EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0815

Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 14 ta' Novembru 2005 dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2009

OJ L 305, 24.11.2005, p. 36–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 175M, 29.6.2006, p. 74–74 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 16 Volume 002 P. 35 - 35
Special edition in Romanian: Chapter 16 Volume 002 P. 35 - 35
Special edition in Croatian: Chapter 16 Volume 001 P. 168 - 168

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/815/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

74


ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta' Novembru 2005

dwar l-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2009

(2005/815/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tagħha,

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta’ l-Għażla ta’ April 2005 sottomess lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE,

Billi l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE huma sodisfatti bis-sħiħ,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2005,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Linz u Vilnius għandhom jiġu magħżula bħala “Il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2009” skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.

Artikolu 2

Iż-żewġt ibliet magħżula għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' l-Artikoli 1 u 5 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.

Magħmula fi Brussel, nhar il-14 ta' Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

T. JOWELL


(1)  ĠU L 166, 1.7.1999, p. 1, Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 649/2005/KE (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 20).


Top