EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0057

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 30 ta' Jannar 2006 dwar il-Prinċipji, Prijoritajiet u Kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/518/KE

OJ L 35, 7.2.2006, p. 57–72 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 270M, 29.9.2006, p. 117–132 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 045 P. 59 - 74
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 045 P. 59 - 74

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2008; Imħassar b' 32008D0112

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/57(1)/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

117


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Jannar 2006

dwar il-Prinċipji, Prijoritajiet u Kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/518/KE

(2006/57/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 dwar Sħubiji Ewropej fil-qafas tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċazzjoni (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew ta' Tessalonika tad-19-20 ta' Ġunju 2003 appoġġja l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz sabiex tkun realizzata l-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent fil-qafas tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 jipprovdi fl-Artikolu 2 tiegħu li l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fis-Sħubiji Ewropej, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdiliet sussegwenti.

(3)

Fl-14 ta' Ġunju 2004 il-Kunsill adotta l-ewwel Sħubija Ewropea ma' dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) Hu xieraq li din is-Sħubija tkun aġġornata sabiex ikunu identifikati prijoritajiet ġodda għal aktar xogħol fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-Opinjoni dwar l-applikazzjoni minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 533/2004 ddikjara li s-segwitu għas-Sħubiji Ewropej ser jiġu żgurati fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmi stabbiliti taħt il-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(5)

Sabiex tħejji għal aktar integrazzjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja għandha tiżviluppa pjan bi skeda u miżuri speċifiċi sabiex tindirizza l-prijoritajiet ta’ din is-Sħubija Ewropea.

(6)

Id-Deċiżjoni 2004/518/KE għandha għalhekk tiġi mħassra.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 533/2004, il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet fis-Sħubija Ewropea ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja huma stabbiliti fl-anness hawnhekk, li jagħmel parti sħiħa minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea se tkun sorveljata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti bil-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-aktar ir-Rapporti ta' Progress annwali preżentati mill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2004/518/KE għandha tiġi mħassra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak li fih tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' Jannar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 86, 24.3.2004, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/518/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2004 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija Ewropea ma’ l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (ĠU L 222, 23.6.2004, p. 20).


ANNESS

DIK LI QABEL KIENET IR-REPUBBLIKA YUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA: SĦUBIJA EWROPEA 2005

1.   INTRODUZZJONI

Il-Kunsill Ewropew ta' Tessalonika endorjsa l-introduzzjoni tas-Sħubiji Ewropej bħala mezz sabiex tkun realizzata l-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi Balkani tal-Punent fil-qafas tal-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

L-ewwel Sħubija ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja ġiet addottata mill-Kunsill nhar l-14 ta’ Ġunju 2004. Il-Kummissjoni tqis xieraq li taġġorna din l-ewwel sħubija fuq il-bażi tas-sejbiet tagħha fl-Opinjoni dwar l-applikazzjoni ta' dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. It-tieni Sħubija Ewropea tidentifika prijoritajiet ta’ azzjoni ġodda.

Il-prijoritajiet il-ġodda huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi u l-istadju ta’ tħejjija tal-pajjiż, u jkunu aġġornati skond il-bżonn. Is-Sħubija Ewropea tipprovdi wkoll gwida u assistenza finanzjarja lill-pajjiż.

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hi mistennija li tadotta pjan li jinkludi skeda u miżuri speċifiċi sabiex tindirizza l-prijoritajiet tas-Sħubija Ewropea.

2.   PRINĊIPJI

Il-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jibqa’ l-qafas għall-mixja Ewropea tal-Balkani tal-Punent, sa l-adeżjoni futura tagħhom.

Il-prijoritajiet ewlenin identifikati għal dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja huma marbuta mal-kapaċità tagħha li tilħaq il-kriterji definiti mill-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen ta’ l-1993 u l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, notevolment il-kundizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ April 1997 u l-21 u t-22 ta’ Ġunju ta’ l-1999, il-kontenut tad-dikjarazzjoni finali tas-Summit ta’ Żagreb ta’ l-24 ta’ Novembru 2000 u l-Aġenda ta’ Tessaloniki.

3.   PRIJORITAJIET

Il-prijoritajiet elenkati f'din is-Sħubija Ewropea ġew magħżula abbażi tal-fehma li jkun realistiku li wieħed jistenna li dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tlestihom jew tmexxihom 'il quddiem b'mod sostanzjali fis-snin li ġejjin. Qed issir distinzjoni bejn prijoritajiet għal żmien qasir, li huma mistennija li jitlestew fi żmien sena jew sentejn, u prijoritajiet għal żmien medju, li huma mistennija jitlestew fi żmien tlieta jew erba' snin. Il-prijoritajiet jirrigwardaw kemm il-leġiżlazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tagħha.

Meqjusa l-ispejjeż sostanzjali meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ l-acquis kif ukoll il-kumplessità tal-ħtiġijiet ta’ l-UE f’ċerti oqsma, din is-Sħubija ma tinkludix il-ħidmiet importanti kollha f'dan l-istadju. Sħubiji futuri jkunu jinkludu aktar prijoritajiet skond il-progress li jkun għamel il-pajjiż.

Fost il-prijoritajiet fuq medda qasira ta’ żmien, il-prijoritajiet ewlenin ġew identifikati u miġbura flimkien fil-bidu ta’ sezzjoni 3.1. L-ordni ta’ dawn il-prijoritajiet ewlenin ma timplika l-ebda ordni ta' prijorità fl-importanza tagħhom.

3.1.   PRIJORITAJIET GĦAL ŻMIEN QASIR

Prijoritajiet Ewlenin

Timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw il-proċess elettorali magħmul mill-OSCE-ODIHR fil-ħin biżżejjed għall-elezzjonijiet li jmiss.

Tadotta l-Liġi dwar il-Pulizija.

Tadotta l-emendi kostituzzjonali meħtieġa sabiex tiġi implimentata r-riforma tas-sistema ġudizzjarja, skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Venezja. Sussegwentement tadotta u timplimenta l-miżuri meħtieġa sabiex issaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikanti (notevolment billi tirriforma l-Kunsill Ġudizzjarju u s-sistema ta’ elezzjoni tagħhom), issaħħaħ is-sistema ta’ taħriġ għall-ġudikanti u l-prosekuturi, ittejjeb it-tmexxija ta’ l-ammont ta’ każi, u tnaqqas l-għadd ta’ impenji pendenti.

Tissimplifika r-reġistrazzjoni tal-kumpaniji u l-proċeduri ta’ liċenzja, inter alia billi timplimenta s-sistema ta’ “one-stop-shop” għar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji.

Tiżgura implimentazzjoni xierqa ta’ l-impenji meħuda fil-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, partikolarment fl-oqsma tal-komunikazzjoni elettronika u tad-dwana.

Kriterji Politiċi

Id-demokrazija u l-istat tad-dritt

Tikkonsolida l-istat tad-dritt fit-territorju kollu, partikolarment permezz ta’ l-implimentazzjoni f’ħinha tar-riformi fl-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi.

Elezzjonijiet

Tindirizza n-nuqqasijiet identifikati fil-proċess elettorali u tiżgura proċess liberu u ġust fl-elezzjonijiet parlamentari li jmiss.

Tieħu azzjoni kontra frodi u irregolaritajiet.

Amministrazzjoni pubblika

Timplimenta bis-sħiħ il-Liġi dwar l-Impjegati taċ-Ċivil. Tiddepolitiċizza t-taħriġ u l-avvanz fil-karriera ta’ impjegati taċ-ċivil u aġenti pubbliċi oħra u tintroduċi sistema ta’ karriera bbażata fuq il-mertu.

Ittejjeb it-trasparenza amministrattiva.

Tadotta u timplimenta liġi dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.

Tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Impjegati taċ-Ċivil.

Tiżgura l-kooperazzjoni xierqa tal-korpi Statali kollha ma’ l-Ombudsman u ttejjeb is-segwitu ddedikat għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Tistabbilixxi amministrazzjonijiet lokali trasparenti u responsabbli u tiżviluppa kontrollli interni u verifiki fit-tmexxija ta’ fondi deċentralizzati.

Is-Sistema Ġudizzjarja

Tiżgura l-implimentazzjoni f’ħinha tal-Pjan ta’ Strateġija u Azzjoni dwar ir-Riforma Ġudizzjarja bil-ħsieb li ssaħħaħ l-indipendenza tagħha, ittejjeb l-effiċjenza tal-qrati, u ssaħħaħ il-kapaċità ġenerali tas-sistema ġudizzjarja.

Ittejjeb l-eżekuzzjoni ta’ kawżi ċivili, u tistabbilixxi sistema effiċjenti ta’ notifika u taħrik.

Politika kontra l-korruzzjoni

Timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO).

Ittejjeb it-trasparenza fid-deċiżjonijiet pubbliċi u fit-tmexxija ta’ assi statali (li jinkludu art ta’ l-istat, konċessjonijiet u appalti pubbliċi).

Timplimenta r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni Statali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u ttejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji ta’ l-infurzar tal-liġi.

Tirrevedi d-drittijiet ta’ diskrezzjoni ta’ ċerti uffiċjali pubbliċi u tadotta regoli ċari marbuta mal-kunflitt ta’ interess.

Tiżgura l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni adottata dwar l-iffinanzjar ta’ partiti politiċi u dwar il-kontroll fuq l-assi ta’ l-uffiċjali u timponi sanzjonijiet effettivi f’każ ta’ ksur tar-regoli.

Tidentifika d-daqs tal-fenomenu tal-korruzzjoni f’oqsma ewlenin tal-ħajja pubblika sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ditezzjoni.

Ittejjeb il-kapaċità ta’ investigaturi tal-pulizija u prosekuturi sabiex jittrattaw każijiet ta’ korruzzjoni. Tiżgura koordinazzjoni adegwata bejn il-Kummissjoni Statali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Prosekutur Statali.

Il-Ftehim Qafas ta’ Ohrid

Tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas leġiżlattiv adottat skond il-Ftehim Kwadru Ohrid, bil-ħsieb, inter alia, tal-promozzjoni tal-bini ta' kunfidenza inter-etnika.

Tlesti l-qafas leġiżlattiv neċessarju sabiex timplimenta l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u tiżgura li l-muniċipalitajiet ikollhom il-mezzi neċessarji sabiex jimplimentaw il-kompetenzi l-ġodda tagħhom.

Tadotta u tibda timplimenta pjan strateġiku fit-terminu medju għal rappreżentazzjoni ekwitabbli tal-minoranzi fl-amministrazzjoni pubblika (inkluża l-ġudikatura) u intrapriżi pubbliċi.

Id-drittijiet umani u l-protezzjoni tal- minoranzi

Tikkonforma bis-sħiħ mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani, il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew Kastig Inuman u Degradanti u konvenzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti.

Issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ombudsman.

Tadotta l-Liġi dwar l-Interċettazzjoni tal-Komunikazzjonijiet.

Timplimenta bis-sħiħ ir-regoli li japplikaw għall-etika, il-kontroll intern u standards professjonali fl-aġenziji kollha ta’ l-infurzar tal-liġi, il-ġudikatura u l-amministrazzjonijiet tal-ħabsijiet.

Tippromwovi kuxjenza fost il-pulizija, ġudikanti, prosekuturi u korpi oħra ta’ infurzar tal-liġi dwar l-obbligazzjonijiet tagħhom f’dak li jirrigwarda d-drittijiet umani u tiżgura li dawn iwettquhom skond ir-rekwiżiti internazzjonali.

Tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju kostituzzjonali tas-separazzjoni ta’ gruppi u komunitajiet reliġjużi mill-Istat u tirrevedi l-qafas legali għal komunitajiet u gruppi reliġjużi.

Timplimenta l-Liġi l-ġdida dwar ix-Xandir sabiex tiggarantixxi l-indipendenza tax-xandara u l-kwalità tas-servizz li jipprovdu.

Tippromwovi r-rispett għal u l-protezzjoni ta’ minoranzi skond il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani u l-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Qafas għall-Protezzjoni ta’ Minoranzi Nazzjonali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, skond l-aqwa prattika fl-Istati Membri ta’ l-UE.

Tippromwovi aktar l-aċċess għall-edukazzjoni għall-komunitajiet etniċi kollha.

Kwistjonijiet reġjonali u obbligi internazzjonali

Tiżgura kooperazzjoni reġjonali u relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, b'mod partikolari permezz ta' sforzi intensifikati biex tinstab soluzzjoni nnegozjata u reċiprokament aċċettabbli dwar il-kwistjoni mal-Greċja, fil-qafas tar-Riżoluzzjonijiet 817/93 u 845/93 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Tikkonkludi u timplimenta ftehimiet ma’ pajjiżi ġirien, notevolment dwar il-kummerċ liberu, il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-kuntrabandu, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, it-tmexxija tal-fruntieri, l-ambjent, it-trasport u l-enerġija.

Kriterji ekonomiċi

Issaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi. Tħaffef il-proċeduri legali u tikkjarifika d-drittijiet ta’ proprjetà. Tieħu passi deċiżivi lejn it-tlestija tar-reġistrazzjoni ta’ l-art u ta’ beni immobbli.

Issaħħaħ il-kapaċità ta’ l-Istat li jsolvi tilwimiet kummerċjali.

Tiżgura li d-deċiżjonijiet amministrattivi jkunu bbażati fuq regoli trasparenti u li deċiżjonijiet ibbażati fuq poteri ta’ diskrezzjoni jkunu suġġetti għal reviżjoni amministrattiva u ġudizzjarja effettiva.

Ittejjeb il-klima ġenerali tan-negozju, inter alia billi ssaħħaħ l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni f’oqsma bħall-verifika u l-kontabilità korporattiva. Ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiż li jiġbed lejh investituri diretti, lokali u barranin.

Tqassar it-tul ta’ proċeduri f’każ ta’ falliment, tneħħi l-impenji pendenti ta’ proċeduri dwar falliment akkumulati u tnaqqas l-impenji pendenti ta’ kumpaniji li huma falluti imma mhux xolti.

Tiggarantixxi trattament ugwali għal kull min iħallas it-taxxa. Tindirizza l-fenomenu tat-tolleranza tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal uħud minn dawk li jħallsu t-taxxa. Telimina l-impenji pendenti f'arretrati ta' ħlasijiet u kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Tiżgura l-prosekuzzjoni effettiva ta’ individwi u kumpaniji li pparteċipaw fl-iskemi “piramida” ta’ l-evażjoni tat-taxxa.

Tlesti l-liberalizzazzjoni tas-suq. B’mod partikolari, tkompli l-proċess ta’ privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni ta’ industriji netwerk.

Tindirizza l-qgħad u tappoġġja l-ħolqien ta’ impjiegi. Tiżgura l-implimentazzjoni b’ħeffa tal-Liġi l-ġdida dwar Relazzjonijiet ta’ Xogħol u tar-riforma ta’ l-Aġenzija ta’ l-Impjiegi. Tibda aktar sforzi sabiex tippromwovi l-ħolqien ta’ impjiegi, partikolarment għan-nisa u ż-żgħażagħ.

Issaħħaħ l-istandards ta’ prudenza u superviżjoni fl-oqsma bankarji u ta’ assigurazzjoni.

Tkompli bl-allinjament tal-qafas legali għas-settur finanzjarju u tiżgura l-implimentazzjoni b’ħeffa sabiex tiżgura, partikolarment, konformità rapida ma’ standards u prattiċi internazzjonali.

Ittejjeb aktar it-tmexxija tal-finanzi pubbliċi. B’mod partikolari, timplimenta deċentralizzazzjoni fiskali u tkompli d-dekompressjoni tal-pagi fl-istruttura ta’ salarji tas-servizz ċivili.

L-Abbiltà li Tassumi l-Obbligi ta’ l-Adeżjoni

Moviment liberu ta’ merkanzija

Tlesti r-ristrutturar tal-qafas istituzzjonali eżistenti sabiex tiżgura s-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji, ta’ akkreditazzjoni, standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni tal-prodotti.

Tħaffef ir-rata ta’ adozzjoni ta’ l-istandards Ewropej.

Tadotta leġiżlazzjoni li tirrigwarda n-nomina u n-notifikazzjoni ta' korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u tistabbilixxi infrastruttura ta’ valutazzjoni tal-konformità li tiffunzjona.

Tadotta Liġi ġdida dwar is-Sigurtà tal-Prodotti.

Tiżviluppa struttura ta’ sorveljanza tas-suq mitluba mill-acquis dwar il-moviment liberu ta’ prodotti.

Tkompli x-xogħol fuq it-traspożizzjoni ta’ direttivi ta’ l-Istrateġija l-Qadima u l-Istrateġija l-Ġdida u dik Globali.

Moviment liberu tal-kapital

Issaħħaħ aktar il-qafas ta’ kontra l-ħasil ta’ flus, partikolarment billi tqajjem kuxjenza fost l-istituzzjonijiet risponsivi u billi tistabbilixxi rekord ta’ infurzar kredibbli min-naħa ta’ istituzzjonijiet rilevanti. Timplimenta l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-Ħasil ta’ Flus u l-Iffinanzjar tat-Terroriżmu.

L-appalti pubbliċi

Tallinja l-leġiżlazzjoni dwar l-appalt pubbliku ma’ l-acquis, partikolarment fis-settur ta’ l-utilitajiet.

Tiżgura sistema effettiva ta’ rimedji, speċjalment fejn jirrigwarda l-partijiet li jistgħu jirrikorru għal rimedji u billi testendi l-limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ilmenti.

Iżżid il-kuxjenza tas-settur pubbliku dwar ir-regolamenti għall-appalti pubbliċi u l-konformità magħhom.

Twaqqaf l-Uffiċċju għall-Appalti Pubbliċi u tfornih b’biżżejjed persunal u tagħmir, anke fid-dawl tar-rwol tiegħu fid-ditezzjoni ta’ attivitajiet ta’ korruzzjoni.

Liġi dwar il-kumpanniji

Twettaq riformi tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-kumpaniji sabiex tnaqqas il-proċeduri twal u kumplessi.

Tiżgura infurzar xieraq tal-ħtiġijiet tal-kontabilità u r-rappurtaġġ finanzjarju. Tiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità.

Tagħmel il-Kumitat għall-Istandards ta’ Kontabilità jiffunzjona.

Liġi dwar il-proprjeta intelletwali

Tistabbilixxi rekord kredibbli ta’ infurzar fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u industrijali. Tiżgura li multi u sanzjonijiet oħra jkunu applikati b’mod effettiv u jkollhom effett disswasiv. Għal dan l-għan, talloka riżorsi adegwati fil-livell ta’ l-infurzar tal-liżi, prosekuzzjoni u qrati.

Il-kompetizzjoni

Tistabbilixxi rekord kredibbli ta’ infurzar fil-qasam tal-ġlieda kontra l-monopolju u fil-qasam tal-kontroll ta’ l-għajnuna statali. Tagħti lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni biżżejjed riżorsi sabiex tinforza l-liġi u tiżgura l-indipendenza tal-Kummissjoni għall-Għajnuna Statali, u tipprovdilha persunal adegwat u post.

Tistabbilixxi elenku komprensiv u tirrapporta l-miżuri kollha ta’ għajnuna fis-seħħ.

Tallinja aktar il-leġiżlazzjoni mal-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni ta’ l-UE u r-regolamenti ta’ l-għajnuna Statali ta’ l-UE.

Tqajjem kuxjenza fost l-istituzzjonijiet governattivi u s-settur tan-negozju.

Servizzi Finanzjarji

Issaħħaħ il-leġiżlazzjoni u l-qafas ta’ sorveljanza, inkluż l-infurzar, għas-settur finanzjarju, partikolarment f’dak li jirrigwarda s-settur ta’ l-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli.

Tistabbilixxi awtorità ta’ sorveljanza indipendenti u mgħammra b’persunal xieraq għas-settur ta’ l-assigurazzjoni.

Soċjeta ta' l-informazzjoni u media

Twaqqaf il-ksur tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni billi tieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex twettaq l-obbligu li tilliberalizza s-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inkluża l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja kollha meħtieġa u ssaħħaħ aktar il-korpi regolatorji.

Tiżgura salvagwardji kompetittivi għal operaturi sinifikattivi tal-forzi tas-suq.

Tiżgura li l-leġiżlazzjoni dwar il-medja tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet ifformulati f’Mejju 2005 mill-kompetenzi konġunti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-Kummissjoni.

Tiżgura li l-leġiżlazzjoni dwar il-malafama tkun tirrifletti l-istandards Ewropej

Issaħħaħ l-indipendenza u l-kapaċità amministrattiva tal-Kunsill għall-Medja Elettronika.

Agrikoltura u żvilupp rurali

Tħaffef ir-reġistrazzjoni ta’ l-art agrikola fil-katast tal-beni immobbli.

Tadotta l-leġiżlazzjoni meħtieġa u twaqqaf strutturi amministrattivi xierqa sabiex topera strumenti ta’ l-UE marbuta ma’ l-iżvilupp rurali, inkluża t-tħejjija għat-twaqqif ta’ aġenzija għall-ħlas ta’ l-iżvilupp rurali.

Sigurtà ta' l-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja

Tkompli l-allinjament tal-leġiżlazzjoni ma’ l-acquis veterinarju u fitosanitarju.

Issaħħaħ il-kapaċità tas-Servizz Veterinarju fil-livelli ċentrali u lokali sabiex twaqqaf sistema ta' kontroll kompatibbli ma' l-EU, partikolarment fil-kontroll ta' l-importazzjonijiet. Issaħħaħ it-tmexxija u t-taħriġ ta’ l-ispetturi.

Twaqqaf sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ bovini u speċi oħra rilevanti.

Tallinja aktar is-sistemi għall-kontroll tal-mard u s-saħħa ta’ l-annimali mar-rekwiżiti leġiżlattivi u istituzzjonali ta’ l-UE, kif ukoll il-pjanijiet ta’ kontinġenza għal mard tal-Lista A.

Tħejji programm għat-titjib ta’ l-istabbilimenti li jipproċessaw l-ikel sabiex jilħqu r-rekwiżi ta’ l-UE.

Politika tat-trasport

Tfittex allinjament ma’ l-acquis tat-trasport fit-triq, notevolment f’dak li jirrigwardja l-aċċess għas-suq, it-trasport ta’ prodotti perikolużi, l-acquis soċjali u l-acquis fiskali.

Fis-settur tal-ferroviji, tistabbilixxi korp regolatorju li jkun indipendenti mit-tmexxija ta’ l-infrastruttura u mill-intraprizi fil-qasam tal-ferroviji. Tistabbilixxi awtorità għas-sigurtà responsabbli li toħroġ ċertifikati ta’ sigurtà. Tallinja l-leġiżlazzjoni mar-regolamenti ta’ l-UE dwar it-trasport ta’ prodotti perikolużi bil-ferroviji.

Fil-qasam ta’ l-avjazzjoni, tfittex aktar allinjament mar-regolamenti tas-sigurtà u regolamenti dwar l-operat tas-swieq. Issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta’ l-Awtorità għall-Avjazzjoni Ċivili.

Tikkonkludi Ftehim ta’ Żona Ewropea ta’ Avjazzjoni Komuni (ECAA) bi Protokol dwar miżuri tranżitorju għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar l-avjazzjoni.

Tkompli bl-implimentazzjoni tal-Memorandum ta’ Ftehim fuq l-Iżvilupp ta’ Netwerk ta' Qofol tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk.

Enerġija

Tibda tallinja l-leġiżlazzjoni dwar is-swieq interni ta’ l-elettriku u l-gass, l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta’ enerġija li tiġġedded ma’ l-acquis sabiex gradwalment tiftaħ is-suq ta’ l-enerġija għall-kompetizzjoni.

Issaħħaħ l-indipendenza tal-Kummissjoni li Tirregola l-Enerġija.

Tibda timplimenta t-Trattat ta' l-Enerġija tal-Komunità.

Issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fis-setturi kollha ta’ l-enerġija.

Tassazzjoni

Iżżid il-kapaċità amministrattiva sabiex timplimenta l-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa, u biex tiġġieled l-evażjoni fiskali.

Tieħu miżuri strutturali sabiex b’mod urġenti tirriforma l-politika ta’ kontroll u ttejjeb il-kapaċità ta’ kontroll.

Jiġu żviluppati strateġija ta’ verifika u sistemi adegwati ta’ l-informatika.

Temenda r-reġim ta’ tassazzjoni fuq il-prodotti tat-tabakk sabiex telimina d-diskriminazzjoni eżistenti bejn il-prodotti domestiċi u dawk impurtati.

Timpenja ruħha lejn il-Prinċipji tal-Kodiċi ta’ Imġiba għat-Tassazzjoni tan-Negozju u tiżgura li miżuri ġodda ta’ taxxa jkunu konformi ma’ dawn il-prinċipji.

Statistiċi

Issaħħaħ il-kapaċità ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika ta’ l-Istat sabiex tippermetti l-implimentazzjoni f’ħinha taċ-ċensiment agrikolu u ċ-ċensiment tan-negozju u għall-iżvilupp kontinwu tal-kontijiet nazzjonali u l-istatistiċi sottostanti. Issaħħaħ il-ġbir u l-ipproċessar ta’ l-istatistiċi agrikoli f’konformità ma’ l-istandards u l-metodoloġija ta’ l-UE.

Temenda l-Liġi dwar l-Istatistiċi Statali sabiex tarmonizzaha b’mod sħiħ ma’ l-istandards ta’ l-UE u toħloq il-kundizzjonijiet proprji għall-implimentazzjoni ta’ l-acquis statistiku.

Intrapriża u politika industrijali

Titkompla l-implementazzjoni tal-Karta Ewropea għall-Intrapriżi Żgħar. Introduce a voucher scheme for training and advisory services. Explore options for tax incentives for small company start-ups. Ittejjeb il-mezzi ta’ rappreżentanza u promozzjoni għall-SMEs.

Iddaħħal stima sistematika ta’ l-impatt ta’ regolamenti ġodda fuq l-intrapriża.

Tiżgura t-tnedija u t-tmexxija professjonali u indipendenti tal-fond għall-garanzija tas-self.

Tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-firma elettronika.

Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali

Tiżviluppa strateġija komprensiva u koerenti u abbozz ta’ liġi dwar l-iżvilupp reġjonali.

Tidentifika strutturi ta’ sħubija sabiex tiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-imsieħba relevanti fil-livelli nazzjonali u reġjonali.

Ġustizzja, libertà u sigurtà

Tadatta u timplimenta l-Liġi dwar is-Sorveljanza tal-Fruntieri, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-Istrateġija Integrata għall-Ġestjoni tal-Fruntieri, u l-Liġi dwar il-Barranin. Timplimenta l-Pjan għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. Tħejji manwali miktubin f’konformità mal-manwal Schengen sabiex jintużaw fil-postijiet kollha tal-kontroll tal-fruntieri.

Tiżviluppa d-databases ewlenin għall-kontroll tal-fruntieri u tiżgura li jkunu kkomunikati flimkien. Taġġorna l-għodod għall-analiżi ta’ dokumenti u s-sorveljanza tal-fruntieri. Iddaħħal dokumenti ta’ vvjaġġar u identità ta’ kwalità tajba ħafna. Tipprovdi aktar taħriġ għal persunal trasferit mill-Ministeru tad-Difiża fuq il-bażi ta’ programm multi-annwali ta’ taħriġ.

Tkompli timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni għar-riforma tal-pulizija. Tipprovdi finanzjament u taħriġ adegwat. Issaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-pulizija u bejn il-pulizija u aġenziji oħra ta' l-infurzar tal-liġi.

Tiżviluppa u timplimenta strateġija komprensiva ta’ taħriġ u riżorsi umani għall-pulizija. Taġġorna t-tagħmir, partikolarment f’oqsma ta’ investigazzjoni speċjalizzata.

Tfittex li timplimenta s-Sett ta’ Miżuri Orjentati lejn l-Azzjoni għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata. Toħloq sistema ta’ intelliġenza integrata għall-użu bejn l-aġenziji fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar ta’ persuni umani, armi u drogi.

Tiżviluppa strateġija nazzjonali dwar id-drogi f’konformità ma’ l-Istrateġija ta’ l-UE dwar id-Drogi għall-2005-2012 u unit strutturat sewwa speċjalizzat f’pulizija bil-moħbi u li tiżgura taħriġ dwar pulizija immexxija mill-intelliġenza. Tiżgura riżorsi adegwati għall-protezzjoni tax-xhieda. Issaħħaħ il-kapaċità li tinvestiga l-kriminalità bil-kompjuter.

Ambjent

Issaħħaħ l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u s-sorveljanza ta’ l-ambjent.

Issaħħaħ l-Ispettorat ta’ l-Ambjent u korpi oħra ta’ infurzar. Tistabbilixxi rekord kredibbli ta’ infurzar. Tiżgura li multi u sanzjonijiet oħra jkunu applikati b’mod effettiv u jkollhom effett disswasiv.

Issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fil-livelli nazzjonali u lokali u tibda t-tħejjija ta’ pjani strateġiċi, inklużi strateġiji finanzjarji.

Tiżviluppa strateġija ta’ investiment ambjentali ibbażata fuq estimi tan-nefqa għall-allinjament.

Unjoni doganali

Tallinja ma' l-acquis l-livell ta’ ħlasijiet ġenerali għall-iżdoganar. Tneħħi l-ħlas speċjali ta’ € 100 għal kull talba li tidħol għall-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi, minħabba li dawn imorru kontra l-acquis u jiksru d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Iżżid il-kapaċità amministrattiva sabiex timplimenta l-leġiżlazzjoni doganali u tiġġieled il-kriminalità tranżnazzjonali.

Tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex timplimenta kif jixraq ir-regoli ta’ oriġini.

Tressaq aktar il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri ma’ l-acquis, partikolarment fil-qasam tat-tranżitu, proċeduri simplifikati u kwoti tat-tariffi.

Relazzjonijiet esterni

Taħdem lejn il-Ftehim reġjonali futur ta’ Kummerċ Liberu fix-Xlokk ta’ l-Ewropa.

Kontroll finanzjarju,

Tadotta u timplimenta leġiżlazzjoni konsistenti għall-qasam sħiħ tal-kontroll intern, u tkopri l-aspetti kollha relevanti għall-kontabilità fit-tmexxija, il-verifika interna indipendenti, l-armonizzazzjoni ċentrali kif ukoll il-prevenzjoni tal-frodi.

Tiżviluppa strateġija jew karta ta’ politika ta’ Kontroll Finanzjarju Pubbliku Intern bħala bażi għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet fit-terminu medju marbuta mal-kontroll pubbliku intern.

Tlesti t-twaqqif ta' units ta' verifika interna funzjonalment indipendenti f'istituzzjonijiet Statali ċentrali u toħloq units bħalhom fil-livell muniċipali. Issaħħaħ ir-rwol koordinattiv tal-Ministeru tal-Finanzi. Tiżgura staff, taħriġ u tagħmir adegwat.

Tistabbilixxi unit ta’ armonizzazzjoni għat-tmexxija finanzjarja u l-kontroll fil-Ministeru tal-Finanzi.

Tiżviluppa sistemi effiċjenti ta’ tmexxija, sorveljanza, kontroll u verifika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ programmi taħt l-istrumenti ta’ l-UE ta’ qabel l-adeżjoni taħt kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni deċentralizzati.

Ittejjeb l-indipendenza operattiva u finanzjarja ta’ l-Uffiċċju Statali ta’ Verifika u tiżgura segwitu għas-sejbiet fir-rapporti tiegħu.

3.2.   PRIJORITAJIET FIT-TERMINU MEDJU

Kriterji Politiċi

Id-demokrazija u l-istat tad-dritt

Amministrazzjoni pubblika

Tiżviluppa aktar il-kapaċità ta’ l-amministrazzjoni sabiex timplimenta Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Stabbilizzazzjoni.

Tippromwovi aktar is-sehem attiv tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba soċjali, fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Is-Sistema Ġudizzjarja

Tlesti l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Strateġija u Azzjoni dwar ir-Riforma Ġudizzjarja. Tiżgura l-indipendenza u l-effiċjenza tal-ġudikatura.

Tilħaq riżultati tanġibbli fit-titjib ta’ l-operat tal-ġudikatura, u żżid ir-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ kawżi ċivili.

Tiżviluppa aktar l-Akkademja għat-Taħriġ ta’ ġudikanti u prosekuturi.

Tiżviluppa aktar il-kapaċità tas-sistema ġudizzjarja sabiex tittratta l-kriminalità ekonomika u organizzata.

Tipprovdi tagħmir adegwat u IT ta’ appoġġ għall-qrati.

Politika kontra l-korruzzjoni

Timplimenta aktar l-istrateġija għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u ssaħħaħ l-inizjattivi ta’ ħolqien ta’ kuxjenza fl-amministrazzjoni u fost il-pubbliku in ġenerali. Tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri u leġiżlazzjoni adottati sabiex jiġġieldu l-korruzzjoni.

Tiżviluppa metodoloġija u topera sistema għall-ġbir u l-qsim ta' intelliġenza u għall-aċċess reċiproku ta’ databases.

Il-Ftehim Qafas ta’ Ohrid

Tlesti l-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u timplimenta aktar l-istrateġija dwar ir-rappreżentanza ġusta tal-minoranzi fl-amministrazzjoni pubblika u intrapriżi pubbliċi.

Id-drittijiet umani u l-protezzjoni tal- minoranzi

Tippromwovi aktar ir-rispett tad-drittijiet umani minn korpi għall-infurzar tal-liġi u f’ċentri ta’ detenzjoni u ħabsijiet.

Kriterji ekonomiċi

Ittejjeb aktar l-ambjent tan-negozju. B’mod partikolari, tlesti r-reġistrazzjoni ta’ l-artijiet u l-beni immobbli kollha kif ukoll it-tisħiħ relatat tal-katastru. Tiżgura l-infurzar tad-drittijiet tal-kredituri fl-ambitu ta’ qafas legali trasparenti. Ittejjeb aktar il-kundizzjonijiet għall-investituri.

Ittejjeb il-kwalità tat-tmexxija filwaqt li żżomm finanzi pubbliċi tajba.

Tieħu passi sabiex tintegra s-settur informali fl-ekonomija formali, partikolarment sabiex tinkludi bis-sħiħ lil persuni impjegati fis-sistema tas-sigurtà soċjali u telimina kompetizzjoni inġusta minn kumpaniji mhumiex reġistrati.

Tippromwovi t-tibdil strutturali u d-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet ekonomiċi, bil-ħsieb li twettaq aħjar il-vantaġġi komparattivi tal-pajjiż.

Tfittex l-integrazzjoni ekonomika reġjonali. Timmodernizza t-trasport u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni. Testendi l-integrazzjoni tal-kummerċ tal-pajjiż mar-reġjun.

Tnaqqas is-sehem relattivament għoli tan-nefqa mhix produttiva filwaqt li żżid l-iffinanzjar għall-edukazzjoni, l-infrastruttura, ir-riċerka u l-iżvilupp.

Timmodernizza s-sistema edukattiva. Tallinja l-kwalità tas-sistema edukattiva ma’ l-istandards Ewropej. Timmodernizza l-kurrikula ta’ l-edukazzjoni sekondarja u universitarja. Iżżid l-isforzi sabiex toħloq edukazzjoni vokazzjonali u sistema ta' taħriġ moderna.

Iżżid il-kapaċità amministrattiva fir-rigward tal-ġbir ta’ taxxi u l-kontroll tan-nefqa. Iżżid il-kontroll intern u l-istandards ta’ verifika.

L-Abbiltà li Tassumi l-Obbligi ta’ l-Adeżjoni

Moviment liberu ta’ merkanzija

Tħaffef l-isforzi sabiex issir membru sħiħ tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardiżżażżjoni u tal- Kumitat Ewropew għall-Istandardiżżażżjoni Elettronika u ta’ l-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni. Tiggarantixxi livell xieraq ta’ persunal fl-Istitut għall-Istandardizzazzjoni.

Issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva meħtieġa għal sorveljanza effettiva tas-suq.

Tintroduċi klawsoli reċiproċi ta’ rikonoxximent fil-leġiżlazzjoni.

Libertà tal-moviment għall-ħaddiema

Tiżviluppa kapaċità amministrattiva suffiċjenti sabiex timplimenta r-regoli tal-Komunità fuq il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali.

Dritt ta' l-istabbiliment u l-libertà li tipprovdi s-servizzi

Tadotta leġiżlazzjoni għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali barranin u toħloq strutturi u proċeduri amministrattivi għal dan l-għan.

Tadotta politika postali ibbażata fuq id-Direttivi Postali, inkluż it-twaqqif ta’ awtorità regolatorja nazzjonali indipendenti fil-qasam tas-servizzi postali.

Liġi dwar il-kumpanniji

Tiżgura standards għoljin fil-professjoni tal-verifika.

Il-kompetizzjoni

Ittejjeb aktar ir-rekord ta’ infurzar fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-monopolju u l-kontroll ta’ l-għajnuna Statali.

Soċjeta ta' l-informazzjoni u media

Tittrasponi u timplimenta l-qafas ta’ l-UE għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-medja.

Tadotta leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku u s-servizzi ta’ aċċess kondizzjonali.

Tkompli l-proċess ta’ allinjament mal-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni li taqsam il-fruntieri u d-Direttiva dwar it-Televiżjoni mingħajr Fruntieri.

Issaħħaħ aktar il-kapaċità amministrattiva ta’ l-awtoritajiet regolatorji.

Agrikoltura u żvilupp rurali

Tiżviluppa strateġija ġenerali dwar żvilupp rurali.

Taġġorna l-kapaċità tat-tmexxija agrikola u tlesti t-tħejjijiet għall-infurzar u l-applikazzjoni prattika tal-mekkaniżmi ta’ tmexxija tal-Politika Agrikola Komuni, partikolarment is-Sistema ta’ Amministrazzjoni u Kontroll u l-Aġenzija tal-Ħlasijiet. Tiżgura Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Pakketti ta’ l-Art li tkun tiffunzjona.

Tistabbilixxi r-reġistru ta’ l-għelieqi tad-dwieli u tagħmlu jiffunzjona.

Sigurtà ta' l-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja

Tkompli tallinja l-leġiżlazzjoni ma’ l-acquis f’dak li jirrigwarda enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) u prodotti sekondarji ta’ l-annimali, timplimenta u tikkontrolla l-infurzar tagħha u tistabbilixxi s-sistema meħtieġa ta’ ġbir u trattament.

Tistabbilixxi awtorità għas-saħħa tal-pjanti mgħammra b’persunal xieraq u tipprovdi kapaċita laboratorja xierqa għas-servizzi fitosanitarji. Tallinja aktar il-leġiżlazzjoni fitosanitarja ma’ l-acquis.

Politika tat-trasport

Tkompli taħdem lejn allinjament sħiħ ma’ l-acquis fil-qasam tat-trasport bit-toroq. Tkompli l-allinjament ma’ l-acquis dwar il-ferroviji (l-ewwel u t-tieni pakkett dwar il-ferroviji u l-interoperabilità). Tikseb allinjament sħiħ mal-leġiżlazzjoni dwar l-avjazzjoni. Tiżgura l-infurzar vigoruż tal-leġiżlazzjoni korrispondenti.

Timplimenta aktar il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Iżvilupp tan-Netwerk ta' Qofol tat-Trasport Reġjonali ta' l-Ewropa tax-Xlokk.

Enerġija

Tkompli l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-komunità ta’ l-Enerġija.

Taħdem lejn allinjament ma’ l-acquis dwar l-enerġija nukleari u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva fis-settur.

Tassazzjoni

Tallinja bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa ma’ l-acquis, inkluża l-leġiżlazzjoni ġdida (per eżempju, id-Direttiva l-ġdida dwar l-Enerġija).

Tkompli r-riforma ta’ l-amministrazzjoni tat-taxxa u tiżgura l-operat xieraq tagħha.

Tkompli bit-tħejjijiet sabiex tiżgura l-interkonnettività mas-sistemi kompjuterizzati ta’ l-UE.

Ittejjeb it-trasparenza u l-bdil ta’ tagħrif ma’ stati membri ta’ l-UE sabiex tiffaċilita l-infurzar ta’ miżuri li jwaqqfu l-evażjoni tat-taxxi. F'dan il-kuntest, il-bdil ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri ta’ l-UE jista’ jkun ibbażat fuq il-mudell ta’ ftehim ta’ l-OECD għall-bdil ta’ informazzjoni.

Statistiċi

Tiddefinixxi reġjuni ta’ statistika li huma kompatibbli man-NUTS u tniedi l-produzzjoni ta’ statistiċi reġjonali.

Toħloq reġistru ta’ rziezet fuq il-bażi taċ-ċensiment agrikolu u tindirizza l-vojt li jibqa’ fl-istatistiċi agrikoli.

Tiżviluppa aktar l-istatistiċi makro-ekonomiċi u soċjali.

Tiżviluppa statistiċi ta’ negozju ta’ min joqgħod fuqhom ibbażati fuq ir-reġistru statistiku tan-negozju u ċ-ċensiment tan-negozju.

Politika soċjali u impjieg

Tkompli bl-allinjament mal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi dwar ix-xogħol u kontra d-diskriminazzjoni, u ssaħħaħ l-istrutturi amministrattivi korrispondenti.

Issaħħaħ l-Ispettorat tax-Xogħol f’termini ta’ persunal u tagħmir u tpoġġih f’qagħda li japplika sanzjonijiet effettivi u diswassivi.

Tiżviluppa u timplimenta strateġija komprensiva ta’ xogħol li tinvolvi s-sħab relevanti kollha bil-ħsieb ta’ sehem sussegwenti fl-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi, li jikkorrispondu għal żvilupp xieraq ta' kapaċità għall-analiżi, implimentazzjoni u stima.

Intrapriża u politika industrijali

Tiddefinixxi u timplimenta strateġija industrijali li twassal għal tkabbir u innovazzjoni.

Tizviluppa aktar il-mekkaniżmi ta’ appoġġ għal SMEs u ttejjeb l-aċċess ta’ l-SMEs għal servizzi finanzjarji.

Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali

Tiżgura distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u ko-ordinazzjoni inter-ministerjali effettiva sabiex tiżviluppa strateġija reġjonali ta’ żvilupp komprensiva u koerenti.

Twaqqaf strutturi ta’ sħubija sabiex tiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-imsieħba relevanti fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Tinvolvi sħab soċjo-ekonomiċi u sħab oħra.

Tiżgura li l-awtoritajiet ta’ ħlas u tmexxija nominati jibnu l-kapaċità tagħhom progressivament.

Tfassal u timplimenta pjanijiet ta’ żvilupp nazzjonali u reġjonali.

Ittejjeb il-proċeduri ta’ tmexxija u kontroll finanzjarju u twaqqaf sistemi xierqa ta’ sorveljanza u evalwazzjoni.

Twaqqaf aġenzija nazzjonali għall-iżvilupp reġjonali.

Tiżviluppa kapaċità għat-tħejjija u t-tmexxija ta’ proġetti f’konformità mal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni, kemm fil-livell ċentrali kif ukoll fil-livell NUTS III.

Ġustizzja, libertà u sigurtà

Tlesti l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija Integrata għall-Kontroll tal-Fruntieri.

Tlesti l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għar-riforma tal-pulizija. Tkompli taġġorna t-tagħmir u ttejjeb it-taħriġ. Tiżviluppa aktar is-sistema ta’ tmexxija tar-riżorsi umani.

Tiżviluppa aktar is-sistema integrata għall-pulizija immexxija mill-intelliġenza. Issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ investigazzjoni speċjali sabiex jikkumbattu l-kriminalità organizzata, inklużi t-traffikar ta’ persuni umani, armi u drogi.

Topera proċeduri ta’ kenn politiku li jkunu konformi ma’ standards internazzjonali u Ewropej, inkluża sistema ta’ appell riformata. Issaħħaħ il-kapaċità amministrattiva billi tadotta pjan strateġiku għall-istrutturi amministrattivi kif ukoll linji gwida għall-ipproċessar ta’ każi ta' kenn politiku. Issaħħaħ it-tmexxija u l-appoġġ proċedurali. Issaħħaħ il-kapaċità ta’ l-ilqugħ u tiżviluppa database ċentrali għall-barranin kollha li jkun ikopri l-kenn politiku, il-migrazzjoni u l-viżi.

Tiżviluppa u timplimenta strateġija ta’ migrazzjoni, inkluża politika attiva ta’ ritorn, li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ l-UE u effettiva fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u l-movimenti ta’ migrazzjoni sekondarja.

Xjenza u riċerka

Tibda tfassal u tapplika politika integrata ta’ riċerka.

Issaħħaħ il-kapaċità għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku sabiex tiżgura sehem b’suċċess fil-Programmi Qafas tal-Komunità.

Ambjent

Tintegra r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali f’oqsma oħra ta' politika settorjali, partikolarment permezz ta’ l-iżvilupp ta’ stimi dwar l-impatt ambjentali.

Tkabbar l-investimenti fl-infrastruttura ambjentali, b’enfasi partikolari fuq il-ġbir u t-trattament ta’ ilma mormi, il-proviżjoni ta’ ilma għax-xorb, u tindirizza l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-inkwinament ta’ l-arja.

Protezzjoni tas-saħħa u l-konsumatur

Tkompli bl-allinjament ma’ l-acquis dwar miżuri marbuta mas-sigurtà.

Unjoni doganali

Tallinja bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni u l-proċeduri doganali mal-leġiżlazzjoni u l-istandards ta’ l-UE u timplimenta bis-sħiħ dawn il-proċeduri fit-territorju kollu.

Tkompli ssaħħaħ l-Amministrazzjoni Doganali u tiżgura l-operat xieraq tagħha sabiex tilħaq l-istandards ta’ l-UE. Tkompli bl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku għall-2004-2008.

Tkompli bit-tħejjijiet sabiex tiżgura l-interkonnettività mas-sistemi kompjuterizzati ta’ l-UE.

Politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża

Tiżgura li l-“Prinċipji Gwida ta' l-UE dwar Arranġamenti bejn Stat Parti fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Istati Uniti dwar il-Kundizzjonijiet għaċ-Ċediment ta' Persuni lill-Qorti”, adottati fit-30 ta' Settembru 2002, jitqiesu bis-sħiħ.

Kontroll finanzjarju,

Tiżviluppa u timplimenta l-prinċipji tal-kontabilità ta’ tmexxija deċentralizzata u tal-verifika interna funzjonalment indipendenti f’konformità ma’ l-istandards aċċettati internazzjonalment u l-aħjar prattika fl-UE, waqt li ssegwi l-mudell tal-Kontroll Finanzjarju Pubbliku Intern (PIFC) ta’ l-UE, permezz ta’ leġiżlazzjoni koerenti u kapaċità istituzzjonali adegwata. Tiżgura li l-proċess lejn il-kisba ta’ dan ikun immexxi mill-Ministeru tal-Finanzi fi rwol ta’ koordinazzjoni u armonizzazzjoni.

Issaħħaħ aktar il-kapaċità operattiva u funzjonali kif ukoll l-indipendenza finanzjarja ta’ l-Uffiċċju Statali tal-Verifika.

Tiżviluppa proċeduri u kapaċità amministrattiva sabiex tiżgura protezzjoni effettiva ta’ l-interessi finanzjarji tal-KE.

4.   PROGRAMMAR

L-assistenza Komunitarja lill-Paajiżi Balkani tal-Punent taħt il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni se tkun provduta permezz ta’ l-istrumenti finanzjarji eżistenti, partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-assistenza għall-Albanija, il-Bosnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja (1). Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma jkollha l-ebda implikazzjoni finanzjarja. Dik li qabel kienet ir-Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja jista’ jkollha aċċess għal finanzjament minn programmi multi-nazzjonali u orizzontali.

5.   KONDIZZJONIJIET

L-assistenza Komunitarja taħt il-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni lill-Pajjiżi Balkani tal-Punent hi bil-kundizzjoni ta' aktar progress fil-konformità mal-Kriterji ta' Copenhagen kif ukoll progress fit-twettiq ta' prijoritajiet speċifiċi ta' din is-Sħubija Ewropea. In-nuqqas tar-rispett ta’ dawn il-kundizzjonijiet jista’ jwassal lill-Kunsill sabiex jieħu miżuri xierqa fuq il-bażi ta’ artiklu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2666/2000. L-assistenza Komunitarja għandha tkun ukoll suġġetta għall-kundizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta’ April 1997 u l-21 u t-22 ta’ Ġunju 1999, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-impenn tal-benefiċjarji li jwettqu riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali. Għajnuna Komunitarja tkun ukoll soġġetta għall-kondizzjonijiet definiti mill-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tad-29 ta' April 1997 u tal-21-22 ta' Ġunju 1999, b'mod partikolari dwar l-impenn ta' min jirċievi l-għajnuna li jwettaq riformi demokratiċi, ekonomiċi u istituzzjonali.

6.   MONITORAĠĠ

L-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea se tkun sorveljata permezz tal-mekkaniżmi stabbiliti bil-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, l-aktar ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1, Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2112/2005, (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 23).


Top