EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2095

2095/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2095/2005 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-tabakk

OJ L 335, 21.12.2005, p. 6–12 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 319M, 29.11.2008, p. 370–376 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 067 P. 246 - 252
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 067 P. 246 - 252
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 063 P. 219 - 225

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2017; Imħassar b' 32017R1185

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2095/oj

29.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

370


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2095/2005

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar it-tabakk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja l-iżviluppi tas-suq fis-settur tat-tabakk mhux proċessat kopert mill-organizzazzjoni tas-suq komuni stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2075/92, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw l-informazzjoni neċessarja.

(2)

Għal dan il-għan, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/2004 tad-29 ta’ Marzu 2004 dwar il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rigward it-tabakk mill-ħsad ta' 2000 ’il quddiem (2).

(3)

L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira ġenerali tas-suq globali Komunitarju tat-tabakk, u għandha, b’mod partikolari, tikkunsidra d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) u r-regoli implimentattivi tiegħu.

(4)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-informazzjoni kkomunikata għandha tiġi kklassifikata skont il-grupp ta’ varjetà ta’ tabakk u għandhom jiġu ffissati skadenzi għas-sottomissjoni tagħha.

(5)

Huwa xieraq għaldaqstant li d-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata jiġu adattati skont dan.

(6)

Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, ir-Regolament (KE) Nru 604/2004 għandu jitħassar u jiġi ssostitwit b’regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għat-Tabakk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għal kull ħsad, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni permezz ta' trażmissjoni elettronika l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi IA, IB, II u III f’konformità mal-iskadenzi ffissati fihom.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi konċernati jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa sal-iskadenzi rilevanti.

Artikolu 3

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 604/2004 jitħassar.

Madankollu, għandu jkompli japplika għall-komunikazzjonijiet marbuta mal-ħsad tal-2005.

2.   Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinftiehmu skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1679/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 97, 1.4.2004, p. 34.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).


ANNESS IA

Informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad konċernata

 

Ħsad: …

 

L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: …

 

Għadd totali ta’ bdiewa li jipproduċu t-tabakk: …


ANNESS IB

Informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad konċernata

 

Ħsad: …

 

L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: …

 

Grupp ta’ varjetajiet: …


 

Stat Membru tal-produzzjoni

(li qed jagħmel id-dikjarazzjoni)

Stat Membru tal-produzzjoni

Isem:

Stat Membru tal-produzzjoni

Isem:

Stat Membru tal-produzzjoni

Isem:

1.

KUNTRATTI TA’ KULTIVAZZJONI

 

 

 

 

1.1.

Għadd ta’ kuntratti ta’ kultivazzjoni reġistrati

 

 

 

 

1.2.

Kwantità ta’ tabakk (f’tunnellati) tal-kontenut ta' ndewwa msemmi fl-Anness XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 koperta mill-kuntratti

 

 

 

 

1.3.

Superfiċje totali koperta mill-kuntratti (f’ettari)

 

 

 

 

2.

BDIEWA LI JIPPRODUĊU T-TABAKK

 

 

 

 

2.1.

Għadd totali ta’ bdiewa li jipproduċu t-tabakk

 

 

 

 

2.2.

Għadd ta’ bdiewa li jappartjenu għal assoċjazzjoni tal-produtturi

 

 

 

 

3.

IMPRIŻI TAL-EWWEL IPPROĊESSAR

 

 

 

 

3.1.

Għadd ta’ impriżi tal-ewwel ipproċessar li jikkonkludu kuntratti ta’ kultivazzjoni

 

 

 

 

4.

PREZZIJIET (1)

 

 

 

 

4.1.

L-ogħla prezz (EUR kull kg) miftiehem fil-kuntratti ta’ kultivazzjoni, fil-munita rilevanti esklużi t-taxxi u d-dazji l-oħra. Indika l-kwalità ta’ referenza

 

 

 

 

4.2.

L-inqas prezz (EUR kull kg) maqbul fil-kuntratti ta’ kultivazzjoni, fil-munita rilevanti esklużi t-taxxi u dazji oħra. Indika l-kwalità tar-referenza

 

 

 

 


(1)  L-Istati Membri li jużaw il-munita nazzjonali tagħhom għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju tal-1 ta’ Jannar tas-sena tal-ħsad.


ANNESS II

Sommarju tal-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad

Ċifri kumulattivi għall-ħsad konċernat

 

Ħsad: …

 

L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: …

 

Grupp ta’ varjetajiet: …


 

Stat Membru tal-produzzjoni

(li qed jagħmel id-dikjarazzjoni)

Stat Membru tal-produzzjoni

Isem:

Stat Membru tal-produzzjoni

Isem:

Stat Membru tal-produzzjoni

Isem:

1.

Il-kwantità kkunsinnata (f’tunnellati)

 

 

 

 

1.1.

Il-kwantità totali ta’ tabakk mhux proċessat tal-istandard ta’ kwalità minimu u l-kontenut ta’ ndewwa msemmi fl-Anness XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004

 

 

 

 

1.2.

Il-kwantità ta’ tabakk mhux proċessat tal-istandard ta’ kwalità minimu u l-kontenut ta’ ndewwa msemmi fl-Anness XXVIII tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 kkunsinnati minn assoċjazzjonijiet tal-produtturi

 

 

 

 

2.

Il-kwantità attwali ta’ tabakk mhux proċessat (f’tunnellati) tal-istandard ta’ kwalità minimu qabel l-aġġustament tal-piż fuq il-bażi tal-kontenut ta' ndewwa

 

 

 

 

3.

Il-prezz medju (EUR f’kg), esklużi t-taxxi u dazji oħra, imħallsa mill-impriżi tal-ewwel ipproċessar (1)

 

 

 

 


(1)  L-Istati Membri li jużaw il-munita nazzjonali tagħhom għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju tal-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara dik tal-ħsad.


ANNESS III

Informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad

Moviment tal-istokkijiet (f’tunnellati) miżmum mill-ewwel proċessuri

 

L-Istat Membru li qed jagħmel id-dikjarazzjoni: …

 

Data tad-dikjarazzjoni: …


Grupp ta’ varjetajiet

Il-ħsad konċernat

Il-kwantitajiet rilaxxati fis-suq Komunitarju matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti (1)

Il-kwantitajiet rilaxxati fis-swieq tal-pajjiżi terzi matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti (1)

Il-pożizzjoni tal-istokk fl-aħħar jum tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni hi meqjusa li tibda fl-1 ta’ Lulju tas-sena tal-ħsad u tintemm fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 604/2004

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 u 2

Artikoli 1 u 2

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Annessi I, II u III

Annessi IB, II u III

Anness IA

Anness IV

Anness V

Anness IV


Top