EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0075

Id-Direttiva 2005/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2005 li tirrettifika d-Direttiva 2004/18/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi

OJ L 323, 9.12.2005, p. 55–56 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 007 P. 274 - 275
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 007 P. 274 - 275
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 009 P. 133 - 134

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/04/2016; Imħassar b' 32014L0024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/75/oj

9.12.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

55


ID-DIRETTIVA 2005/75/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2005

li tirrettifika d-Direttiva 2004/18/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1) ,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-limitu applikabbli għall-kuntratti ta’ ċerti servizzi sussidjati b’aktar minn 50 % għandu jibqa’ allinjat mal-limitu applikabbli għall-kuntratti ta’ servizzi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti diversi mill-awtoritajiet governattivi ċentrali, kif kellu jkun previst bl-adozzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (3).

(2)

Dan l-allinjament għandu jiġi wkoll żgurat fi ħdan il-qafas tar-reviżjoni tal-limiti previsti fl-Artikolu 78 tad-Direttiva 2004/18/KE.

(3)

Minħabba żball tekniku, l-Artikolu 78 tad-Direttiva 2004/18/KE attwalment ma jiżgurax l-allinjament mixtieq. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu emendati l-punti (b) u (c) ta’ l-Artikolu 78(2) billi r-referenza għall-punt (b) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8 tiġi spostata mill-Artikolu 78(2)(b) għall-Artikolu 78(2)(c),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 78(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

«(b)

il-limitu stabbilit f’(a) ta’ l-Artikolu 67(1), dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Anness IV;

(ċ)

il-limiti stabbiliti f’(b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8 u f’(b) u f’(ċ) ta’ l-Artikolu 67(1) dwar il-limitu rivedut li japplika għal kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtoritajiet kontraenti diversi minn dawk imsemmija fl-Anness IV.»

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Jannar 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Maghmula fi Strasburgu, nhar is-16 ta’ Novembru 2005.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Ghall-Kunsill

Il-President

Bach of LUTTERWORTH


(1)  Opinjoni tat-28 ta’ Settembru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Settembru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-14 ta’ Novembru 2005.

(3)  ĠU L 134, tat-30.4.2004, p. 114. Direttiva kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, tad-29.10.2004, p. 17).


Top