EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0684

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ottubru 2006 li temenda l-Anness 2, Skeda A, ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar ir-rekwiżiti ta' viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi u passaporti tas-servizz Indoneżjani

OJ L 280, 12.10.2006, p. 29–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 200M, 1.8.2007, p. 23–24 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 008 P. 67 - 68
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 008 P. 67 - 68
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 012 P. 116 - 117

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/684/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Ottubru 2006

li temenda l-Anness 2, Skeda A, ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar ir-rekwiżiti ta' viża għad-detenturi ta' passaporti diplomatiċi u passaporti tas-servizz Indoneżjani

(2006/684/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1),

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda,

Billi:

(1)

L-Anness 2, Skeda A, ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni fih il-lista ta' pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom m'humiex suġġetti għal rekwiżit ta' viża fi Stat ta' Schengen jew aktar meta jkunu detenturi ta' passaporti diplomatiċi, uffiċjali jew ta' servizz, iżda li jkunu suġġetti għal dan il- rekwiżit meta huma jkunu detenturi ta' passaporti ordinarji.

(2)

Il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda jixtiequ jeżentaw lid-detenturi ta' passaporti diplomatiċi u passaporti tas-servizz Indoneżjani mir-rekwiżiti tal-viża. L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(3)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(4)

Fir-rigward ta' l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (2), li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (3).

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jipparteċipa f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (4); għalhekk ir-Renju Unit ma jipparteċipax fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tipparteċipax, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda sabiex tipparteċipa f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (5); għalhekk l-Irlanda ma tipparteċipax fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward ta' l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fl-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE (6) u 2004/860/KE (7) dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, u f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dak il-Ftehim.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen jew li huwa relatat miegħu b'xi mod ieħor fis-sens ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003,

ADOTTA DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

L-Iskeda A ta' l-Anness 2 ma' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni hija b'dan emendata kif ġej:

L-Indoneżja għandha tiġi miżjuda u l-ittri “DS” għandhom jiġu inseriti korrispondentement għaliha fil-kolonna “BNL”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kunsill

Il–President

K. RAJAMÄKI


(1)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.

(2)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(5)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(6)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(7)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.


Top