EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0015

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Jannar 2005 rigward il-modalitajiet ta' applikazzjoni tal-prċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li li tikkordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-setturi tas-servizzi Postali (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5769) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 7, 11.1.2005, p. 7–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 269M, 14.10.2005, p. 274–284 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 007 P. 192 - 202
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 007 P. 192 - 202
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 009 P. 111 - 121

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2016; Imħassar b' 32016D1804

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/15(1)/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

274


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Jannar 2005

rigward il-modalitajiet ta' applikazzjoni tal-prċedura prevista fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-setturi tas-servizzi postali

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 5769)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/15/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(6),

Wara li kkunsidrat:

(1)

Sabiex iċ-ċertezza ġuridika tiġi żgurata, għandha sseħħ il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-avviż dwar il-bidu tal-proċedura skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE u t-tul taż-żmien li għandha l-Kummissjoni kif ukoll l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) wara l-għeluq taż-żmien stipulat. Għandu jiġi stipulat ukoll it-tagħrif li għandu jingħata f'dan l-avviż.

(2)

Minħabba ż-żmien qasir stipulat previst għat-twettiq tal-proċedura skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE, it-talbiet rigward l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) għandhom jinkludu t-tagħrif utli u pertinenti għall-eżaminazzjoni tat-talba. Għalhekk jaqbel li tiġi stabbilita lista ta' tagħrif li għandha tiġi inkluża f'dawn it-talbiet kif ukoll modalitajiet oħra prattiċi rigward dawn it-talbiet. L-eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 30(1) għandha ssir biss skond id-Direttiva 2004/17/KE u m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għas-swieq pubbliċi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   It-talbiet dwar l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandhom ta' l-anqas jinkludu t-tagħrif previst fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

2.   Jekk awtorità indipendenti u kompetenti għall-attività konċernata tadotta pożizzjoni motivata dwar il-kwistjonijiet li jaqblu ma' l-għanijiet ta' l-Artikolu 30(1)(2), tad-Direttiva 2004/17/KE, dik il-pożizzjoni hekk adottata timxi id f'id ma' dawn it-talbiet.

3.   It-talbiet u l-pożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jintbgħatu permezz ta' l-email fl-indirizz li ġej :

Markt-C3@cec.eu.int.

Jekk dan ma jkunx possibbli, dawn it-talbiet u pożizzjonijiet jintbgħatu fi tliet kopji fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea,

Direttorat ġenerali tas-Suq Intern u Servizzi,

Direttorat għall-Politika dwar ix-Xiri Pubbliku

B-1049 Brussel

Artikolu 2

1.   Meta l-Kummissjoni tirċievi talba rigward l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE, hi tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif previst fl-Anness II, parti A jew B, ta' din id-Deċiżjoni skond l-oriġini tat-talba.

2.   Jekk, fil-każi previsti fit-tieni u t-tielet sentenza ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 30(6), , tad-Direttiva 2004/17/KE, jitwal iż-żmien li għandha l-Kummissjoni għat-teħid tad-Deċiżjoni rigward talba, il-Kummissjoni tippubblika avviż li jinkludi t-tagħrif previst fl-Anness III, parti A jew B, ta' din id-Deċiżjoni skond l-oriġini tat-talba.

3.   L-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE, skond it-tieni jew it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 30(4), jew skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva imsemmija tidher f'avviż ippubblikat mill-Kummissjoni li jinkludi t-tagħrif imniżżel fl-Anness IV, parti A jew B, ta' din id-Deċiżjoni skond l-oriġini tat-talba.

4.   L-opinjonijiet previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3 huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, serje C.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-7 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie Mc CREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1874/2004 tal-Kummissjoni (ĠU L 326 tad-29.10.2004, p. 17).


ANNESS I

Tagħrif li għandu jingħata fit-talbiet rigward l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE

1.   Sezzjoni 1 — Identità u kwalità ta' min jagħmel it-talba

L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprevedi li t-talbiet rigward l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) isiru mill-Istati Membri jew jekk il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat tippermetti, mill-awtoritajiet li jiddeċiedu lil min jingħata l-kuntratt. Skond il-każ, il-terminu “min jagħmel it-talba” jista' jkopri kemm l-Istat Membru kif ukoll l-awtoritajiet li jrebbħu l-kuntratti. Jintuża biss bil-għan li t-test jiġi ssemplifikat.

1.1.   Isem u indirizz sħiħ ta' min jagħmel it-talba

Fil-każ fejn l-attività msemmija f'din it-talba titwettaq minn impriża affiljata (1)ma' min jagħmel it-talba, it-terminu “min jagħmel it-talba” jinftiehem kemm bħala l-awtorità imsemmija fil-punt 1.1 kif ukoll l-impriżi affiljati kkonċernati. Għalhekk jaqbel, b'mod partikolari għas-sezzjonijiet 5 u 6 li ġejjin, li jkun hemm it-tagħrif mitlub dwar “min jagħmel it-talba” skond din it-tifsira.

1.2.   Stat ta' min jagħmel it-talba: awtorità kontraenti (2) impriża pubblika (3) jew impriża privata ?

1.3.   Għall-awtoritajiet kontraenti: it-talba ssir għal u f'isem l-Istat Membru tagħkom?

Jekk iva, jekk jogħġbok ehmeż it-tagħrif previst għal kull punt tas-sezzjonijiet minn 2 sa 6. B'mod partikolari rigward is-sezzjonijiet 5 u 6, għal kull punt ta' dawn is-sezzjonijiet, jekk jogħġbok ehmeż it-tagħrif mitlub għal kull waħda mill-entitajiet li jwettqu l-attività msemmija f'din it-talba. Madankollu, jekk ikun hemm ħafna tagħrif, dan jista' jiġi limitat biss għal dawk li jkopru mill-anqas 10 % tas-suq ġeografiku ikkunsidrat (4). Jekk xi tagħrif ikun jixxiebaħ jew ikun l-istess għal aktar minn entità waħda, dan jista' jinġabar fi gruppi u jiġi ppreċiżat.

1.4.   Għall-awtoritjiet kontraenti (l- awtorità kontraenti, l-impriżi pubbliċi u l-impriżi privati li jwettqu waħda mill-attivitajiet imsemmija fid-Direttiva 2004/17/KE (5): Jekk jogħġbok għid biċ-ċar liema parti tal-liġi nazzjonali tipprevedi li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħmlu t-talba skond l-Artikolu 30.

2.   Sezzjoni 2 - Deskrizzjoni ta' l-attività imsemmija f'din it-talba

2.1.   Spjega l-attività li għaliha, fl-opinjoni tiegħek, jgħoddu l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 30(1) (6).

2.2.   Jekk it-territorju li fih titwettaq l-attività konċernata jkun lil hinn mit-territorju nazzjonali, jekk jogħġbok indika dan biċ-ċar. Indika biss it-territorju li fih taħseb li l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 30(1) huma rispettati.

3.   Sezzjoni 3 - Is-suq ikkonċernat

Suq tal-prodotti konċernat jinkludi l-prodotti u/jew is-servizzi kollha li l-konsumatur iqis bħala li huma sostitwibbli għal xulxin jew li huma sostitwibbli minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezzijiet u l-użu li għalih huma maħsuba (7).

Il-fatturi li ġejjin spiss huma meqjusa bħala importanti sabiex jiġi definit is-suq tal-prodotti konċernat u għandhom jiġu kkunisdrati fl-analiżi (8):

il-grad ta' xebħ fiżiku bejn il-prodotti u/jew is-servizzi konċernati,

id-differenza kollha fl-użu aħħari li jsir mill-prodotti,

id-differenza tal-prezzijiet bejn żewġ prodotti,

l-ispiża maħluqha mill-bdil ta' prodott ma' ieħor jekk dawn ikunu żewġ prodotti li potenzjalment jikkompetu,

il-preferenzi tal-konsumaturi għal tip jew kategorija partikolari ta' prodotti,

il-klassifikazzjoni tal-prodotti (nomenklaturi ta' l-assoċjazzjonijiet professjonali eċċ).

Is-suq ġeografiku partikolari hu relatat mat-territorju li fuqu l-entitajiet konċernati joffru l-prodotti u s-servizzi, fejn il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni huma uniformi u li jista' jintgħaraf minn territorji ġirien b'mod partikolari minħabba li l-kondizzjonijiet ta' konkorrenzi jkunu ferm differenti.

Fost il-fatturi li għandhom jiġu meqjusa sabiex suq ġeografiku partikolari jiġi definit, wieħed isemmi (8):

in-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi konċernati,

l-eżistenza ta' l-ostakoli għad-dħul,

tal-preferenzi tal-konsumaturi,

id-differenzi kbar fit-tqassim fuq is-suq jew id-differenzi kbar fil-prezzijiet fit-territorji ġirien, kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport.

3.1.   Minħabba l-konsiderazzjonijiet li saru, jekk jogħġbok agħti d-definizzjoni ta' suq/swieq tal-prodotti konċernati li fuqha l-Kummissjoni, fl-opinjoni tiegħek, għandha tibbaża l-analiżi tiegħek.

Fir-risposta tiegħek, jekk jogħġbok agħti l-motivazzjoni ta' l-istimi jew il-konklużjonijiet tiegħek u spjega kif il-fatturi li ġew misħuqha qabel ġew ikkunsidrati. Jekk jogħġbok indika b'mod partikolari l-prodotti jew is-servizzi speċifiċi li huma milquta direttament jew indirettament minn din it-talba u identifika l-kategoriji tal-prodotti meqjusa bħala li jistgħu jiġu sostitwiti skond id-definizzjoni tiegħek ta' suq.

Fid-domandi li ġejjin, din (jew dawn) id-definizzjoni (definizzjonijiet) hi spegata (huma spjegati) mill-kliem “is-suq/swieq tal-prodotti kkonċernati”.

3.2.   Jekk jogħġbok spjega d-definizzjoni mogħtija għas-suq/swieq ġeografiku/ġeografiċi konċernati li fuqha l-Kummissjoni għandha, fl-opinjoni tiegħek, tibbaża l-analiżi tagħha. Fir-risposta tiegħek jekk jogħġbok agħti l-motivazzjoni għall-istimi u l-konklużjonijiet tiegħek u spjega kif il-fatturi li ġew misħuqha qabel ġew ikkunsidrati. Jekk jogħġbok indika b'mod partikolari ż-żona ġeografika li fiha l-entità jew l-entitajiet konċernati minn din it-talba huma attivi fuq is-suq/swieq ikkonċernati, u, jekk taħseb li s-suq ġeografiku kkonċernat hu akbar minn Stat Membru wieħed, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet għal dan.

Fid-domandi li ġejjin, din (jew dawn) id-definizzjoni (definizzjonijiet) hi spegata (huma spjegati) mill-kliem “is-suq/swieq ġeografiku/ġeografiċi kkonċernati”.

4.   Sezzjoni 4 - Applikabilità ta' l-atti leġislattivi msemmija fl-Anness XI tad-Direttiva 2004/17/KE.

4.1.   L-attività msemmija f'din it-talba hi sottomessa għal wieħed mill-atti leġislattivi msemmija fl-Anness XI tad-direttiva 2004/17/KE (9)? Jekk iva, indika l-att jew l-atti tal-leġislazzjoni nazzjonali li jimplimentaw il-leġislazzjoni Komunitarja kkonċernata.

5.   Sezzjoni 5 - Tagħrif rigward is-suq ikkonċernat u l-aċċess għas-suq

Din it-taqsima trid timtela', tkun xi tkun ir-risposta għall-punt 4.1.

5.1.   Jekk jogħġbok fiehem ir-raġunijiet għaliex tqis li l-aċċess għas-suq ikkonċernat mhux limitat.

5.2.   Għal kull suq ikkonċernat, għal kull wieħed minn dawn l-aħħar tliet eżerċizzji (10), u għal kull wieħed mit-territorji li ġejjin:

a)

it-territorju taż-ŻEE;

b)

il-Komunità sħiħa;

ċ)

it-territorju kollu ta' l-Istati ta' l-AELE;

d)

kull Stat Membru u kull Stat ta' l-AELE fejn min jagħmel it-talba jwettaq attività, u

e)

is-suq ġeografiku ikkonċernat (11), jekk min jagħmel it-talba jqis li dan hu suq differenti,

jekk jogħġbok agħti t-tagħrif miniżżla fil-punti 5.2.1 sa 5.2.9.

5.2.1.   stima ta' l-importanza tas-suq fil-qafas tal-bejgħ li jsir, tal-valur (f'Ewro) u tal-volum (f'numri) (12), billi tindika l-bażi tal-kalkolu u s-sorsi użati għal dan l-għan, u fejn hu possibli, billi tressaq id-dokumenti meħtieġa biex dan il-kalkolu jiġi kkonfermat;

5.2.2.   il-bejgħ li jkun sar, f'valur u f'volum, kif ukoll stima tas-sehem tas-suq li għandu min jagħmel it-talba;

5.2.3.   stima tas-sehem tas-suq, f'valur (u jekk ikun il-każ, f'volum) tal-kompetituri kollha (inklużi l-importaturi) li għandhom mill-anqas 10 % tas-suq ġeografiku meqjus. Jekk jogħġbok ressaq, jekk dawn ikunu disponibbli, id-dokumenti meħtieġa biex il-kalkolu ta' dan is-sehem tas-suq ikun ikkonfermat u agħti l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax ta' dawn il-kompetituri, kif ukoll l-isem u l-funzjoni tal-persuna kompetenti li tista' tiġi kkuntattjatha f'isimhom;

5.2.4.   stima tat-total, f'valur u f'volum, ta' l-importazzjonijiet fuq it-territorju taż-ŻEE, kif ukoll minn fejn ikunu ġejjin, billi tgħid biċ-ċar:

a)

il-parti ta' dawn l-importazzjonijiet li tiġi attribwita lil min jagħmel it-talba;

b)

b'liema mod taħseb li l-kwoti u r-restrizzjonijiet, tarrifarji u non-tariffarji, għall-iskambji jistgħu jfixklu dawn l-importazzjonijiet;

ċ)

b'liema mod taħseb li l-ispejjeż tat-trasport u spejjeż oħra jolqtu dawn l-importazzjonijiet;

5.2.5.   l-ostakoli għall-iskambji fost l-Istati fi ħdan it-territorju taż-ŻEE maħluqa minn:

a)

l-ispejjeż tat-trasport u spejjeż oħra;

b)

tfixkil ieħor mhux tariffarju għall-iskambji;

5.2.6.   il-mod kif min jagħmel it-talba jipproduċi u jbiegħ il-prodotti jew is-servizzi tiegħu. Jekk jogħġbok indika, per eżempju, jekk il-produzzjoni ssirx lokalment jew jekk il-kummerċjalizzazzjoni issirx permezz ta' networks ta' distribuzzjoni lokali;

5.2.7.   tqabbil bejn il-livelli tal-prezzijiet użati minn min jagħmel it-talba f'kull Stat Membru u f'kull Stat ta' l-AELE u tqabbil simili tal-livelli tal-prezzijiet bejn il-Komunità, l-Istati ta' l-AELE u t-territorji l-oħra li fihom dawn il-prodotti huma magħmula (per eżempju, l-pajjiżi ta' l-Ewropa orjentali, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun jew kull reġjun ieħor ikkonċernat);

5.2.8.   in-natura u l-grad ta' integrazzjoni vertikali ta' min jagħmel it-talba meta mqabbla mal-kompetituri prinċipali tiegħu;

5.2.9.   jekk jogħġbok speċifika xi beni jew infrastrutturi użati flimkien ma' entitajiet oħra jew użati għal ammont ta' attivitajiet, imsemmi fid-Direttiva 2004/17/KE. Jekk jogħġbok indika l-każi fejn l-użu tal-beni jew infrastrutturi jkun sottomess għal kondizzjonijiet speċjali, bħall-obbligi tas-servizz universali jew tad-drittijiet speċjali.

5.3.   Jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni li ġejja:

5.3.1.   Matul dawn l-aħħar ħames snin, kien hemm dħul importanti fuq is-suq/swieq ġeografiku/ġeografiċi tal-prodotti konċernati (11)? Jekk iva, jekk jogħġbok indika, sa fejn hu possibli, l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax ta' l-intrapriża konċernata, kif ukoll l-isem jew il-funzjoni tal-persuna kompetenti li tista' tiġi kkuntattjata f'isem dawn ta' l-aħħar, anke sabiex issir stima tal-valur tas-sehem li din għandha bħalissa.

5.3.2.   Skond min jagħmel it-talba, hemm xi intrapriżi (inklużi dawk li, bħalissa, iwettqu l-attivitajiet tagħhom biss fuq is-swieq li mhumiex tal-Komunità jew li huma barra miż-ŻEE) li jistgħu jidħlu fuq is-suq? Jekk iva, jekk jogħġbok indika r-raġunijiet li fuqhom qiegħed tibbaża, għid biċ-ċar x'inhu l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax ta' l-intrapriża konċernata, kif ukoll l-isem jew il-funzjoni tal-persuna kompetenti li tista' tiġi kkuntattjata f'isem dawn ta' l-aħħar, anke sabiex issir stima taż-żmien meta din tipprevedi li tidħol fuq is-suq.

5.3.3.   Jekk jogħġbok iddeskrivi l-fatturi li, b'mod partikolari, jinfluwenzaw id-dħul fis-swieq ikkonċernati, kemm taħt l-aspett ġeografiku kif ukoll fuq il-pjan tal-prodotti. Sabiex tagħmel dan, jekk jogħġbok qis dan li ġej :

a)

l-ispiża totali tad-dħul fis-suq (riċerka u żvilupp, sistemi ta' distribuzzjoni meħtieġa, promozzjoni, reklami, servizzi li jingħataw wara l-bejgħ eċċ) fuq skala ekwivalenti għal dik ta' kompetitur viabbli u importanti, b'indikazzjoni tas-sehem tas-suq li jkollu dan il-kompetitur;

b)

l-ostakoli legali jew regolamentari tad-dħul, bħall-awtorizzazzjoni minn naħa ta' l-awtoritajiet pubbliċi jew l-eżistenza ta' normi, jkunu liema jkunu;

ċ)

kull restrizzjoni li tinħoloq mill-eżistenza ta' liċenzji, ta' għarfien u ta' drittijiet oħra ta' proprjetà intellettwali fuq is-swieq kif ukoll kull restrizzjoni maħluqa mill-ħruġ ta' liċenzji fuq dawn id-drittijiet;

d)

b'liema mod il-persuna li tagħmel it-talba tagħti jew tirċievi liċenzji, għarfien jew drittijiet oħra tas-swieq ikkonċernati;

e)

l-importanza ta' l-ekonomiji ta' skala għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti fuq is-swieq ikkonċernati;

f)

l-aċċess għas-sorsi ta' provvista, bħad-disponibilità tal-materja prima.

Riċerka u żvilupp

5.3.4.

Jekk jogħġbok għid biċ-ċar x'inhi l-importanza tar-riċerka u ta' l-iżvilupp fil-kapaċità ta' intrapriża li topera fuq is-swieq ikkonċernati u li għandha bżonn tikkompeti fuq medda twila ta' żmien. Jekk jogħġbok spejga n-natura tar-riċerka u l-iżvilupp li ssir fuq is-swieq ikkonċernati minn min jagħmel it-talba .

Sabiex tagħmel dan jekk jogħġbok qis il-punti li ġejjin:

a)

l-evoluzzjoni u l-intensità tar-riċerka u ta' l-iżvilupp (13) fuq dawn is-swieq u għal min jagħmel it-talba;

b)

l-evoluzzjoni tat-teknoloġija fuq dawn is-swieq matul perjodu determinat (b'mod partikolari l-evoluzzjoni tal-prodotti u/jew tas-servizzi, tal-proċeduri ta' produzzjoni, tas-sistemi ta' distribuzzjoni eċċ);

ċ)

l-innovazzjonijiet ewlenin li dehru fuq dawn is-swieq u l-intrapriżi li pproponew dawn l-innovazzjonijiet;

d)

iċ-ċiklu ta' innovazzjoni fuq dawn is-swieq u l-fażi taċ-ċiklu li fiha jinsab min qiegħed jagħmel it-talba.

Ftehim ta' kooperazzjoni

5.3.5.

Jeżisti xi ftehim ta' kooperazzjoni (orizzontali jew vertikali) dwar is-swieq ikkonċernati ?

5.3.6.

Jekk jogħġbok kun preċiż dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni l-aktar importanti milħuqa fost min jagħmel it-talba dwar is-swieq ikkonċernati, bħall-ftehim ta' riċerka u żvilupp, il-ftehim ta' liċenzja, ta' produzzjoni komuni, ta' speċjalizzazzjoni, ta' distribuzzjoni, ta' fornitura fuq medda twila ta' żmien u ta' skambju ta' informazzjoni.

6.   Sezzjoni 6 - L-espożizzjoni għall-kompetizzjoni

Fil-qafas ta' l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2004/17/KE, sabiex jiġi determinat jekk attività hix esposta direttament għall-kompetizzjoni, hemm bżonn li wieħed jibbaża fuq kriterji skond id-dispożizzjonijiet tat-trattat fil-qafas tal-kompetizzjoni, bħall-karattersitiċi tal-prodotti jew servizzi konċernati, l-eżistenza ta' prodotti jew servizzi alternattivi, il-prezzijiet, u l-preżenza, reali jew potenzjali, ta' aktar minn fornitur wieħed tal-prodotti jew servizzi konċernati.

6.1.   Jekk jogħġbok għid x'inhuma r-raġunijiet għaliex taħseb li l-attività msemmija f'din it-talba hi esposta bis-sħiħ għall-kompetizzjoni fuq is-suq tas-suq/swieq tal-prodotti konċernati fis-suq/swieq ġeografiku/ġeografiċi ikkonċernati. Jekk jogħġbok indika b'mod partikolari id-dettalji li ġejjin:

Kondizzjonijiet ġenerali fuq is-suq ikkonċernat

6.1.1.

Jekk jogħġbok indika l-ħames fornituri prinċipali (14) li ma jiddependux minn min jagħmel it-talba u s-sehem ta' kull wieħed minnhom fix-xiri (ta' materja prima jew ta' prodotti meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti konċernati) minn min jagħmel it-talba. Jekk jogħbok indika l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon u tal-fax ta' dawn il-fornituri, kif ukoll l-isem jew il-funzjoni tal-persuna kompetenti li tista' tiġi kkuntattjata f'isem dawn ta' l-aħħar.

Jekk jogħġbok indika wkoll l-intrapriżi relatati ma' min jagħmel it-talba u l-parti ta' kull waħda minnhom minnhom fix-xiri (ta' materja prima jew ta' prodotti meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti konċernati) minn min jagħmel it-talba. Jekk jogħbok indika l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon u tal-fax ta' dawn il-fornituri, kif ukoll l-isem jew il-funzjoni tal-persuna kompetenti li tista' tiġi kkuntattjata f'isem dawn ta' l-aħħar.

Tqassim ta' l-offerta fuq is-swieq ikkonċernati

6.1.2.

Jekk jogħġbok iddeskrivi l-kanali ta' distribuzzjoni u n-networks tas-servizzi li jingħataw wara l-bejgħ li jeżistu fuq is-swieq ikkonċernati. Sabiex tagħmel dan jekk jogħġbok ikkunsidra l-punti li ġejjin:

a)

is-sistemi ta' distribuzzjoni eżistenti u l-importanza tagħhom fuq dawn is-swieq. B'liema mod id-distribuzzjoni hi żgurata permezz ta' terzi jew permezz ta' intrapriżi relatati ma' min jagħmel it-talba?

b)

in-networks tas-servizzi li jingħataw wara l-bejgħ (per eżempju, is-servizzi ta' manutenzjoni u tiswija) u l-importanza tagħhom fuq dawn is-swieq. B'liema mod dawn is-servizzi huma żgurati permezz ta' terzi jew permezz ta' intrapriżi relatati ma' min jagħmel it-talba?

6.1.3.

Jekk ikun hemm bżonn, jekk jogħbok agħti stima tal-kapaċità totali, kemm fuq livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell ta' l-AELE għal dawn l-aħħar tliet snin. Matul dan il-perjodu x'kienet il-kapaċità ta' min għamel it-talba u x'kienet ir-rata ta' użu ?

6.1.4.

Jekk jogħġbok agħti t-tagħrif kollu marbut ma' l-offerta li jidhirlek bħala pertinenti.

Struttura tat-talba fuq is-swieq ikkonċernati

6.1.5.

Jekk jogħġbok indika l-ħames klijenti prinċipali li ma jiddependux minn minn għamel it-talba fuq is-suq konċernat u l-parti ta' kull wieħed fosthom fil-bejgħ totali tal-prodotti konċernati, li sar minn naħa ta' min jagħmel it-talba. Jekk jogħġbok indika biċ-ċar l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax u l-isem jew il-funzjoni tal-persuna li tista' tiġi kkuntattjata f'isem kull wieħed minn dawn il-klijenti.

6.1.6.

Jekk jogħġbok fiehem it-tqassim tat-talba billi tindika b'mod preċiż:

a)

il-fażijiet differenti li minnhom jgħaddu s-swieq, per eżempju: bidu, espansjoni, maturità u telf tas-saħħa, kif ukoll ir-rata prevedibbli ta' tkabbir tat-talba;

b)

l-importanza tal-preferenzi tal-klijenti, fil-qafas ta' lealtà lejn marka partikolari, tad-differenzjazzjoni bejn il-prodotti u d-disponibilità ta' firxa sħiħa ta' prodotti;

ċ)

il-grad ta' konċentrazzjoni jew frammentazzjoni tas-suq minn naħa tat-talba;

d)

it-tqassim tal-klijentela fost gruppi differenti, bid-deskrizzjoni tal-“klijent tipiku” ta' kull grupp;

e)

l-importanza tal-kuntratti ta' distribuzzjoni esklussiva u ta' tipi oħra ta' kuntratti fuq medda twila ta' żmien;

f)

b'liem mod il-parti tat-talba irrapreżentata mill-awtoritajiet li jrebbħu l-kuntratti jew mill-intrapriżi pubbliċi, jew entitajiet simili, hi importanti.

6.1.7.

Jekk jogħġbok agħti l-istimi tal-grad ta' attività tal-konsumaturi fil-qafas tal-bdil tal-fornituri jew tan-negozjati mill-ġdid tal-kuntratti matul dawn l-aħħar ħames snin. Jekk jogħġbok indika wkoll is-sorsi użati għal dan il-għan u ressaq, jekk huma disponibbli, id-dokumenti meħtieġa sabiex din l-istima tiġi kkonfermata.


(1)  Skond l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2004/17/KE, permezz ta' impriżi affiljatiimpriżi affiljati wieħed ifisser “kull impriża li l-kontijiet annwali tagħha huma msaħħa flimkien ma' dawk ta' l-entità kontraenti skond is-Seba' Direttiva 83/349/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1983, ibbażata fuq l-Artikolu 4(2)(g) tat-Trattat, rigward il-kontijiet imsaħħa, jew fil-każ ta' l-entitajiet li mhumiex sottomessi għal din id-Direttiva, kull intrapriża li fiha l-entità kontraenti jista' jkollha, direttament jew indirettament, influwenza kbira, skond l-Artikolu 2(1)(b) jew li jista' jkollha influwenza kbira fuq l-entità kontraenti jew li, bħall-entità kontraenti, hi sottomessa għall-influwenza kbira ta' impriża oħra permezz tal-proprjetà, tas-sehem finanzjarju jew tar-regoli li fuqhom hi mibnija.”

(2)  Skond l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2004/17/KE, “Awtoritajiet kontraenti” huma awtoritajiet ta' l-Istat, reġjonali jew lokali, korpijiet regolati minn liġi pubblika, assoċjazzjonijiet iffurmati minn awtorita waħda bħal din jew numru ta' awtoritajiet bħal dawn jew korp wieħed bħal dan jew numru ta' korpijiet bħal dawn regolati minn liġi pubblika. “korp regolat minn liġi pubblika tfisser kull korp:

stabbilit għall-għan speċifiku li jilħaq bżonnijiet fl-interess ġenerali, li m'għandux karattru industrijali jew kummerċjali,

li għandu personalità ġuridika u ffinanzjat, fil-biċċa 'l kbira, minn awtoritajiet ta' l-Istat, reġjonali jew lokali, jew korpijiet oħra irregolati mill-liġi pubblika; jew suġġetti għal sorveljanza ta' tmexxija minn dawk il-korpijiet; jew li għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu huma maħtura minn awtoritajiet ta' l-Istat, reġjonali jew lokali, jew minn korpijiet oħra irregolati mill-liġi pubblika;”,

(3)  Skond l-Artikolu 2(1)(b), tad-Direttiva 2004(17)(KE), “impriża pubblika” hija impriża li fuqha l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti minħabba fil-pussess tagħhom fuqha; il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew ir-regoli li jirregolawha

Influwenza dominanti fuq in-naħa ta' l-awtoritajiet kontraenti għandha hekk titqies meta dawn l-awtoritajiet, direttament jew indirettament, ma dak li jkollu x'jaqsam ma' impriża:

iżommu l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt ta' l-impriża, jew

jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti li jkollhom l-ishma maħruġin mill-impriża, jew

jistgħu jaħtru iktar min-nofs il-korp amminstrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' l-impriża.

(4)  Ara s-Sezzjoni 3.

(5)  L-attivitajiet jew setturi konċernati jistgħu jinġabru fi gruppi kif ġej:

 

Elettriku (produzzjoni, trasport, tqassim) ; Gass (produzzjoni, trasport, tqassim) ; Tisħin (produzzjoni, trasport, tqassim) ; Idrokarburi (tiftix u estrazzjoni) ; Faħam u kombustibbli solidi oħra (tiftix u estrazzjoni) ; Ilma tax-xorb (produzzjoni, trasport, tqassim) ; Trasport urban (karozzi tal-linja, metro u oħrajn simili) ; Ferrovija (trasport ta' persuni u merkanzija; tqegħid għad-dispożizzjoni ta' infrastrutturi u ġestjoni/operat tas-servizzi tat-trasport infushom) ; Portijiet (marittimi jew interni, tqegħid għad-dispożizzjoni ta' infrastrutturi u ġestjoni/operat); Ajruporti (tqegħid għad-dispożizzjoni ta' infrastrutturi u ġestjoni/operat) ; u Servizzi postali. Għal definizzjoni aktar dettaljata ta' l-attivitajiet imsemmija, ara l-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(6)  

“Kuntratti maħsuba biex jgħinu biex attività msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 titwettaq m'għandhomx ikunu suġġetti għal din id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li fih titwettaq, l-attività hija esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett.”

(7)  Jaqbel, skond il-każ, li jiġi ppreċiżat jekk dawn ikunux prodotti li huma faċilment sostitwibbli;

prodotti li li huma l-aħjar sostitut, prodotti li huma sostituti inqas perfetti jew inkella prodotti li huma biss parzjalment sostitwibbli. Għal kull prodott imsemmi (għall-għan ta' din id-definizzjoni, il-kelma “prodott” tirreferi għall-prodotti jew għas-servizzi) teżisti serje ta' prodotti ta' sostituzzjoni. Din is-serje hi magħmula mill-prodotti kollha ta' sostituzzjoni li fil-ħsieb jitqabblu mal-prodott konċernat, jiġifieri l-prodotti kollha li, bejn wieħed u ieħor, jissodifaw il-bżonnijiet tal-konsumatur. Il-firxa ta' prodotti ta' sostituzzjoni tinkludi minn prodotti ta' sostituzzjoni li huma qrib ħafna tal-prodott konċernat (jew perfetti) (prodotti li l-konsumaturi jagħżlu mill-ewwel ġaladarba jkun hemm, per eżempju, żieda żgħira ħafna fil-prezz tal-prodott konċernat) sa prodotti ta' sostituzzjoni li huma mbegħda ħafna mill-prodott konċernat (jew imperfetti) (prodotti li l-konsumaturi jagħżlu biss ġaladarba jkun hemm żieda kbira ħafna fil-prezz tal-prodott ikkunsidrat).

Meta l-Kummissjoni tiddefinixxi s-suq involut, hi tikkunsidra biss il-prodoti li huma faċilment sostitwibbli mal-prodotti konċernati. Il-prodotti li huma faċilment sostitwibbli huma dawk li l-konsumaturi jagħżlu ġaladarba jkun hemm żieda, żgħira iżda konsiderevoli, fil-prezz tal-prodott konċernat (ngħidu aħna tal-5 %). Dan jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tapprezza s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fil-kuntest ta' suq magħmul mill-prodotti kollha li l-konsumaturi tal-prodotti konċernati jagħżlu faċilment.

Madankollu, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni ma tikkunsidrax ukoll ir-restrizzjonijiet, fuq l-imġieba kompetittiva ta' l-entitajiet konċernati, grazzi għall-eżistenza ta' prodotti ta' sostituzzjoni imperfetti (dawk li l-konsumatur ma jagħżilx ġaladarba jkun hemm żieda, żgħira iżda konsiderevoli, fil-prezz tal-prodott ikkunsidrat (ngħidu aħna tal-5 %).] Dawn l-effetti huma kkunisdrati meta s-suq ikun ġie definit u l-ishma tas-suq ikunu ġew determinati.

Għahekk hu importanti li l-Kummissjoni jkollha wkoll it-tagħrif kemm dwar il-prodotti li huma faċilment sostitwibbli kif ukoll dwar il-prodotti li huma sostituti inqas perfetti.

[Eżempju ta' sostituzzjoni perfetta: elettriku prodott minn faħam u elettriku prodott minn sorsi li jiġġeddu.

Il-prodotti u s-servizzi parzjalment sostitwibbli huma dawk li jistgħu jinbidlu wieħed ma' l-ieħor fi ħdan spazju ġeografiku limitat, matul parti tas-sena jew għal ċerti tipi ta' użu biss. [Eżempji: fit-trasport tal-passiġġieri, it-trasport permezz tal-ferrovija, metro, tram u karozzi tal-linja, jistgħu jkunu sostitwiti parzjalment fuq l-iskala nazzjonali peress li dawn it-tipi ta' trasport ma jeżistux flimkien ħlief fi ħdan spazju ġeografiku limitat. Għalhekk minn naħa l-oħra, f'dan l-ispazju huma jistgħu jitqiesu bħala sostituti perfetti.]

(8)  Madankollu din il-lista mhix kompluta, min jitlob jista' jirreferi għal fatturi oħra.

(9)  L-Anness XI hu mqassam kif ġej:

“A.

TRASPORT JEW TQASSIM TAL-GASS JEW TAT-TISĦIN: ID-DIRETTIVA 98/30/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ġunju 1998 li tirrigwarda regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (ĠU L 204 tal-21.7.1998, p. 1.);

B.

PRODUZZJONI, TRASPORT JEW TQASSIM TA' L-ELETTRIKU: ID-DIRETTIVA 96/92/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern ta' l-elettriku (ĠU L 27 tat-30.1.1997, p. 20.);

C.

PRODUZZJONI, TRASPORT JEW TQASSIM TA' ILMA TAX-XORB:-;

D.

ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAS-SERVIZZI TAL-FERROVIJI: -;

E.

ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAS-SERVIZZI TAL-FERROVIJI URBANI, TRAM, KAROZZI TAL-LINJA LI JAĦDMU BID-DAWL JEW KAROZZI TAL-LINJA:-;

F.

ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAS-SERVIZZI POSTALI: ID-DIRETTIVA 97/67/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TAL-15 ta' Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15 tal-21.1.1998, p. 14. Direttiva modifikata l-aħħar mid-Direttiva 2002/39/KE (ĠU L 176 tal-5.7.2002, p. 21).

G.

TIFTIX U ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS: ID-DIRETTIVA 94/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi (ĠU L 164 tat-30.6.1994, p. 3.);

H.

TIFTIX GĦAL U ESTRAZZJONI TA' FAĦAM U TA' KOMBUSTIBBLI SOLIDI OĦRA:-;

I.

ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-PORT MARITTIMU JEW INTERN JEW TAGĦMIR IEĦOR TAT-TERMINAL:-;

J.

ENTITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAL-FAĊILITAJIET TA' L-AJRUPORTI:”

(10)  It-tagħirf mitlub fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.12 għandu jingħata għat-territorji kollha msemmija fil-punti a), b), c), d) u e).

(11)  Ara s-Sezzjoni 3.

(12)  Il-valur u l-volum ta' suq għandhom jaqblu mal-produzzjoni, miżjuda bl-importazzjonijiet u mnaqqsa bl-esportazzjonijiet, għaż-żoni ġeografiċi kkunsidrati.

(13)  L-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp hi definita mill-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp meta mqabbla maċ-ċifri tan-negozju.

(14)  Il-fornituri indipendenti huma l-fornituri li mhumiex impriżi affiljati ma' min jagħmel it-talba. Għal definizzjoni ta' impriżi affiljati, ara n-nota 1 fil-punt 1.1.


ANNESS II

Abbozzi ta' opinjonijiet li jikkonċernaw talba fil-qafas ta' l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

A.   Talba li ġejja minn Stat Membru

Fid-data ta' … il-Kummissjoni laqgħet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1). L-ewwel jum ta' ħidma wara li ntlaqgħet din it-talba hu...

Din it-talba li ġejja minn [isem ta' l-istat Membru ikkonċernat], hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'dan il-pajjiż. L-Artikolu 30 imsemmi qabel jipprevedi li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax jekk l-attività konċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq mingħajr aċċess limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet issir biss fil-qafas tad-Direttiva 2004/17/KE u ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta' tliet xhur, li jibda jgħodd mill-jum ta' ħidma imsemmi hawn fuq, għat-teħid ta' deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk iż-żmien stipulat jiskadi fil-...

Id-dispożizzjonijiet tat-tielet inċiż tal-paragrafu 4 imsemmi qabel huma/mhumiex (2) applikabbli. Għalhekk, iż-żmien stipulat li l-Kummissjoni għandha jista', eventwalment, jiġi mtawwal b'xahar/bi tliet xhur (2). Din l-estensjoni tidher f'pubblikazzjoni.

B.   Talba li ġejja minn entità kontraenti

Fid-data ta' … il-Kummissjoni laqgħet talba skond l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE L-ewwel jum ta' ħidma wara li ntlaqgħet din it-talba hu...

Din it-talba li ġejja minn [isem ta' l-entità kontraenti konċernata], hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'[indikazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat]. L-Artikolu 30 imsemmi qabel jipprevedi li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax jekk l-attività konċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fuq swieq mingħajr aċċess limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet issir biss fil-qafas tad-Direttiva 2004/17/KE u ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta' tliet xhur, li jibda jgħodd mill-jum ta' ħidma imsemmi hawn fuq, għat-teħid ta' deċiżjoni rigward din it-talba. Għalhekk iż-żmien stipulat jiskadi fil-...

Dan iż-żmien stipulat jista', eventwalment, jitwal bi tliet xhur. Din l-estensjoni tidher f'pubblikazzjoni.

Skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 30(6) , it-talbiet ġodda li jikkonċernaw [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'[indikazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat], li jitressqu qabel l-iskadenza taż-żmien stipulat previst għal din it-talba, ma jitqisux bħala li jagħtu lok għal proċeduri ġodda u se jkunu trattati fil-qafas ta' din it-talba.


(1)  ĠU L 134 tat-30.4.2004 p. 1. Direttiva emendata bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, tad-29.10.2004, p. 17).

(2)  Ħassar dak li ma jgħoddx.


ANNESS III

Abbozzi ta' opinjonijiet rigward talba fil-qafas ta' l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE- Estensjoni taż-żmien stipulat

A.   Talba li ġejja minn Stat Membru

Fid-data ta' … il-Kummissjoni laqgħet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1).

Din it-talba li ġejja minn [isem ta' l-istat Membru ikkonċernat], hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'dan il-pajjiż. Hi dehret fil-pubblikazzjoni tal-ĠU C …/… ta' … L-ewwel żmien stipulat jiskadi fil-....

Minħabba [motivazzjoni fil-qosor tar-raġunijiet ta' l-estensjoni] u skond id-dispożizzjonijiet previsti fit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 30(6), iż-żmien stipulat għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba hu mtawwal bi tliet xhur/b'xahar.

Għalhekk iż-żmien stipulat aħħari jiskadi fil-...

B.   Talba li ġejja minn entità kontraenti

Fid-data ta' … il-Kummissjoni laqgħet talba skond l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE.

Din it-talba li ġejja minn [isem ta' l-entità kontraenti konċernata], hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'[indikazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat]. Hi dehret fil-pubblikazzjoni tal-ĠU C …/… ta' … . [Iż-żmien limitat tal-bidu ġie mtawwal, ara l-pubblikazzjoni fil-ĠU C .../… ta' … . L-ewwel żmien stipulat jiskadi fil-....

Minħabba [motivazzjoni fil-qosor tar-raġunijiet ta' l-estensjoni] u skond id-dispożizzjonijiet previsti fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 30(6), iż-żmien stipulat għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba hu mtawwal bi tliet xhur.

Għalhekk iż-żmien stipulat aħħari jiskadi fil-...


(1)  ĠU L 134 tat-30.4.2004 p.1. Direttiva emendata bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, tad-29.10.2004, p. 17).


ANNESS IV

Abbozzi ta' avviżi rigward it-talba fil-qafas ta' l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE — Applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) fin-nuqqas ta' Deċiżjonijiet fiż-żmien stipulat

A.   Talba li ġejja minn Stat Membru

Fid-data ta' … il-Kummissjoni laqgħet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1).

Din it-talba li ġejja minn [isem ta' l-istat Membru ikkonċernat], hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'dan il-pajjiż. Hi dehret fil-pubblikazzjoni tal-ĠU C …/… ta' … . [Iż-żmien limitat tal-bidu ġie mtawwal, ara l-pubblikazzjoni fil-ĠU C .../… ta' … . (2)]

Il-limitu taż-żmien għat-teħid tad-deċiżjoni skada fil-.... mingħajr ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni, għalhekk għandu japplika l-Artikolu 30(1). Bħala riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE ma japplikawx għas-swieq li huma maħsuba għal attività li tikkonsisti f' [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f' [indikazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat

B.   Talba li ġejja minn entità li trebbaħ il-kuntratti

Fid-data ta' … il-Kummissjoni laqgħet talba skond l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE.

Din it-talba li ġejja minn [isem ta' l-entità li trebbaħ il-kuntratti konċernata], hi dwar [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f'[indikazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat]. Hi dehret fil-pubblikazzjoni tal-ĠU C …/… ta' … . [Iż-żmien limitat tal-bidu ġie mtawwal, ara l-pubblikazzjoni fil-ĠU C .../… ta' … .]

Il-limitu taż-żmien għat-teħid tad-deċiżjoni skada fil-.... mingħajr ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni, għalhekk għandu japplika l-Artikolu 30(1). Bħala riżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE ma japplikawx għas-swieq li huma maħsuba għal attività li tikkonsisti f' [indikazzjoni fil-qosor tas-settur jew ta' l-attività konċernata] f' [indikazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat].


(1)  ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 1. Direttiva emendata bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1874/2004 (ĠU L 326, tad-29.10.2004, p. 17).

(2)  Għandha tintuża skond il-każ.


Top