tat-telf ekonomiku inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ interessi u tipi oħra ta’ ħlas li d-debitur huwa obbligat li jagħmel, li huwa probabbli li teħel l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed tislef b’mod proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu li tislef tista’ turi li l-effetti tal-garanzija għall-ħarsien mit-telf, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ interessi u tipi oħra ta’ pagament li min jissellef ikun obbligat jagħmel, jiġġustifikaw dan it-trattament.

2.4.   Obbligi addizzjonali għad-derivattivi tal-kreditu

20.

Biex jiġi rikonoxxut derivattiv tal-kreditu, għandhom jintlaħqu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

suġġett għal punt (b), l-avvenimenti ta’ kreditu speċifikati taħt id-derivattiv tal-kreditu għandhom bħala minimu jinkludu:

(i)

in-nuqqas ta’ ħlas ta’ l-ammont dovuti skond it-termini ta’ l-obbligazzjoni sottostanti li jkunu fis-seħħ fi żmien dan in-nuqqas (b’perjodu ta’ grazzja li huwa qrib sew jew iqsar mill-perjodu ta’ grazzja fl-obbligazzjoni sottostanti);

(ii)

il-falliment, l-insolvenza jew l-inkapaċità ta’ dak li jkun intrabat bl-obbligazzjoni li jħallas id-djun tiegħu, jew in-nuqqas jew l-ammissjoni bil-miktub ta’ l-inkapaċità ġenerali tiegħu li jħallas djunu malli jkunu dovuti, u avvenimenti analogi; u

(iii)

ir-ristrutturar ta’ l-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi l-maħfra jew il-posponiment tal-kapital, l-interessi jew ħlasijiet oħra li jirriżultaw minn avveniment ta’ telf ta’ kreditu (i.e. agġustament tal-valur jew debitu simili ieħor għall-kont tal-qligħ u t-telf);

(b)

Meta l-avvenimenti ta’ kreditu speċifikati taħt id-derivattiv tal-kreditu ma jinkludux ir-ristrutturar ta’ l-obbligazzjoni sottostanti kif deskritt fil-punt (a)(iii), il-protezzjoni tal-kreditu tista’ madankollu tingħaraf bħala suġġetta għal tnaqqis fil-valur rikonoxxut kif speċifikat f’Parti 3, punt 83;

(c)

fil-każ ta’ derivattivi ta’ kreditu li jippermettu ħlas fi flus, għandu jkun hemm proċess sod ta’ validazzjoni sabiex it-telf jiġi stmat b’mod affidabbli. Se jkun hemm perjodu speċifikat b’mod ċar għall-ksib ta’ valutazzjonijiet għal wara l-avvenimenti ta’ kreditu għall-obbligazzjoni sottostanti;

(d)

jekk id-dritt u l-kapaċità ta’ xerrej il-protezzjoni li jitrasferixxi l-obbligazzjoni sottostanti lil min qed jipprovdi l-protezzjoni jkunu meħtieġa għall-ħlas, it-termini ta’ l-obbligazzjoni sottostanti għandhom jipprevedu li kull kunsens meħtieġ għal dan it-trasferiment ma jistax jinżamm milli jingħata mingħajr ma jkun hemm raġuni valida; u

(e)

l-identità tal-partijiet responsabbli għad-determinazzjoni ta’ jekk avveniment ta’ kreditu seħħx jew le għandha tiġi ddefinita b’mod ċar. Dan m’għandux ikun ir-responsabbiltà waħdanija ta’ min jipprovdi l-protezzjoni. Xerrej il-protezzjoni għandu jkollu d-dritt/il-kapaċità li jgħarraf lil min jipprovdi l-protezzjoni bis-seħħ ta’ avveniment ta’ kreditu.

21.

Nuqqas ta’ qbil bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ referenza taħt id-derivattiv tal-kreditu (i.e. l-obbligazzjoni użata sabiex jiġi ddeterminat il-valur tal-ħlas fi flus jew l-obbligazzjoni konsenjabbli) jew bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni użata sabiex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija permissibbli biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-obbligazzjoni ta’ referenza jew l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skond il-każ, hija kklassifikata pari passu ma’ jew inkella hija inferjuri għall-obbligazzjoni sottostanti; u

(b)

l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ referenza jew l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skond il-każ, ikollhom l-istess entità li ntrabet bl-obbligu (i.e. l-istess entità ġuridika) u jkun hemm klawżoli infurzabbli ġuridikament li jkunu cross-default jew cross-acceleration.

2.5.   Rekwiżiti għall-kwalifika għat-trattament skond l-Anness VII, Parti 1, punt 4

22.

Biex tkun eliġibbli għat-trattament kif stipulat fl-Anness VII, Parti 1, punt 4, il-protezzjoni ta’ kreditu li toriġina minn garanzija jew derivativa ta’ kreditu għandha tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

l-obbligu sottostanti għandu jkun għal:

skopertura ta’ kumpaniji skond l-Artikolu 86, esklużi intrapriżi ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni;

skopertura lejn gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità tas-Servizz Pubbliku li mhix meqjusa bħala skopertura lejn gvern ċentrali jew bank ċentrali skond l-Artikolu 86; jew

skopertura lejn entità ta’ daqs żgħir jew medju, klassifikata bħala skopertura ta’ bejgħ bl-imnut, skond l-Artikolu 86 (4);

(b)

dawk li jkunu marbutin b’kuntratt ma jistgħux ikunu membri ta’ l-istess grupp bħall-fornitur tal-protezzjoni;

(c)

l-iskopertura għandha tkun koperta b’wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

derivattivi ta’ kreditu mhux iffinanzjat ta’ firma waħdanija jew garanziji ta’ firma waħdanija;

prodotti bbażati fuq “basket” tat-tip “first-to-default” - it-trattament għandu jiġi applikat għall-attiv (assi) fil-“basket” bl-anqas ammont ta’ skopertura valutat fuq ir-riskju; u

derivattivi ta’ kreditu bbażati fuq “basket” tat-tip “nth-to-default” - il-protezzjoni miksuba hija biss eliġibbli għall-konsiderazzjoni skond dan il-qafas jekk inkisbet ukoll protezzjoni eliġibbli li tkopri t-tip (n-1)th default jew meta (n-1) ta’ l-assi ġewwa l-“basket” ġew iddikjarati “defaulted”. F’dan il-każ it-trattament għandu jiġi applikat għall-attiv (assi) fil-“basket” bl-anqas ammont ta’ skopertura valutat fuq ir-riskju;

(d)

il-protezzjoni ta’ kreditu tissodisfa l-ħtiġijiet stipulati fil-punt 14, 15, 18, 20 u 21;

(e)

il-valur tar-riskju li huwa assoċjat ma’ l-iskopertura qabel l-applikazzjoni tat-trattament fl-Anness VII Parti 1 punt 4, għadu mhux ikkunsidrat fl-ebda aspett tal-protezzjoni tal-kreditu;

(f)

istituzzjoni ta’ kreditu għandha jkollha d-dritt u l-prospettattiva li tirċievi ħlas mingħand il-fornitur tal-protezzjoni mingħajr ma jkollha bżonn li tieħu passi legali sabiex tfittex lill-kontroparti għall-ħlas. Sa fejn hu possibbli, istituzzjoni ta’ kreditu għandha tieħu passi sabiex tassigura lilha nnifisha li l-fornitur tal-protezzjoni huwa lest li jħallas fil-pront f’każ li sseħħ sitwazzjoni ta’ kreditu;

(g)

il-protezzjoni ta’ kreditu mixtrija trid tassorbi kull telf ta’ kreditu kkawżat mill-parti koperta ta’ l-iskopertura li seħħ fis-sitwazzjonijiet ta’ kreditu mniżżla fil-kuntratt;

(h)

jekk l-istruttura ta’ ħlas tipprovdi għal ftehim fiżiku, għandu jkun hemm ċertezza legali f’dak li huwa l-għoti tas-self, bond, jew responsabilità kontinġenti. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu għandha l-intenzjoni li tagħti obbligazzjoni li mhix l-iskopertura bażi, hija għandha tassigura li l-obbligazzjoni li tista’ tingħata hija likwidi biżżejjed sabiex l-istituzzjoniji ta’ kreditu tkun tista’ tixtriha u tagħtiha skond il-kuntratt;

(i)

it-termini u l-kundizzjonijiet tal-arranġamenti tal-protezzjoni ta’ kreditu għandhom jkunu kkonfermati legalment bil-miktub kemm mill-fornitur tal-protezzjoni u mill-istituzzjoni ta’ kreditu;

(j)

istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikollhom proċess sabiex jidentifikaw korrelazzjoni eċċessiva bejn il-mertu ta’ kreditu tal-fornitur ta’ protezzjoni u d-debitur ta’ l-iskopertura bażi minħabba li r-rendiment tagħhom jiddependi fuq fatturi komuni lil hinn mill-fattur sistematiku ta’riskju. u

(k)

f’każ ta’ protezzjoni kontra riskju ta’ dilwizzjoni, il-bejjiegħ ta’ krediti mixtrija ma jistax ikun membru ta’ l-istess grupp bħall-fornitur tal-protezzjoni.

PARTI 3

Il-kalkolu ta’ l-effetti tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu

1.

Suġġett għall-Partijiet 4 sa 6, meta jkunu sodisfatti d-dispożizzjonijiet f’Partijiet 1 u 2, il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi skond koeffiċjenti għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 u l-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi skond koeffiċjenti għar-riskju u l-ammont ta’ telf mistenni skond l-Artikoli 84 sa 89 jista’ jiġi mmodifikat skond id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti

2.

Flus, titoli jew prodotti mixtrija, mislufa jew irċevuti skond tranżazzjoni ta’ xiri lura jew tranżazzjonijet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti għandhom jiġu ttrattati bħala kollateral.

1.   PROTEZZJONI TAL-KREDITU FFINANZJATA

1.1.   Credit linked notes

3.

Investimenti fi credit linked notes maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-kreditu li qed isellfu jistgħu jiġu ttrattati bħala kollateral fi flus.

1.2.   Kumpens fuq il-bilanċ

4.

Self jew depożiti ma’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li qed issellef suġġetti għal kalkolku fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ għandhom jiġu ttrattati bħala kollateral fi flus.

1.3.   Ftehimiet ewlenin ta’ kumpens li jkopru tranżazzjonijiet bil-patt ta’ xiri lura u/jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti u/jew tranżazzjonijiet kapitali oħra marbuta mas-swieq finanzjarji.

1.3.1.   Kalkolu tal-valur ta’ l-iskopertura aġġustat għal kollox

(a)   L-użu tal-metodoloġiji għall-aġġustamenti għall-volatilità “Superviżorji” jew ta’ l-“Estimi Proprji”

5.

Suġġett għall-punt 12 sa 21, fil-kalkolu tal-“valur aġġustat għal kollox ta’ l-iskopertura” (E*) għall-iskoperturi suġġetti għal ftehim ewlinei ta’ kumpens li jkopri tranżazzjonijiet bil-patt ta’ xiri lura u/jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli u prodotti u/jew tranżazzjonijiet kapitali oħra marbuta mas-swieq finanzjarji, l-aġġustamenti għall-volatilità li għandhom jiġu applikati għandhom jinħadmu jew permezz tal-metodoloġija Superviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità jew inkella l-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji għall-aġġustamenti għall-volatilità kif stipulat fil-punt 30 sa 61 għall-Metodu Komprensiv għall-Kollateral Finanzjarju. Għall-użu tal-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji, japplikaw l-istess kundizzjonijiet u rekwiżiti bħal dawk tal-Metodu Komprensiv għall-Kollateral Finanzjarju.

6.

Il-pożizzjoni netta ta’ kull tip ta’ titolu jew prodott għandha tinħadem billi jitnaqqas il-valur totali tat-titoli jew prodotti ta’ dak it-tip mislufa, mibjugħa jew ipprovduti skond il-ftehim ewlieni tal-kalkolu fuq bażi netta, il-valur totali tat-titoli jew prodotti tat-tip missellfa, mibjugħa jew irċevuti skond dan il-ftehim.

7.

Għall-għanijiet tal-punt 6, tip ta’ titolu tfisser titoli maħruġa mill-istess entità, li għandhom l-istess data tal-ħruġ, l-istess maturità u li huma suġġetti għall-istess termini u kundizzjonijiet u li huma suġġetti għall-istess perjodi ta’ likwidazzjoni kif indikat fil-punt 34 sa 59.

8.

Il-pożizzjoni netta ta’ kull valuta għajr il-valuta tal-ħlas tal-ftehim ewlieni ta’ kumpens, għandha tinħadem billi jitnaqqas il-valur totali tat-titoli denominati f’dik il-valuta mislufa, mibjugħa jew ipprovduta skond il-ftehim ewlieni tal-kumpens miżjud ma’ l-ammont ta’ flus f’dik il-valuta mislufa jew trasferiti skond il-ftehim, il-valur totali tat-titoli denominati f’dik il-valuta missellfa, mixtrija jew irċevuti skond il-ftehim miżjuda ma’ l-ammont ta’ flus f’dik il-valuta missellef jew irċevut skond il-ftehim.

9.

L-aġġustament għall-volatilità xieraq għal tip partikolari ta’ titolu jew ta’ pożizzjoni ta’ flus għandu jiġi applikat għall-valur assolut tal-pożizzjoni pożittiva jew negattiva netta fit-titoli ta’ dak it-tip.

10.

L-aġġustament tal-volatilità tal-kambju tal-valuti barranin (fx) għandu jiġi applikat lill-pożizzjoni netta pożittiva jew negattiva f’kull valuta għajr il-valuta tal-ħlas bi flus tal-ftehim ewlieni ta’ netting.

11.

E* għandu jinħadem skond il-formula li ġejja:

E* = max{0,[(Σ(E)—Σ(C)) + Σ(|pożizzjoni netta f’kull titolu| × Hsec) + (Σ|Efx| x Hfx)]}

Meta l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju jinħadmu skond l-Artikoli 78 sa 83, E huwa l-valur ta’ l-iskopertura għal kull skopertura separata skond il-ftehim li kieku japplika fin-nuqqas tal-protezzjoni tal-kreditu.

Meta l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni jinħadmu skond l-Artikoli 84 sa 89, E huwa l-valur ta’ l-iskopertura għal kull skopertura separata skond il-ftehim li kieku japplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu.

C huwa l-valur tat-titoli jew tal-prodotti mislufa, mixtrija jew irċevuti jew il-flus mislufa jew irċevuti fir-rigward ta’ kull skopertura bħal din.

S(E) hija s-somma ta’ l-Ejiet kollha skond dan il-ftehim.

S(C) hija s-somma tas-Cjiet kollha skond dan il-ftehim.

Efx hija l-pożizzjoni netta (pożittiva jew negattiva) f’valuta partikolari għajr il-valuta għall-ħlas tal-ftehim kif maħduma skond il-punt 8.

Hsec huwa l-aġġustament għall-volatilità xieraq għal tip partikolari ta’ titolu.

Hfx huwa l-aġġustament għall-volatilità għall-kambju b’valuta barranija.

E* huwa l-valur ta’ l-skopertura aġġustat għal kollox.

(b)   L-użu tal-metodu tal-Mudelli Interni

12.

Bħala alternattiva għall-użu tal-metodoloġija Superviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità jew inkella l-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji għall-aġġustamenti għall-volatilità għall-kalkolu tal-valur ta’ l-iskopertura aġġustat għal kollox (E*) li joħroġ mill-applikazzjoni ta’ ftehim ewlieni eliġibbli għall-kumpens li jkopri tranżazzjonijiet bil-patt ta’ xiri lura u/jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli u prodotti u/jew tranżazzjonijiet kapitali oħra marbuta mas-swieq finanzjarji, l-istutuzzjonijiet tal-kreditu jistgħu jitħallew jużaw metodu tal-Mudelli Interni li tqis l-effetti ta’ korrelazzjoni bejn il-pożizzjonijiet tat-titoli suġġetti għall-ftehim ewlieni għall-kumpens kif ukoll il-likwidità ta’ l-istrumenti kkonċernati. Il-mudelli interni użati f’din il-metodoloġija għandhom jipprovdu stimi ta’ bidla potenzjali fil-valur ta’ l-ammont mhux garantit ta’ l-iskopertura. (ΣE - ΣC). Bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu wkoll jużaw il-mudelli interni tagħhom għal tranżazzjonijiet ta’ self marġni, jekk it-tranżazzjonijiet huma koperti bi ftehima ta’ netting ewlieni bilaterali li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Parti 7.

13.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tagħżel li tuża metodu tal-Mudelli Interni indipendentament mill-għażla li għamlet bejn l-Artikoli 78 sa 83 u l-Artikoli 84 sa 89 għal-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju. Madankollu, jekk istituzzjoni ta’ kreditu tfittex li tuża metodu tal-Mudelli Interni, għandha tagħmel hekk għal kull kontraparti u kull titolu, għajr għal portfolji mhux rilevanti fejn tista’ tuża l-metodoloġija Superviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità jew inkella l-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji għall-aġġustamenti għall-volatilità kif stipulat fil-punt 5 sa 11.

14.

Il-metodu tal-Mudelli Interni hija disponibbli lill-istituti tal-kreditu li rċevew rikonoxximent għal mudell intern għall-ġestjoni tar-riskju skond l-Anness V tad-Direttiva 2006/49/KE.

15.

L-istituzzjonijiet tal-kreditu li ma rċevewx rikonoxximent superviżorju għall-użu ta’ dan il-mudell skond id-Direttiva 2006/49/KE, jistgħu japplikaw għand l-awtoritajiet kompetenti għar-rikonoxximent ta’ mudell intern tal-ġestjoni tar-riskju għall-fini tal-punt 12 sa 21.

16.

L-għarfien għandu jingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-ġestjoni tar-riskji li jinbtu mit-tranżazzjonijiet koperti mill-ftehim ewlieni tal-kalkolu fuq bażi netta jkunu kunċettwalment sodi u implimentati b’integrità u li, b’mod partikolari, jintlaħqu l-istandards kwalitattivi li ġejjin:

(a)

il-mudell intern għall-kejl tar-riskju użat għall-kalkolu tal-volatilità potenzjali tal-prezzijiet għat-tranżazzjonijiet ikun integrat mill-qrib fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u jservi bħala bażi għar-rappurtar ta’ l-iskoperturi ta’ riskju lill-ogħla oqsma tal-ġestjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha jkollha unità ta’ kontroll ta’ riskju li tkun indipendenti mill-unitajiet operattivi u li tirrapporta direttament lill-ogħla oqsma tal-ġestjoni. L-unità trid tkun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Għandha tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar ir-riżultati tal-mudell tal-kejltar-riskju u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’dak li għandu x’jaqsam mal-limiti tal-pożizzjonijiet;

(c)

ir-rapporti ta’ kuljum maħruġa mill-unità għall-kontroll tar-riskju għandhom jiġu mistħarrġa minn livell ta’ ġestjoni b’biżżejjed awtorità li jinforza tnaqqis tal-pożizzjonijiet meħuda u ta’ l-skopertura kumplessiv għar-riskju;

(d)

l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha biżżejjed persunal imħarreġ fl-użu ta’ mudelli sofistikati fl-unità għall-kontroll tar-riskju;

(e)

l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun stabbiliet proċeduri għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ policies u kontrolli interni marbuta ma’ l-operat kumplessiv tas-sistema għall-kejl tar-riskju;

(f)

il-mudelli ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandhom ikollhom storja ppuvata ta’ akkuratezza raġonevoli fil-kejl tar-riskji li tkun murija minn testijiet retrospettivi tar-riżultati tagħhom b’data ta’ sena mill-inqas;

(g)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha twettaq ta’ spiss programm rigoruż ta’ ttestjar għall-istress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet għandhom jiġu mistħarrġa mill-ġestjoni l-għolja u riflessi fil-politiku u l-limiti li jistipulaw;

(h)

l-istituzzjoni ta’ kreditu trid twettaq, bħala parti mill-proċess regolari tagħha ta’ verifika interna, analiżi indipendenti tas-sistema tagħha għall-kejl tar-riskju. Din l-analiżi trid tinkludi sew l-attivitajiet ta’ l-unitajiet operattivi sew dawk ta’ l-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskju;

(i)

mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni ta’ kreditu trid tagħmel analiżi tas-sistema tagħha għall-ġestjoni tar-riskju; u

(j)

il-mudell intern għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Parti 6, punt 40 sa 42.

17.

Il-kalkolu tal-bidla potenzjali fil-valur għandha tkun suġġetta għall-istandards minimi li ġejjin:

(a)

mill-inqas kalkolu ta’ kuljum tal-bidla potenzjali fil-valur;

(b)

intervall ta’ kunfidenza unilaterali tad-99 perċentili;

(c)

perjodu ta’ likwidazzjoni ekwivalenti għal 5 ijiem, ħlief fil-każ ta’ tranżazzjonijiet għajr tranżazzjonijiet ta’ xiri lura ta’ titoli jew tranżazzjonijiet li jsellfu jew jixtru titoli fejn għandu jintuża perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem;

(d)

perjodu ta’ osservazzjoni storika effettiv ta’ perjodu ta’ mill-inqas sena ħlief meta perjodu ta’ osservazzjoni iqsar ikun ġustifikat minn żieda sinifikanti fil-volatilità tal-prezz; u

(e)

aġġornamenti tas-settijiet tad-dejta kull tliet xhur.

18.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-mudell intern tal-kejl tar-riskju jaqbad numru suffiċjenti ta’ fatturi ta’ riskju sabiex jinqabdu ir-riskji fil-prezz sinfikanti.

19.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jħallu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw korreleazzjonijiet empiriċi fi ħdan kategoriji ta’ riskju u minn kategorija ta’ riskju għall-oħra jekk ikunu sodisfatti li s-sistema ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-kejl tal-korrelazzjonijiet hija soda u implimentata b’integrità.

20.

Il-valur ta’ l-iskopertura aġġustat għal kollox (E*) għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jużaw il-metodu tal-Mudelli Interni għandu jinħadem skond il-formula li ġejja:

 

E* = max{0,[(ΣE—ΣC) + (li tirriżulta mill-mudell intern)]}

 

Meta l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jinħadmu skond l-Artikoli 78 sa 83 tas-Subsezzjoni 1, E huwa l-valur ta’ l-iskopertura għal kull skopertura separata skond il-ftehim li kieku japplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu.

 

Meta l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni jinħadmu skond l-Artikoli 84 sa 89, E huwa l-valur ta’ l-iskopertura għal kull skopertura separata skond il-ftehim li kieku japplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu.

 

C huwa l-valur tas-suq attwali tat-titoli missellfa, mixtrija jew irċevuti jew il-kontanti missellfa jew irċevuti fir-rigward ta’ kull skopertura bħal din.

 

Σ(E) huwa s-somma ta’ l-Ejiet kollha skond dan il-ftehim.

 

Σ(E) huwa s-somma tas-Cjiet kollha skond dan il-ftehim.

21.

Fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju bl-użu tal-mudelli interni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jużaw ir-riżultat mudell tal-jum ta’ negozju preċedenti.

1.3.2.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u ammonti ta’ telf mistenni għal tranżazzjonijiet bil-patt ta’ xiri lura u/jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti u/jew tranżazzjonijiet kapitali oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji u koperti minn ftehimiet ewlenin għall-kumpens

Metodu Standardizzat

22.

E* kif maħdum skond il-punt 5 sa 21 għandu jittieħed bħala l-valur ta’ l-iskopertura għall-kontroparti li joħroġ mit-tranżazzjonijiet suġġetti għall-ftehim ewlieni għall-kumpens għall-fini ta’ l-Artikolu 80.

Il-Metodu IRB

23.

E* kif maħdum skond il-punt 5 sa 21 għandu jittieħed bħala l-valur ta’ l-iskopertura għall-kontroparti li joħroġ mit-tranżazzjonijiet suġġetti għall-ftehim ewlieni għall-kumpens għall-fini ta’ l-Anness VII.

1.4.   Kollateral finanzjarju

1.4.1.   Kollateral finanzjarju: Metodu Sempliċi

24.

Il-Metodu Sempliċi għall-Kollateral Finanzjarju għandu jkun disponibbli biss meta l-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jinħadmu skond l-Artikoli 78 sa 83. Istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tuża kemm il-Metodu Sempliċi għall-Kollateral Finanzjarju kif ukoll il-Metodu Komprensiv għall-Kollateral Finanzjarju.

Valutazzjoni

25.

Skond dan il-metodu, il-kollateral finanzjarju rikonoxxut jingħata valura indaqs għall-valur tas-suq tiegħu kif idderminat skond il-Parti 2, punt 6.

Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju

26.

Il-piż differenzjat għar-riskju li kieku jiġi assenjat skond l-Artikoli 78 sa 83 kieku min qed isellef kellu skopertura diretta għall-istrument kollaterali għandu jiġi assenjat għall-porzjoniiet ta’ dawk il-krediti koperti mill-valur tas-suq tal-kollateral rikonoxxut. Il-piż differenzjat għar-riskju fuq il-prozjon kollateralizzat għandha tkun minimu ta’ 20 % minbarra kif speċifikat fil-punt 27 sa 29. Il-bqija ta’ l-iskopertura għandha tirċievi l-piż differenzjat għar-riskju li kieku jkun assenjat lil skopertura mhux garantita lill-kontroparti skond l-Artikoli 78 sa 83.

Tranżazzjonijiet bil-patt ta’ xiri lura u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ t-titoli

27.

Piż differenzjat tar-riskju ta’ 0 % irid ikun applikat lill-porzjon kollateralizzat ta’ l-iskopertura li tirriżulta mit-tranżazzjonijiet li jilħqu l-kriterji mniżżla fil-punt 58 u 59. Jekk il-kontroparti għat-tranżazzjoni mhix parteċipant ewlieni fis-suq, jiġi assenjat piż differenzjat għar-riskju ta’ 10 %.

Tranżazzjonijiet derivattivi OTC soġetti għal rivalutazzjoni ta’ kuljum (mark-to-market)

28.

Piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 %, skond il-medda tal-kollateralizzazzjoni, jiġi assenjat għall-valuri ta’ l-iskopertura ddeterminati fl-Anness III għall-istrumenti derivattivi elenkati fl-Anness IV u suġġetti għal marking-to-market ta’ kuljum, ikollateralizzati minn flus jew strumenti assimilabbli, meta ma jkunx hemm nuqqas ta’ qbil fil-valuta. Piż differenzjat għar-riskju ta’ 10 % għandu jiġi assenjat għall-medda ta’ kollateralizzazzjoni għall-valuri ta’ l-iskopertura ta’ tranżazzjonijiet bħal dawn kollateralizzati b’titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali li jirċievu piz differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83.

Għall-fini ta’ dan il-punt “titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali” sgħandha tinkludi: –

(a)

titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijier reġjonali jew awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom jitiqiesu bħala skoperturi lill-gvern ċentrali li fil-ġrisdizzjoni tiegħu dawn huma stabbiliti skond l-Artikoli 78 sa 83;

(b)

titoli ta’ dejn maħruġa minn banek għall-iżvilupp multilaterali li għalihom jiġi assenjat piz differenjat ta’ riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83; u

(c)

titoli ta’ dejn maħruġa minn organizzazzjonijiet internazzjonali li għalihom jiġi applikat piz differenjat ta’ riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83.

Tranżazzjonijiet oħra

29.

Jista’ jiġi assenjat piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % meta l-iskopertura u l-kollateral jiġu ddenominati bl-istess valuta, u jekk:

(a)

il-kollateral huwa depożitu fi flus jew strument assimilabbli; jew

(b)

il-kollateral huwa fil-forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali eliġibbli għal piz differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83, u l-valur tas-suq tiegħu ikun ingħata skont ta’ 20 %.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt “titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew mill-banek ċentrali” tinkludi dawk indikati taħtpunt 28.

1.4.2.   Kollateral finanzjarju: Metodu Komprensiv

30.

Fil-valutazzjoni tal-kollateral finanzjarju għall-għanijiet tal-Metodu Komprensiv għall-Kollateral Finanzjarju, l-“aġġustamenti għall-volatilità” għandhom jiġu applikati għall-valur tas-suq tal-kollateral, kif stipulat fil-punt 34 sa 59 taħt, sabiex titqies il-volatilità tal-prezz.

31.

Suġġett għat-trattament għal-nuqqas ta’ qbil fil-valuta fil-każ ta’ tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC stipulati fil-punt 32, fejn il-kollateral huwa denominat f’valuta li tvarja minn dik li biha ddenominata l-iskopertura sottostanti, aġġustament li jirrifletti l-volatilità fil-valuta għandu jiżdied ma’ l-aġġustament għall-volatilità xieraq għall-kollateral kif stipulat fil-punt 34 sa 59.

32.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet f’derivattivi OTC koperti minn ftehimiet ta’ netting rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Anness III, aġġustament għall-volatilità li jirrifletti l-volatilità fil-valuta għandu jiġi applikat meta jkun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-valuta tal-kollateral u l-valuta tal-ħlas. Anki fil-każ fejn valuti diversi huma involuti fit-tranżazzjonijiet koperti mill-ftehim ta’ netting, għandu jiġi applikat aġġustament għall-volatilità wieħed biss.

(a)   Il-kalkolu tal-valuri aġġustati

33.

Il-valur tal-kollateral aġġustat għall-volatilità li għandu jitqies jinħadem kif ġej fil-każ ta’ kull tranżazzjoni ħlief għal dawk it-tranżazzjonijiet suġġetti għal ftehimiet ewlenin rikonoxxuti għall-kumpens li għandhom jiġu applikati għalihom id-dispożizzjonijiet fil-punt 5 sa 24.

CVA

=

C x (1-HC-HFX)

Il-valur ta’ l-iskopertura aġġustat għall-volatilità għal-iskopertura li se titiqes jinħadem kif ġej:

EVA

=

E x (1+HE), u fil-każ ta’ tranżazzjonijiet derivattivi OTC EVA = E.

Il-valur ta’ l-iskopertura aġġustat għal kollox, li jqis kemm il-volatilità u l-effetti għat-tnaqqis tar-riskju tal-kollateral, jinħadem kif ġej:

E*

=

max {0, [EVA - CVAM]}

Fejn

E huwa l-valur ta’ l-iskopertura kif kieku jiġi ddeterminat skond l-Artikoli 78 sa 83 jew l-Artikoli 84 sa 89 kif xieraq jekk l-iskopertura ma kenitx ikkollateralizzata. Għal dan il-għan, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw ammonti ta’ skopertura valutati fuq riskju skond l-Artikoli 78 sa 83, il-valur ta’ skopertura ta’ elementi barra l-karta tal-bilanċ imniżżlin fl-Anness II għandhom ikunu 100 % tal-valur tagħha, u mhux skond il-persentaġġi indikati fl-Artikolu 78, punt 1, u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw ammonti ta’ skopertura valutati fuq riskju skond l-Artikoli 84 sa 89, il-valur ta’ skopertura ta’ l-elementi imniżżla fl-Anness VII, Parti 3, punt 9 sa 11 għandhom jiġu kkalkulati b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 100 % u mhux skond il-fatturi ta’ konverżjoni jew persentaġġi indikati f’dawk il-punt.

EVA huwa l-ammont ta’ l-iskopertura aġġustat għall-volatilità.

CVA huwa l-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral.

CVAM huwa CVA aġġustat ulterjorment għa kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità skond id-dispożizzjonijiet tal-Parti 4.

HE huwa l-aġġustament għall-volatilità għal-iskopertura (E), kif maħduma skond il-punt 35 sa 60:

HC huwa l-aġġustament għall-volatilità xieraq għall-kollateral, kif maħdum skond il-punt 35 sa 60:

HFX huwa l-aġġustament għall-volatilità xieraq għal nuqqas ta’ qbil fil-valuta, kif maħdum skond il-punt 35 sa 60.

E* huwa l-valur tal-kollateral aġġustat għal kollox ta’ l-iskopertura u l-effetti għat-tnaqqis tar-riskju tal-kollateral.

(b)   Il-kalkolu li għandu jiġi applikat għall-aġġustamenti għall-volatilità

34.

L-aġġustamenti għall-volatiltà jistgħu jiġu kkalkulati b’żewġ modi: il-metodoloġija “Superviżorja” jew ta’ l-“Estimi Proprji” għall-aġġustamenti għall-volatilità.

35.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tagħżel li tuża metodoloġija Superviżorja għall-aġġustmaneti tal-volatilità jew dik ta’ l-Estimi Proprji indipendentement mill-għażla li għamlet bejn l-Artikoli 78 sa 83 u l-Artikoli 84 sa 89 għall-kalkolu ta’ l-ammonti b’piz differenjzat ta’ l-iskoperturi. Madankollu, jekk l-istituzzjonijiet tal-kreditu jfittxu li jużaw il-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji, għandhom jagħmlu hekk għall-firxa sħiħ tat-tipi ta’ strument, imbarra l-portfolji mhux rilevanti li għalihom jistgħu jużaw il-metodoloġija Superviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità.

Meta l-kollateral jikkonsisti minn numru ta’ elementi magħrufa, l-aġġustament għall-volatilità għandu jkun Formula, fejn ai huwa proprzjon ta’ l-element għall-kollateral bħala sħiħ u Hi huwa l-aġġustament għall-volatilità applikabbli għal dak l-element.

(i)   Aġġustamenti għall-volatilità superviżorji

36.

L-aġġustamenti għall-volatilità għandhom jiġu applikati skond il-metodoloġija Sueprrviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità (bl-ipoteżi ta’ valutazzjoni mill-ġdid ta’ kuljum) għandhom ikunu dawk stipulati fit-tabelli 1 sa 4.

AĠĠUSTAMENTI GĦALL-VOLATILITÀ

Tabella 1

Skaluna ta’ kwalità tal-kreditu li hija assoċjata miegħu l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta’ debitu

Maturità residwa

Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti f’Parti 1, punt 7 (b)

Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti f’Parti 1, punt 7 (c) u (d).

 

 

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

1

≤ sena (1)

0,707

0,5

0,354

1,414

1

0,707

 

≤ 5 snin

2,828

2

1,414

5,657

4

2,828

 

> 5 snin

5,657

4

2,828

11,314

8

5,657

2-3

≤ sena(1)

1,414

1

0,707

2,828

2

1,414

 

>1 ≤ 5 snin

4,243

3

2,121

8,485

6

4,243

 

> 5 snin

8,485

6

4,243

16,971

12

8,485

4

≤ sena (1)

21,213

15

10,607

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

>1 ≤ 5 snin

21,213

15

10,607

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

> 5 snin

21,213

15

10,607

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli


Tabella 2

Skaluna ta’ kwalità tal-kreditu li hija assoċjata miegħu l-valutazzjoni tal-kreditu tat-titolu ta’ debitu b’terminu qasir

Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti f’Parti 1, punt 7 (b) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir

Aġġustamenti għall-volatilità għal titoli ta’ dejn maħruġa minn entitajiet deskritti f’Parti 1, punt 7 (c) u (d) b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir

 

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

1

0,707

0,5

0,354

1,414

1

0,707

2-3

1,414

1

0,707

2,828

2

1,414


Tabella 3

Tipi oħra ta’ kollateral jew skopertura

 

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 10 ijiem (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

Indiċi prinċipali ta’ l-Istrumenti tal-kapital, Indiċi Prinċipali tal-Bonds Konvertibbli

21,213

15

10,607

Strumenti tal-Kapital jew Bonds Konvertibbli oħra nnegozjati fuq borża rikonoxxuta

35,355

25

17,678

Flus likwidi

0

0

0

Deheb

21,213

15

10,607


Tabella 4

Aġġustament għall-volatilità għal nuqqas ta’ qbil fil-valuta

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 20 jum (%)

Perjodu ta’ likwidazzjoni ta’ 5 ijiem (%)

11,314

8

5,657

37.

Għal tranżazzjonijiet ta’ għoti b’self garantit, il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 20 jum ta’ xogħol. Għal tranżazzjonijiet b’patt ta’ xiri lura (ħlief meta tranżazzjonijiet bħal dawn jinvolvu t-trasferiment ta’ prodotti jew drittijiet garantiti marbuta ma’ intitolazzjoni għall-prodotti) u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli, il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 5 jiem ta’ xogħol. Għal tranżazzjonijiet kapitali oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji, il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 10 jiem ta’ xogħol.

38.

Fit-tabelli 1 sa 4 u fil-punt 39 sa 41, l-iskaluna tal-kwalità tal-kreditu li biha valutazzjoni tal-kreditu ta’ titolu ta’ debitu hija assoċjata hija l-iskaluna tal-kwalità tal-kreditu li biha l-valutazzjoni tal-kreditu hija determinata mill-awtoritajiet kompetenti li se jkunu assoċjati skond l-Artikoli 78 sa 83. Għal dawn l-għanijiet, japplika wkoll punt 10 tal-Parti 1.

39.

Għal titoli jew prodotti mhux eliġibbli misselfa jew mibjugħa taħt tranżazzjonijiet b’patt għall-xiri lura jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti, l-aġġustament għall-volatilità huwa l-istess għal strumenti tal-kapital (main index equities) ikkwotati f’borża rikonoxxuta.

40.

Għal unitajiet eliġibbli f’entitajiet ta’ investiment kollettiv, l-aġġustament għall-volatilità hija l-medja valutata għall-aġġustament għall-volatilità li kieku tapplika, fid-dawl tal-perjodu ta’ likwidazzjoni tat-tranżazzjoni kif speċifikat fil-punt 37, għall-assi li l-fond investa fihom. Jekk l-assi li l-fond investa fihom mhumiex mgħarrfa mill-istituzzjoni ta’ kreditu, l-aġġustament għall-volatilità huwa l-ogħla aġġustament għall-volatilità li kieku japplika għal kwalunkwe mill-assi li l-fond għandu dritt jinvesti fihom.

41.

Għal titoli ta’ dejn mhux ikklassifikati maħruġa minn istituzzjonijiet u li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-eliġġibbiltà f’Parti 1, punt 8, l-aġġustament għall-volatilità għandu jkun l-istess bħal dak għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet jew impriżi b’valutazzjoni tal-kreditu esterna assoċjata ma’ l-iskaluni tal-kwalità tal-kreditu 2 jew 3.

(ii)   Estimi proprji ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità

42.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 47 sa 56 jużaw l-estimi proprji tagħhom tal-volatilità biex jikkakulaw l-aġġustamenti għall-volatilità li għandhom jiġu applikati lill-kollateral u lill-iskoperturi.

43.

Meta titoli ta’ dejn jkollhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxut ekwivalenti għal klassifikazzjoni ta’ investiment jew aħjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkalkulaw stima tal-volatilità għal kull kategorija ta’ titolu.

44.

Fid-determinazzjoni tal-kategoriji rilevanti, l-istutuzzjonijiet tal-kreditu għandhom iqisu it-tip ta’ min ikun qed joħroġ it-titolu, il-valutazzjoni tal-kreditu esterna tat-titoli, il-maturità residwa, u d-dewmien modifikat tagħhom. L-estimi għall-volatilità għandhom ikunu rapreżentattivi tat-titoli inklużi fil-kategorija mill-istituzzjoni ta’ kreditu.

45.

Għal titoli ta’ dejn li għandhom valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxut ekwivalenti għal klassifikazzjoni ta’ investiment jew aħjar u għal kollateral eliġibbli ieħor, l-aġġustamenti għall-volatilità għandhom ikunu kkalkulati għal kull element individwali.

46.

L-istituzzjonijiet tal-kreditu li jużaw il-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji għandhom jistimaw il-volatilità tan-nuqqas ta’ qbil tal-kollateral jew tal-kambju barrani mingħajr ma jqisu korrelazzjonijiet bejn l-iskopertura mhux garantita, il-kollateral u /jew ir-rati tal-kambju.

Kriterji Kwantitattivi

47.

Għall-kalkolu ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità, għandu jintuża intervall ta’ kunfidenza unilaterali, tad-99 perċentili.

48.

Għal tranżazzjonijiet li jisellfu ggarantiti, il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jkun ta’ 20 jum ta’ xogħol. 5 jiem ta’ xogħol għal tranżazzjonijiet b’patt ta’ xiri lura ħlief meta tranżazzjonijiet bħal dawn jinvolvu t-trasferiment ta’ prodotti jew drittijiet garantiti marbuta ma’ intitolazzjoni għall-prodotti u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli u 10 jiem ta’ xogħol għal tranżazzjonijiet kapitali oħra mmexxija mis-swieq finanzjarji.

49.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw in numri ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità ikkalkulati skond perjodi ta’ likwidazzjoni iqsar jew itwal, imlaħħqa ‘l fuq jew ‘l isfel għall-perjodu ta’ likwidazzjoni stipulat fil-punt 48 għat-tip ta’ tranżazzjoni in kwistjoni, bl-użu ta’ l-isquare root tal-formula dwar iż-żmien.

Formula

fejn TM huwa l-perjodu ta’ likwidazzjoni relevanti;

HM huwa l-aġġustament għall-volatilità skond TM u;

HN huwa l-aġġustament għall-volatilità ibbażat fuq il-perjodu ta’ likwidazzjoni relevanti TN.

50.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu l-illikwidità ta’ l-assi ta’ kwalità anqas. Il-perjodu ta’ likwidazzjoni għandu jiġi aġġustat ‘il fuq f’każi fejn hemm dubju dwar il-likwidità tal-kollateral. Għandhom ukoll jidentifikaw fejn it-tagħrif storiku jista’ jissottovaluta l-volatilità potenzjali, eż valuta marbuta (pegged) Każi bħal dawn għandhom jiġu ttrattati permezz ta’ xenarju ta’ stress.

51.

Il-perjodu ta’ osservazzjoni storiku (perjodu kampjun) għall-kalkolu ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità għandhom ikunu ta’ tul minimu ta’ sena. Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw sistema ta’ koeffiċjenti jew metodi oħra għall-perjodu ta’ osservazzjoni storika, il-perjodu effettiv ta’ l-osservazzjoni għandu jkun ta’ sena mill-inqas (jiġifieri, id-differenza fiż-żmien medja u b’koeffiċjent ta’ l-osservazzjonijiet individwali m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 6 xhur). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jeżiġu li istituzzjoni ta’ kreditu taħdem l-aġġustamenti tagħha għall-volatilità billi tuża perjodu ta’ osservazzjoni iqsar jekk, fil-fehma ta’ l-awtorità kompetenti, dan ikun ġustifikat minn żieda sinifikanti fil-volatilità tal-prezzijiet.

52.

L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jaġġornaw is-settijiet tad-data tagħhom mill-inqas darba kull tliet xhur u għandhom ukoll jevalwawhom mill-ġdid kull meta l-prezzijiet tas-suq ikunu suġġetti għal bidliet materjali. Dan jimplika li l-aġġustamenti għall-volatilità għandhom jinħadmu mill-inqas kull tliet xhur.

Kriterji Kwalitattivi

53.

L-istimi tal-volatilità għandhom jintużaw fil-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li jsir minn jum għall-ieħor inkluż f’relazzjoni mal-limiti interni ta’ l-iskopertura.

54.

Jekk il-perjodu ta’ likwidazzjoni użat mill-istituzzjoni ta’ kreditu fil-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju li jsir minn jum għall-ieħor ikun itwal minn dak stipulat f’din il-Parti għal dan it-tip ta’ tranżazzjoni in kwistjoni, l-aġġustamenti għall-volatilità ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jiġu mlaħħqa ‘l fuq skond l-isquare root tal-formula stipulata fil-punt 49.

55.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha jkollha proċeduri stabbiliti għall-monitoraġġ u għall-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ policies u kontroll għall-operat tas-sistema tagħha għall-istima ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità u għall-integrazzjoni ta’ stimi bħal dawn fil-proċess tagħha għall-ġestjoni tar-riskju.

56.

Għandu jkun hemm analiżi indipendenti u regolari tas-sistema ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-aġġustamenti għal-volatilità fi ħdan il-proċess ta’ verifika interna ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Għandu jkun hemm, mill-inqas darba fis-sena, analiżi tas-sistema kollha ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità u għall-integrazzjoni ta’ dawn l-aġġustamenti fil-proċess għall-ġestjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, u din l-analiżi għandu bħala minimu jindirizza speċifikament:

(a)

l-integrazzjoni ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità stmati fil-ġestjoni tar-riskju ta’ kuljum;

(b)

il-validazzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-proċess ta’ l-istima ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità;

(c)

il-verifikar tal-konsistenza, il-puntwalità u l-affidabbiltà ta’ l-għejun ta’ informazzjoni użati sabiex titmexxa s-sistema għall-istima ta’ l-aġġustmaneti għall-volatilità, inkluż l-indipendenza ta’ dawn l-għejun; u

(d)

il-preċiżjoni ta’ l-ipoteżi dwar il-volatilità u kemm hija xierqa.

(iii)   Tlaħħiq ‘il fuq ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità

57.

L-aġġustamenti għall-volatilità stipulati fil-punt 36 sa 41 huma l-aġġustamenti għall-volatilità li għandhom jiġu applikati meta jkun hemm rievalwazzjoni mill-ġdid ta’ kuljum. Bl-istess mod, meta istituzzjoni ta’ kreditu tuża l-estimi proprji tagħha għall-aġġustamenti għall-volatilità skond il-punt 42 sa 56, daw għandhom jinħadmu fil-bidu fuq il-bażi ta’ rievalwazzjoni ta’ kuljum. Jekk il-frekwenza tar-rievalwazzjoni hija inqas minn ta’ kuljum, għandhom jiġu applikati aġġustamenti għall-volatilità akbar. Dawn għandhom jitħaddmu billi jitlaħħqu ‘l fuq l-aġġustamenti għall-volatilità tar-rievalwazzjoni ta’ kuljum, bl-użu tal-formula “square root of time” li ġejja:

Formula

fejn

 

H huwa l-aġġustament għall-volatilità li għandu jiġi applikat

 

HM huwa l-aġġustament għall-volatilità fejn ikun hemm rievalwazzjoni ta’ kuljum

 

NR huwa n-numru attwali ta’ jiem ta’ negozju bejn ir-rievalwazzjoni

 

TM huwa l-prjodu ta’ likwaidazzjoni għat-tip ta’ tranżazzjoni in kwistjoni.

(iv)   Kundizzjonijiet għall-applikar ta’ aġġustament għall-volatilità ta’ 0 %

58.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ tranżazzjonijiet b’patt ta’ xiri lura jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli, meta istituzzjoni ta’ kreditu tuża l-metodoloġija Superviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità jew il-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji u fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a) sa (h) huma sodisfati, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, minflok japplikaw l-aġġustamenti għall-volatilità maħduma skond il-punt 34 sa 57, japplikaw aġġustament għall-volatilità ta’ 0 %. Din l-għażla mhix disponibbli fir-rigward ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu li jużaw il-metodu tal-Mudelli Interni stipulata fil-punt 12 sa 21.

(a)

Kemm l-iksopertura kif ukoll il-kollateral huma flus jew titoli ta’ debitu maħruġa minn gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali fit-tifsira tal-Parti 1, punt 7(b) u li huma eliġibbli għal valur ta’ riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83.

(b)

Sew l-iskopertura u sew il-kollateral huma ddenominati fl-istess valuta.

(c)

Jew il-maturità ta-tranżazzjoni mhix ta’ aktar minn jum jew inkella sew l-iskopertura u sew il-kollateral huma suġġetti għal marking-to-market jew adegwament għall-marġini ta’ kuljum.

(d)

Huwa meqjus li ż-żmien bejn l-aħħar marking-to-market qabel adegwament għall-marġini li jonqos milli jseħħ min-naħa tal-kontroparti u l-likwidazzjoni tal-kollateral m’għandux ikun ta’ aktar minn erbat ijiem ta’ xogħol.

(e)

It-tranżazzjoni titħallas bis-saħħa ta’ sistema ta’ ħlas ippruvata għal dak it-tip ta’ tranżazzjoni.

(f)

id-dokumentazzjoni li tkopri l-ftehim hija dokumentazzjoni tas-suq li tintuża normalment għal tranżazzjonijiet b’patt ta’ xiri lura jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fit-titoli kkonċernati.

(g)

It-tranżazzjoni titmexxa minn dokumentazzjoni li tispeċifika li jekk il-kontroparti naqsitx milli tissodisfa obbligazzjoni biex tikkonsenja flus jew titoli jew biex tikkonsenja marġini jew inkella twettaq b’xi mod ieħor inadempjenza, it-tranżazzjoni hija terminabbli minnufih, u

(h)

Il-kontroparti meqjusa bħala “parteċipant ewlieni tas-suq” mill-awtoritajiet kompetenti. Il-parteċipanti ewlenin ta-suq għandhom jinkludu l-entitajiet li ġejjin:

l-entitajiet imsemmija fil-punt 7(b) tal-Parti 1, liema skoperturi jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 0 % skond l-Artikoli 78 sa 83;

istituzzjonijiet;

kumpaniji finanzjarji oħra (inkluż kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni), liema skoperturi jiġu assenjati piż differenzjat għar-riskju ta’ 20 % skond l-Artikoli 78 sa 83 jew li, f’każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat’ telf mistenni sakond l-Artikoli 83 sa 89, m’għandhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxut u huma kklassifikati internament bħala li għandhom proabbiltà ta’ inadempjenza ekwivalenti għal dik assċojata mal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ ECAIs determinati lill-awtoritajiet kompetenti biex ikunu assoċjati ma’ l-iskaluna tal-kwalità tal-kreditu 2 jew ogħla skond ir-regoli għal-ippeżar tar-riskju għall-impriżi skond l-Artikoli 78 sa 83;

impriżi regolati ta’ l-investimenti kollettivi li huma soġġetii għal rekwiżiti ta’ kapital jew ta ingranaġġ finanzjarju;

fondi tal-pensjoni regolati; u

organizzajonijiet għall-kumpens rikonoxxuti.

59.

Fejn awtorità kompetenti tippermetti t-trattament stipulat fil-punt 59 jiġi applikat fi każ ta’ tranżazzjonijiet b’patt ta’ xiri lura jew tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli maħruġa mill-gvern domestiku ta’ l-awtorità, awtoritajiet kompetenti oħra jistgħu jagħżlu li jħallu lil-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li jadottaw l-istess metodu għall-istess tranżazzjonijiet.

(c)   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni

Metodu Standardizzat

60.

E* kif maħdum skond il-punt 33 għandu jittieħed bħala l-valur ta’ l-iskopertura għall-fini ta’ l-Artikolu 80. f’każ ta’ elementi barra l-karta tal-bilanċ imniżżlin f’Anness II, E* tiġi meħuda bħala l-valur li bih il-persentaġġi indikati fl-Artikolu 78, punt 2 għandhom japplikaw sabiex jintlaħaq il-valur ta’ l-iskopertura.

Il-Metodu IRB

61.

LGD* * (Loss Given Default – it-telf effettiv f’każ ta’ inadempjenza) kif maħdum skond kif stipulat f’dan il-punt għandu jittieħed bħala l-LGD għall-fini ta’ l-Anness VII.

LGD* = LGD x (E*/E)

fejn

 

LGD huwa it-telf f’każ ta’ inadempjenza li kien japplika għall-iskopertura skond l-Artikoli 84 sa 89 kieku din ma kenitx ikkollateralizzata;

 

E huwa l-valur ta’ l-skopertura deskritt fil-punt 33;

 

E* jinħadem skond il-punt 33.

1.5.   Kollateral eliġibbli ieħor għall-Artikoli 84 sa 89

1.5.1.   Valutazzjonif

(a)   Kollateral immobiljari

62.

Il-propjeta għandha tiġi stmata minn espert indipendenti bil-prezz tas-suq jew inqas. F’dawk l-Istati Membri li jkunu stabbilew kriterji rigorużi għall-assessjar tal-valur tas-self b’mortgage fid-dispożizzjonijiet statutorji jew regolatorji, il-propjetà minflok tista’ tiġi stmata minn espert indipendenti bil-valur tas-self tal-mortgage jew inqas.

63.

Valur tas-suq ifisser l-ammont stmat li għalih tinbiegħ il-proprjetà dakinhar ta’ l-istima bejn bejjiegħ u xerrej konsenzjenti bil-kundizzjonijiet ta-suq normali wara promozzjoni kummerċjali xierqa, fejn il-partijiet ikunu aġixxew b’għarfien, b’mod prudenti u mingħajr ma kienu mġiegħla. Il-valur tas-suq għandu jiġi ddokumentat b’manjiera trasparenti u ċara.

64.

Il-valur ta’ self b’mortgage għandu jfisser il-valur tal-proprjetà kif iddeterminat minn valutazzjoni prudenzjali tal-potenzjal tal-bejgħ fil-futur tal-propjetà billi jitqiesu l-aspetti sostenibbli fit-tul tal-proprjetà, il-kundizzjonijiet normali u lokali tas-suq, l-użu kurrenti u l-użu xieraq u alternattiv tal-proprjetà. Elementi spekulattivi m’għandhomx ikunu meqjusa fl-estimi tal-valur tas-self b’ipoteka. Il-valur tas-self b’mortgage għandu jkun iddokumentat b’manjiera trasparenti u ċara.

65.

Il-valur tal-kollateral għandu jkun il-valur tas-suq jew il-valur tas-self b’mortgage imnaqqas kif xieraq biex jirrifletti r-riżultati tal-monitoraġġ meħtieġ skond il-Parti 2, punt 8 u u biex iqis kwalunkwe pretenzjoni preċedenti fuq il-proprjetà.

(b)   Krediti

66.

Il-valur tal-krediti għandu jkun l-ammont li jista’ jiġi rċevut.

(c)   Kollateral fiżiku ieħor

67.

Il-proprjetà għandha tiġi stmata bil-valur tas-suq tagħha, jiġifieri l-ammont stmat li għalih kieku tinbiegħ il-proprjetà dakinhar ta’ l-istima bejn bejjiegħ u xerrej konsenzjenti fi tranżazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq normali.

1.5.2.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni

(a)   Trattamenti ġenerali

68.

LGD* (Loss Given Default – it-telf effettiv f’każ ta’ inadempjenza) kif maħdum skond kif stipulat fil-punt 69 sa 72 għandu jittieħed bħala l-LGD għall-finijiet ta’ l-Anness VII.

69.

Fejn il-proporzjon tal-valur tal-kollateral (c) għall-valur ta’ l-iskopertura (E) huwa taħt livell limitu ta’ C* (il-livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni għall-iskopertura) kif stipulat fit-Tabella 5, LGD* ikun l-LGD kif stipulat fl-Anness VII għall-iskoperturi kollateralizzati għall-kontroparti.

70.

Fejn ir-ratio tal-valur tal-kollateral għall-valur ta’ l-iskopertura jaqbeż livell limitu ieħor u ogħla ta’ C** (jiġifieri il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni biex ikun hemm rikonoxximent LGD sħiħ) kif stipulat fit-Tabella 5, LGD* ikun dak preskritt fit-Tabella 5.

71.

Fejn il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni C** ma jinkisibx fir-rigward ta’ l-iskopertura fit-totalità tagħha, l-iskopertura għandha titqies bħala żewġ skoperturi – dik il-parti li fir-rigward tagħha inkiseb il-livell meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni C**, u l-bqija.

72.

It-Tabella 5 tistipula l-LGD* applikabbli u l-livelli ta’ kollateralizzazzjoni meħtieġa għall-partijiet garantiti ta’ l-iskoperturi, kif ġej:

Tabella 5

LGD minimu għall-porzjon garantit ta’ l-iskoperturi

 

LGD* għal krediti fl-ogħla skaluna jew krediti potenzjali

LGD* għal krediti subordinati jew krediti potenzjali

Livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni ta’ l-iskopertura (C*)

Livell minimu meħtieġ ta’ kollateralizzazzjoni ta’ l-iskopertura (C**)

Krediti

35  %

65  %

0  %

125  %

Proprjetà immobbli residenzjali/kummerċjali

35  %

65  %

30  %

140  %

Kollateral ieħor

40  %

70  %

30  %

140  %

B’deroga, sal-31 ta’ Diċmebru 2012, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, suġġett għall-livelli tal-kollateralizzazzjoni indikati f’Tabella 5:

(a)

iħallu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jassenjaw LGD ta’ 30 % għall-iskoperturi ta’ l-ogħla skaluna fil-forma ta’ leasing għal proprjetà immobbli kummerċjali;

(b)

iħallu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu jassenjaw LGD ta’ 35 % għall-iskoperturi ta’ l-ogħla skaluna fil-forma ta’ leasing għat-tagħmir; u

(c)

jippermettu istituzzjonijiet ta’ kreditu li jassenjaw LGD ta’ 30 % għal skoperturi ta’ l-ogħla grad li huma ggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali.

Fi tmiem dan il-perjodu, id-deroga għandha tiġi riveduta.

(b)   Trattament alternattiv għall-kollateral immobiljari

73.

Suġġett għar-rekwiżiti ta’ dan il-punt u l-punt 74 u bħala alternattiva għat-trattament fil-punt 68 sa 72, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jassenjaw piż differenzjat għar-riskju ta’ 50 % għall-parti ta’ l-iskopertura li hija kollateralizzata għal kollox bi proprjetà immobiljari residenzjali jew kummerċjali li tkun qiegħda fit-territorju ta’ l-Istat membru jekk ikun hemm evidenza li s-swieq rilevanti huma żviluppati sew u ilhom stabbiliti b’rati ta’ telf mis-self garantit bil-proprjetà immobiljari residenzjali jew kummerċjali rispettivament li ma jaqbiżx il-limiti li ġejjin:

(a)

telf li jkun ġej minn tislif kollateralizzat bi proprjetà immobbli residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali rispettivament sa 50 % tal-valur tas-suq (jew fejn applikabbli u jekk aktar baxx 60 % tal-valur ta-self b’mortgage) ma jaqbiżx iż-0.3 % tas-self kollateralizzat b’dik il-forma ta’ proprjetà immobiljari li huwa pendenti fi kwalunkwe sena partikolari;

(b)

telf kumplessiv li jkun ġej mis-self garantit minn proprjetà immobiljara residenzjali jew kummerċjali rispettivament ma jaqbiżx iż-0.5 % tas-self pendenti garantit b’dik il-forma ta’ proprjetà immobiljari fi kwalunkwe sena partikolari.

74.

Jekk waħda jew l-oħra minn dawn il-kundizzjonijiet f’punt 73 ma jkunux sodisfatti f’sena partikolari, l-eliġibbiltà għall-użu ta’ dan it-trattament għandha tieqaf sakem il-kundizzjonijiet jintlaħqu s-sena ta’ wara.

75.

L-awtoritajiet kompetenti, li ma jawtorizzawx it-trattament fil-punt 73, jistgħu jawtoriżżaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu il-piżijiet differenti tar-riskju permessi taħt dan it-trattament fir-rigward ta’ skoperturi garantiti minnn proprjetà immobiljari residenzjali jew kummerċjali rispettivament li tinsab fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jawtorizzaw it-trattament suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw f’dak l-Istat Membru.

1.6.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni fil-każ ta’ pools imħallta ta’ kollateral

76.

Meta l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni jinħadmu skond l-Artikoli 84 sa 89, u skopertura tkun garantita kemm minn kollateral finanzjarju kif ukoll minn kollateral eliġibbli ieħor, LGD* (il-Loss Given Default effettiv ) li għandu jittieħed għal-LGD għall-fini ta’ l-Anness VII, għandu jinħadem kif ġej.

77.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun meħtieġa taqsam il-valur ta’ l-iskopertura aġġustat għall-volatilità (i.e il-valur wara li jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità kif stipulat fil-punt 33) f’porzjonijiet li kull waħda tkun koperta minn tip wieħed biss ta’ kollateral. Dan ifisser li l-istituzzjoni ta’ kreditu trid taqsam l-iskopertura fil-porzjon kopert mill-kollateral finanzjarju eliġibbli, il-porzjon kopert mill-krediti, il-porzjonijiet koperti mill-kollateral tal-proprjetà immobiljari kummerċjali jew residenzjali, il-porzjon kopert minn kollateral eliġibbli ieħor, u l-porzjon mhux garantit, kif rilevanti.

78.

L-LGD* għal kull porzjon ta’ l-iskopertura għandu jinħadem separatament skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan l-Anness.

1.7.   Tipi oħra ta’ protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata

1.7.1.   Depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu terzi

79.

Meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2, punt 12, il-protezzjoni tal-kreditu li tidħol fit-termini tal-Parti 1, punt 23 tista’ tiġi ttrattata bħala garanzija mill-istituzzjoni terza.

1.7.2.   Poloz ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja favur istituzzjoni ta’ kreditu li ssellef

80.

Meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2, punt 13, il-protezzjoni tal-kreditu li tidħol fit-termini tal-Parti 1, punt 24 tista’ tiġi ttrattata bħala garanzija mill-kumpanija li tipprovdi l-assigurazzjoni fuq il-ħajja. Il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu rikonoxxuta għandha tkun il-valur taċ-ċessjoni tal-polza ta’ l-assigurazzjoni fuq il-ħajja.

1.7.3.   Strumenti ta’ l-istituzzjonijiet mixtrija mill-ġdid fuq talba

81.

Strumenti eliġibbli taħt il-Parti 1, punt 25 jistgħu jiġu ttrattati bħala garanzija mill-istituzzjoni li qed toħroġ l-istrumenti.

82.

Il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu rikonoxxuta għandu jkun li ġej:

(a)

meta l-istrument jinxtara bil-valur nominali tiegħu, il-valur tal-protezzjoni jkun ta’ dak l-ammont;

(b)

meta l-istrument jinxtara bil-valur tas-suq, il-valur tal-protezzjonijikun il-valur ta’ l-istrument stmat bl-istess mod bħat-titoli ta’ dejn speċifikati fil-Parti 1, punt 8.

2.   PROTEZZJONI TA’ KREDITU MHUX IFFINANZJATA

2.1.   Valutazzjoni

83.

Il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata (G) għandu jkun l-ammont li min jipprovdi l-protezzjoni jkun intrabat li jħallas fil-każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ ħlas min-naħa ta’ min qed jissellef jew meta jseħħu avvenimenti ta’ kreditu speċifikati oħra. Fil-każ ta’ derivattivi tal-kreditu li ma jinkludux bħala avveniment ta’ kreditu ristrutturar ta’ l-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi l-maħfra jew il-posponiment tal-kapital, l-interessi jew ħlasijiet oħra li jirriżultaw f’ avveniment ta’ telf ta’ kreditu (eżempju, agġustament tal-valur, it-tiswir ta’ aġġustament tal-valur jew debitu simili ieħor għall-kont tal-qligħ u t-telf),

(a)

meta l-ammont li l-fornitur ta’ protezzjoni rabat ruħu li jħallas mhuwiex ogħla mill-valur ta’ l-iskopertura, il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu kkalkulat skond l-ewwel sentenza ta’ dan il-punt għandu jitnaqqas b’40 %; u

(b)

meta l-ammont li l-fornitur ta’ protezzjoni rabat ruħu li jħallas huwa ogħla mill-valur ta’ l-iskopertura, il-valur tal-protezzjoni ta’ kreditu m’għandux ikun ogħla minn 60 % tal-valur ta’ l-iskopertura;

84.

Meta protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata tkun denominata b’valuta differenti minn dik li tkun denominata biha l-iskopertura (nuqqas ta’ qbil fil-valuta), il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu għandu jitnaqqas bl-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità H FX kif ġej:

G* = G x (1-HFX)

fejn

 

G huwa l-ammont nominali tal-protezzjoni tal-kreditu;

 

G* huwa G aġġustat għal kull riskju fil-kambju barrani, u

 

Hfx huwa l-aġġustament għal kull nuqqas ta’ qbil fil-valuta bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-obbligazzjoni sottostanti.

 

Fejn ma jkunx hemm nuqqas ta’ qbil fil-valuta

 

G* = G

85.

L-aġġustamenti għall-volatilità għal kwalunkwe nuqqas ta’ qbil fil-valuta jistgħu jinħadmu fuq il-bażi tal-metodoloġija Superviżorja għall-aġġustamenti għall-volatilità jew il-metodoloġija ta’ l-Estimi Proprji kif stipulat fil-punt 34 sa 57.

2.2.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u l-ammonti tat-telf mistenni

2.2.1.   Protezzjoni parzjali – tranching

86.

Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu titrasferrixxi porzjon tar-riskju ta’ self fi tranche jew aktar, għandhom japplikaw ir-regoli stipulati fl-Artikoli 94 sa 101. Il-limiti ta’ rilevanza fuq il-ħlasijiet li taħthom m’għandu jsir l-ebda ħlas fil-każ ta’ telf huma meqjusa bħala ekwivalenti għal pożizzjonijiet first loss miżmuma u jirriżultaw fi trasferiment tar-riskju maqsum fi tranches.

2.2.2.   Metodu Standardizzat

(a)   Protezzjoni sħiħa

87.

Għall-fini ta’ l-Artikolu 80, g għandu jkun il-piż differenzjat għar-riskju li għandu jiġi assenjat lil skopertura li hija protetta għal kollox mill-protezzjoni mhux iffinazjata (GA),

fejn

 

g huwa l-piż differenzjat għar-riskju ta’ l-iskoperturi lil min qed jipprovdi l-protezzjoni kif speċifikat skond l-Artikoli 78 sa 83; u

 

GA huwa l-valur għal G* kif maħdum skond il-punt 84 CVA aġġustat ulterjorment għa kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità kif stipulat fil-Parti 4.

(b)   Protezzjoni parzjali - klassifikazzjoni ugwali

88.

Meta l-ammont protett huwa inqas mill-valur ta’ l-iskopertura u l-porzjonijiet protetti u mhux protetti huma kklasifikati l-istess – i.e l-istituzzjoni ta’ kreditu u min qed jipprovdi l-protezzjoni jaqsmu t-telf fuq bażi pro rata, jiġi konċess solliev kapitali regolatorju proporzjonali. Għall-fini ta’ l-Artikolu 80, E* l-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għandhom jinħadmu skond il-formula li ġejja:

(E-GA) x r + GA x g

fejn

 

E huwa l-valur ta’ l-iskopertura

 

GA huwa l-valur għal G* kif maħdum skond il-punt 84 aġġustat ulterjorment għal kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità kif stipulat fil-Parti 4.

 

r huwa l-piż differenzjat għar-riskju għal min jintrabat bl-obbligazzjoni skond l-Artikoli 78 sa 83; u

 

g huwa l-piż differenzjat għar-riskju ta’ l-iskoperturi lil min qed jipprovdi l-protezzjoni kif speċifikat skond l-Artikoli 78 sa 83.

(c)   Garanziji sovrani

89.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu t-trattament previst fl-Anness VI, Parti 1, punt 4 sa 5 għall-iskoperturi jew il-porzjonijiet ta’ l-iskoperturi garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali, fejn il-garanzija hija denominata fil-valuta domestika ta’ min isellef u l-iskopertura hija ffinanzjata f’dik il-valuta.

2.2.3.   Il-Metodu IRB

Protezzjoni sħiħa / Protezzjoni parzjali –klassifikazzjoni ugwali

90.

Għall-porzjon kopert ta’ l-iskopertura (ibbażat fuq il-valur aġġustat għall-protezzjoni tal-kreditu GA), il-PD għall-fini ta’ l-Anness VII, Parti 2 jista’ jkun il-PD ta’ min jipprovdi l-protezzjoni, jew PD bejn dak ta’ min isellef u dak tal-garanti jekk sostituzzjoni sħiħa titqies bħala mhux garantita. Fil-każ ta’ skoperturi subordinati u protezzjoni mhux iffinanzjata mhux subordinata, l-LGD li għandu jiġi applikat għall-fini ta’ l-Anness VII, Part 2 jista’ jkun dak assoċjat mal-krediti kklassifikati l-ogħla.

91.

Għal kull porzjon mhux kopert ta’ l-iskopertura, il-PD għandu jkun dak ta’ min isellef u l-LGD għandu jkun dak ta’ l-iskopertura sottostanti.

92.

GA huwa l-valur għal G* kif maħdum skond il-punt 84 CVA aġġustat ulterjorment għal kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità kif stipulat fil-Parti 4.

PARTI 4

Nuqqasijiet ta’ qbil fil-maturità

1.

Għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, nuqqas ta’ qbil fil-maturità jseħħ meta l-maturità residwa tal-protezzjoni tal-kreditu tkun inqas minn dik ta’ l-iskopertura protetta. Protezzjoni ta’ inqas minn tliet xhur maturità residwa, li l-maturità tagħha tkun inqas mill-maturità ta’ l-obbligazzjoni sottostanti, m’għandhiex tiġi rikonoxxuta.

2.

Fejn hemm nuqqas ta’ qbil fil-maturità, il-protezzjoni tal-kreditu m’għandhiex tiġi rikonoxxuta meta

(a)

il-maturità oriġinali tal-protezzjoni tkun ta’ inqas minn sena; jew

(b)

l-iskopertura hija skopertura b’terminu qasir speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti bħala li hija suġġetta għal limitu ta’ jum minflok għal limitu ta’sena fir-rigward tal-valur tal-maturità (M) skond l-Anness VII< Part 2, punt 14.

1.   DEFINIZZJONI TA’ MATURITÀ

3.

Suġġett għal massimu ta’ 5 snin, il-maturità effettiva tas-sottostanti għandha tkun l-itwal żmien possibbli li jkun baqa’ qabel ma’ min intrabat bl-obbligazzjoni jkun skedat biex jifdi l-obbligazzjonijiet tiegħu. Suġġett għall-punt 4, il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tkun iż-żmien sa l-erqb data li fiha il-protezzjoni tista tintemm jew tiġi tterminata.

4.

Fejn hemm l-għażla li l-protezzjoni tiġi tterminata li tkun fid-diskrezzjoni ta’ bejjiegħ il-protezzjoni, il-maturità tal-protezzjoni għandha tittieħed bħala ż-żmien sa l-eqreb data li fiha tista’ tiġi eżerċitata dik l-għażla. Fejn hemm l-għażla li l-protezzjoni tiġi tterminata li tkun fid-diskrezzjoni ta’ bejjiegħ il-protezzjoni u t-termini tal-ftehim minn fejn toriġina l-protezzjoni ikollhom inċentiv pożittiv biex l-istituzzjoni ta’ kreditu ssejjaħ it-tranżazzjoni qabel il-maturità kuntrattwali, il-maturità tal-protezzjoni għandha tittieħed bħala ż-żmien sa l-eqreb data li fiha tista’ tiġi eżerċitata dik l-għażla; jekk le, għażla bħal din tista’ titqies bħala li ma taffettwax il-maturità tal-protezzjoni.

5.

Meta derivattiv tal-kreditu ma jkunx miżmum milli jittermina qabel l-iskadenza ta’ kwalunkwe perjodu ta’ grazzja meħtieġ biex isseħħ inadempjenza fuq l-obbligazzjoni sottostanti bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ ħlas, il-maturità tal-protezzjoni għandha titnaqqas bl-ammont tal-perjodu ta’ grazzja.

2.   VALUTAZZJONI TAL-PROTEZZJONI

2.1.   Tranżazzjonijiet suġġetti għal protezzjoni tal-kreditu iffinanzjata – Metodu Sempliċi għall-Kollateral Finanzjarju

6.

Fejn ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-maturità tal-iskopertura u l-maturità tal-protezzjoni, il-kollateral m’għandux jiġi rikonoxxut.

2.2.   Tranżazzjonijiet suġġetti għal protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata Metodu Komprensiv għall-Kollateral Finanzjarju

7.

Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu u dik ta’ l-iskopertura trid tiġi riflessa fil-valur aġġustat tal-protezzjoni tal-kreditu skond il-formula li ġejja:

CVAM = CVA x (t-t*)/(T-t*)

fejn

 

CVA huwa l-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral kif speċifikat fil-Parti 3, punt 33 jew l-ammont ta’ l-iskopertura, ikun liema jkun l-inqas;

 

t huwa n-numru ta’ snin li jkun baqa’ għad-data tal-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu maħduma skond il-punt 3 sa 5, jew il-valur ta’ T, ikun liema jkun l-inqas;

 

T huwa n-numru ta’ snin li jkun baqa’ għad-data tal-maturità ta’ l-iskopertura maħduma skond il-punt 3 sa 5, jew 5 snin, ikun liema jkun l-inqas; u

 

t* hija 0.25.

 

CVAM għandu jittieħed bħala CVA aġġustat ulterjorment għan-nuqqas ta’ qbil fil-maturità biex jiġi inkluż fil-formula għall-kalkolu tal-valur aġġustat għal kollox ta’ l-iskopertura (E*) stipulat fil-Parti 3, paragrafu 33.

2.3.   Tranżazzjonijiet soġġeti għal protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata

8.

Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu u dik ta’ l-iskopertura.trid tiġi riflessa fil-valur aġġustat tal-protezzjoni tal-kreditu skond il-formula li ġejja:

GA = G* x (t-t*)/(T-t*)

fejn

 

G* huwa l-ammont għall-protezzjoni aġġustat għal kull nuqqas ta’ qbil fil-valuta

 

GA huwa G* aġġustat għal kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità.

 

t huwa n-numru ta’ snin li jkun baqa’ għad-data tal-maturità tal-protezzjoni ta’ kreditu maħduma skond il-punt 3 sa 5, jew il-valur ta’ T, ikun liema jkun l-inqas;

 

T huwa n-numru ta’ snin li jkun baqa’ għad-data tal-maturità ta’ l-iskopertura maħduma skond il-punt 3 sa 5, jew 5 snin, ikun liema jkun l-inqas; u

 

t* hija 0.25.

 

GA imbagħad jittieħed bħala l-valur tal-protezzjoni għall-għanijiet tal-Parti 3, punt 83 sa 92.

PARTI 5

Tagħqidiet ta’ effetti tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fil-Metodoloġija Standardizzata

1.

Fil-każ fejn istituzzjoni ta’ kreditu li tikkalkula l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 ikollha aktar minn forma waħda ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu (eż. istituzzjoni ta’ kreditu jkollha sew kollateral u sew garanzija li jkun qed ikopru parzjalment skopertura), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun meħtieġa taqsam l-iskopertura f’porzjonijiet koperti minn kull tip ta’ għodda għat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu (eż. porzjon kopert mill-kollateral u porzjon kopert minn garanzija) u l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għal kull porzjon għandu jinħadem għalih skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 78 sa 83 u dan l-Anness.

2.

Meta l-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn provveditur waħdieni tal-protezzjoni jkollha maturitajiet li jvarjaw, għandha tiġi applikata metodoloġija simili għal dik deskritta fil-punt 1.

PARTI 6

Tekniki tal-basket CRM

1.   DERIVATTIVI TAL-KREDITU FIRST-TO-DEFAULT

1.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tikseb protezzjoni tal-kreditu għal numru ta’ skoperturi skond it-termini li l-ewwel inadempjenza fost l-iskoperturi għandha tagħti bidu għall-ħlas u li dan l-avveniment ta’ kreditu għandu jittermina l-kuntratt, l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ timmodifika l-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju u, kif rilevanti, l-ammont ta’ telf mistenni ta’ l-iskopertura li kieku, fin-nuqqas tal-protezzjoni tal-kreditu, jipproduċi l-aktar ammont baxx ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 jew l-Artikoli 84 sa 89 kif xieraq skond dan l-Anness, imma bissa jekk il-valur ta’ l-iskopertura jkun inqas jew daqs il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu.

2.   DERIVATTIVI TAL-KREDITU nTH-TO-DEFAULT

2.

Fil-każ fejn l-inadempjenza n (nth default) fost l-iskoperturi tagħti bidu għall-ħlas taħt il-protezzjoni tal-kreditu, l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed tixtri l-protezzjoni tista’ biss tirrikonoxxi l-protezzjoni għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija jekk il-protezzjoni tkun inkisbet ukoll għall-inadempjenzi 1 sa n-1 jew meta jkunu diġà seħħew l-inadempjenzi n-1. F’każi bħal dawn, il-metodloġija għandha ssegwi dik stipulata fil-pargrafu 1 għad-derivattivi first-to-default modifikati kif xieraq għal prodotti nth-to-default.


ANNESS IX

TITOLIZZAZZJONI

PARTI 1

Definizzjonijiet għall-finijiet ta’ l-Anness IX

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

“Marġni pożittiv” (excess spread) tfisser il-ġbir ta’ imposti u kummissjonijiet oħra fir-rigward ta’ l-iskoperturi titolizzati netti mill-ispejjeż kollha.

“Clean-up call option” tfisser għażla kuntrattwali għall-entità oriġinatriċi (originator) li tixtri mill-ġdid jew ittemm il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni qabel ma jkunu tħallsu l-iskoperturi sottostanti kollha, meta l-ammont ta’ l-iskoperturi pendenti jaqa’ taħt livell speċifikat.

“Faċilità ta’ likwidità” tfisser il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li toħroġ minn ftehim kuntrattwali biex jiġi pprovdut finanzjament sabiex tiġi żgurata l-puntwalità tal-likwidità għall-investituri.

“Kirb” tfisser 8 % ta’ l-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju li jiġi kkalkulat skond l-Artikoli 84 sa 89 fir-rigward ta’ skoperturi titolizzati li kieku ma kinux ġew titolizzati flimkien ma’ l-ammont tat-telf mistenni marbuta ma’ l-iskoperturi kkalkulati skond dawn l-Artikoli.

“Metodu bbażat fuq il-klassifikazzjoni” tfisser il-metodu għall-kalkolu ta’ l-ammonti għall-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni skond il-Parti 4, punt 46 sa 51.

“Metodoloġija tal-formula superviżjorja” tfisser il-metodu għall-kalkolu ta’ l-ammonti għall-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni skond il-Parti 4, punt 52 sa 54.

“Pożizzjoni mhux klassifikata” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li m’għandhiex valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli minn ECAI eliġibbli kif definita fl-Artikolu 97.

“Pożizzjoni klassifikata” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għandha valutazzjoni tal-kreditu eliġibbli minn ECAI eliġibbli kif definita fl-Artikolu 97.

“programm ta’ kambjali finanzjarji ggarantit minn assi ‘Asset-backed commercial paper programme’ (‘ABCP’ programme)” tfisser programm ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli maħruġa tiegħu jkunu fil-biċċa l-kbira f’kambjali b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas.

PARTI 2

Rekwiżiti minimi għar-rikonoxximent ta’ trasferimenti sinifikattivi tar-riskju tal-kreditu u għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u ammonti ta’ telf mistenni għal skoperturi titolizzati

1.   IR-REKWIŻITI MINIMI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ TRASFERIMENT TA’ RISKJU TAL-KREDITU SINIFIKATTIV F’TITOLIZZAZZJONI TRADIZZJONALI

1.

L-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ titolizzazzjoni tradizzjonali tista’ teskludi skoperturi titolizzati mill-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u ammonti ta’ telf mistenni jekk ir-riskju tal-kreditu assoċjat ma’ l-iskoperturi titolizzati jkun ġie trasferit lil partijiet terzi u t-trasferiment jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni.

(b)

L-iskoperturi titolizzati jitqiegħdu lil hinn mis-setgħa ta’ intervent ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi u l-kredituri tagħha, inkluż il-falliment u r-riċevitura Dan għandu jiġi sostnut minn parir legali kkwalifikat.

(c)

It-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligi ta’ ħlas ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li minnha joriġinaw.

(d)

Iċ-ċessjonarju huwa suġġet ġuridiku kostiwit ad hoc għat-titolizzazzjoni (securitisation special-purpose entity (SSPE)).

(e)

L-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi ma żżommx kontroll effettiv jew indirett fuq l-iskoperturi trasferiti Oriġinatriċi għandu jitqies bħala li żamm kontroll effettiv fuq l-iskopertura trasferita jekk ikollha d-dritt tixtri mill-ġdid miċ-ċessjonarju l-iskoperturi li ġew ittrasferiti qabel sabiex ikunu rrealizzati l-profitti jew jekk obbligat jassumi mill-ġdid riskju trasferit. Iż-żamma, min-naħa ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi, ta-drittijiet jew ta’ l-obbligi inerenti għall-funzjonijiet amministrattivi (servicing) m’għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi kontroll indirett ta’ l-iskoperturi.

(f)

Fejn hemm clean-up call option, il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(i)

Il-clean-up call option tista’ tiġi eżerċitata skond id-diskrezzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi;

(ii)

Il-clean-up call option tista’ biss tiġi eżerċitata meta 10 % jew inqas tal-valur oriġinali ta’ l-iskoperturi titolizzati jibqgħu mhux amortizzati; u

(iii)

Il-clean-up call option ma tkunx strutturata biex tevita l-allokazzjoni tat-telf għal pożizzjonijiet tat-tisħiħ tal-kreditu jew pożizzjonijiet oħra li jkollhom l-investituri u li mhix b’mod ieħor strutturata biex tipprovdi tisħiħ tal-kreditu.

(g)

Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni ma jkunx fiha klawżoli li

(i)

minbarra fil-każ ta’ dispożizzjonijiet ta’ amortizzazzjoni bikrija, teżiġi li pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni jkunu mtejba mill-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi inkluż, imma mhux biss, it-tibdil ta’ l-iskoperturi ta’ kreditu sottostanti jew iż-żieda tar-rendita pagabbli lill-investituri bħala reazzjoni għad-deterjorament tal-kwalità ta’ kreditu ta’ l-iskoperturi titolizzati, jew

(ii)

iżidu r-rendita pagabbli lil detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni bħala riżultat ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità tal-kreditu tal-pool sottostanti.

2.   IR-REKWIŻITI MINIMI GĦAR-RIKONOXXIMENT TA’ TRASFERIMENT TA’ RISKJU TAL-KREDITU SINIFIKATTIV F’TITOLIZZAZZJONI SINTETIKA

2.

Istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi li toħroġ titolizzazzjoni sintetika tista’ tikkalkula l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, u, kif rilevanti, l-ammonti ta’ telf mistennija, għall-iskoperturi titolizzati skond il-punt 3 jew 4 taħt, jekk riskju tal-kreditu sinifikanti jkun ġie trasferit lil partijiet terzi permezz ta’ protezzjoni tal-kreditu sew finanzjata u sew mhux iffinanzjata u t-trasferiment ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tirrifletti s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni.

(b)

Il-protezzjoni tal-kreditu li biha r-riskju tal-kreditu jiġi ttrasferit tkun tikkonforma ma’ l-eliġibbiltà u rekwiżiti oħra skond l-Artikoli 90 sa 93 għar-rikonoxximent ta’ protezzjoni tal-kreditu bħal din. Għall-għanijiet ta’ dan il-punt, entitajiet b’għan speċjali m’għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala proveddituri eliġibbli ta’ protezzjoni mhux iffinanzjata.

(c)

L-istrumenti użati għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu ma jkollhomx termini u kundizzjonijiet li

(i)

jimponu limiti ta’ rilevanza sinifikattivi li taħthom il-protezzjoni tal-kreditu titqies bħala li ma tinbediex jekk iseħħ avveniment ta’ kreditu;

(ii)

jipermettu t-terminazzjoni tal-protezzjoni minħabba deterjorazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ta’ l-iskoperturi sottostanti;

(iii)

għajr fil-każ ta’ dispożizzjonijiet ta’ ammortizzazzjoni bikrija, ikun jeħtieġ li pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni jittejbu mill-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi;

(iv)

iżidu kemm tiswa l-protezzjoni tal-kreditu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jew ir-rendita pagabbli lil detenturi ta’ pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni bħala riżultat ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità tal-kreditu tal-pool sottostanti, u

(d)

Tinkiseb opinjoni legali kkwalifikata li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-protezzjoni tal-kreditu fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti kollha.

3.   IL-KALKOLU TA’ L-ISTITUZZJONI TA’ KREDITU ORIĠINATRIĊI TA’ AMMONTI TA’ SKOPERTURI B’PIŻ DIFFERENZJAT GĦAR-RISKJU TA’ SKOPERTURI TITOLIZZATI F’TITOLIZZAZZJONI SINTETIKA

3.

Fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-iskoperturi titolizzati, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet fil-punt 2, l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha, suġġett għall-punt 5 sa 7, tuża l-metodoloġiji rilevanti għall-kalkolu stipulati fil-Parti 4 u mhux dawk ta’ l-Artikoli 78 sa 89. Għal istituzzjonijiet tal-kreditu li jikkalkulaw ammonti ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u ammonti tat-telf mistenni skond l-Artikoli 84 sa 89, l-ammont ta’ telf mistenni għal skoperturi bħal dawn għandu jkun ta’ żero.

4.

Għaċ-ċarezza, il-punt 3 jirreferi għall-pool kollu kemm hu ta’ l-iskoperturi inklużi fit-titolizzazzjoni. Suġġett għall-punt 5 sa 7, l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi hija meħtieġa tikkalkula l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju fir-rigward tat-tranches kollha fit-titolizzazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Parti 4 inklużi dawk marbuta mar-rikonoxximent tat-tnaqqis tal-kreditu. Pereżempju, meta tranche tkun trasferita lil parti terzapermezz ta’ protezzjoni tal-kreditu mhux iffinanzjata, il-piż differenzjat għar-riskju ta’ dik il-parti terza għandu jiġi applikat lit-tranche fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi.

3.1.   It-trattament tan-nuqqas ta’ qbil tal-maturitajiet fit-titolizzazzjonijiet sintetiċi

5.

Għall-għanijiet tal-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond il-punt 3, kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu li biha jinkiseb it-tranching u l-iskoperturi titolizzati għandhom jitqiesu skond il-punt 6 sa 7.

6.

Il-maturità ta’ l-iskoperturi titolizzati għandha tittieħed bħala l-itwal maturità ta’ kwalunkwe waħda minn dawk l-iskoperturi suġġetta għal massimu ta’ ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tiġi ddeterminata skond l-Artikolu VIII.

7.

Istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha tinjora kull nuqqas ta’ qbil fil-maturità fi kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għat-tranches li jidhru bi qbil ma’ Parti 4 b’piż differenzjat għar-riskju ta’ 1 250 %. Għat-tranches l-oħra kollha, it-trattament għan-nuqqas ta’ qbil fil-maturità stipulat fl-Anness VIII għandu jiġi applikat skond il-formula li ġejja:

RW* hija [RW(SP) × (t–t*)/(T–t*)] + [RW(Ass) × (T–t)/(T–t*)]

Fejn

RW* huwa l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-fini ta’ Artikolu 75(a);

RW(Ass) huwa l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju li kieku ma kinux titolizzatti, ikkalkulat fuq bażi pro-rata;

RW(SP) huwa l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond il-punt 3 jekk ma kien hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil fil-maturità;

T hija l-maturità ta’ l-iskoperturi sottostanti espressa fi snin;

t hija l-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu espressa fi snin; u

t* hija 0.25.

PARTI 3

Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni

1.   IL-KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM IKUNU SODISFATI MILL-VALUTAZZJONIJIET TAL-KREDITU TA’ L-ECAIS

1.

Biex tintuża għall-fini tal-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju skond il-Parti 4, valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI eliġibbli għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin.

(a)

M’għandux ikun hemm nuqqas ta’ qbil bejn it-tipi ta’ ħlasijiet riflessi fil-valutazzjoni tal-kreditu u t-tipi ta’ ħlasijiet li għalihom hija intitolata l-istituzzjoni ta’ kreditu skond il-kuntratt li jwassal għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni in kwistjoni. u

(b)

Il-valutazzjonijiet tal-kreditu għandhom ikunu disponibbli pubblikament għas-suq. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu huma meqjusa bħala pubblikament disponibbli biss jekk ikunu ġew ippubblikati fuq forum pubblikament aċċessibbli u huma inklużi fil-matriċi ta’ tranżizzjoni ta’ l-ECAI. IL-valutazzjonijiet tal-kreditu li jsiru disponibbli biss għal għadd limitat ta’ entitajiet m’għandhomx jitqiesu pubblikament disponibbli.

2.   L-UŻU TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-KREDITU

2.

Istituzzjoni ta’ kreditu tsita’ tinnomina ECAI waħda jew aktar eliġibbli li l-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom għandhom jintużaw għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 94 sa 101 (“ECAI nominata”).

3.

Suġġett għall-punt 5 sa 7 isfel, istituzzjoni ta’ kreditu trid tuża valutazzjoni tal-kreditu minn ECAIs innominati konsistentement fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tagħha.

4.

Suġġett għall-punt 5 u 6, istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tuża l-valutazzjoni tal-kreditu ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha f’ċerti tranches u valutazzjoni tal-kreditu oħra ta’ ECAI għall-pożizzjonijiet tagħha fi tranches oħra fi ħdan l-istess struttura li jistgħu jew ma jistgħu jiġu kklassifikati mill-ewwel ECAI.

5.

F’każi fejn pożizzjoni għandha żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża l-inqas valutazzjoni tal-kreditu favorevoli.

6.

F’każi fejn pożizzjoni għandha aktar minn żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu minn ECAIs nominati, għandhom jintużaw iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu l-aktar favorevoli. Jekk iż-żewġ valutazzjonijiet tal-kreditu l-aktar favorevoli huma differenti, għandha tintuża l-inqas favorevoli minn dawn it-tnejn.

7.

Meta l-protezzjoni tal-kreditu eliġibbli taħt l-Artikoli 90 sa 93 tkun ipprovduta direttament lill-SSPE, u dik il-protezzjoni hija riflessa fil-valutazzjoni tal-kreditu ta’ pożizzjoni minn ECAI nominata, jista’ jintuża l-piż differenzjat għar-riskju assoċjat ma’ dik il-valutazzjoni tal-kreditu. Jekk il-protezzjoni mhix eliġibbli skond l-Artikoli 90 sa 93, il-valutazzjoni tal-kreditu m’għandhiex tiġi rikonoxxuta. Fis-sitwazzjoni fejn il-protezzjoni tal-kreditu mhix ipprovduta lill-SPEE iżda direttament lil pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-kreditu m’għandhiex tiġi rikonoxxuta.

3.   KLASSIFIKAR

8.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw ma’ liema skaluna ta’ kwalità tal-kreditu fit-tabella stipulati fil-parti 4 għandha tkun assoċjata kull valutazzjoni tal-kreditu. B’dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddiferenzjaw bejn il-grad relattiv tar-riskju espress minn kull valutazzjoni. Għandhom iqisu fatturi kwantitattivi, bħar-rati ta’ l-inadempjenza u/jew tat-telf u fatturi kwalitattivi bħall-firxa tat-tranżazzjonijiet ivvalutati mill-ECAI u t-tifsira tal-valutazzjoni tal-kreditu.

9.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaraw li jiżguraw li l-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li għalihom huwa applikat l-istess piż differenzjat għar-riskju fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ ECAIs eliġbbli jkunu suġġetti għal gradi ekwivalenti ta’ riskju tal-kreditu. Dan għandu jinkludi l-modifikazzjoni tad-determinar tagħhom fir-rigward ta’ l-iskaluna tal-kwalità tal-kreditu li magħha għandha tiġi assoċjata kif xieraq valutazzjoni tal-kreditu partikolari.

PARTI 4

Kalkolu

1.   IL-KALKOLU TA’ AMMONTI TA’ SKOPERTURA B’PIŻ DIFFERENZJAT GĦAR-RISKJU

1.

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 96, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju ta’ pożizzjoniji ta’ titolizzazzjoni għandu jinħadem billi jiġi applikat il-piż ta’ riskju rilevanti kif stipulat f’din il-Parti għall-valuri ta’ l-iskopertura.

2.

Suġġett għall-punt 3,

(a)

meta istituzzjoni ta’ kreditu tikkaklula l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju skond il-punt 6 sa 36, il-valur ta’ l-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-karta tal-bilanċ tiegħu;

(b)

meta istituzzjoni ta’ kreditu tikkaklula l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju skond il-punt 37 sa 76, il-valur ta’ l-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ għandu jitkejjel gross ta’ l-aġġustamenti tal-valur; u

(c)

il-valur ta’ l-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur nominali tagħha mmultiplikat b’ċifra ta’ konverżjoni kif preskritt f’dan l-Anness. Din iċ-ċifra ta’ konverżjoni għandha tkun ta’ 100 % ħlief jekk speiċfikat mod ieħor.

3.

Il-valur ta’ l-iskopertura ta; pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tkun tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness IV, għandu jiġi ddeterminat skond l-Anness III.

4.

Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tkun suġġetta għal protezzjoni tal-kreditu ffinanzjata, il-valur ta’ l-iskopertura jista’ jiġi modifikat skond u soġġet għar-rekwiżiti ta’ l-Anness VIII kif speċifikat aktar fl-Anness.

5.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu jkollha żewġ pożizzjoniiet jew oħra sovvrapposti f’titolizzazzjoni, tkun obbligata, skond kemm tkun din is-sovrappożizzjoni, li tinkludi fil-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju biss il-pożizzjoni jew porzjoni ta’ pożizzjoni li tipproduċi ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat għar-riskju ogħla. Għall-għanijiet ta’ dan il-punt, “sovrappożizzjoni” tfisser li l-pożizzjonijiet, kollha kemm huma jew parzjalment, jirrapreżentaw skopertura għall-istess riskju b’mod li sa fejn hemm din is-svrappożizzjoni hemm skopertura waħda.

2.   IL-KALKOLU TA’ L-AMMONTI TA’ SKOPERTURA B’PIŻ DIFFERENZJAT GĦAR-RISKJU BIL-METODOLOĠIJA STANDARDIZZATA

6.

Soġġet għall-punt 8, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju ta’ pożizzjoniji ta’ titolizzazzjoni kklasifikata għandu jinħadem billi jiġi applikat għall-valur ta’ l-iskopertura l-piż ta’ riskju rilevanti marbut ma’ l-iskaluna tal-kwalità tal-kreditu li magħha ġie ddeterminat li hija assoċjata l-valutazzjoni tal-kreditu mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 98 kif stipulat fit-tabelli 1 u 2 li ġejjin.

Tabella 1

Pożizzjonijiet għajr dawk b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

4

5 u taħt

Piż tar-riskju

20  %

50  %

100  %

350  %

1 250  %


Tabella 2

Pożizzjonijiet b’valutazzjonijiet tal-kreditu b’terminu qasir

Skaluna tal-kwalità tal-kreditu

1

2

3

Il-valutazzjonijiet tal-kreditu l-oħra kollha

Piż tar-riskju

20  %

50  %

100  %

1 250  %

7.

Suġġett għall-punt 10 sa 16, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux ikklassifikata għandha tinħadem billi jiġi applikat piż tar-riskju ta’ 1 250 %.

2.1.   Istituzzjonijiet ta’ kreditu oriġinaturi u promoturi

8.

Għal istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi jew promotur, l-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħha f’titolizzazzjoni jistgħu jiġu limitati għall-ammonti ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju li kieku jiġu kkalkulati għall-iskoperturi titolizzati kieku ma kinux titolizzati suġġett għall-applikazzjoni preżunta ta’ piż tar-riskju differenzjat ta’ 150 % għall-pożizzjonijiet skaduti kolli u dawk li jappartjenu għall-kategoriji ta’ riskju għoli.

2.2.   It-trattament ta’ pożizzjonijiet mhux ikklassifikati

9.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux ikklassifikata jistgħu japplikaw t-trattament stipulat fil-punt 10 għall-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għal dik il-pożizzjoni bil-kundizzjoni li tkun dejjem magħrufa il-kompożizzjoni tal-pool ta’ skoperturi.

10.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tapplika l-piż tar-riskju differenzjat medju li kieku jkun applikat lill-iskoperturi titolizzati skond l-Artikoli 78 sa 83 minn istituzzjoni ta’ kreditu detentriċi ta’ l-iskoperturi mmultiplikat bi proporzjon ta’ konċentrazzjoni. Il-proporzjon ta’ konċentrazzjoni huwa ugwali għas-somma ta’ l-ammonti nominali tat-tranches kollha maqsum bis-soomma ta’ l-ammonti nominali tat-tranches inferjuri jew lin qegħdin pari passu mat-tranche li fiha l-pożizzjonijiet detenuti jinkludu t-tranche innifisha. Il-piż tar-riskju li jirriżulta m’għandux ikun ogħla minn 1 250 % jew inqas minn kull piż ta’ riskju applikabbli għal tranche ikklassifiakta bħala ogħla. Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tista’ tiddetermina l-piżijiet tar-riskju differenzjati li kieku jkunu applikati lill-iskoperturi titolizzati skond l-Artikoli 78 sa 83, għandha tapplika piż tar-riskju ta’ 1 250 % għall-pożizzjoni.

2.3.   Trattament ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni f’second loss tranche jew aħjar fi programm ABCP

11.

Suġġett għad-disponibbiltà ta’ trattament aktar favorevoli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-faċilitajiet ta’ likwidità fil-punt 13 sa 15, istituzzjoni ta’ kreditu tista tapplika lill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 12 piż differenzjat għar-riskju li huwa l-akbar fost 100 % jew l-ogħla tal-piżijiet tar-riskju li kieku jiġu applikati lil kwalunkwe mill-iskoperturi titolizzati skond l-Artikoli 78 sa 83 minn istituzzjoni ta’ kreditu detentriċi ta’ l-iskoperturi.

12.

Biex ikun disponibbli t-trattament fil-punt 11, il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandha tkun:

(a)

fi tranche li ekonomikament qiegħda f’pożizzjoni second loss jew aħjar fit-titolizzazzjoni u t-tranche first loss trid tipprovi titjib tal-kreditu validu għat-tranche second loss;

(b)

ta’ kwalità ekwivalenti għal investment grade jew aħjar; u

(c)

miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu li ma jkollhiex pożizzjoni fit-tranche first loss.

2.4.   It-trattament ta’ faċilitajiet ta’ likwidità mhux ikklassifikati

2.4.1.   Faċilitajiet ta’ likwidità eliġibbli

13.

Meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin, sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ l-iskopertura, ċifra ta’ konverżjoni ta’ 20 % tista’ tiġi applikata lill-ammont nominali ta’ faċilità għall-likwidità b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas u ċifra ta’ konverżjoni ta’ 50 % tista’ tiġi applikata lill-ammont nominali ta’ faċilità għall-likwidità b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sena.

(a)

Id-dokumentazzjoni tal-faċilità ta’ likwidita għandha tidentifika b’mod ċar u tillimita ċ-ċirkostanzi li taħthom tista’ tintuża l-faċilità.

(b)

Il-faċilità m’għandhiex tkun possibli li tintuża biex tipprovdi sostenn tal-kreditu billi tkopri telf li jkun ġà ġġarrab fi żmien l-użu tal-faċilità – pereżempju, billi tiġi pprovduta likwidità fir-rigward ta’ skoperturi fi stat ta’ inadempjenza fi żmien l-użu tal-faċilità jew billi jinkisbu assi b’valur ogħla minn dak ekwu.

(c)

Il-faċilità m’għandhiex tintuża biex tipprovdi finanzjament permanenti jew regolari għat-titolizzazzjoni.

(d)

Ir-rimbors ta’ l-użu tal-faċilità m’għandux ikun subordinat għall-krediti ta’ investituri diversi minn dawk li jirriżultaw minn rati ta’ imgħax jew valuti, imposti jew pagamenti oħra bħal dawn, u lanqas m’għandu jkun suġġett għal diferiment jew rinunzja.

(e)

M’għandux ikun possibbli għall-faċilità li tintuża wara li jiġi eżawrit kull titjib tal-kreditu applikabbli li minnu tibbenefika l-faċilità ta’ likwidità; u

(f)

Il-faċilità għandha tinkludi dispożizzjoni li tirriżulta fi tnaqqis awtomatiku fl-ammont li jista’ jintuża mill-ammont ta’ skoperturi li qegħdin fi stat ta’ inadempjenza, fejn l-inadempjenza għandha t-tifsira mogħtija lilha skond l-Artikoli 84 sa 89, jew fejn il-pool ta’ l-iskoperturi titolizzata tikkonsisti fi strumenti kklassifikati (li għandhom rating), li tittermina l-faċilità jekk il-kwalità medja tal-pool taqa’ taħt l-investment grade.

Il-piż differenzjat għar-riskju li għandu jiġi applikat għandu jkun l-ogħla piż ta’ riskju li kikeu jiġi applikat lil skoperturi titolizzati skond l-Artikoli 78 sa 83 minn istituzzjoni ta’ kreditu detentriċi ta’ l-iskoperturi.

2.4.2.   Faċilitajiet ta’ likwidità li jistgħu jintużaw biss f’każ ta’ tfixkil ġenerali fis-suq

14.

Sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ l-iskopertura, ċifra ta’ konverżjoni ta’ 0 % tista’ tiġi applikata lill-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li tista’ tintuża biss fil-każ ta’ tfixkil ġenerali tas-suq (i.e. meta aktar minn SPE wieħed fuq tranżazzjonijiet differenti ma jkunx jistgħu jġeddu l-kambjali finanzjarji li jkunu qed jiskadu u dik l-inabbiltà ma tkunx ir-riżultat ta’ deterjorament tal-kwalità ta’ kreditu ta’ l-iskoperturi titolizzati), dejjem sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 13.

2.4.3.   Faċilitajiet ta’ flus bil-quddiem

15.

Sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ l-iskopertura, ċifra ta’ konverżjoni ta’ 0 % tista’ tiġi applikata lill-ammont nominali ta’ faċilità għall-likwidità li jkun jista’ jitħassar inkondizjonalment, dejjem jekk ikunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 13 u li l-pagament għall-użu tal-faċilità ikollu prijorità fuq drittijiet oħra fuq il-flussi finanzjarji li jkunu ġejjin mill-iskoperturi titolizzati.

2.5.   Rekwiżiti kapitali addizzjonali għat-titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi rotattivi b’dispożizzjonijiet għal amortizzazzjoni bikrija

16.

Minbarra l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għall-iskoperturi kkalkulati fir-rigward tal-pożizzjonijiet titolizzati tagħha, istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha tikkalkula skond il-metodu stipulat fil-punt 17 sa 33 meta tbigħ skoperturi rotattivi f’titolizzazzjoni li għandha dispożizzjoni għall-amortizzazzjoni bikrija.

17.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkalkula ammont ta’ skopertura b’piż differenzjar għar-riskju fir-rigward tas-somma ta’ l-interess (ir-raġunijiet tal-kreditu) ta’ l-oriġinatur u ta’ l-investitur.

18.

Għal strutturi ta’ titolizzazzjoni fejn l-iskoperturi titolizzati jinkludu skoperturi rotattivi u mhux rotattivi, istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha tapplika t-trattament stipulat taħt lill-porzjoni tal-pool sottostanti li jkun fiha l-iskoperturi rotattivi.

19.

Għall-għanijiet tal-punt 16 sa 31, “l-interess taċ-ċedent” tfisser il-valur ta’ l-iskopertura tal-parti nozjonali ta’ pool ta’ ammonti utilizzati mibjugħa f’titolizzazzjoni, li l-proporzjon tagħhom relatat ma’ l-ammont tal-pool totali mibjugħa fl-istruttura jiddeterminaw il-proporzjon tal-flussi tal-flus iġġenerati mill-ġbir tal-kapital u ta’ l-imgħax u ammonti aossoċjati oħra li mhumiex disponibbli biex isiru l-ħlasijiet lil dawk li għandhom pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fit-titolizzazzjoni.

Biex jikkwalifika bħala tali, l-interess ta’ l-oriġinatur ma jistax ikun subordinat għal dak ta’ l-investitur.

“L-interess ta’ l-investitur” ifisser il-valur ta’ l-iskopertura tal-parti nozjonali li tifdal mill-pool ta’ ammonti utilizzati.

20.

L-iskopertura ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi assoċjata mad-drittijiet tagħha fir-rigward ta’ l-interess ta’ l-oriġinatur m’għandhiex titqies bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni iżda bħala skopertura pro rata għall-iskoperturi titolizzati daqs li kieku ma kinux ġew titolizzati.

2.5.1.   Eżenzjonijiet minn trattament għal amortizzazzjoni bikrija

21.

L-oriġinatur tat-tipi ta’ titolizzazzjoni huma eżenti mill-obbligu kapitali fil-punt 16:

(a)

It-titolizzazzjonijiet ta’ l-iskoperturi rotattivi li bihom l-investituri jibnqgħu esposti għal kollox għal kull użu ġejjieni minn min jissellef sabiex ir-riskju fuq il-faċilitajiet sottostanti ma jerġax lura għand l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi anki wara li jkun seħħ avveniment ta’ amortizzazzjoni bikrija, u

(b)

titolizzazzjonijiet fejn dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija tinbeda biss minn avvenimenti mhux marbuta mar-rendiment ta’ l-assi titolizzati jew l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi, bħal fil-każ ta’ bidliet rilevanti fil-liġijiet jew ir-regolamenti fiskali.

2.5.2.   Obbligu massimu għall-kapital

22.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi suġġetta għall-rekwiżit ta’ kapital fil-punt 17, it-total ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju fir-rigward tal-pożizzjonijiet fl-interess ta’ l-investitur u l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati skond il-punt 17 m’għandhomx ikunu akbar mill-akbar minn:

(a)

l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati fir-rigward tal-pożizzjonijiet tagħhom fl-interess ta’ l-investitur; u

(b)

l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju li kieku jiġu kkalkulati fir-rigward ta’ l-iskopertura titolizzati minn istituzzjoni ta’ kreditu detentriċi ta’ l-iskoperturi bħallikieku ma ġewx titolizzati f’ammont ugwali għall-interess ta’ l-investitur.

23.

It-tnaqqis tal-profitti nett, jekk ikun hemm, li jirriżultaw mill-kapitalizzazzjoni tad-dħul ġejjieni meħtieġ skond l-Artikolu 57 għandhom jiġu ttrattati barra l-ammont massimu indikat fil-punt 22.

2.5.3.   Il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju

24.

L-ammont ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju li għandu jiġi kkalkulat skond il-paragrafu 16 għandu jiġi ddeterminat billi jiġi mmoltiplikat l-ammont ta’ l-interess ta’ l-investitur mal-prodott taċ-ċifra x-xierqa għall-konverżjoni kif indikat fil-paragrafu 26 sa 33 u l-piż tar-riskju differenzjat medju li kieku japplika għall-iskoperturi titolizzati li kieku l-iskoperturi ma kinux ġew titolizzati.

25.

Dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija titqies li tkun “ikkontrollata” meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi jkollha pjan kapitali/ta’ likwidità xieraq sabiex ikun żgurat li jkollha biżżejjed kapital u likwidità disponibbli fil-każ ta’ ammortizzazjoni bikrija;

(b)

matul it-tranżazzjoni, hemm qsim pro rata bejn l-interess ta’ l-oriġinatur u l-interess ta’ l-investitur tal-pagamenti ta’ l-imgħax u l-kapital, l-ispejjeż, it-telf u l-irkupri bbażati fuq il-bilanċ tar-riċevibbli pendenti f’punt wieħed ta’ riferenza jew aktar matul kull xahar;

(c)

il-perjodu ta’ ammortizzazzjoni jitqies suffiċjenti għal 90 % tad-dejn totali (interess ta’ l-oriġinatur u ta’ l-investitur) li għad irid jidħol fil-bidu tal-perjodu ta’ ammortizzazzjoni bikrija li jkun tħallas jew rikonoxxut bħala fi stat ta’ inadempjenza; u

(d)

il-ħeffa tal-pagamenti ma tkunx aktar rapida minn dik li kieku jkun hemm permezz ta’ ammortizzazzjoni lineari fuq il-perjodu stipulat fil-kundizzjoni (c).

26.

Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet suġġetti għal dispożizzjoni ta’ ammortizzazzjoni bikrija ta’ skoperturi bl-imnut li huma mingħajr impenn u jitħassru inkondizjonalment mingħajr avviż minn qabel, meta l-ammortizzazzjoni bikrija tinbeda mil-livell ta’ l-excess spread li jkun waqa’ għal livell speċifikat, l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom iqabblu l-livell medju ta’ l-excess spread fuq tliet xhur mal-livelli ta’ l-excess spread li fihom dan il-marġni għandu jiġi mblukkat.

27.

Fil-każijiet fejn it-titolizzazzjoni ma tkunx teħtieġ li l-excess spread ma jiġix imblukkat, il-punt ta’waqfien tiegħu (trapping point) jitiqies bħala 4.5 punti perċentwali akbar mill-livell ta’ excess spread li jwassal għall-bidu ta’ ammortizzazzjoni bikrija.

28.

Iċ-ċifra ta’ konverżjoni li għandha tiġi applikata għandha tiġi ddeterminata mil-livelli tal-medja ta’ l-excess spread fuq tliet xhur skond it-Tabella 3.

Tabella 3

 

Titolizzazzjonijiet suġġetti għal dipożizzjoni kkontrollata għall-ammortizzazzjoni bikrija

Titolizzazzjonijiet suġġetti għal dipożizzjoni mhux ikkontrollata għall-ammortizzazzjoni bikrija

Medja ta’ excess spread fuq tliet xhur

Figura ta’ konverżjoni

Figura ta’ konverżjoni

‘il fuq mil-livell A

0  %

0  %

Livell A

1  %

5  %

Livell B:

2  %

15  %

Livell C

10  %

50  %

Livell D

20  %

100  %

Livell E

40  %

100  %

29.

Fit-Tabella 3, “Livell A” tfisser livelli ta’ excess spread ta’ inqas minn 133,33 % tal-livell ta’ waqfien ta’ l-excess spread imma mhux inqas minn 100 % ta’ dak il-livell ta’ waqfien; “Livell B” tfisser livelli ta’ excess spread ta’ inqas minn 100 % tal-livell ta’ waqfien ta’ l-excess spread imma mhux inqas minn 75 % ta’ dak il-livell ta’ waqfien; “Livell C” tfisser livelli ta’ excess spread ta’ inqas minn 75 % tal-livell ta’ waqfien ta’ l-excess spread imma mhux inqas minn 50 % ta’ dak il-livell ta’ waqfien; “Livell D” tfisser livelli ta’ excess spread ta’ inqas minn 50 % tal-livell ta’ waqfien ta’ l-excess spread imma mhux inqas minn 25 % ta’ dak il-livell ta’ waqfien; u “Livell E” tfisser livelli ta’ excess spread ta’ inqas minn 25 % tal-livell ta’ waqfien ta’ l-excess spread.

30.

Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li jkunu suġġetti għad-dispożizzjoni ta’ amortizzament antiċipat ta’ skoperturi ġenerali li huma mingħajr rabta, li jistgħu jiġi kkanċellati mingħajr ebda kundizzjoni u mingħajr avviż u fejn l-amortizzament antiċipat huwa kkawżat minn valur kwantitattiv fir-rigward ta’ xi element li mhux il-medja ta’ tliet xhur ta’ l-eċċess ta’ marġni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw trattament li jixbaħ ħafna lil dak stabbilit fil-punt 26 sa 29 biex jiddetermina l-fattur ta’ konverżjoni indikat.

31.

Meta awtorità kompetenti għandha l-intenzjoni li tapplika trattament skond il-punt 30 fir-rigward ta’ titolizzazzjoni partikulari, hija għandha l-ewwel tinforma l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha. Qabel ma l-applikazzjoni ta’ trattament bħal dan issir parti integrali mill-politika ġenerali ta’ l-awtorità kompetenti fis-settur tas-titolizzazzjonijiet bi klawsoli ta’ amortizzazzjoni antiċipata tat-tip konċernat, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha u tikkunsidra l-fehmiet tagħhom. L-opinjonijiet espressi f’din il-konsultazzjoni u t-trattament li jiġi adottat għandhom jiġu ppubblikati mill-awtorità kompetenti konċernata.

32.

It-titolizzazzjonijiet l-oħra kollha suġġetti għal dispożizzjoni kkontrollata ta’ ammortizzazzjoni bikrija ta’ l-iskoperturi rotattivi għandhom ikunu soġġeta għal ċifra ta’ konverżjoni ta’ 90 %.

33.

It-titolizzazzjonijiet l-oħra kollha suġġetti għal dispożizzjoni mhux ikkontrollata ta’ ammortizzazzjoni bikrija ta’ l-iskoperturi rotattivi għandhom ikunu soġġeti għal ċifra ta’ konverżjoni ta’ 100 %.

2.6.   Ir-rikonoxximent tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

34.

Meta protezzjoni tal-kreditu tinkiseb fuq pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, il-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jistgħu jiġu mmodifikati skond l-Anness VIII.

2.7.   Tnaqqis ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju

35.

Kif previst fl-Artikolu 66(2), fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li jassenja fir-rigward tagħha piż tar-riskju ta’ 1 250 %, l-istituzzjonijiet tal-kreditu jistgħu, bħala alternattiva għall-inklużjoni tal-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, inaqqsu mill-fondi proprji tagħhom il-valur ta’ l-iskopertura tal-pożizzjoni. Għal dawn l-għanijiet, il-kalkolu tal-valur ta’ l-iskopertura jista’ jirrifletti l-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata eliġibbli b’mod konsistenti mal-punt 34.

36.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tuża l-alternattiva indikata fil-punt 35,12.5 darbiet dak l-ammont imnaqqas skond dak il-punt għandhom, għall-fini tal-punt 8, jitnaqqasu mill-ammont speċifikat f’dak il-punt bħala l-ammont massimu ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju li għandu jiġi kkalkulat mill-istituzzjoni tal-kreditu indikata.

3.   KALKOLU TA’ L-AMMONTI TA’ SKOPERTURI B’PIŻ DIFFERENZJAT GĦAR-RISKJU SKOND IL-METODU BBAŻAT FUQ IL-KLASSIFIKAR INTERN

3.1.   Prijoritajiet fl-applikazzjoni tal-metodi

37.

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 96, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju tal-pożizzjonijiet titolizzati għandu jiġi kkalkulat skond il-punt 38 sa 76.

38.

Għal pożizzjoni klassifikata jew għal pożizzjoni li għaliha tista’ tintuża valutazzjoni inferita, għandu jintuża l-Metodu fuq il-Bażi ta’ Klassifikazzjoni stabbilit fil-punt 46 sa 51 biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju.

39.

Għal pożizzjoni mhux klassifikata għandu jintuża l-Metodu tal-Formola ta’ Superviżjoni kif stabbilita fil-punt 52 sa 54 ħlief meta huwa permess l-użu tal-Metodu tal-Valutazzjoni Interna kif stabbilit fil-punt 43 u 44.

40.

Istituzzjoni ta’ kreditu li ma tkunx istituzzjoni oriġinatriċi jew promotriċi tista’ tuża l-Metodu tal-Formola ta’ Superviżjoni sakemm ikollha l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

41.

Fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi jew promotriċi li ma tkunx tista’ tikkalkula l-Kirb u li ma tkunx kisbet l-approvazzjoni għall-użu tal-Metodu tal-Valutazzjoni Interna għall-pożizzjonijiet fil-programmi ta’ l-ABCP, u fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra li ma jkunux kisbu l-approvazzjoni għall-użu tal-Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni jew tal-Metodu tal-Valutazzjoni Interna għall-pożizzjonijiet fil-programmi ta’ l-ABCP, fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju ta’ 1 250 % għandu jassenja għall-pożizzjonijiet ta’ totalizzazzjoni li mhumiex klassifikati u li għalihom ma tistax tintuża valutazzjoni ta’ mertu ta’ kreditu inferita.

3.1.1.   L-użu ta’ valutazzjonijiet tal-mertu ta’ kreditu inferiti

42.

Istituzzjoni għandha tattribwixxi lil pożizzjoni li ma tkunx klassifikata valutazzjoni tal-mertu ta’ kreditu inferita ekwivalenti għall-valutazzjoni tal-mertu ta’ kreditu ta’ dawk il-pożizzjonijiet li jkunu klassifikati (il-“pożizzjonijiet ta’ referenza”) li huma l-pożizzjonijiet ta’ l-ogħla grad subordinati minn kull aspett għall-pożizzjoni ta’ totalizzazzjoni mhix klassifikata konċernata, meta l-obbligi operattivi minimi li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-pożizzjonijiet ta’ referenza jridu jkunu subordinati minn kull aspett għall-posizzjoni ta’ totalizzazzjoni li mhuwiex klassifikat;

(b)

il-maturità tal-pożizzjonijiet ta’ referenza trid tkun daqs jew itwal minn dik tal-pożizzjoni mhix klassifikata konċernata; u

(c)

kull klassifikazzjoni inferita trid tiġi aġġornata fuq bażi kontinwa biex tirrifletti kull tibdil li jseħħ fil-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjonijiet mhux klassifikati.

3.1.2.   Il-“Metodu tal-Valutazzjoni Interna” għall-pożizzjonijiet tal-programmi ABCP

43.

Soġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tattribwixxi lil pożizzjoni li mhix klassifikata fi programm ta’ ABCP valutazzjoni tal-mertu ta’ kreditu inferita kif stabbilit fil-punt 44, meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-pożizzjonijiet fil- programm ABCP għandhom ikunu pożizzjonijiet klassifikati;

(b)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti li l-valutazzjoni interna tagħha tal-kwalità ta’ kreditu tal-pożizzjoni tirrifletti l-metodoloġija tal-valutazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku ta’ ECAI eliġibbli waħda jew aktar, għall-valutazzjoni tat-titoli garantiti mill-iskoperturi li huma tat-tip ta’ dawk titolizzati;

(c)

fost l-ECAI li l-metodoloġija tagħhom għandha tkun riflessa kif preskritt fil-punt (b), għandhom ikunu inklużi dawk l-ECAI li jkunu pprovdew klassifikazzjoni esterna għall-kambjali finanzjarji maħruġa mill-programm ABCP. L-elementi kwantitattivi – bħal m’huma l-fatturi ta’ l-istress – użati biex jassenjaw lill-pożizzjoni kwalità partikolari ta’ kreditu għandhom ikunu konservattivi almenu daqs dawk użati fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni rilevanti ta’ l-ECAI konċernata;

(d)

fil-fażi ta’ l-iżvilupp tal-metodoloġija ta’ valutazzjoni interna tagħha, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tikkonsidra il-metodoloġiji rilevanti ta’ kklassifikar pubblikati ta’ l-ECAI eliġibbli li jivvalutaw it-titolu kummerċjali tal-programm ABCP. Din il-konsiderazzjoni għandha tiġi dokumentata mill-istituzzjoni ta’ kreditu u aġġornata b’mod regolari, kif muri fil-punt (g);

(e)

il-metodoloġija interna ta’ valutazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi diversi livelli ta’ kklassifikar. Dawn il-livell ta’ kklassifikar u l-valutazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-ECAI eliġibbli għandhom jikkorrespondu. Din il-korrispondenza għandha tiġi dokumentata b’mod espliċitu;

(f)

il-metodoloġija interna ta’ valutazzjoni għandha tintuża fil-proċessi interni ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, iklużi l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tal-ġestjoni ta’ l-informazzjoni u ta’ l-allokazzjoni tal-kapital;

(g)

l-awdituri interni u esterni, l-ECAI jew il-funzjonijiet tar-reviżjoni interna tal-mertu tal-kreditu jew tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandhom iwettqu reviżjonijiet regolari tal-proċess tal-valutazzjoni interna u l-kwalità tal-valutazzjonijiet interni tal-kwalità ta’ kreditu ta’ l-iskoperturi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu fil-konfront ta’ programm ABCP. Jekk ikunu l-funzjonijiet ta’ reviżjoni interna, ta’ reviżjoni tal-mertu tal-kreditu jew tal-ġestjoni tar-riskju li jwettqu dawn il-verifiki, dawn għandhom ikunu indipendenti mis-settur ta’ negozju tal-programm ABCP, kif ukoll minn funzjonijiet ta’ relazzjoni mal-klijentela;

(h)

l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha ssegwi kif ikunu sejrin il-valutazzjonijiet interni tagħha matul iż-żmien biex tkun tista’ tivvaluta l-affidabilità tal-metodoloġija tagħha u għandha taġġusta din il-metodoloġija kif meħtieġ kulmeta l-andament ta’ l-iskoperturi jiddifferixxi sistematikament minn dak indikat mill-valutazzjonijiet interni;

(i)

il-programm ABCP għandu jinkorpora standards ta’ sottoskrizzjoni f’forma ta’ linji ta’ gwida ta’ kreditu u investiment. Meta jiddeċiedi dwar l-akkwist ta’ l-assi, l-amministratur tal-programm ABCP għandu jikkonsidra t-tip ta’ l-assi li jkunu se jinxtraw, it-tip u l-valur monetarju ta’ l-iskoperturi li jinħolqu mill-provvediment tl-faċilitajiet ta’ likwidità u rinforżi ta’ kreditu, id-distribuzzjoni tat-telf u s-separazzjoni legali u ekonomika ta’ l-assi trasferiti mill-entità li tkun qed tbiegħ l-assi. Għandha ssir analiżi ta’ kreditu tal-profil tar-riskju tal-bejjiegħ ta’ l-assi, li għandha tinkludi analiżi ta’ l-andament finanzjarju imgħoddi u mistenni, il-pożizzjoni tas-suq kurrenti, il-kompetittività futura mistennija, il-grad ta’ lieva finanzjarja, il-likwidità, il-kopertura ta’ l-interessi u l-ikklassifikar tad-dejn. Barra minn dan, għandha ssir ukoll reviżjoni ta’ ta’ l-obbligi għas-sottoskrizzjoni tal-bejjiegħ, il-kapaċitajiet tiegħu ta’ ġestjoni u l-proċeduri għall-irkupru tal-krediti;

(j)

l-obbligi għas-sottoskrizzjoni tal-programm ABCP għandhom jiffissaw kriterji minimi għall-eliġibilità ta’ l-assi, b’mod partikolari,

(i)

għandhom jeskludu l-akkwist ta’ assi li jkunu skadew żmien ilu jew fi stat li ma jistgħux jitħallsu;

(ii)

għandhom jillimitaw il-konċentrazzjoni eċċessiva fil-konfront ta’ debituri individwali jew oqsma ġeografiċi; kif ukoll

(iii)

għandhom jillimitaw in-natura ta’ l-assi li jkunu jridu jinxtraq;

(k)

il-programm ABCP għandu jkollu politika u proċeduri ta’ rkupru ta’ krediti li jqisu l-kapaċità operattiva u l-mertu ta’ kreditu ta’ l-entità maniġerjali (servicer). Il-programm ABCP għandu jimmitiga r-riskju tal-bejjiegħ/entità maniġerjali permezz ta’ metodi differenti, bħal m’huma klawżoli bbażati fuq il-kwalità ta’ kreditu kurrenti li jimpedixxu t-taħlit ta’ fondi;

(l)

mat-telf stmat fuq aggregat ta’ assi li l-programm ABCP qiegħed jikkonsidra jixtri jridu jitqiesu s-sorsi kollha ta’ riskji potenzjali bħal m’huma r-riskji ta’ kreditu u dilwizzjoni. Jekk ir-rinfurzar tal-kreditu pprovdut mill-bejjiegħ jitkejjel biss skond it-telf mill-krediti, allura għandha tiġi stabbilita riżerva separata għar-riskju ta’ dilwizzjoni, dejjem jekk dan huwa rilevanti għal dak l-aggregat partikolari ta’ skoperturi. Barra dan, biex ikun determinat il-livell meħtieġ ta’ rinfurzar ta’ kreditu, il-programm għandu jwettaq reviżjoni ta’ diversi snin ta’ informazzjoni storika, inkluża informazzjoni dwar telf, rati ta’ insolvenza, livell ta’ dilwizzjoni u rata tar-rotazzjoni tal-krediti; u

(m)

il-programm ABCP għandu jinkorpora karatteristiċi strutturali fix-xiri ta’ skoperturi – pereżempju klawżoli kuntrattwali li jippermettu b’mod espliċitu l-likwidazzjoni awtomatika ta’ portfolju partikolari (wind down triggers) – sabiex tiġi mitigata t-therrija potenzjali tal-kwalità tal-portfolju sottostanti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunċjaw milli jesiġu li l-obbligu li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni ta’ l-ECAI tkun disponibbli pubblikament jiġi rrispettat jekk ikunu sodisfatti li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tat-titolizzazzjoni - pereżempju l-istruttura innovattiva tagħha - sa issa m’hemm l-ebda metodoloġija ta’ valutazzjoni ta’ l-ECAI disponibbli pubblikament.

44.

L-istituzzjoni ta’ kreditu tassenja l-pożizzjoni li mhijiex ikklassifikata għal wieħed mil-livelli ta’ klassifikar deskritti fil-punt 43 Il-pożizzjoni tingħata klassifikazzjoni derivata identika għall-valutazzjonijiet ta’ kreditu korrispondenti għal dak il-livell ta’ klassifikar kif stipulat fil-punt 43. Meta, fil-bidu tat-titolizzazzjoni, din il-valutazzjoni derivata hija almenu fil-livell tal-grad ta’ l-investiment (investment grade), din tiġi kkunsidrata bħallikieku kienet valutazzjoni tal-mertu ta’ kreditu minn ECAI eliġibbli għall-fini tal-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju.

3.2.   Ammonti massimi ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju

45.

Għal istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi, istituzzjoni ta’ kreditu promotriċi, jew istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn li jistgħu jikkalkulaw il-KIRB, l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati fid-dawl tal-pożizzjonijiet tagħhom f’titolizzazzjoni, jistgħu jkunu limitati għal dak li jipproduċi obbligu kapitali skond l-Artikolu 75(a) ugwali għas-somma ta’ 8 % ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju li kienu jkunu prodotti kieku l-assi titolizzati ma kellhomx jiġu titolizzati u minflok kienu jkunu fuq il-karta tal-bilanċ ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu bl-ammonti tat-telf mistenni ta’ dawk l-iskoperturi miżjuda magħhom.

3.3.   Metodi bbażati fuq l-ikklasifikar

46.

Skond il-Metodu fuq il-Bażi ta’ Klassifikazzjoni, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju ta’ pożizzjoni titolizzata kklassifikata għandu jiġi kkalkulat billi jiġi applikat għal-valur ta’ l-iskopertura l-fattur tal-piż differenzjat assoċjat mal-klassi tal-mertu tal-kreditu li magħha l-valutazzjoni tal-mertu tal-kreditu kienet ġiet assoċjata mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 98 kif indikat fit-Tabelli 4 u 5, multiplikat b’1.06.

Tabella 4

Pożizzjonijiet differenti minn dawk b’valutazzjoni tal-mertu ta’ kreditu fuq il-bażi ta’ perjodu qasir

Klassi ta’ Mertu ta’ Kreditu (CQS)

Fattur tal-piż differenzjat għar-riskju

 

A

B

C

CQS 1

7  %

12  %

20  %

CQS 2

8  %

15  %

25  %

CQS 3

10  %

18  %

35  %

CQS 4

12  %

20  %

35  %

CQS 5

20  %

35  %

35  %

CQS 6

35  %

50  %

50  %

CQS 7

60  %

75  %

75  %

CQS 8

100  %

100  %

100  %

CQS 9

250  %

250  %

250  %

CQS 10

425  %

425  %

425  %

CQS 11

650  %

650  %

650  %

Taħt is-CQS 11

1 250  %

1 250  %

1 250  %


Tabella 5

Pożizzjonijiet b’valutazzjoni tal-mertu ta’ kreditu fuq bażi ta’ perjodu qasir

Klassi ta’ Mertu ta’ Kreditu (CQS)

Fattur tal-piż differenzjat għar-riskju

 

A

B

C

CQS 1

7  %

12  %

20  %

CQS 2

12  %

20  %

35  %

CQS 3

60  %

75  %

75  %

Il-valutazzjonijiet tal-mertu ta’ kreditu l-oħrajn kollha

1 250  %

1 250  %

1 250  %

47.

Suġġett għall-punt 48 u 49, il-fatturi tal-piż differenzjat għar-riskju fil-kolonna A ta’ kull tabella għandhom jiġu applikati meta l-pożizzjoni tkun tirrigwarda s-segment fl-ogħla skaluna tat-titolizzazzjoni. Biex jiġi determinat jekk segment partikolari għandux l-ogħla skaluna, mhuwiex obbligatorju li jiġu kkunsidrati l-ammonti dovuti għal titolu ta’ kuntratti derivati minn rati ta’ imgħax jew valuta, kummissjonijiet, jew ħlasijiet oħra ta’ dan it-tip.

48.

Valur ta’ riskju ta’ 6 % jista’ jiġi applikat għal xi pożizzjoni li hija fl-ogħla grad tat-titolizzazzjoni, fejn dak il-grad huwa ogħla f’kull rispett minn grad ieħor tal-pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni li jirċievi valur ta’ riskju ta’ 7 % skond il-punt 46, kemm il-darba:

(a)

l-awtorità kompetenti hija ċerta li dan huwa ġustifikat minħabba l-kwalitajiet ta’ assorbiment ta’ telf fil-gradi subordinati tat-titolizzazzjoni; u

(b)

jew il-pożizzjoni għandha evalwazzjoni esterna ta’ kreditu li ġiet rikonoxxuta u assoċjata ma’ l-istima ta’ kwalità ta’ kreditu grad 1 fit-Tabella 4 jew 5 jew, jekk mhix ikklassifikata, ir-rekwiżiti (a) sa (c) fil-punt 42 huma sodisfati, fejn “pożizzjonijiet ta’ riferiment” huma meħuda li jfissru pożizzjonijiet fi grad subordinat li kieku jirċievu valur ta’ riskju ta’ 7 % skond il-punt 46.

49.

Il-fatturi tal-piż differenzjat għar-rsikju fil-kolonna Ċ ta’ kull tabella għandhom jiġu applikati meta l-pożizzjoni hija f’titolizzazzjoni fejn in-numru effettiv ta’ l-iskoperturi titolizzati jkun anqas minn sitta. Fil-kalkolu tan-numru effettiv ta’ l-iskoperturi titolizzati, l-iskoperturi multipli fil-konfront ta’ l-istess debitur iridu jiġu ttrattati bħala skopertura unika. In-numru effettiv ta’ l-iskoperturi huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn EADi tirrappreżenta s-somma tal-valuri ta’ l-iskoperturi kollha fil-konfront tad-debitur i. Fil-każ ta’ rititolizzazzjoni (titolizzazzjoni ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni), l-istituzzjoni ta’ kreditu trid tħares lejn in-numru ta’ skoperturi ta’ titolizzazzjoni ta’ l-aggregat u mhux lejn in-numru ta’ l-iskoperturi sottostanti fl-aggregati oriġinali li minnhom joħorġu dawn l-iskoperturi. Jekk is-sehem tal-portfolju assoċjat ma’ l-akbar skopertura, C1, hija disponibbli, l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tikkalkula l-N bħala 1/C1.

50.

Il-fatturi tal-piż differenzjat għar-riskju fil-Kolonna B għandhom jiġu applikati għall-pożizzjonijiet l-oħra kollha.

51.

It-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tista’ tiġi rikonoxxuta skond il-punt 60 sa 62.

3.4.   Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni

52.

Suġġett għall-punt 58 u 59, skond il-Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni, il-fattur tal-piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jkun akbar minn 7 % jew jiġi applikat il-fattur tal-piż differenzjat għar-riskju skond il-punt 53.

53.

Suġġett għall-punt 58 u 59, il-fattur tal-piż differenzjat għar-riskju li jrid jiġi applikat għall-ammont ta’ l-iskopertura għandu jkun

12,5 × (S[L+T] – S[L])/T

fejn

S[x]

=

x when x ≤ Kirbr

Kirbr + K[x] – K[Kirbr] + (d · Kirbr/ω)(1 – e ω(Kirbr – x)/Kirbr) when Kirbr < x

fejn

h=(1 – Kirbr/ELGD)N

c=Kirbr/(1 – h)

Formula

Formula

Formula

a =

g·c

b = g·(1–c)

d = 1–(1–h)·(1–Beta[Kirbr;a,b])

K[x] = (1–h)·((1–Beta[x,a,b])x + Beta[x;a + 1,b]c)

τ= 1 000 u

ω= 20.

F’dawn l-espressjonijiet, Beta [x; a, b] hija referenza għad-distribuzzjoni kumulattiva beta bil-parametri a u b valutati x.

T (l-eħxen parti tas-segment fi fiha tinsab il-pożizzjoni) titkejjel bħala l-proporzjoni bejn (a) l-ammont nominali tas-segment u (b) is-somma tal-valuri ta’ l-iskoperturi titolizzati. Għall-għan tal-kalkolazzjoni ta’ T, il-valur ta’ l-iskopertura ta’ strument derivat elenkat fl-Anness IV għandu, jekk il-valur kurrenti ta’ sostituzzjoni mhuwiex pożittiv, ikun daqs l-iskopertura ta’ kreditu potenzjali futura ikkalkulata skond l-Anness III;

Kirbr huwa l-proporzjon bejn (a) Kirb u (b) is-somma tal-valuri ta’ l-iskoperturi li ġew titolizzati. Kirbr huwa espress f’forma deċimali (pereżempju jekk Kirb ikun 15 % tal-portfolju, dan ikun espress bħala Kirbr ta’ 0.15).

L (il-livell tar-rinfurzar tal-kreditu) jitkejjel bħala l-proporzjon bejn l-ammont nominali tas-segmenti kollha subordinati għas-segment li fih hemm il-pożizzjoni u s-somma tal-valuri ta’ l-iskoperturi titolizzati. Id-dħul futur kapitalizzat m’għandux jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ l-L. L-ammonti dovuti mill-kontropartijiet għall-kuntratti derivati elenkati fl-Anness IV li jirrappreżentaw segmenti inferjuri meta mqabbla mas-segment konċernat, jistgħu jitkejlu skond il-valur kurrenti tagħhom ta’ sostituzzjoni (mingħajr l-iskoperturi potenzjali futuri) fil-kalkolu tal-livelli tar-rinfurzar tal-kreditu.

N huwa n-numru effettiv ta’ skoperturi kkalkulat skond il-punt 49.

L-ELGD, l-LGD (il-loss-given-default) medja bil-piż differenzjat, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn l-LGDi tirrappreżenta l-LGD medja assoċjata ma’ l-iskoperturi kollha fil-konfront tad-debitor i u l-LGD huwa kkalkulat skond l-Artikoli 84 sa 89. Fil-każ ta’ rititolizzazzjoni, għall-pożizzjonijiet rititolizzati għandu jiġi applikat LGD ta’ 100 %. Meta r-riskji ta’ insolvenza u dilwizzjoni għall-krediti mixtrija jkunu ttrattati b’mod aggregat fl-ambitu ta’ titolizzazzjoni (pereżempju meta jkunu disponibbli riżerva waħda biss jew eċċess ta’ garanzija biex ikun kopert it-telf miż-żewġ naħiet), id-dħul mill-LGD għandu jinħadem bħala medja bil-piż differenzjat ta’ LGD għar-riskju ta’ kreditu u ta’ LGD ta’ 75 % għar-riskju ta’ dilwazzjoni. Dawn il-fatturi ta’ piż differenzjat għandhom jikkoinċidu ma’ l-obbligi kapitali għar-riskju ta’ kreditu u għar-riskju ta’ dilwazzjoni rispettivament.

Parametri simplifikati

Jekk il-valur ta’ l-akbar skopertura titolizzata, C1, ma tkunx aktar minn 3 % tas-somma tal-valuri ta’ l-iskoperturi titolizzati, allura, għall-fini tal-Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tistabbilixxi li l-LGD = 50 % u l-N tkun ugwali jew għal

Formula

jew

N = 1/C1.

Cm huwa l-proporzjon bejn is-somma tal-valuri ta’ l-akbar skoperturi “m” u s-somma tal-valuri ta’ l-iskoperturi titolizzati. Il-livell ta’ l-“m” jista’ jiġi ffissat mill-istituzzjoni ta’ riskju.

Għat-titolizzazzjonijiet li jinvolvu skoperturi għall-klijentela ta’ bejgħ bl-imnut, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni jiġi implimentat bl-użu tas-simplifikazzjonijiet: h = 0 u v = 0.

54.

It-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni tista’ tkun rikonoxxuta skond il-punt 60,61 u 63 sa 67.

3.5.   Faċilitajiet ta’ likwidità

55.

Id-dispożizzjonijiet fil-punt 56 sa 59 japplikaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur ta’ l-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li m’hijiex klassifikata fil-forma ta’ ċerti tipi ta’ faċilità ta’ likwidità.

3.5.1.   Faċilitajiet ta’ Likwidità Disponibbli Biss f’Każ ta’ Tħarbit Ġenerali fis-Suq

56.

Fattur ta’ konverżjoni ta’ 20 % jista’ jkun applikat għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li tista’ tintuża biss f’każ ta’ tħarbit ġenerali fis-suq u li tissodisfa l-kondizzjonijiet li jirregolawha bħala “faċilità ta’ likwidità eliġibbli” kif stabbilit fil-punt 13.

3.5.2.   Faċilitajiet ta’ flus kontanti bil-quddiem

57.

Fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % jista’ jkun applikat għal ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 15.

3.5.3.   Trattament eċċezzjonali meta l-Kirb jkunx jista’ jiġi kkalkulat.

58.

Meta ma jkunx prattikabbli għall-istituzzjoni ta’ kreditu biex tikkalkula l-ammonti b’piż differenzjat għar-riskju ta’ l-iskoperturi titolizzati bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati, din tista’, fuq bażi eċċezzjonali u soġġett għall-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti, titħalla għal perjodu temporanju tapplika l-metodu stabbilit f’ punt 59 biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata fil-forma ta’ faċilità ta’ likwidità li tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tkun “faċilità eliġibbli ta’ likwidità” stipulati f’punt 13 jew li tidħol fit-termini tal-punt 56.

59.

L-akbar fattur ta’ piż differenzjat għar-riskju applikabbli skond l-Artikoli 78 sa 83 għal kull skopertura titolizzata li kieku ma kenitx ġiet titolizzata jista’ jiġi applikat għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rappreżentata mill-faċilità ta’ likwidità. Biex jiġi determinat il-valur ta’ l-iskopertura tal-pożizzjoni, fattur ta’ konverżjoni ta’ 50 % jista’ jiġi applikat għall-ammont nominali tal-faċilità ta’ likwidità jekk din il-faċilità jkollha maturità naturali ta’ sena jew anqas. Jekk il-faċilità ta’ likwidità tkun konformi mal-kondizzjonijiet fil-punt 54, figura ta’ konverżjoni ta’ 20 % tista’ tiġi applikata. K’każijiet oħrajn jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 100 %.

3.6.   Rikonoxximent tat-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

3.6.1.   Protezzjoni ta’ kreditu assistita

60.

Il-protezzjoni ta’ kreditu assistita eliġibbli hija limitata għal dik eliġibbli għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 kif stabbiliti fl-Artikoli 90 sa 93 u r-rikonoxximent huwa soġġett għall-konformità ma’ l-obbligi minimi rilevanti kif previsti f’dawn l-Artikoli.

3.6.2.   Protezzjoni mhix assistita

61.

Il-protezzjoni mhux assistita eliġibbli u l-fornituri ta’ dan it-tip ta’ protezzjoni huma limitati għal dawk li huma eliġibbli skond l-Artikoli 90 sa 93 u r-rikonoxximent huwa soġġett għall-konformità ma’ l-obbligi minimi rilevanti kif previsti f’dawn l-Artikoli.

3.6.3.   Kalkolu ta’ l-obbligi kapitali għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni bi tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu

Metodu bbażat fuq l-ikklasifikar

62.

Meta l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jkunu kkalkulati skond il-Metodu Bbażat fuq l-Ikklassifikar, il-valur ta’ l-iskopertura u/jew l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għaliha tkun inkisbet protezzjoni tal-kreditu, jistgħu jitbiddlu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VIII kif japplikaw għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83.

Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni – protezzjoni ta’ kreditu sħiħa

63.

Meta l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju jkunu kkalkulati bl-użu tal-Metodu tal-Formola ta’ Superviżjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiddetermina l-“fattur effettiv tal-piż differenzjat għar-riskju” tal-pożizzjoni. Dan għandha tagħmlu billi tiddividi l-ammont ta’ l-iskopertura għar-riskju tal-pożizzjoni bil-valur ta’ l-iskopertura tal-pożizzjoni u timmultiplika r-riżultat b’100.

64.

Fil-każ tal-protezzjoni tal-kreditu assistita, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat billi jiġi mmultiplikat l-ammont aġġustat ta’ l-iskopertura għall-protezzjoni tal-kreditu assistita tal-pożizzjoni (E*, kif ikkalkulata skond l-Artikoli 90 sa 93 għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 b’E kkunsidrata bħala l-ammont tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni) bil-fattur effettiv tal-piż differenzjat għar-riskju.

65.

Fil-każ tal-protezzjoni tal-kreditu mhix assistita, l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat billi GA (l-ammont tal-protezzjoni aġġustat biex jilqa’ għal kull nuqqas ta’ bilanċ ta’ valuta u ta’ maturità skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VIII) tkun immultiplikata bil-fattur tal-piż differenzjat għar-riskju tal-fornitur tal-protezzjoni; u dan ir-riżultat jingħadd ma’ l-ammont li joħroġ mill-multiplikazzjoni ta’ l-ammont tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni b’GA imnaqqas minnu, bil-fattur effettiv tal-piż differenzjat għar-riskju.

Il-metodu tal-formola tas-superviżjoni – protezzjoni parzjali

66.

Jekk it-tnaqqis tar-riskju ta’ kreditu tkopri “l-ewwel telf” jew it-telf fuq bażi proporzjonali mill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tapplika l-punt 63 sa 65.

67.

Fil-każi l-oħra l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tittratta l-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni bħala żewġ pożizzjonijiet jew aktar u tikkunsidra l-parti ta’ l-iskopertura li mhix koperta bħala l-pożizzjoni bi kwalità ta’ kreditu aktar baxxa. Għall-fini tal-kalkolu ta’ l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju għal din il-pożizzjoni, japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-punt 52 sa 54 soġġett li jsiru modifiki għat-T li tiġi aġġustata għal e* fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu assistita; u għal T-g fil-każ ta’ protezzjoni ta’ kreditu mhux assistita, fejn e* tirrappreżenta l-proporzjon bejn E* u l-ammont nozzjonali totali ta’ l-aggregat sottastanti, fejn E* huwa l-ammont aġġustat ta’ l-iskopertura tal-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni kkalkulat skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VIII kif japplikaw għall-kalkolu ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 bl-ammont tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kkunsidrat bħala E; u g huwa l-proporzjon bejn l-ammont nozzjonali tal-protezzjoni ta’ kreditu (aġġustat għall kull nuqqas ta’ bilanċ ta’ valuta jew maturità skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness VIII) u s-somma ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi titolizzati. Fil-każ tal-protezzjoni tal-kreditu mhix assistita il-fattur tal-piż differenzjat għar-riskju tal-fornitur tal-protezzjoni japplika għal dik il-parti tal-pożizzjoni li ma taqax fl-ambitu tal-valur aġġustat ta’ “T”.

3.7.   Obbligi kapitali oħra għat-titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi li jiġġeddu bi provvisti ta’ klawżoli ta’ amortizzament antiċipat

68.

B’żieda għall-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulati fid-dawl tal-pożizzjonijiet tagħha ta’ titolizzazzjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi hija obbligata tikkalkula ammont ta’ skoperturi b’piż differenzjat għar-riskju skond il-metodoloġija stabbilita fil-punt 16 sa 33 meta tbiegħ skoperturi li jiġġeddu għal ġo titolizzazzjoni li jkun fiha klawżola ta’ amortizzament antiċipat.

69.

Għall-finijiet tal-punt 68, il-punt 70 u 71 għandhom jissostitwixxu l-punt 19 u 20.

70.

Għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, “l-interess ta’ l-oriġinatur” għandu jkun is-somma:

(a)

il-valur ta’ l-iskopertura tal-parti nozzjonali ta’ aggregat ta’ ammonti użati mibjugħa għal ġo titolizzazzjoni, li proporzjon tiegħu relatat ma’ l-ammont ta’ l-aggregat totali mibjugħ għal ġo l-istruttura jiddetermina l-proporzjon tal-likwidità ġenerata mill-ġbir ta’ kapital u interessi u ammonti oħra assoċjati li mhumiex disponibbli biex jitħallsu dawk b’pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fit-titolizzazzjoni, u

(b)

il-valur ta’ l-iskopertura ta’ dik il-parti ta’ l-aggregat ta’ ammonti mhux użati tal-linji ta’ kreditu li l-ammonti użati tiegħu nbiegħu għal ġo titolizzazzjoni, li l-proporzjon bejnu u bejn l-ammont totali ta’ dawn l-ammonti mhux użati huwa ugwali għall-proporzjon tal-valur ta’ l-iskopertura deskritt fil-punt (a) mal-valur ta’ l-iskopertura ta’ l-aggregat ta’ l-ammonti użati mibjugħa għal ġot-titolizzazzjoni.

Biex jikkwalifika għal dan, l-interess ta’ l-oriġinatur jista’ ma jkunx subordinat għall-interess ta’ l-investitur.

“L-interess ta’ l-l-investituri” ifisser il-valur ta’ l-iskopertura tal-parti nozzjonali ta’ l-aggregat ta’ ammonti użati li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (a) magħdud mal-valur ta’ l-iskopertura ta’ dik il-parti ta’ l-aggregat ta’ ammonti mhux użati ta’ linji ta’ kreditu, li l-ammonti użati tagħha nbiegħu għal ġot-titolizzazzjoni li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (b).

71.

L-iskopertura ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi assoċjata mad-drittijiet tagħha fir-rigward ta’ dik il-parti ta’ l-interess ta’ l-oriġinatur kif deskritt fil-punt 70 il-punt (a) għandhiex tkun ikkunsidrata bħala pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni imma bħala skopertura fuq bażi proporzjonali għall-iskoperturi ta’ l-ammonti użati titolizzati bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati f’ammont ugwali għal dak deskritt fil-punt 70, il-punt (a). Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li l-istituzzjoni ta’ kreditu oriġinatriċi għandha skopertura fuq bażi proporzjonali għall-ammonti mhux użati tal-linji ta’ kreditu, li l-ammonti użati tagħha nbiegħu għal ġot-titolizzazzjoni, f’ammont ugwali għal dak deskritt fil-punt 70, il-punt (b).

3.8.   Tnaqqis fl-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju

72.

L-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għalih ikun ġie applikat fattur tal-piż differenzjat għar-riskju ta’ 1 250 % jista’ jitnaqqas bi 12-il darba u nofs l-ammont ta’ kull aġġustament fil-valur magħmul mill-istituzzjoni ta’ kreditu għall-iskoperturi titolizzati. Sakemm l-aġġustamenti tal-valur jiġu kkunsidrati għal dan il-għan, m’għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu indikat fl-Anness VII, il-Parti1, il-punt 36.

73.

L-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni jista’ jitnaqqas bi 12-il darba u nofs l-ammont ta’ kull aġġustament fil-valut magħmul mill-istituzzjoni ta’ kreditu għal din il-pożizzjoni.

74.

Kif previst fl-Artikolu 66(2), fil-każ ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li għaliha japplika fattur tal-piż differenzjat għar-riskju ta’ 1 250 %, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, minflok jinkludu l-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju, inaqqsu mill-fondi proprji l-valur ta’ l-iskopertura tal-pożizzjoni.

75.

Għall-finijiet tal-pargrafu 74:

(a)

il-valur ta’ l-iskopertura tal-pożizzjoni jista’ jinġibed mill-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju wara li jkun tqies kull tnaqqis magħmul skond il-punt 72 u 73;

(b)

il-kalkolu tal-valur ta’ l-iskopertura jista’ jirrifletti l-pożizzjoni tal-kreditu assistita eliġibbli b’mod konformi mal-metodoloġija preskritta fil-punt 60 sa 67;

(c)

meta jintuża l-Metodu tal-Formola tas-Superviżjoni biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ l-iskoperturi b’piż differenzjat għar-riskju u L ≤ KIRBR u [L+T] > KIRBR il-pożizzjoni tista’ tiġi ttrattata bħala żewġ pożizzjonijiet b’L ugwali għal KIRBR tal-pożizzjoni l-aktar għolja.

76.

Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu tuża l-alternattiva indikata fil-punt 74, l-ammont imnaqqas skond dan il-punt mmultiplikat bi 12-il darba u nofs għandu, għall-fini tal-punt 45, jitnaqqas mill-ammont speċifikat f’dak il-punt bħala l-ammont massimu ta’ l-ammont ta’ l-iskopertura b’piż differenzjat għar-riskju kkalkulat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu indikati hemm.


ANNESS X

RISKJU OPERATTIV

PARTI 1

Metodu Bażiku ta’ l-Indikatur

1.   OBBLIGU KAPITALI

1.

Skond il-Metodu Bażiku ta’ l-Indikatur, l-obbligu kapitali għar-riskju operattiv huwa ugwali għal 15 % ta’ l-indikatur rilevanti definit f’ punt 2 sa 9.

2.   RINDIKATUR RILEVANTI

2.

L-indikatur rilevanti huwa l-medja matul perjodu ta’ tliet snin tas-somma tad-dħul nett mill-interessi u tad-dħul nett mhux mill-interessi.

3.

Il-medja fuq tliet snin hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-aħħar tliet osservazzjonijiet ta’ tnax-il xahar fl-aħħar tas-sena finanzjarja. Meta ma jkunux disponibbli l-figuri verifikati, jistgħu jintużaw stimi tan-negozju.

4.

Jekk minn waħda mill-osservazzjonijiet jirriżulta li s-somma tad-dħul nett mill-interessi u tad-dħul nett mhux mill-interessi hija negattiva jew ugwali għal żero, din il-figura m’għandhiex titqies fil-kalkolu tal-media fuq medda ta’ tliet snin. L-indikatur rilevanti għandu jirriżulta mis-somma tal-figuri pożittivi diviżi bin-numru ta’ figuri pożittivi.

2.1.   Istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għad-Direttiva 86/635/KEE

5.

Fuq il-bażi tal-kategoriji ta’ kontabilità tal-kont tal-profitt u t-telf ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE, l-indikatur rilevanti għandu jkun is-somma ta’ l-elementi elenkati fit-Tabella 1. Kull element għandu jiġi inkluż fis-somma bis-sinjal pożittiv jew negattiv tiegħu.

6.

Dawn l-elementi jista’ jkun li jkollhom bżonn xi aġġustamenti biex jirriflettu l-obbligi kif jidhru fil-punt 7 u 8.

Tabella 1

1

Interessi riċevibbli u dħul simili

2

Interessi pagabbli u tnaqqis simili

3

Dħul minn titoli:

a)

minn ishma u titoli oħra b’rendita varjabbli

b)

minn interessi parteċipanti

c)

minn ishma f’impriżi affiljati

4

Kummissjonijiet/miżati riċevibbli

5

Kummissjonijiet/miżati pagabbli

6

Qligħ nett jew telf nett minn operazzjonijiet finanzjarji

7

Dħul operattiv ieħor

2.1.1.   Kwalifiki:

7.

L-indikatur għandu jkun ikkalkulat qabel it-tnaqqis ta’ kwalunkwe proviżjoni jew spejjeż operattivi. L-ispejjeż operattivi għandhom jinkludu spejjeż imħallsa għal servizzi esternalizzati mogħtija minn partijiet terzi li mhumiex il-kumpanija ewlenija (“parent”) jew is-sussidjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jew is-sussidjarja ta’ kumpanija ewlenija li hija wkoll il-kumpanija ewlenija ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. In-nefqa fuq l-esternalizzar tas-servizzi mogħtija minn partijiet terzi tista’ biss tnaqqas l-indikatur relevanti jekk l-ispejjeż isiru minn intrapriża li hija suġġetta għal sorveljanza skond din id-Direttiva, jew dispożizzjoni ekwivalenti.

8.

L-elementi li ġejjin m’għandhomx jintużaw fl-ikkalkular ta’ l-indikatur:

(a)

Profitti/telf irrealizzat mill-bejgħ ta’ elementi li mhumiex tar-reġistru tan-negozju

(b)

Dħul minn elementi straordinarji jew irregolari

(c)

Dħul li ġej mill-assigurazzjoni.

Meta r-rivalutazzjoni ta’ l-elementi tan-negozju tkun parti mid-dikjarazzjoni tal-qligħ u t-telf, ir-rivalutazzjoni għandha tkun inkluża. Meta l-Artikolu 36 (2) tad-Direttiva 86/635/KEE jkun applikat, ir-rivalutazzjoni rreġistrata fil-kont tal-qligħ u t-telf għandha tkun inkluża.

2.2.   Istituzzjonijiet ta’ kreditu suġġetti għal qafas ta’ kontabilità differenti

9.

Meta istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu suġġetti għal qafas ta’ kontabilità differenti minn dak stabbilit permezz tad-Direttiva 86/635/KEE, huma għandhom jikkalkulaw l-indikatur relevanti fuq il-bażi tad-data li tirrifletti l-aħjar id-definizzjoni stabbilita f’ punt 2 sa 8.

PARTI 2

Metodu Standardizzat

1.   OBBLIGU TAL-KAPITAL

1.

Skond il-Metodu Standardizzat, l-obbligu tal-kapital għar-riskju operattiv huwa l-medja fuq 3 snin ta’ l-indikaturi relevanti peżati fuq ir-riskju ikkalkulati kull sena fuq il-linji tan-negozju msemmija fit-tabella 2. Kull sena jista’ jitnaqqas mit-total, rekwiżit negattiv ta’ kapital f’linja ta’ negozju, li jirriżulta minn indikatur relevanti negattiv. Madankollu, meta l-ispiża ta’ kapital akkumulata minn fost il-linji kollha tan-negozju matul sena determinata huwa fin-negattiv, id-dħul għall-medja għal dik is-sena jkun zero.

2.

Il-medja fuq tliet snin hija kkalkulata fuq il-bażi ta’ l-aħħar tliet osservazzjonijiet ta’ tnax-il xahar fl-aħħar tas-sena finanzjarja. Meta ma jkunux disponibbli l-figuri verifikati (audited), jistgħu jintużaw stimi tan-negozju.

Tabella 2

Linja tan-negozju

Lista ta’ l-attivitajiet

Perċentwal

Finanzjament tal-kumpaniji

Sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod

Servizzi relatati mas-sottoskrizzjoni

Pariri dwar l-investiment

Pariri lill-intrapriżi dwar l-istruttura kapitali, l-istrateġija industrijali u materji relatati u pariri u servizzi relatati mal-merġers u x-xiri ta’ intrapriżi

Riċerka ta’ l-investiment u analiżi finanzjarja u forom oħra ta’ rakkomandazzjonijiet ġenerali relatati mat-tranżazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji

18  %

Negozju u bejgħ

Negozju fuq il-kont tagħhom stess

Intermedjazzjoni finanzjarja

Wasla (reception) u trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar

Eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għall-klijenti

Tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi soda ta’ impenn

Tħaddim ta’ Faċilitajiet ta’ Negozju Multilaterali

18  %

Servizzi ta’ intermedjazzjoni retail

(Attivitajiet ma’ persuni fiżiċi individwali jew ma’ entitajiet ta’ daqs żgħir jew medju li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 55 għall-klassi ta’ skoperturi għall-individwi)

Wasla (reception) u trażmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar

Eżekuzzjoni ta’ ordnijiet għall-klijenti

Tqegħid ta’ strumenti finanzjarji mingħajr bażi soda ta’ impenn

12  %

Operazzjonijiet bankarji kummerċjali

Aċċettar ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli

Għoti b’self

Kiri finanzjarju

Garanziji u impenji

15  %

Operazzjonijiet bankarji retail

(Attivitajiet ma’ persuni fiżiċi individwali jew ma’ entitajiet ta’ daqs żgħir jew medju li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 55 għall-klassi ta’ skoperturi għall-individwi)

Aċċettar ta’ depożiti u fondi oħra ripagabbli

Għoti b’self

Kiri finanzjarju

Garanziji u impenji

12  %

Ħlas

Servizzi ta’ trażmissjoni tal-flus,

Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas

18  %

Servizzi ta’ aġenzija

Konservazzjoni u amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għall-klijenti, inkluża kustodja u servizzi relatati bħal ġestjoni ta’ flus jew ta’ garanziji

15  %

Ġestjoni ta’ l-assi

Ġestjoni tal-portfolji

Ġestjoni ta’ UCITS

Forom oħra ta’ ġestjoni ta’ l-assi

12  %

3.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lil istituzzjoni ta’ kreditu li tikkalkula l-obbligu għar-riskju operattiv billi tuża metodu standardizzat alternattiv, kif stabbilit fil-punt 5 sa 11.

2.   PRINĊIPJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-LINJI TAN-NEGOZJU

4.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżviluppaw u jiddokumentaw policies u kriterji speċifiċi għall-klassifikazzjoni ta’ l-indikatur rilevanti għal linji ta’ negozju u attivitajiet kurrenti fil-qafas standardizzat. Il-kriterji għandhom ikunu riveduti u aġġustati kif jixraq għal attivitajiet u risjki ta’ negozju ġodda. Il-prinċipji tal-klassifikazzjoni tal-linji tan-negozju huma:

(a)

L-attivitajiet kollha għandhom ikunu kklassifikati f’linji ta’ negozju b’mod esklussiv u sħiħ;

(b)

Kull attività li ma tistax tkun faċilment klassifikata fil-qafas tal-linji ta’ negozju, imma li tirrappreżenta funzjoni anċillari għal attività inkluża fil-qafas, għandha tkun allokata għal-linja tan-negozju li hija tappoġġa. Jekk tkun appoġġata aktar minn linja ta’ negozju waħda permezz ta’ attività anċillari, irid jintuża kriterju ta’ klassifikazzjoni oġġettiv;

(c)

Jekk attività ma tkunx tista’ tiġi klassifikata f’linja ta’ negozju partikolari, għandha tintuża linja ta’ negozju li trendi l-ogħla perċentwal. L-istess linja ta’ negozju tapplika b’mod ugwali għal kull attività anċillari assoċjata.

(d)

Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jużaw metodi interni ta’ ffissar tal-prezzijiet sabiex jallokaw l-indikatur rilevanti bejn il-linji ta’ negozju. Spejjeż iġġenerati f’linja waħda ta’ negozju li huma attribwibbli għal linja oħra ta’ negozju jistgħu jiġu riallokati lil-linja tan-negozju li għaliha jappartjenu, pereżempju billi jużaw trattament ibbażat fuq l-ispejjeż ta’ trasferiment intern bejn żewġ linji ta’ negozju.

(e)

Il-klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet f’linji ta’ negozju għall-fini tal-kapital tar-riskju operattiv għandhom ikunu konsistenti mal-kategoriji użati għar-riskji tal-kreditu u tas-swieq.

(f)

L-amministrazzjoni għolja hija responsabbli għall-politika ta’ klassifikazzjoni taħt il-kontroll ta’ l-entitajiet ta’ tmexxija ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu; u

(g)

Il-proċess ta’ klassifikazzjoni għal linji ta’ negozju għandu jkun suġġett għal analiżi indipendenti.

3.   INDIKATURI ALTERNATTIVI GĦAL ĊERTI LINJI TA’ NEGOZJU

3.1.   Modalitajiet

5.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw lill-istituzzjoni ta’ kreditu sabiex tuża indikatur alternattiv għal-linji ta’ negozju li ġejjin: operazzjonijiet bankarji għall-individwi u entitajiet żgħar u dawk kummerċjali.

6.

Għal dawn il-linji ta’ negozju, l-indikatur relevanti għandu jkun indikatur ta’ dħul normalizzat ugwali għall-medja ta’ tliet xhur ta’ l-ammont nominali totali ta’ self u avvanzi mmultiplikat b’0.035.

7.

Għal-linji ta’ negozju ta’ l-operazzjonijiet bankarji retail u/jew kummerċjali, is-self u l-avvanzi għandhom jikkonsistu fl-ammonti totali meħuda fil-portfolji ta’ kreditu korrispondenti. Għal-linja tan-negozju tas-servizzi bankarji kummerċjali, jiġu inklużi wkoll it-titoli miżmuma fil-ktieb mhux kummerċjali.

3.2.   Kundizzjonijiet

8.

L-awtorizzazzjoni sabiex ikunu użati indikaturi alternattivi għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet fil-punt 9 sa 11.

3.2.1.   Kundizzjoni ġenerali

9.

L-istituzzjoni ta’ kreditu tissodisfa l-kriterji ta’ kwalifikazzjoni stabbiliti fil-punt 12.

3.2.2.   Kundizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet bankarji retail u dawk kummerċjali

10.

L-istituzzjoni ta’ kreditu hija l-aktar attiva f’attivitajiet bankarji retail u/jew kummerċjali, li għandhom jammontaw għal mill-anqas 90 % tad-dħul tagħha.

11.

L-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li proporzjon sinifikanti mill-attivitajiet bankarji retail u kummerċjali tagħha jikkonsistu f’self assoċjat ma’ probabbiltà għolja ta’ inadempjenza, u li l-metodu standardizzat alternattiv jipprovdi bażi aħjar biex ikun stmat ir-riskju operattiv.

4.   KRITERJI TA’ KWALIFIKAZZJONI

12.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni, minbarra l-istandards ġenerali ta’ ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 22 u l-Anness V. Il-konformità ma’ dawn il-kriterji tiġi ddeterminata wara li jiġi kkunsidrat id-daqs u s-skala ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(a)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom sistema ta’ stimar u ġestjoni dokumentata tajjeb għar-riskju operattiv b’responsabbiltajiet ċari assenjati għal din is-sistema. Huma għandhom jidentifikaw l-iskoperturi tagħhom għar-riskju operattiv u jieħdu nota tad-data relevanti dwar ir-riskju operattiv, inkluża dik dwar it-telf sostanzjali. Din is-sistema għandha tkun suġġetta għal analiżi indipendenti regolari.

(b)

Is-sistema ta’ riskju operattiv għandha tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Il-prodott tagħha għandu jkun parti integrali mill-proċess ta’ monitoraġġ u kontroll tal-profil tar-riskju operattiv ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, u

(c)

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplimentaw sistema ta’ rappurtar tal-ġestjoni li tipprovdi rapport dwar ir-riskju operattiv għal funzjonijiet relevanti fi ħdan l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċeduri għat-teħid ta’ azzjoni xierqa skond l-informazzjoni fir-rapporti tal-ġestjoni.

PARTI 3

Metodi Avvanzati ta’ Kejl

1.   KRITERJI TA’ KWALIFIKAZZJONI

1.

Sabiex ikunu eliġibbli għal Metodu Avvanzat ta’ Kejl, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti li huma jissodisfaw il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni, flimkien ma’ l-istandards ta’ ġestjoni tar-riskju fl-Artikoli 22 u l-Anness V.

1.1.   Standards Kwalifikattivi

2.

Is-sistema ta’ kejl tar-riskju operattiv intern ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun integrata mill-qrib fil-proċessi ta’ kuljum tagħha tal-ġestjoni tar-riskju.

3.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha funzjoni indipendenti ta’ ġestjoni tar-riskju għar-riskju operattiv.

4.

Għandu jkun hemm rappurtaġġ regolari ta’ skoperturi ta’ riskju operattiv u esperjenza ta’ telf. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċeduri biex tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa.

5.

Is-sistema tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni trid tkun dokumentata tajjeb. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha mekkaniżmi stabbiliti sabiex jiżguraw il-konformità u l-policies dwar kif għandu jkun trattat in-nuqqas ta’ konformità.

6.

Il-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju operattiv u s-sistemi ta’ kejl għandhom ikunu suġġetti għal analiżijiet regolari magħmula minn awdituri interni u/jew esterni.

7.

Il-validazzjoni tas-sistema ta’ kejl tar-riskju operattiv mill-awtoritajiet kompetenti għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

Verifikar li l-proċessi ta’ validazzjoni interna jaħdmu b’mod sodisfaċenti;

(b)

Żgurar li l-moviment u l-proċessi tad-data assoċjati mas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju jkunu trasparenti u aċċessibbli.

1.2.   Standards Kwantitattivi

1.2.1.   Proċess

8.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkalkulaw l-obbligu tal-kapital tagħhom bħala li jinkludi sew it-telf mistenni u kif ukoll dak mhux mistenni, sakemm ma jkunux jistgħu juru li t-telf mistenni huwa rifless b’mod adegwat fil-prattiki interni tagħhom tan-negozju. Il-kejl tar-riskju operattiv għandu jirrifletti tail events potenzjalment qawwija, u jilħaq livell ta’ korrettezza komparabbli għal intervall ta’ kunfidenza ta’ 99.9 % fuq perjodu ta’ sena.

9.

Is-sistema ta’ kejl tar-riskju operattiv ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha ċerti elementi ewlenin sabiex tilħaq l-istandard ta’ korrettezza stabbilit hawn fuq. Dawn l-elementi għandhom jinkludu l-użu ta’ data interna, data esterna, analiżi ta’ xenarji u fatturi li jirriflettu l-ambjent tan-negozju u s-sistemi ta’ kontroll intern kif stabbiliti fil-punt 13 sa 24 aktar “l isfel. Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha metodu dokumentat tajjeb sabiex tagħti l-piżijiet differenzjati għal dawn l-erba” elementi fis-sistema ġenerali tagħha ta’ kejl tar-riskju.

10.

Is-sistema ta’ kejl tar-riskju għandha tirrifletti l-kawżi ewlenin tar-riskju li jaffettwaw il-forma tad-“denb” tad-distribuzzjoni ta’ l-estimi tat-telf.

11.

Korrelazzjonijiet fir-riskju tat-telf operattiv fuq stimi ta’ riskju operattiv individwali jistgħu jkunu rikonoxxuti biss jekk istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti li s-sistemi tagħha għall-kejl tal-korrelazzjonijiet huma korretti, implimentati b’integrità, u jqisu l-inċertezza li tikkonċerna stimi ta’ korrelazzjoni bħal dawn, partikolarment f’perjodi ta’ tensjoni. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalidaw l-ipoteżijiet tagħhom dwar il-korrelazzjoni permezz ta’ metodi kwantitattivi u kwalitattivi xierqa.

12.

Is-sistema ta’ kejl tar-riskju għandha tkun konsistenti internament u għandha tevita l-għadd doppju ta’ stimi kwalitattivi jew metodi ta’ tnaqqis tar-riskju rikonoxxuti f’oqsma oħra tal-qafas ta’ l-adegwatezza tal-kapital.

1.2.2.   Data Interna

13.

Il-miżuri ta’ riskju operattiv ġenerati internament għandhom ikunu bbażati fuq perjodu minimu ta’ osservazzjoni storika ta’ ħames snin. Meta istituzzjoni ta’ kreditu tgħaddi għall-ewwel darba għal Metodu Avvanzat ta’ Kejl, huwa aċċettabbli perjodu ta’ osservazzjoni storika ta’ tliet snin.

14.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jikklassifikaw id-data storika interna tat-telf skond il-linji ta’ negozju definiti fil-Parti 2 u skond it-tipi ta’ avveniment definiti fil-Parti 5, u li jipprovdu dik id-data lill-awtoritajiet kompetenti meta dawn jitolbuhielhom. Irid ikun hemm kriterji dokumentati u oġġettivi għall-allokazzjoni tat-telf għal-linji ta’ negozju u avvenimenti speċifikati. It-telf tar-riskju operattiv li hu relatat mar-riskju tal-kreditu u li storikament ġie inkluż fid-databases interni tar-riskju tal-kreditu għandu jkun irreġistrat fid-databases tar-riskju operattiv u identifikat separatament. Dan it-telf m’għandux ikun suġġett għat-tnaqqis għar-riskju operattiv, sakemm ikompli jkun trattat bħala riskju ta’ kreditu għall-fini ta’ l-ikkalkular ta’ l-obbligu tal-kapital minimu. Telf tar-riskju operattiv relatat mar-riskji tas-suq għandu jkun inkluż taħt l-obbligu tal-kapital għar-riskju operattiv.

15.

Id-data interna dwar it-telf ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun kompluta billi tirrifletti l-attivitajiet u l-iskoperturi sostanzjali kollha mis-sotto-sistemi u postijiet ġeografiċi kollha xierqa. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw li kwalunkwe attivitajiet jew skoperturi esklużi, sew individwalment u flimkien, ma jkollhomx impatt sostanzjali fuq l-estimi ġenerali tar-riskju. Għandu jkun stabbilit limiti minimi xierqa ta’ telf għall-ġbir intern ta’ data dwar it-telf.

16.

Minbarra l-informazzjoni dwar ammonti ta’ telf gross, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġbru informazzjoni dwar id-data ta’ l-avveniment, kull irkupru ta’ ammonti grossi ta’ telf kif ukoll xi informazzjoni deskrittiva dwar il-kawżi ta’ l-avveniment ta’ telf.

17.

Għandu jkun hemm kriterji speċifiċi għall-allokazzjoni ta’ data dwar telf li tirriżulta minn avveniment f’funzjoni ċentralizzata jew attività li tkopri aktar minn linja ta’ negozju waħda, kif ukoll minn avvenimenti relatati fuq perjodu ta’ żmien.

18.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom proċeduri dokumentati għall-evalwazzjoni tar-relevanza kurrenti tad-data storika tat-telf, inklużi dawk is-sitwazzjonijiet li fihom jistgħu jintużaw l-aġġustamenti diskrezjonali, scaling u aġġustamenti oħra, sa liema punt jistgħu jintużaw u min hu awtorizzat li jieħu dawn id-deċiżjonijiet.

1.2.3.   Data esterna

19.

Is-sistema ta’ kejl tar-riskju operattiv ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża d-data esterna relevanti, partikolarment fejn ikun hemm x’jindika li l-istituzzjoni ta’ kreditu hija esposta għal telf mhux frekwenti imma potenzjalment kbir. Istituzzjoni ta’ kreditu għandu jkollha proċess sistematiku sabiex tiddetermina s-sitwazzjonijiet li għalihom għandha tintuża d-data esterna u l-metodoloġiji li għandhom jintużaw sabiex tkun inkorporata d-data fis-sistema tal-kejl tagħha. Il-kundizzjonijiet u l-prattiki għall-użu tad-data esterna għandhom ikunu analizzati regolarment, dokumentati u suġġeti għal analiżi indipendenti perjodika.

1.2.4.   Analiżi tax-xenarji

20.

L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tuża analiżi tax-xenarju ta’ opinjoni esperta flimkien ma’ data esterna sabiex tevalwa l-iskopertura tagħha għal avvenimenti ta’ qawwa kbira. Matul iż-żmien, dawn l-evalwazzjonijiet jinħteġilhom li jkunu vvalidati u evalwati mill-ġdid permezz ta’ tqabbil ma’ l-esperjenza reali tat-telf sabiex ikun żgurat li dawn ikunu raġonevoli.

1.2.5.   L-ambjent kummerċjali u l-fatturi ta’ kontroll intern

21.

Il-metodoloġija ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju tal-kumpanija kollha ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tirrifletti l-fatturi ewlenin ta’ l-ambjent kummerċjali u l-kontroll intern li jistgħu jibdlu l-profil tar-riskju operattiv tagħha.

22.

L-għażla ta’ kull fattur għandha tkun iġġustifikata bħala kawża sinifikanti ta’ riskju, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza u bl-involviment ta’ ġudizzju espert dwar l-oqsma tan-negozju kkonċernati.

23.

Is-sensittività ta’ l-estimi tar-riskju għal bidliet fil-fatturi u fl-allokazzjoni tal-piż differenzjat relattiv tad-diversi fatturi għandha tkun raġunata tajjeb. Minbarra li jirrifletti bidliet fir-riskju dovuti għat-titjib fil-kontrolli tar-riskju, il-qafas għandu wkoll jirrifletti żidiet potenzjali fir-riskju dovuti għal kumplessità akbar ta’ l-attivitajiet jew għal volum akbar ta’ negozju.

24.

Dan il-qafas għandu jkun dokumentat u suġġett għal analiżi indipendenti fl-istituzzjoni ta’ kreditu u minn awtoritajiet kompetenti. Matul iż-żmien, il-proċess u r-riżultati jinħtieġu li jkunu validati u evalwati mill-ġdid permezz ta’ tqabbil ma’ l-esperjenza reali interna tat-telf u data esterna relevanti.

2.   L-IMPATT TA’ L-ASSIGURAZZJONI U MEKKANIŻMI OĦRA TA’ TRASFERIMENT TAR-RISKJU

25.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu jistgħu jirrikonoxxu l-impatt ta’ l-assigurazzjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 26 sa 29 u mekkaniżmu oħra ta’ trasferiment tar-riskju fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ turi lill-awtoritajiet kompetenti li jintlaħaq effett notevoli ta’ tnaqqis tar-riskju.

26.

Dak li jipprovdiha jkun awtorizzat li jipprovdi l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni (re-insurance) u l-fornitur għandu klassifikazzjoni ta’ l-abilità ta’ pagament ta’ talbiet (claims) minimi minn ECAI eliġibbli li ġiet determinata mill-awtorità kompetenti li hija assoċjata ma’ l-istima ta’ kwalità grad 3 jew ogħla skond ir-regoli ta’ l-ippeżar differenzjat għar-riskju ta’ skoperturi lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu skond l-Artikoli 78 sa 83.

27.

L-assigurazzjoni u l-qafas ta’ l-assigurazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji:

(a)

Il-polza ta’ l-assigurazzjoni għandu jkollha terminu inizjali ta’ mhux anqas minn sena. Għal poloz b’terminu residwu ta’ anqas minn sena, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħmel haircuts xierqa li jirriflettu t-terminu residwu dejjem jonqos tal-polza, sa haircut sħiħa ta’ 100 % għal poloz b’terminu residwu ta’ 90 jum jew anqas;

(b)

Il-polza ta’ l-assigurazzjoni għandha żmien ta’ notifika minimu ta’ 90 jum għall-ikkanċellar tal-kuntratt;

(c)

Il-politika ta’ assigurazzjoni m’għandhiex esklużjonijiet jew limitazzjonijiet li jidħlu fis-seħħ minħabba azzjonijiet ta’ superviżjoni jew, fil-każ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tkun falliet, li jwaqqfu lill-istituzzjoni ta’ kreditu, lir-riċevitur jew lil-likwidatur milli jirkupraw id-danni sofferti jew l-ispejjeż minfuqa mill-istituzzjoni ta’ kreditu, minbarra fir-rigward ta’ avvenimenti li jseħħu wara l-bidu tal-proċeduri tar-riċevitura jew tal-likwidazzjoni fir-rigward ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu; fuq il-kundizzjoni li l-polza ta’ l-assigurazzjoni tista’ teskludi kull multa, penali jew danni punitivi li jirriżultaw minn azzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

Il-kalkoli tat-tnaqqis tar-riskju għandhom jirriflettu l-kopertura ta’ l-assigurazzjoni b’mod trasparenti fir-relazzjoni tagħha ma’, u f’konsistenza ma’, il-probabbiltà attwali u l-impatt tat-telf użat biex ikun stabbilit b’mod ġenerali l-kapital tar-riskju operattiv;

(e)

L-assigurazzjoni hija pprovduta minn entità ta’ parti terza. Fil-każ ta’ assigurazzjoni permezz ta’ kumpaniji kkontrollati jew affiljati, l-iskopertura għandha tkun trasferita lil entità terza indipendenti, pereżempju permezz ta’ riassigurazzjoni, li tissodisfa l-kriterji ta’ l-eliġġibilità; u

(f)

Il-qafas għar-rikonoxximent ta’ l-assigurazzjoni huwa rraġunat u ddokumentat tajjeb;

28.

Il-metodoloġija għar-rikonoxximent ta’ l-assigurazzjoni għandha tirrifletti dawn l-elementi permezz ta’ skonti jew haircuts fl-ammont tar-rikonoxximent ta’ l-assigurazzjoni:

(a)

It-terminu residwu tal-polza ta’ assigurazzjoni, fejn dan ikun ta’ anqas minn sena, kif innutat aktar ‘il fuq;

(b)

It-termini ta’ l-ikkanċellar tal-polza, fejn anqas minn sena; u

(c)

L-inċertezza tal-ħlas flimkien man-nuqqasijiet fl-allinjament tal-kopertura tal-poloz ta’ l-assigurazzjoni.

29.

It-tnaqqis fl-obbligi tal-kapital li jirriżulta mir-rikonoxximent ta’ l-assigurazzjoni m’għandux jaqbeż l-20 % ta’ l-obbligu tal-kapital għar-riskju operattiv qabel ir-rikonoxximent tal-metodi tat-tnaqqis tar-riskju.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-UŻU TA’ METODU AVVANZAT TA’ KEJL FUQ IL-BAŻI TA’ GRUPP SĦIĦ

30.

Meta Metodu Avvanzat ta’ Kejl ikun maħsub biex jintuża mill-istituzzjoni ta’ kreditu parent ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha, jew mis-sussidjarji ta’ parent holding company finanzjarja ta’ l-UE, l-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-metodoloġija użata għall-allokazzjoni tal-kapital tar-riskju operattiv bejn l-entitajiet differenti tal-grupp.

31.

L-applikazzjoni għandha tindika jekk u kif l-effetti tad-diversifikazzjoni humiex maħsuba li jkunu inklużi fis-sistema tal-kejl tar-riskju.

PARTI 4

Użu flimkien tal-metodoloġiji differenti

1.   UŻU TA’ METODU AVVANZAT TA’ KEJL FLIMKIEN MA’ METODI OĦRA

1.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża Metodu Avvanzat ta’ Kejl flimkien mal-Metodu ta’ l-Indikatur Bażiku jew il-Metodu Standardizzat, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Ir-riskji operattivi kollha ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu jkunu riflessi. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta bil-metodoloġija użata biex ikunu koperti attivitajiet, postijiet ġeografiċi, strutturi legali differenti u diviżjonijiet relevanti oħra determinati fuq bażi interna, u

(b)

Il-kriterji ta’ kwalifikazzjoni stabbiliti fil-Partijiet 2 u 3 huma mwettqa għal dik il-parti ta’ l-attivitajiet koperta mill-Metodu Standardizzat u l-Metodi Avvanzat ta’ Kejl rispettivament.

2.

Każ b’każ, l-awtorità kompetenti tista’ timponi dawn il-kundizzjonijiet addizzjonali l-oħra li ġejjin:

(a)

Fid-data ta’ l-implimentazzjoni tal-Metodu Avvanzat ta’ Kejl, parti sinifikanti mir-riskji operattivi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu hija riflessa mill-Metodu Avvanzat ta’ Kejl; u

(b)

L-istituzzjoni ta’ kreditu timpenja ruħha li tapplika l-Metodu Avvanzat ta’ Kejl għal parti sostanzjali ta’ l-operazzjonijiet tagħha f’limitu ta’ żmien li tkun qablet dwaru ma’ l-awtoritajiet kompetenti.

2.   UŻU FLIMKIEN TAL-METODU TA’ L-INDIKATUR BAŻIKU U TAL-METODU STANDARDIZZAT

3.

Istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tuża taħlita tal-Metodu ta’ l-Indikatur Bażiku u l-Metodu Standardizzat biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali bħall-akkwist riċenti ta’ negozji ġodda li jistgħu jinħtieġu perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tal-Metodu Standardizzat.

4.

L-użu flimkien tal-Metodu ta’ l-Indikatur Bażiku u l-Metodu Standardizzat għandu jkun fuq il-kundizzjoni li jkun hemm impenn mill-istituzzjoni ta’ kreditu li tapplika l-Metodu Standardizzat fil-limitu ta’ żmien li tkun qablet dwaru ma’ l-awtoritajiet kompetenti.

PARTI 5

Klassifikazzjoni ta’ l-avvenimenti ta’ telf

Tabella 3

Kategorija tat-Tip ta’ Avveniment

Definizzjoni

Frodi intern

Telf dovut għal attivitajiet maħsuba biex jiffrodaw, jimmiżapproprjaw il-proprjetà jew ma jħarsux ir-regolamenti, il-liġi jew il-politika tal-kumpanija, minbarra avvenimenti ta’ diversità/diskriminazzjoni, li jinvolvu mill-anqas parti interna waħda.

Frodi estern

Telf dovut għal atti maħsuba biex jiffrodaw, jimmiżapproprjaw il-proprjetà jew ma jħarsux il-liġi, minn parti terza

Prattiki ta’ l-Impjieg u Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol

Telf li jirriżulta minn atti mhux konsistenti mal-liġijiet u l-ftehimiet ta’ l-impjieg, is-saħħa jew is-sigurtà, minn ħlas ta’ klejms ta’ korriment personali, jew minn avvenimenti ta’ diversità/diskriminazzjoni

Klijenti, Prodotti u Prattiki tan-Negozju

Telf li jirriżulta minn nuqqas mhux intenzjonat jew b’negliġenza li jkun issodisfat obbligu professjonali lejn klijenti speċifiċi (inklużi obbligi fiduċjarji u ta’ adattabilità), jew min-natura jew diżinn ta’ prodott.

Dannu għall-Assi Fiżiċi

Telf dovut għal telf ta’, jew danni għal, assi fiżiċi bħala riżultat ta’ diżastru naturali jew avvenimenti oħra.

Tfixkil ta’ negozju u nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi

Telf dovut għal tfixkil ta’ negozju jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi

Eżekuzzjoni, Ikkunsinjar u Ġestjoni tal-Proċessi

Telf minn proċessar tat-tranżazzjonijiet jew ġestjoni tal-proċessi li ma jirnexxux minn relazzjonijiet ma’ kontropartijiet tan-negozju u bejjiegħa


ANNESS XI

KRITERJI TEKNIĊI DWAR L-ANALIŻI U L-EVALWAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

1.

Minbarra r-riskju tal-kreditu, tas-suq u dak operattiv, l-analiżi u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 124 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

ir-riżultati ta’ l-istress test imwettaq mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-applikazzjoni tal-metodu IRB;

(b)

l-iskopertura għal riskju ta’ konċentrazzjoni mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u l-ġestjoni tagħha, inkluża l-konformità tagħhom ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 108 sa 118;

(c)

is-saħħa, l-adattabilità u l-manjiera ta’ l-applikazzjoni tal-policies u l-proċeduri implimentati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni tar-riskju residwu assoċjat ma’ l-użu ta’ modi rikonoxxuti ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu;

(d)

il-punt sa fejn il-fondi proprji miżmuma mill-istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ l-assi li hija tkun ittotilizzat huma adegwati wara li tkun ġiet ikkunsidrata s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni, inkluż il-grad tat-trasferiment tar-riskju milħuq;

(e)

l-iskopertura ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għar-riskju ta’ likwidità, u l-immaniġġjar tiegħu;

(f)

l-impatt tal-effetti tad-diversifikazzjoni u kif dawn l-effetti jiġu kkunsidrati fis-sistema ta’ kejl tar-riskju; u

(g)

ir-riżultati ta’ testijiet ta’ stress imwettqa minn istituzzjonijiet bl-użu ta’ mudell intern biex jikkalkula rekwiżiti ta’ kapital ta’ riskju tas-suq skond l-Anness V tad-Direttiva 2006/49/KE.

2.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkunx provdiet appoġġ impliċitu għal titolizzazzjoni. Jekk jinstab li istituzzjoni ta’ kreditu tkun provdiet appoġġ impliċitu f’aktar minn okkażjoni waħda l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri xierqa li jirriflettu l-aspettattiva akbar li hija tkun se tipprovdi appoġġ fil-futur għat-titolizzazzjonijiet tagħha u b’hekk ma takkwistax trasferiment sinifikanti ta’ riskju.

3.

Biex jiġi ddeterminat dak li huwa previst skond l-Artikolu 124, punt 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk l-aġġustamenti tal-valur u l-provvedimenti meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet/portafolli fil-ktieb tan-negozju, kif stipulat fl-Anness VII, Parti B tad-Direttiva 2006/49/KE, jippermettux lill-istituzzjoni ta’ kreditu biex tbigħ jew tkopri l-pożizzjonijiet tagħha fi żmien qasir mingħajr ma ġġarrab telf materjali kunsiderevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ negozju.


ANNESS XII

KRITERJI TEKNIĊI DWAR L-IŻVELAR

PARTI 1

Kriterji Ġenerali

1.

L-informazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala sostanzjali fl-iżvelar jekk in-nuqqas tagħha jew il-preżentazzjoni b’mod inkorrett (misstatement) tagħha jistgħu jibdlu jew jinfluwenzaw l-evalwazzjoni jew id-deċiżjoni ta’ utent li jiddependi fuq dik l-informazzjoni għall-iskop tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi.

2.

L-informazzjoni għandha titqies bħala propjetà ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jekk it-tixrid ta’ dik l-informazzjoni fost il-pubbliku jkun jagħmel ħsara lill-pożizzjoni kompetittiva tagħha. Dan jista’ jinkludi informazzjoni dwar prodotti jew sistemi li, jekk tkun żvelata lill-kompetituri, tnaqqas mill-valur ta’ l-investimenti ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu fihom.

3.

L-informazzjoni għandha titqies bħala kunfidenzjali jekk ikun hemm obbligi lejn il-klijenti jew relazzjonijiet oħra ta’ kontroparti li jorbtu lill-istituzzjoni ta’ kreditu għall-kunfidenzjalità.

4.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu sabiex jevalwaw il-ħtieġa li jippubblikaw parti mill-iżvelar jew l-iżvelar kollu aktar ta’ spiss milli darba kull sena fid-dawl tal-karatteristiċi relevanti tan-negozju tagħhom bħall-iskala ta’ l-operazzjonijiet, il-firxa ta’ l-attivitajiet, il-preżenza f’pajjiżi differenti, l-involviment f’setturi finanzjarji differenti, u l-parteċipazzjoni fi swieq finanzjarji internazzjonali u sistemi ta’ ħlas, saldu u kklerjar internazzjonali. Dik l-istima għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-bżonn possibbli għal aktar żvelar ta’ elementi ta’ informazzjoni stabbiliti fil-Parti 2, il-punt 3(b) u 3(e), u 4(b) sa 4(f), u informazzjoni dwar l-iskopertura għar-riskju u elementi oħra li għandhom tendenza li jinbidlu malajr.

5.

L-obbligu ta’ l-iżvelar f’Parti 2, punt 3 u 4 għandu jkun ipprovdut skond l-Artikolu 72 (1) u (2).

PARTI 2

Obbligi ġenerali

1.

L-għanijiet u l-policies tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għandhom ikunu żvelati għal kull kategorija separata ta’ riskju, inklużi r-riskji li ssir referenza għalihom fil-punt 1 sa 13. Dan l-iżvelar għandu jinkludi:

(a)

l-istrateġiji u l-proċessi biex ikunu ġestiti dawk ir-riskji;

(b)

l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-funzjoni relevanti tal-ġestjoni tar-riskju jew arranġamenti oħra xierqa;

(c)

il-firxa u n-natura tas-sistemi tar-rappurtar u kejl tar-riskju; u

(d)

il-policies għall-kopertura (hedging) u t-tnaqqis tar-riskju, u l-istrateġiji u l-proċessi għall-monitoraġġ ta’ l-effikaċja tal-koperturi u l-mitiganti.

2.

L-informazzjoni li ġejja dwar il-firxa ta’ l-applikazzjoni ta’ l-obbligi ta’ din id-Direttiva għandha tkun żvelata:

(a)

l-isem ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li għaliha japplikaw l-obbligi ta’ din id-Direttiva;

(b)

profil tad-differenzi fil-bażi tal-konsolidazzjoni għall-fini tal-kontabilità u dawk prudenzjali, b’deskrizzjoni qasira ta’ l-entitajiet li huma:

(i)

ikkonsolidati għal kollox,

(ii)

ikkonsolidati b’mod proporzjonali,

(iii)

imnaqqsa mill-fondi proprji,

(iv)

la kkonsolidati u lanqas imnaqqsa;

(c)

kull xkiel prattiku sostanzjali jew legali kurrenti jew previst għat-trasferiment bla dewmien tal-fondi proprji jew il-ħlas lura ta’ l-obbligazzjonijiet (liabilities) bejn il-parent undertaking u s-sussidjarji tagħha;

(d)

l-ammont komplessiv b’kemm il-fondi proprji huma anqas mill-minimu obbligatorju fis-sussidjarji kollha mhux inklużi fil-konsolidazzjoni, u l-isem jew l-ismijiet ta’ dawn is-sussidjarji; u

(e)

Jekk applikabbli, il-fatt li jkun sar użu mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 69 u 70.

3.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun żvelata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar il-fondi proprji tagħhom:

(a)

informazzjoni fil-qosor dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-karatteristiċi prinċipali ta’ l-elementi kollha tal-fondi proprji u l-komponenti tagħhom;

(b)

l-ammont tal-fondi proprji oriġinali, bi żvelar separat ta’ l-elementi pożittivi kollha u t-tnaqqis kollu;

(c)

l-ammont totali tal-fondi proprji addizzjonali, u l-fondi proprji kif definiti fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2006/49/KE;

(d)

tnaqqis mill-fondi proprji oriġinali u addizzjonali skond l-Artikolu 66(2), bi żvelar separat ta’ l-elementi msemmija fl-Artikolu 57, punt (q); u

(e)

fondi proprji eliġibbli totali, wara t-tnaqqis u l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 66.

4.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun żvelata dwar il-konformità mill-istituzzjoni ta’ kreditu ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 75 u 123:

(a)

deskrizzjoni qasira tal-mod li bih l-istituzzjoni ta’ kreditu tevalwa l-adegwatezza tal-kapital intern tagħha sabiex dan jappoġġja l-attivitajiet kurrenti u futuri;

(b)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83, 8 fil-mija ta’ l-ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju għal kull waħda mill-klassijiet ta’ skoperturi speċifikati fl-Artikolu 79;

(c)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Artikoli 84 sa 89, 8 fil-mija ta’ l-ammonti ta’ skopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju għal kull waħda mill-klassijiet ta’ skopertura speċifikati fl-Artikolu 86. Għall-klassi ta’ l-iskoperturi retail, dan l-obbligu japplika għal kull waħda mill-kategoriji ta’ skoperturi li jikkorrispondu għalihom il-korrelazzjonijiet differenti fl-Anness VII, Parti 1, punt 10 sa 13. Għall-klassi ta’ l-iskoperturi għall-kapital, dan l-obbligu japplika għal:

(i)

kull wieħed mill-metodi pprovduti fl-Anness VII, Parti 1, punt 17 sa 26;

(ii)

skoperturi nnegozjati fuq il-boroż, skoperturi ta’ kapital privat f’portfolji diversifikati biżżejjed, u skoperturi oħra;

(iii)

skoperturi suġġetti għal tranżizzjoni ta’ superviżjoni dwar l-obbligi tal-kapital; u

(iv)

skoperturi suġġetti għal klawżoli ta’ salvagwardja dwar l-obbligi tal-kapital;

(d)

obbligi kapitali minimi kkalkulati skond l-Artikolu 75, punti (b) u (c);

(e)

obbligi kapitali minimi kkalkulati skond l-Artikoli 103 sa 105, u żvelati separatament.

5.

Fir-rigward ta’ l-iskoperturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għal riskju ta’ kreditu ta’ kontroparti kif definit fl-Anness III, Parti 1, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(a)

diskussjoni tal-metodoloġija użata biex jiġi assenjati limiti ta’ kapital intern u ta’ kreditu għal skoperturi ta’ kreditu ta’ kontroparti;

(b)

diskussjoni tal-politiki biex jassiguraw garanziji reali u jistabilixxu riservi ta’ kreditu;

(c)

diskussjoni tal-politiki fir-rigward ta’ skoperturi b’riskju ta’ korrelazzjoni mhux favorevoli (“wrong-way”);

(d)

diskussjoni ta’ l-impatt ta’ l-ammont ta’ garanziji reali li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun trid tipprovdi f’każ ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni ta’ kreditu tagħha;

(e)

il-valur ekwu gross pożittiv tal-kuntratti, il-benefiċċji fuq kumpens, l-iskopertura ta’ kreditu kurrenti kkumpensata, garanziji reali miżmuma u skopertura ta’ kreditu netta fuq derivattivi. L-iskopertura ta’ kreditu netta fuq derivattivi hija l-iskopertura ta’ kreditu fuq tranżazzjonijiet ta’ derivattivi wara li jiġu kkunsidrati kemm il-benefiċċji minn arranġamenti ta’ kumpens li jistgħu legalment jiġu infurzati u arranġamenti ta’ garanziji reali;

(f)

il-miżuri għall-valur ta’ l-iskopertura skond il-metodu stipulat fil-Partijiet 3 sa 6 ta’ l-Anness III, skond liema jkun appliklabbli;

(g)

il-valur teoriku tal-koperturi fuq derivattivi ta’ kreditu, u t-tqassim ta’ skopertura ta’ kreditu kurrenti skond it-tip ta’ skopertura ta’ kreditu;

(h)

tranżazzjonijiet ta’ derivattivi ta’ kreditu (teoriċi), maqsumin skond l-użu għall-portafoll ta’ kreditu ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu stess, kif ukoll fl-attivitajiet ta’ intermedjazzjoni tagħha, inkluż it-tqassim ta’ prodotti ta’ derivattivi ta’ kreditu użati, u terġa’ maqsumin skond il-protezzjoni mixtrija u mibjugħa fir-rigward ta’ kull grupp ta’ prodotti;

(i)

l-istima ta’ α jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu rċeviet l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti biex tagħmel stima ta’ α.

6.

Għandha tkun żvelata l-informazzjoni li ġejja dwar l-iskopertura ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għar-riskju ta’ kreditu u għar-riskju tad-dilwizzjoni:

(a)

id-definizzjonijiet għall-fini tal-kontabilità ta’ skaduti u deterjorati;

(b)

deskrizzjoni tal-metodoloġiji u l-metodi adottati sabiex ikunu stabbiliti l-aġġustamenti u proviżjonijiet tal-valur;

(c)

l-ammont totali ta’ skoperturi wara l-ikkalkular fuq bażi netta għall-iskopijiet ta’ kontabilità u mingħajr ma jitqiesu l-effetti tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, u l-ammont medju ta’ l-iskoperturi matul il-perjodu mqassma skond it-tipi differenti ta’ klassijet ta’ skopertura;

(d)

id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-iskoperturi, imqassma f’żoni sinifikanti skond il-klassijiet ta’ l-iskopertura materjali, u ddettaljati aktar jekk ikun xieraq;

(e)

Id-distribuzzjoni ta’ l-iskoperturi skond l-industrija jew it-tip ta’ kontroparti, imqassma skond il-klassijiet ta’ l-iskopertura, u ddettaljati aktar jekk ikun xieraq;

(f)

it-tqassim skond il-maturità residwa ta’ l-iskoperturi kollha, imqassma skond il-klassijiet ta’ l-iskopertura, u ddettaljati aktar jekk ikun xieraq;

(ġ)

skond l-industrija jew tip ta’ kontroparti sinifikanti, l-ammont ta’:

(i)

skoperturi deterjorati u skaduti, pprovduti separatament,

(ii)

aġġustamenti fil-valur u proviżjonijiet, u

(iii)

bidliet għal aġġustamenti fil-valur u f’ disposizzjonijiet matul il-perjodu;

(h)

l-ammont ta’ skoperturi deterjorati u skaduti, pprovduti separatament, imqassma skond iż-żoni ġeografiċi sinifikanti, inklużi, jekk ikun prattiku, l-ammonti ta’ l-aġġustamenti fil-valur u l-proviżjonijiet relatati ma’ kull żona ġeografika; u

(i)

ir-rikonċiljazzjoni tal-bidliet fil-valur ta’ l-aġġustamenti u l-proviżjonijiet għal skoperturi deterjorati, murija separatament. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(i)

deskrizzjoni tat-tip ta’ aġġustamenti fil-valur u proviżjonijiet,

(ii)

il-bilanċi tal-ftuħ,

(iii)

l-ammonti meħuda kontra proviżjonijiet matul il-perjodu,

(iv)

l-ammonti mwarrba jew meħuda lura għal telf stmat probabbli fuq skoperturi matul il-perjodu, kull aġġustament ieħor inklużi dawk l-aġġustamenti determinati minn differenzi fir-rati tal-kambju, kumbinazzjonijiet ta’ kummerċ, akkwisti u tneħħijiet ta’ sussidjarji u trasferimenti bejn il-proviżjonijiet, u

(v)

il-bilanċi ta’ l-għeluq.

Aġġustamenti fil-valur u rkupri rreġistrati direttament fir-rapport tal-qligħ (income statement) għandhom ikunu żvelati separatament.

7.

Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun żvelata għal kull waħda mill-klassijiet ta’ skopertura speċifikati fl-Artikolu 79:

(a)

l-ismijiet ta’ l-ECAI u l-ECA nominati u r-raġunijiet għall-bidliet li jkun hemm;

(b)

il-klassijiet ta’ skopertura li għalihom kull ECAI jew ECA tintuża;

(c)

deskrizzjoni tal-proċess użat għat-trasferiment tal-ħarġiet u l-ħruġ ta’ stimi tal-kreditu fuq elementi mhux inklużi fir-reġistru tan-negozju;

(d)

l-assoċjazzjoni tal-klassifikazzjoni esterna ta’ kull ECAI jew ECA nominat mal-passi tal-kwalità tal-kreditu preskritti fl-Anness VI, billi jitqies li din l-informazzjoni m’għandhiex għalfejn tkun żvelata jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tikkonforma ma’ l-assoċjazzjoni standard ippubblikata mill-awtorità kompetenti; u

(e)

il-valuri ta’ l-iskopertura u l-valuri ta’ l-iskopertura wara t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu assoċjati ma’ kull pass tal-kwalità tal-kreditu preskritt fl-Anness VI, kif ukoll dawk imnaqqsa mill-fondi proprji.

8.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ l-iskopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Anness VII, Parti 1, punt 6 jew 19 sa 21 għandhom jiżvelaw l-iskopertura assenjata għal kull kategorija fit-Tabella 1 f’punt 6 ta’ Anness VII, Parti 1, jew għal kull riskju differenzjat imsemmi fil-punt 19 sa 21 ta’ Anness VII, Parti 1.

9.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-obbligi tal-kapital tagħhom skond l-Artikolu 75, punti (b) u (c) għandhom jiżvelaw dawk l-obbligi separatament għal kull riskju msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet.

10.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun żvelata minn kull istituzzjoni ta’ kreditu li tikkalkula l-obbligi tal-kapital tagħha skond l-Anness V tad-Direttiva 2006/49/KE:

(a)

għal kull subportfoljo kopert:

(i)

il-karatteristiċi tal-mudelli użati,

(ii)

deskrizzjoni ta’ l-istress testing applikat għas-subportfoljo,

(iii)

deskrizzjoni tal-mod użat għall-ittestjar retrospettiv u l-validazzjoni tal-preċiżjoni u l-konsistenza tal-mudelli interni u l-proċessi ta’ mmudellar;

(b)

il-firxa ta’ aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti; u

(c)

diskussjoni ta’ l-iskala u l-metodoloġija għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Aness VII, Parti B tad-Direttiva 2006/49/KE.

11.

L-informazzjoni li ġejja dwar ir-riskju operattiv għandha tkun żvelata mill-istituzzjoni ta’ kreditu:

(a)

il-metodoloġiji għall-evalwazzjoni ta’ l-obbligi tal-fondi proprji għar-riskju operattiv li tikkwalifika għalihom l-istituzzjoni ta’ kreditu; u

(b)

deskrizzjoni tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 105, jekk użata mill-istituzzjoni ta’ kreditu, inkluża diskussjoni dwar il-fatturi interni u esterni relevanti kkunsidrati fil-metodu ta’ kejl ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu. Fil-każ ta’ l-użu parzjali, il-firxa tal-metodoloġiji differenti użati.

12.

Għandha tkun żvelata l-informazzjoni li ġejja dwar l-iskoperturi għal strumenti tal-kapital mhux inklużi fir-reġistru tan-negozju:

(a)

id-differenzjazzjoni bejn l-iskoperturi bbażata fuq l-għanijiet tagħhom, inkluż għal raġunijiet ta’ relazzjoni ta’ gwadan kapitali u strateġiċi, u ħarsa lejn il-metodi tal-kontabilità u l-metodoloġiji ta’ valutazzjoni użati, inklużi ipoteżijiet ewlenin u metodi li jaffettwaw il-valutazzjoni u kull bidla sinifikanti f’dawn il-metodi;

(b)

il-valur tal-karta tal-bilanċ, il-valur ġust (fair value) u, għal dawk innegozjati fuq il-boroż, tqabbil mal-prezz tas-suq fejn dan ikun sostanzjalment differenti mill-valur ġust;

(c)

it-tipi, in-natura u l-ammonti ta’ l-iskoperturi nneogozjati fuq il-boroż, skoperturi ta’ kapital privat f’portfolji ddiversifikati biżżejjed, u skoperturi oħra;

(d)

il-qligħ jew it-telf kumulattiv li jirriżulta mill-bejgħ u l-likwidazzjonijiet fil-perjodu; u

(e)

il-qligħ u t-telf totali mhux realizzat, il-qligħ u t-telf mir-rivalutazzjoni li jkun għadu mhux realizzat, u kull wieħed minn dawk l-ammonti inklużi fil-fondi proprji oriġinali jew addizzjonali.

13.

Għandha tkun żvelata mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu l-informazzjoni li ġejja dwar l-iskopertura tagħhom għar-riskju ta’ rati ta’ l-interessi fuq pożizzjonijiet mhux inklużi fir-reġistru tan-negozju:

(a)

in-natura tar-riskju tar-rati ta’ l-interessi u l-ipoteżijiet ewlenin (inklużi ipoteżijiet dwar il-ħlas lura kmieni tas-self u l-komportament ta’ depożiti mingħajr maturità), u l-kejl tal-frekwenza tar-riskju tar-rati ta’ l-interessi; u

(b)

il-varjazzjoni fil-qligħ, il-valur ekonomiku jew kejl ieħor relevanti użat mill-amministrazzjoni għall-impatt ta’ tlugħ jew inżul fir-rati ta’ l-interessi skond il-metodu li bih l-amministrazzjoni tkejjel ir-riskju tar-rati ta’ l-interessi, imqassam skond il-valuta.

14.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Artikoli 94 sa 101 għandhom jiżvelaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni ta’ l-għanijiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ l-attività ta’ titolizzazzjoni;

(b)

ir-rwoli ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu fil-proċess ta’ titolizzazzjoni;

(c)

indikazzjoni ta’ kemm ikun kbir l-involviment ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu f’kull waħda minnhom;

(d)

il-metodi ta’ kif ikunu kkalkulati l-ammonti ta’ l-iskopertura, bil-piż differenzjat skond ir-riskju, li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun qed issegwi għall-attivitajiet tagħha ta’ titolizzazzjoni;

(e)

deskrizzjoni qasira tal-policies tal-kontabilità ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu għall-attivitajiet tat-titolizzazzjoni, inklużi:

(i)

jekk it-tranżazzjonijiet ikunux trattati bħala bejgħ jew bħala finanzjamenti,

(ii)

ir-rikonoxximent tal-qligħ fuq il-bejgħ,

(iii)

l-ipoteżijiet ewlenin għall-valutazzjoni ta’ interessi miżmuma, u

(iv)

it-trattament tat-titolizzazzjonijiet sintetiċi jekk dawn ma jkunux koperti minn policies oħrajn tal-kontabilità;

(f)

l-ismijiet ta’ l-ECAI użati għat-titolizzazzjonijiet u t-tipi ta’ skopertura li għaliha tintuża kull aġenzija;

(ġ)

l-ammont totali pendenti ta’ skoperturi titolizzati mill-istituzzjoni ta’ kreditu u suġġett għall-qafas tat-titolizzazzjonji (imqassam fit-tradizzjonali u s-sintetiku), skond it-tip ta’ skopertura;

(h)

għal skoperturi titolizzati mill-istituzzjoniji ta’ kreditu u suġġetti għall-qafas ta’ titolizzazzjoni, tqassim skond it-tip ta’ skopertura ta’ l-ammont ta’ skoperturi titolizzati deterjorati u skaduti, u t-telf rikonoxxut mill-istituzzjoni ta’ kreditu matul il-perjodu;

(i)

l-ammont totali ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni miżmuma jew mixtrija, imqassma skond it-tip ta’ skopertura;

(j)

l-ammont aggregat tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni miżmuma jew mixtrija, imqassma f’numru sinifikanti ta’ kategoriji ta’ piż tar-riskju. Pożizzjonijiet li ġew differenzjati skond ir-riskju b’1 250 % jew imnaqqsa għandhom ikunu żvelati separatament;

(k)

l-ammont aggregat pendenti ta’ skoperturi titolizzati li jiġġeddu mqassma skond l-interessi ta’ l-oriġinatur u ta’ l-investitur; u

(l)

deskrizzjoni qasira ta’ l-attività ta’ titolizzazzjoni matul il-perjodu, inkluż l-ammont ta’ skoperturi titolizzati (skond it-tip ta’ skopertura), u l-qligħ jew telf rikonoxxut fuq il-bejgħ skond it-tip ta’ skopertura.

PARTI 3

Rekwiżiti Li Jikkwalifikaw Għall-Użu Ta’ Strumenti Jew Metodoloġiji Partikolari

1.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi bil-piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Artikoli 84 sa 89 għandhom jiżvelaw din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-aċċettazzjoni tal-metodu jew tat-tranżizzjoni mill-awtorità kompetenti

(b)

spjegazzjoni u analiżi ta’:

(i)

l-istruttura tas-sistemi tal-klassifikazzjoni interna u r-relazzjoni bejn il-klassifikazzjonijiet interni u esterni,

(ii)

l-użu ta’ l-istimi interni għal raġunijiet oħra minbarra l-ikkalkular ta’ l-ammonti ta’ skopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju skond l-Artikoli 84 sa 89,

(iii)

il-proċess għall-ġestjoni u r-rikonoxximent tat-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu, u

(iv)

il-mekkaniżmi ta’ kontroll għal sistemi ta’ klassifikazzjoni inkluża deskrizzjoni ta’ indipendenza, responsabbiltà, u analiżi tas-sistema tal-klassifikazzjoni;

(c)

deskrizzjoni tal-proċess ta’ klassifikazzjoni interna, mogħti separatament għall-klassijiet ta’ skopertura li ġejjin:

(i)

gvernijiet ċentrali u banek ċentrali,

(ii)

istituzzjonijiet,

(iii)

kumpaniji, inklużi SME, self speċjalizzat u riċevibbli mixtrija tal-kumpaniji,

(iv)

retail, għal kull waħda mill-kategoriji ta’ skoperturi li jikkorrispondu għalihom il-korrelazzjonijiet differenti fl-Anness VII, Parti 1, punt 10 sa 13, u

(v)

l-istrumenti tal-kapital;

(d)

il-valuri ta’ l-iskopertura għal kull waħda mill-klassijiet ta’ skopertura speċifikati fl-Artikolu 86. Skoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, istituzzjonijiet u kumpaniji fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ LGDs jew fatturi ta’ konverżjoni (conversion factors) għall-ikkalkular ta’ ammonti ta’ skopertura bil-piż differenzjat skond ir-riskju għandhom ikunu żvelati separatament minn skoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jużawx stimi bħal dawn;

(e)

għal kull waħda mill-klassijiet ta’ skopertura: gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, istituzzjonijiet, kumpaniji u kapital, u fuq numru kbir biżżejjed ta’ klassijiet ta’ debitur (inkluża dik ta’ l-inadempjenza), sabiex jippermettu differenzjazzjoni sinifikanti tar-riskju tal-kreditu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżvelaw:

(i)

l-iskoperturi totali (għall-klassijiet ta’ skopertura gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, istituzzjonijiet u kumpaniji, is-somma tas-self pendenti u l-valuri ta’ l-iskoperturi għal impenji mhux uzati; għall-istrumenti tal-kapital, l-ammont pendenti),

(ii)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ l-LGD għall-ikkalkular ta’ l-ammonti ta’ l-iskoperturi bil-piż differenzjat skond ir-riskju, l-LGD medja bil-piż differenzjat skond ir-riskju f’perċentwali, u

(iii)

il-piż medju tar-riskju, differenzjat skond l-iskopertura,

(iv)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-istimi tagħhom stess għall-fatturi ta’ konverżjoni għall-ikkalkular ta’ l-ammonti ta’ skoperturi bil-piż differenzjat skond ir-riskju, l-ammont ta’ impenji mhux użati u l-valuri ta’ skopertura għal kull klassi ta’ skopertura;

(f)

għall-klassi ta’ skopertura retail u għal kull waħda mill-kategoriji kif definiti taħt punt (c)(iv)) aktar ‘il fuq, jew l-iskoperturi deskritti taħt (e) aktar ‘il fuq (jekk ikun applikabbli, fuq bażi ta’ pooling), jew analiżi ta’ l-iskoperturi (self pendenti u valuri ta’ skoperturi għal impenji mhux użati) kontra numru suffiċjenti ta’ gradi EL sabiex tkun possibbli differenzjazzjoni sinifikanti tar-riskju tal-kreditu (jekk applikabbli fuq bażi ta’ pooling);

(g)

l-aġġustamenti attwali tal-valuri fil-perjodu preċedenti għal kull klassi ta’ skopertura (għar-retail, għal kull waħda mill-kategoriji kif definiti taħt punt (c)(iv) aktar ‘il fuq) u kif din hija differenti mill-esperjenza tal-passat;

(h)

deskrizzjoni tal-fatturi li affettwaw l-esperjenza ta’ telf waqt il-perjodu preċedenti (pereżempju, jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu esperjenzatx rati ta’ nuqqas ta’ ħlas aktar għolja mill-medja, jew LGDs u fatturi ta’ konverżjoni aktar għoja mill-medja); u

(i)

l-istimi ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu meta mqabbla mar-riżultati attwali fuq perjodu itwal. Bħala minimu, dan għandu jinkludi informazzjoni dwar stimi ta’ telf imqabbla ma’ telf attwali f’kull waħda mill-klassijiet ta’ skopertura (għar-retail, għal kull waħda mill-kategoriji kif definiti taħt punt (c)(iv) aktar ‘il fuq) fuq perjodu twil biżżejjed biex jippermetti evalwazzjoni relevanti tal-funzjonament tal-proċessi tal-klassifikazzjoni interna għal kull klassi ta’ skopertura (għar-retail għal kull waħda mill-kategoriji kif definiti taħt punt (c)(iv) aktar ‘il fuq). Fejn ikun xieraq, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikomplu jiddiżagregaw dan sabiex jipprovdu analiżi tal-PD u, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-istimi tagħhom stess ta’ l-LGDs u/jew il-fatturi ta’ konverżjoni, ir-riżultati ta’ l-LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni mqabbla ma’ l-istimi pprovduti fl-iżvelar ta’ l-istima kwantitattiva tar-riskju aktar ‘il fuq.

Għall-iskopijiet ta’ (c) aktar ‘il fuq, id-deskrizzjoni għandha tinkludi t-tipi ta’ skopertura inklużi fil-klassi ta’ skopertura, id-definizzjonijiet, metodi u data għall-istima u l-validazzjoni tal-PD u, jekk applikabbli, l-LGD u l-fatturi ta’ konverżjoni, inklużi ipoteżijiet użati biex jinkisbu l-valuri ta’ dawn il-fatturi varjabbli, u deskrizzjoni tad-devjazzjonijiet sostanzjali mid-definizzjoni ta’ nuqqas ta’ ħlas kif stabbilit fl-Anness VII, Parti 4, punt 44 sa 48, inklużi s-segmenti wiesa’ affettwati minn dawn id-devjazzjonijiet.

2.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li japplikaw il-metodi ta’ tnaqqis tar-riskju tal-kreditu għandhom jiżvelaw l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-policies u proċessi għal, u indikazzjonijiet dwar sa liema punt l-entità tagħmel użu minn, ikkalkular fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ u barra minnha;

(b)

il-policies u l-proċessi għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kollateral;

(c)

deskrizzjoni tat-tipi ewlenin ta’ kollateral meħuda mill-istituzzjoni ta’ kreditu;

(d)

it-tipi ewlenin ta’ garanti u kontroparti tad-derivattivi tal-kreditu u l-kwalità tal-kreditu tagħhom;

(e)

informazzjoni dwar konċentrazzjonijiet tar-riskji tas-suq jew tal-kreditu fi ħdan it-tnaqqis tal-kreditu meħuda;

(f)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skopertura differenzjati skond ir-riskju skond l-Artikoli 78 sa 83 jew 84 sa 89, imma mingħajr ma jipprovdu stimi proprji ta’ l-LGDs jew fatturi ta’ konverżjoni fir-rigward tal-klassi ta’ skopertura, separatament għal kull klassi ta’ skopertura, il-valur totali ta’ l-iskopertura (wara, fejn ikun applikabbli, ikkalkular fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ jew barra minnha) li hu kopert – wara l-applikazzjoni ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità – permezz ta’ kollateral finanzjarju eliġibbli, u kollateral eliġibbli ieħor; u

(g)

għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju f’konformità ma’ l-Artikoli 78 sa 83 jew 84 sa 89, separatament għal kull klassi ta’ skopertura, l-iskopertura totali (wara, jekk ikun applikabbli, ikkalkular fuq bażi netta fuq il-karta tal-bilanċ jew barra minnha) li hi koperta b’garanziji jew derivattivi tal-kreditu. Għall-klassi ta’ l-iskopertura għall-kapital, dan l-obbligu japplika għal kull waħda mill-metodoloġiji pprovduti fl-Anness VII, Parti 1, punt 17 sa 26.

3.

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw il-metodu stabbilit fl-Artikolu 105 għall-ikkalkular ta’ l-obbligi tagħhom tal-fondi proprji għar-riskju operattiv għandhom jiżvelaw deskrizzjoni ta’ l-użu ta’ assigurazzjoni għall-iskop tat-tnaqqis tar-riskju.


ANNESS XIII

PARTI A

Direttivi mħassra, flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmija fl-Artikolu 158)

Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 rigward l-aċċess għan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżekuzzjoni tiegħu

Id-Direttiva 2000/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 li temenda d-Direttiva 2000/12/KE rigward l-aċċess għan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżekuzzjoni tiegħu

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-intrapriżi ta’ assigurazzjoni u d-ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Art. 29.1(a)(b), Art. 29.2,, Art. 29.4(a)(b), Art. 29.5, Art. 29.6, Art. 29.7, Art. 29.8, Art. 29.9, Art. 29.10, Art. 29.11 biss

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

Artikolu 68 biss

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE tas-27 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni tal-“banek multilaterali ta’ l-iżvilupp”

Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji

Artikolu 3 biss

MODIFIKI MHUX IMĦASSRA

Att ta’ Adeżjoni 2003

PARTI B

Skadenzi għall-implimentazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 158)

Direttiva

 

Skadenza għall-implimentazzjoni

Direttiva 2000/12/KE

 

- - - - -

Direttiva 2000/28/KE

 

27.4.2002

Direttiva 2002/87/KE

 

11.8.2004

Direttiva 2002/39/KE

 

għadha mhux diponibbli

Direttiva 2004/69/KE

 

30.6.2004

Direttiva 2005/1/KE

 

13.5.2005


ANNESS XIV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 2000/12/KE

Direttiva 2000/28/KE

Direttiva 2002/87/KE

Direttiva 2004/39/KE

Direttiva 2005/1/KE

Artikolu 1

Artikolu 2(1) u (2)

 

 

 

 

Artikolu 2

Artikolu 2(3)

 

 

 

 

Artikolu 2

Artikolu 2(4)

 

 

 

 

Artikolu 3

Artikolu 2(5) u (6)

 

 

 

 

Artikolu 3(1), tielet sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 1(1)

 

 

 

 

Artikolu 4(2) sa (5)

 

Artikolu 1(2) sa (5)

 

 

 

Artikolu 4(7) sa (9)

 

Artikolu 1(6) sa (8)

 

 

 

Artikolu 4(10)

 

 

Artikolu 29(1)(a)

 

 

Artikolu 4(11)

Artikolu 1(10),(12) u (13)

 

 

 

 

Artikolu 4(21) u (22)

 

 

Artikolu 29 (1)(b)

 

 

Artikolu 4 (23)

Artikolu 1(23)

 

 

 

 

Artikolu 4(45)

Artikolu 1(25) sa (27)

 

 

 

 

Artikolu 5

 

 

 

 

 

Artikolu 6

Artikolu 4

 

 

 

 

Artikolu 7

Artikolu 8

 

 

 

 

Artikolu 8

Artikolu 9

 

 

 

 

Artikolu 9(1)

Artikolu 5(1) u 1(11)

 

 

 

 

Artikolu 9(2)

Artikolu 5(2)

 

 

 

 

Artikolu 10

Artikolu 5(3) sa (7)

 

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 6

 

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 7

 

 

 

 

Artikolu 13

Artikolu 10

 

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 11

 

 

 

 

Artikolu 15(1)

Artikolu 12

 

 

 

 

Artikolu 15(2) u (3)

 

 

Artikolu 29(2)

 

 

Artikolu 16

Artikolu 13

 

 

 

 

Artikolu 17

Artikolu 14

 

 

 

 

Artikolu 18

Artikolu 15

 

 

 

 

Artikolu 19(1)

Artikolu 16(1)

 

 

 

 

Artikolu 19(2)

 

 

Artikolu 29(3)

 

 

Artikolu 20

Artikolu 16(3)

 

 

 

 

Artikolu 21

Artikolu 16(4) sa (6)

 

 

 

 

Artikolu 22

Artikolu 17

 

 

 

 

Artikolu 23

Artikolu 18

 

 

 

 

Artikolu 24(1)

Artikolu 19(1) sa (3)

 

 

 

 

Artikolu 24(2)

Artikolu 19(6)

 

 

 

 

Artikolu 24(3)

Artikolu 19(4)

 

 

 

 

Artikolu 25(1) sa (3)

Artikolu 20(1) sa (3), l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi

 

 

 

 

Artikolu 25(3)

Artikolu 19(5)

 

 

 

 

Artikolu 25(4)

Artikolu 20(3) t-tielet sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 26

Artikolu 20(4) sa (7)

 

 

 

 

Artikolu 27

Artikolu 1(3), t-tieni sentenza

 

 

 

 

Artikolu 28

Artikolu 21

 

 

 

 

Artikolu 29

Artikolu 22

 

 

 

 

Artikolu 30

Artikolu 22(2) sa (4)

 

 

 

 

Artikolu 31

Artikolu 22(5)

 

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 22(6)

 

 

 

 

Artikolu 33

Artikolu 22(7)

 

 

 

 

Artikolu 34

Artikolu 22(8)

 

 

 

 

Artikolu 35

Artikolu 22(9)

 

 

 

 

Artikolu 36

Artikolu 22(10)

 

 

 

 

Artikolu 37

Artikolu 22(11)

 

 

 

 

Artikolu 38

Artikolu 24

 

 

 

 

Artikolu 39(1) u (2)

Artikolu 25

 

 

 

 

Artikolu 39(3)

 

 

 

 

Artikolu 3(8)

Artikolu 40

Artikolu 26

 

 

 

 

Artikolu 41

Artikolu 27

 

 

 

 

Artikolu 42

Artikolu 28

 

 

 

 

Artikolu 43

Artikolu 29

 

 

 

 

Artikolu 44

Artikolu 30(1) sa (3)

 

 

 

 

Artikolu 45

Artikolu 30(4)

 

 

 

 

Artikolu 46

Artikolu 30(3)

 

 

 

 

Artikolu 47

Artikolu 30(5)

 

 

 

 

Artikolu 48

Artikolu 30(6) sa (7)

 

 

 

 

Artikolu 49

Artikolu 30(8)

 

 

 

 

Artikolu 50

Artikolu 30(9), l-ewwel u t-tieni sub-paragrafi

 

 

 

 

Artikolu 51

Artikolu 30(9), t-tielet sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 52

Artikolu 30(10)

 

 

 

 

Artikolu 53

Artikolu 31

 

 

 

 

Artikolu 54

Artikolu 32

 

 

 

 

Artikolu 55

Artikolu 33

 

 

 

 

Artikolu 56

Artikolu 34(1)

 

 

 

 

Artikolu 57

Artikolu 34(2), l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu 34(2), t-tieni punt, it-tieni sentenza

 

Artikolu 29(4)(a)

 

 

Artikolu 58

 

 

Artikolu 29(4)(b)

 

 

Artikolu 59

 

 

Artikolu 29(4)(b)

 

 

Artikolu 60

 

 

Artikolu 29(4)(b)

 

 

Artikolu 61

Artikolu 34(3) u (4)

 

 

 

 

Artikolu 63

Artikolu 35

 

 

 

 

Artikolu 64

Artikolu 36

 

 

 

 

Artikolu 65

Artikolu 37

 

 

 

 

Artikolu 66(1) u (2)

Artikolu 38(1)u (2)

 

 

 

 

Artikolu 67

Artikolu 39

 

 

 

 

Artikolu 73

Artikolu 52(3)

 

 

 

 

Artikolu 106

Artikolu 1(24)

 

 

 

 

Artikolu 107

Artikolu 1(1), t-tielet sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 108

Artikolu 48(1)

 

 

 

 

Artikolu 109

Artikolu 48(4), ), l-ewwel sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 110

Artikolu 48(2) sa (4), t-tieni sub-paragrafiu

 

 

 

 

Artikolu 111

Artikolu 49(1) sa (5)

 

 

 

 

Artikolu 113

Artikolu 49(4), (6) u (7)

 

 

 

 

Artikolu 115

Artikolu 49(8) u (9)

 

 

 

 

Artikolu 116

Artikolu 49(10)

 

 

 

 

Artikolu 117

Artikolu 49(11)

 

 

 

 

Artikolu 118

Artikolu 50

 

 

 

 

Artikolu 120

Artikolu 51(1), (2) u (5)

 

 

 

 

Artikolu 121

Artikolu 51(4)

 

 

 

 

Artikolu 122(1) u (2)

Artikolu 51(6)

 

Artikolu 29(5)

 

 

Artikolu 125

Artikolu 53(1) u (2)

 

 

 

 

Artikolu 126

Artikolu 53(3)

 

 

 

 

Artikolu 128

Artikolu 53(5)

 

 

 

 

Artikolu 133(1)

Artikolu 54(1)

 

Artikolu 29(7)(a)

 

 

Artikolu 133(2) u (3)

Artikolu 54(2) (3)

 

 

 

 

Artikolu 134(1)

Artikolu 54(4), l-ewwel sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 134(2)

Artikolu 54(4), t-tieni sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 135

 

 

Artikolu 29(8)

 

 

Artikolu 137

Artikolu 55

 

 

 

 

Artikolu 138

 

 

Artikolu 29(9)

 

 

Artikolu 139

Artikolu 56(1) sa (3)

 

 

 

 

Artikolu 140

Artikolu 56(4) sa (6)

 

 

 

 

Artikolu 141

Artikolu 56(7)

 

Artikolu 29(10)

 

 

Artikolu 142

Artikolu 56(8)

 

 

 

 

Artikolu 143

 

 

Artikolu 29(11)

 

Artikolu 3(10)

Artikolu 150

Artikolu 60(1)

 

 

 

 

Artikolu 151

Artikolu 60(2)

 

 

 

Artikolu 3(10)

Artikolu 158

Artikolu 67

 

 

 

 

Artikolu 159

Artikolu 68

 

 

 

 

Artikolu 160

Artikolu 69

 

 

 

 

Anness I, punti 1 sa 14, teskludi l-aħħar paragrafu

Anness I

 

 

 

 

Anness I, l-aħħar paragrafu

 

 

 

Artikolu 68

 

Anness II

Anness II

 

 

 

 

Anness III

Anness III

 

 

 

 

Anness IV

Anness IV

 

 

 

 


Top