EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0416

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 416/2005 tal- 11 ta' Marzu 2005 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-importazzjoni mill-Ġappun ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali, maħsuba għal skopijiet tekniċi Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 66, 12.3.2005, p. 10–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 275M, 6.10.2006, p. 224–225 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 063 P. 48 - 49
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 063 P. 48 - 49

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1069

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/416/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

224


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 416/2005

tal-11 ta' Marzu 2005

li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-importazzjoni mill-Ġappun ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali, maħsuba għal skopijiet tekniċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistipula regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u partikolarment l-Artikolu 29(3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jistipula l-ħtiġijiet għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tad-demm u ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali oħra maħsuba għal skopijiet tekniċi li jinkludu l-użu farmaċewtiku. Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti sekondarji jekk dawn huma konformi mal-ħtiġijiet rilevanti stipulati fil-Kapitolu IV jew fil-Kapitolu XI rispettivament ta’ l-Anness ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprovdi li l-prodotti sekondarji għandhom jiġu minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz inkluż/a fil-lista li tinsab fil-parti IV ta’ l-Anness XI tiegħu. Il-Ġappun m’huwiex inkluż f’dik il-Parti VI ta’ l-Anness XI.

(3)

L-awtorità kompetenti tal-Ġappun (id-Diviżjoni tas-Saħħa ta’ l-Annimali u tas-Sigurtà tal-Prodotti ta’ l-Annimali fil-Ministeru ta’ l-Agrikoltura, tal-Foresti u tas-Sajd) tat il-garanziji meħtieġa lill-Kummissjoni li prodotti tad-demm u prodotti sekondarji oħra għal skopijiet tekniċi mill-Ġappun, jistgħu jinkisbu u jintbagħtu lill-Komunità skond il-ħtiġijiet ta’ importazzjoni rilevanti. Partikolarment, il-Ġappun approva u rreġistra l-pjanti rilevanti skond l-Artikolu 29 (5) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(4)

Huwa xieraq, għalhekk, li l-Ġappun ikun inkluż fil-Parti VI ta’ l-Anness XI.

(5)

Huwa xieraq ukoll li tiġi emendata l-parti VI ta’ l-Anness XI sabiex tiġi użata l-istess terminoloġija bħal fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness VII ta’ l-istess Regolament.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002

Il-Parti VI hija mibdula b'dan li ġej: L-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa emendat kif ġej:

“PARTI VI

Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti tad-demm (bl-eċċezzjoni ta’ prodotti tad-demm ta’ ekwini) maħsuba għal skopijiet tekniċi li jinkludu l-farmaċewtiċi (ċertifikati tas-saħħa Kapitli 4(C) u 8(B)).

A.

Prodotti tad-demm:

1.

Prodotti tad-demm ta’ l-ungulati:

 

pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi mniżżla fil-Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, li minnhom importazzjonijiet minn kull kategorija ta’ laħam frisk ta’ l-ispeċi rispettivi huma awtorizzati u l-pajjiżi li ġejjin:

(JP) il-Ġappun

2.

Prodotti tad-demm ta’ speċi oħra:

 

pajjiżi terzi mniżżla fil-Parti 1 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u l-pajjiżi li ġejjin:

(JP) Ġappun

B.

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali għal użu farmaċewtiku:

 

pajjiżi terzi mniżżla fil-Parti 1 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE, fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KEE (*) jew fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE (**) u l-pajjiżi li ġejjin:

(JP) il-Ġappun

(PH) il-Filippini u

(TW) it-Tajwan.

C.

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali għal skopijiet tekniċi li m’humiex użi farmaċewtiċi

 

Pajjiżi terzi mniżżla fil-Parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li minnhom importazzjonijiet ta’ dik il-kategorija ta’ laħam frisk ta’ l-ispeċi rispettivi huma awtorizzati, fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KEE jew fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE.”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 93/2005 (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 34).


Top