EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1895

1895/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1895/2006 tat- 18 ta’ Novembru 2005 dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti epoksi derivati fil-materjali u fl-artikoli li huma intenzjonati li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 302, 19.11.2005, p. 28–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 321M, 21.11.2006, p. 158–162 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 049 P. 213 - 217
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 049 P. 213 - 217
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 032 P. 93 - 97

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1895/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

158


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1895/2006

tat-18 ta’ Novembru 2005

dwar ir-restrizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti epoksi derivati fil-materjali u fl-artikoli li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u artikoli li huma intenzjonati li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel u li tħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu evitati r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ostakoli għall-moviment ħieles tal-merkanzija, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/16/KE ta’ l-20 ta’ Frar 2002 dwar l-użu ta’ l-epoksi derivati fil-materjali u fl-artikoli li huma intenzjonati li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel (2), tistipola limiti ta’ migrazzjoni speċifiċi għall-2,2-bis(4-hydroxyphenyl)propane bis(2,3-epoxypropyl) ether (“BADGE” jiġifieri Bisphenol-A DiGlycidyl Ether), bis(hydroxyphenyl)methane bis(2,3-epoxypropyl)ethers (“BFDGE” jiġifieri Bisphenol-F DiGlycidyl Ether) u novolac glycidyl ethers (“NOGE”) u wħud mid-derivati tagħhom.

(2)

Id-Direttiva 2002/16/KE tistipola li l-użu u/jew il-preżenza tal-BFDGE u l-NOGE jista’ jitkompla sal-31 ta’ Diċembru 2004. Għall-BADGE il-perijodu ta’ transizzjoni ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2005 bi stennija għas-sottomissjoni tad-data tossikoloġika ġdida u l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Id-data tossikoloġika meħtieġa għall-BADGE ġiet trażmessa. L-Awtorità kkonkludiet li l-BADGE, BADGE. H2O u l-BADGE.2H2O ma jqajjmu ebda dubju dwar karċinoġeniċità u ġenotossiċità in vivo u li l-Limitu Tollerabbli ta’ kemm wieħed jista’ jibla’ ta’ 0.15 mg/kg ta’ piż tal-ġisem jista’ jiġi stabbilit għall-l-BADGE, BADGE. H2O u l-BADGE.2H2O. Għalhekk jista’ jiġi stabbilit limitu ta’ migrazzjoni speċifiku ogħla SML(T) għall-BADGE BADGE. H2O u l-BADGE.2H2O. Dwar il-BADGE chlorohydrins, fid-dawl tan-nuqqas ta’ data dwar ġenotossiċità in vivo, l-Awtorità tikkonsidra li l-limitu ta’ migrazzjoni speċifika kurrenti ta’ 1mg/kg ta’ piż tal-ġisem għall-ikel u għall-istimolanti ta’ l-ikel għadhom approprjati.

(4)

Il-kummerċ u l-użu ta’ materjali u ta’ l-artikoli li fihom il-BADGE skond dan ir-Regolament għandhom għalhekk jiġu permessi fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2006.

(5)

Id-data tossikolġika meħtieġa għall-NOGE u l-BFDGE ma’ ġewx trażmessi fil-ħin sabiex jippermettu l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità u biex jitkompla l-użu tagħhom. Għalhekk l-użu u/jew il-preżenza tal-BFDGE u l-NOGE m’ għadux iktar permess mill-1 ta’ Jannar 2005 skond id-Direttiva 2002/16/KE. Iżda l-eżawriment tal-ħażniet eżistenti għandu jitħalla jsir.

(6)

Għall-kontenituri kbar, l-użu u/jew il-preżenza tal-BADGE, l-NOGE u l-BFDGE huma permessi. Il-proporzjoni kbira ta’ volum/erja, l-użu ripetut matul il-ħajja twila tagħhom li jnaqqas il-migrazzjoni u l-fatt li l-kuntatt ma’ l-ikel is-soltu jsir f’ temperatura ta’ l-ambjent jagħti hjiel li mhux meħtieġ li jiġi stipolat limitu ta’ migrazzjoni għall-BADGE, l-NOGE u l-BFDGE li jintużaw fil-kontenituri.

(7)

Skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 il-materjali u l-artikoli li huma koperti minn miżuri speċifiċi għandhom jiġu akkumpanjati minn dikjarazzjoni bil-miktub li huma f’ konformità mar-regoli li huma applikabbli għalihom. Dik il-kondizzjoni għadha ma ġietx stipolata fid-Direttiva 2002/16/KEE. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi introdotta din l-obbligazzjoni sabiex tipprovdi għal perijodu ta’ transizzjoni.

(8)

Wara li ġew ikkunsidrati l-emendi meħtieġa u fl-interess taċ-ċarezza, d-Direttiva 2002/16/KE għandha tinbidel b’ Regolament ġdid.

(9)

Id-Direttiva 2002/16/KE jistipola li l-kondizzjonijiet tagħha li jikkonċernaw il-BADGE, il-BFDGE u l-NOGE ma japplikawx għall-materjali u l-artikoli li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel qabel l-1 ta’ Marzu 2003. Dawk il-materjali u l-artikoli jistgħu jibqgħu itqiegħdu fis-suq bil-kondizzjoni li d-data ta’ kif intlew tidher fuqhom. Id-data tista’ tinbidel mid-data ta’ “tajjeb qabel” kif stipolat mid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-tikkettjar, tal-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-ikel (3) jew ta’ indikazzjoni oħra, bħalma huwa n-numru tal-lott meħtieġ mid-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1989 dwar l-indikazzjonijiet jew marki li jidentifikaw lott li jagħmel parti minn-oġġett ta’ l-ikel (4) għall-ikel ippakkjat f’ tali materjali u artikoli, bil-kondizzjoni li ssir konnessjoni bejn l-indikazzjoni u d-data ta’ meta ntlew sabiex din tista’ tiġi identifikata.

(10)

Id-Direttiva 2002/16/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata.

(11)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-materjali u għall-artikoli, inklużi materjal ta’ kuntatt ma’ l-ikel attivi u li jissejħu intelliġenti, kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, li huma manifatturati bi jew li fihom wiħed jew iktar minn dawn is-sustanzi li ġejjin:

(a)

2,2-bis(4-hydroxyphenyl)propane bis(2,3-epoxypropyl) ether, minn hawn jissejjaħ “BADGE” (CAS No 001675-54-3), u wħud mid-derivati tiegħu;

(b)

bis(hydroxyphenyl)methane bis(2,3-epoxypropyl)ethers, minn hawn jissejjħu “BFDGE” (CAS No 039817-09-9);

(c)

novolac glycidyl ethers oħrajn, minn hawn jissejħu “NOGE”.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “materjali u artikoli” huma:

(a)

materjali u artikoli magħmulin minn kull tip ta’ plastik;

(b)

materjali u artikoli miksija b’ lega tal-wiċċ; u

(c)

adeżivi

3.   dan ir-Regolament ma japplikax għall-kontenituri jew tankijiet għall-ħażna li għandhom kapiċità ikbar minn 10 000 litru jew pajpijiet li jagħmlu parti minn ew li huma konessi magħhom, li huma miksija b’ lega speċjali li tissejjaħ “lega heavy-duty”.

Artikolu 2

BADGE

Materjali u artikoli m’ għandhomx ixerrdu s-sustanzi elenkati fl-Anness I fi kwantità li teċċedi l-limiti stipolati f’ dak l-Anness.

Artikolu 3

BFDGE

L-użu u/jew il-preżenza tal-BFDGE fil-manifattura tal-materjali u l-artikoli huma pprojbiti.

Artikolu 4

NOGE

L-użu u/jew il-preżenza ta’ l-NOGE fil-manifattura tal-materjali u l-artikoli huma pprojbiti.

Artikolu 5

Dikjarazzjoni bil-miktub

Fl-istadji ta’ tqegħid fis-suq li mhumiex stadji ta’ bejgħ lill-konsumatur, il-materjali u l-artikoli li fihom il-BADGE u derivati tiegħu għandhom jiġu akkumpanjati b’ dikjarazzjoni bil-miktub skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.

Dokumentazzjoni xierqa għandha tkun disponibbli sabiex tiġi murija l-konformità. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti meta jkun hemm talba għaliha.

Artikolu 6

Dispożizzjoni tranżizzjonali

1.   L-Artikoli 2, 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għall-materjali u l-artikoli li jissemmew fl-Artikolu 1(2)(b) u (c) li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel qabel l-1 ta’ Marzu 2003.

2.   L-Artikoli 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għall-materjali u l-artikoli li huma f’ konformità mad-Direttiva 2002/16/KE u li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel qabel l-1 ta’ Jannar 2005.

3.   L-Artikoli 5 m’għandhomx japplikaw għall-materjali u l-artikoli li jissemmew fl-Artikolu 1(2)(a)(b) u (c) li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

4.   Il-materjali li jissemmew fil-paragrafi 1, 2 u 3 jistgħu jitqiegħdu fis-suq bil-kondizzjoni li d-data ta’ meta ntlew tidher fuq il-materjali u fuq l-artikoli. Id-data ta’ meta ntlew tista’ tinbidel b’ indikazzjoni oħra, bil-kondizzjoni li l-indikazzjoni tippermetti l-identifikazzjoni tad-data ta’ meta intlew. Id-data ta’ meta intlew tista’ tingħata fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti u kull persuna li tenforza l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE.

Artikolu 7

Abrogazzjoni

Id-Direttiva 2002/16/KE hi abrogata.

Ir-Referenzi għad-Direttiva abbrogata għandhom jsiru skond ir-referenzi ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza fl-Anness II.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 338, tat-13.11.2004, p. 4.

(2)  ĠU L51 tat-22.2.2002, p. 27. Regolament kif emendat mid-Direttiva 2004/13/KE (ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 46).

(3)  ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p 15).

(4)  ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 21. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/11/KEE (ĠU L 65, tal-11.3.1992, p.32).


ANNESS I

Limitu ta’ migrazzjoni speċifika għall-BADGE u ċerti derivati tiegħu oħrajn

1.   Is-somma tal-migrazzjonijiet tas-sustanzi li ġejjin:

(a)

BADGE [= 2,2-bis(4-hydroxyphenyl)propane bis(2,3-epoxypropyl) ether] (CAS No = 001675-54-3),

(b)

BADGE.H2O (CAS No = 076002-91-0)

(c)

BADGE.2H2O (CAS No = 005581-32-8),

m’ għandiex teċċedi l-limiti li ġejjin:

9 mg/kg fl-ikel u fl-istimolanti ta’ l-ikel, jew

9 mg/6 dm2 skond il-każijiet stipolati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE (1).

2.   Is-somma tal-migrazzjonijiet tas-sustanzi li ġejjin:

(a)

BADGE.HCl (CAS No = 013836-48-1);

(b)

BADGE.2HCl (CAS No = 004809-35-2);

(c)

BADGE.H2O.HCl (CAS No = 227947-06-0)

m’ għandiex teċċedi l-limiti li ġejjin:

1mg/kg fl-ikel u fl-istimolanti ta’ l-ikel, jew

1mg/6 dm2 skond il-każijiet stipolati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE.

3.   It-testjar tal-migrazzjoni għandu jsir skond ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE (2) u d-Direttiva 2002/72/KE.


(1)  ĠU L 39, tat-13.2.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 297, tat-23.10.1982, p. 26.


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 2002/16/KE kif emendata bid-Direttiva 2004/13/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness II


Top