EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0787

2005/787/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 97/569/KE dwar l-inklużjoni ta' stabbiliment wieħed fl-Afrika t’Isfel f'listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-prodotti tal-laħam (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4283) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 296, 12.11.2005, p. 39–40 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 349M, 12.12.2006, p. 572–573 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 066 P. 251 - 252
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 066 P. 251 - 252
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 051 P. 79 - 80

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Impliċitament imħassar minn 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/787/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

572


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Novembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 97/569/KE dwar l-inklużjoni ta' stabbiliment wieħed fl-Afrika t’Isfel f'listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw il-prodotti tal-laħam

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4283)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/787/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għat-tfassil, għal perjodu transitorju, ta' listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti mis-sajd jew molluski bivalvi ħajjin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

Tfasslu listi ta' dispożizzjonijiet ta' negozji stabbiliti f'pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti tal-laħam bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/569/KE (2).

(2)

L-Afrika t’isfel pprovdiet l-isem ta' stabbiliment wieħed li jipproduċi il-prodotti tal-laħam li għalih, l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbiliment jikkonforma mar-regoli Komunitarji.

(3)

Skond dan, dak in-negozju stabbilit għandu jiġi inkluż fil-listi mfasslin bid-Deċiżjoni Nru 97/569/KE.

(4)

Billi għadhom ma twettqux spezzjonijiet fuq il-post ta' l-istabbiliment fil-kwistjoni, l-importazzjoni minnu m'għandhiex tkun eliġibbli għal kontrolli fiżiċi mnaqqsa skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3).

(5)

Id-Deċiżjoni 97/569/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 97/569/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta’ Novembru 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 234, 26.8.1997, p. 16. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).


ANNESS

It-test li ġej jiddaħħal fl-Anness II fil-parti dwar l-Afrika t’Isfel skond ir-referenza nazzjonali:

1

2

3

4

5

“ZA

Karoo Cuisine

Midrand

Gauteng

FMP, 1

FMP

Prodotti tal-laħam tat-tjur mrobbija fil-farms

1

Prodotti ta’ tjur li ma jtirux biss.”


Top