EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1891

1891/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1891/2004 tal- 21 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija[merkanziji] suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

OJ L 328, 30.10.2004, p. 16–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 322M, 2.12.2008, p. 3–36 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 017 P. 58 - 91
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 017 P. 58 - 91
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 013 P. 220 - 253

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1352

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1891/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1891/2004

tal-21 ta' Ottubru 2004

li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija[merkanziji] suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanziji li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija[merkanziji] suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija[merkanziji] li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003 introduċa regoli komuni bil-għan li jipprojbixxi d-dħul, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, il-ħruġ, l-esportazzjoni, ir-riesportazzjoni jew id-dħul għal proċedura ta’ sospensjoni ta’ oġġetti foloz u b’kuntrabandu u l-indirizzar b’mod effettiv tal-kummerċjalizzazzjoni illegali ta’ tali oġġetti mingħajr ma tiġi mfixkla l-libertà tal-kummerċ leġittimu.

(2)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1383/2003 emenda u rrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94 (2), huwa meħtieġ ukoll li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1367/95 tas-16 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94 li jistabbilixxi l-miżuri li jipprojbixxu l-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-esportazzjoni, ir-riesportazzjoni jew d-dħul ta’ proċedura sospensiva fil-każ ta’ oġġetti ffalsifikati jew ikkupjati, jiġi ssostitwit (3).

(3)

Għat-tipi differenti ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-persuni naturali u legali li jistgħu jirrappreżentaw lid-detentur ta’ dritt jew lil kwalunkwe persuna oħra awtorizzata li tuża d-dritt.

(4)

Jeħtieġ li tkun speċifikata n-natura tal-prova ta’ detenzjoni tal-proprjetà intellettwali meħtieġa mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003.

(5)

Sabiex il-kontenut u l-formoli tal-applikazzjonijiet għal azzjoni jkunu armonizzati u standardizzati skont l-Artikolu 5(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 u l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fihom, għandha tiġi stabbilita verżjoni standardizzata tal-formola. Ir-rekwiżiti tal-lingwa għall-applikazzjonijiet għal azzjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament għandhom jiġu stabbiliti wkoll.

(6)

It-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għal azzjoni għandha tiġi speċifikata sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jagħrfu aktar malajr l-oġġetti li jistgħu jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali.

(7)

Jeħtieġ li jiġi definit it-tip ta’ dikjarazzjoni tar-responsabbiltà ta’ detentur ta’ dritt li għandha takkompanja l-applikazzjoni għal azzjoni.

(8)

Fl-interessi taċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jkun speċifikat meta jibdew il-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003.

(9)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja l-applikazzjoni effettiva tal-proċedura stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1383/2003, tfassal fil-perjodu ta’ żmien stabbilit ir-rapport li hemm referenza għalih fl-Artikolu 23 tiegħu u tipprova tikkwantifika u tiddeskrivi l-modi ta’ frodi. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu lill-Istati Membri jintroduċu analiżi tar-riskju xierqa.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003.

(11)

Il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għanijiet tal-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 (minn hawn ’il quddiem “Regolament Bażiku”), id-detentur tad-dritt jew kwalunkwe persuna oħra awtorizzata li tuża d-dritt jista’ jkun irrappreżentat minn persuni naturali jew legali; dawn tal-aħħar jinkludu aġenziji ta’ ġbir li bħala l-għan waħdieni u prinċipali tagħhom għandhom il-ġestjoni jew l-amministrazzjoni ta’ copyrights jew ta’ drittijiet relatati, gruppi jew rappreżentanti li jkunu bagħtu applikazzjoni għal reġistrazzjoni għal denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew għal indikazzjoni ġeografika protetta kif ukoll għal kabbara tal-pjanti.

Artikolu 2

1.   Jekk applikazzjoni għal azzjoni skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Bażiku tiġi sottomessa mid-detentur tad-dritt innifsu, il-prova li għaliha hemm provdut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(5) għandha tkun kif ġej:

(a)

Fil-każ ta’ dritt li jkun ġie reġistrat jew li għalih tkun iddaħħlet applikazzjoni, prova tar-reġistrazzjoni mal-uffiċċju relevanti jew prova tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, Għal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, il-prova għandha tkun tikkonsisti f’żewġ elementi mandatorji: prova li l-persuna konċernata hija l-produttur jew grupp u prova li d-denominazzjoni jew l-indikazzjoni ġiet irreġistrata. Dan il-paragrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-inbejjed u x-xorb alkoħoliku.

(b)

Fil-każ ta’ copyright, dritt relatat jew dritt ta’ disinn li ma jkunx irreġistrat jew li għalih ma tkunx iddaħħlet applikazzjoni: kwalunkwe evidenza ta’ detenzjoni jew tal-istatus tal-applikant bħala d-detentur oriġinali.

Kopja tar-reġistrazzjoni mid-database ta’ uffiċċju nazzjonali jew internazzjonali tista’, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, titqies bħala prova fi ħdan it-tifsira tal-ewwel sentenza ta’ (a) fuq.

2.   Fejn l-applikazzjoni għal azzjoni ssir minn kwalunkwe persuna oħra awtorizzata sabiex tuża wieħed mid-drittijiet li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, il-prova għandha tkun, barra mill-prova meħtieġa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dokument li bis-saħħa tiegħu, il-persuna hija awtorizzata li tuża d-dritt imsemmi.

3.   Fejn l-applikazzjoni għal azzjoni ssir minn rappreżentant tad-detentur ta’ dritt jew ta’ xi persuna oħra awtorizzata sabiex tuża wieħed mid-drittijiet li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tar-Regolament bażiku, il-prova għandha tkun, barra mill-prova meħtieġa skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorizzazzjoni tiegħu li jaġixxi.

Għandu jipproduċi wkoll id-dikjarazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6 tar-Regolament Bażiku iffirmat mid-detentur tad-dritt li hemm referenza għalih fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm huwa ma jurix dokument li jawtorizzah iġarrab kwalunkwe spiża li tirriżulta minn azzjoni doganali f’isimha skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 3

1.   Id-dokumenti li fuqhom huma magħmulin l-applikazzjonijiet għal azzjoni skont l-Artikolu 5(1) u (4) tar-Regolament Bażiku, id-deċiżjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(7) u (8) dwar l-għoti ta’ applikazzjonijiet u d-dikjarazzjoni li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament Bażiku għandhom jikkonformaw mal-formoli annessi għal dan ir-Regolament.

Il-formoli għandhom jimtlew b’mezz elettroniku jew mekkaniku, jew b’kitba bl-id li tinqara; formoli mimlijin bl-id għandhom jimtlew b’inka u b’ittri kapitali mhux bil-magħqud. Ikun xi jkun il-metodu użat, il-formoli ma għandu jkun fihom ebda tħassir, kliem miktub fuq ieħor jew tibdil. Fejn il-formola timtela b’mod elettroniku, din għandha tkun magħmula disponibbli lill-applikant f’forma diġitali fuq sit pubbliku wieħed jew aktar li jkun(u) aċċessibbli direttament b’kompjuter. Sussegwentament, din tkun tista’ tiġi riprodotta fuq apparat ta’ stampar privat.

Meta jkun hemm folji addizzjonali mehmużin, kif hemm referenza għalihom fil-kaxex 8, 9, 10 u 11 tal-formola li fuqha ssir l-applikazzjoni għal azzjoni li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 5(1), jew fil-kaxex 7, 8, 9 u 10 tal-formola li fuqha ssir it-talba għal azzjoni li għaliha hemm provdut fl-Artikolu 5(4), dawn għandhom jitqiesu bħala parti integrali tal-formola.

2.   Formoli għal applikazzjonijiet għal azzjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Bażiku għandhom jiġu stampati u mimlijin f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità magħżula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal azzjoni flimkien ma’ kwalunkwe traduzzjoni li jista’ jkun hemm bżonn.

3.   Il-formola għandha tkun magħmula minn żewġ kopji:

(a)

kopja 1, għall-Istat Membru li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni;

(b)

kopja 2, għad-detentur tad-dritt.

Formoli għal applikazzjonijiet għal azzjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Bażiku, mimlijin u ffirmati kif dovut, akkompanjati b’silta waħda tal-formola għal kull Stat Membru indikat fil-kaxxa 6 tal-formola, il-prova li hemm referenza għaliha fil-kaxex 9 u 10 u l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-kaxex 7 u 8, għandhom jiġu ppreżentati lid-dipartiment doganali kompetenti, li, wara li jaċċetta l-formola, għandu jżommha għal mill-inqas sena aktar mill-perjodu ta’ validità legali tagħha.

Jekk is-silta ta’ deċiżjoni li tagħti applikazzjoni għal azzjoni hija indirizzata lil Stat Membru wieħed jew aktar skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Bażiku, l-Istat Membru li jirċievi s-silta għandu jimla bla telf ta’ żmien il-parti tal-“għarfien ta’ rċevuta” tal-formola billi jindika d-data ta’ rċevuta u għandu jrodd lura kopja tas-silta lill-awtorità kompetenti indikata fil-kaxxa 2 tal-formola.

Filwaqt li l-applikazzjoni tiegħu għal azzjoni Komunitarja tibqa’ waħda valida, id-detentur ta’ dritt jista’ jippreżenta talba fl-Istat Membru fejn l-applikazzjoni tkun ġiet sottomessa oriġinarjament għal azzjoni sabiex tittieħed fi Stat Membru ieħor mhux imsemmi qabel. F’dak il-każ, il-perjodu ta’ validità tal-applikazzjoni l-ġdida għandu jkun il-perjodu li jifdal skont l-applikazzjoni oriġinali, u dan jista’ jiġġedded skont il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-applikazzjoni oriġinali.

Artikolu 4

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(6) tar-Regolament Bażiku, il-post ta’ manifattura jew ta’ produzzjoni, in-netwerk tad-distribuzzjoni jew l-ismijiet tad-detentur tal-liċenzja u informazzjoni oħra tista’ tintalab mid-dipartiment responsabbli għall-ilqugħ u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal azzjoni sabiex tkun iffaċilitata l-analiżi teknika tal-prodotti konċernati.

Artikolu 5

Jekk applikazzjoni għal azzjoni tiġi sottomessa skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien ta’ tliet ijiem xogħol u din tiġi aċċettata mis-servizz doganali għal dan il-għan, il-limiti ta’ żmien li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 11 u 13 ta’ dak ir-Regolament għandhom jingħaddu biss mill-jum ta’ wara li tiġi rċevuta l-applikazzjoni.

Jekk id-dwana tinforma lid-dikjarant jew lid-detentur ta’ oġġetti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku li hemm suspett li l-oġġetti jiksru dritt ta’ proprjetà intellettwali u li dawn ikunu nżammu, jew inkella r-rilaxx tagħhom ġie sospiż, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet ijiem xogħol għandu jingħadd biss minn meta d-detentur tad-dritt ikun ġie innotifikat.

Artikolu 6

Fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu maż-żmien, il-proċedura għal sospensjoni ta’ rilaxx jew għaż-żamma ta’ oġġetti għandha tinbeda primarjament fir-rigward ta’ prodotti li għalihom tkun diġà ġiet sottomessa applikazzjoni għal azzjoni.

Artikolu 7

1.   Fejn l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku ikun applikabbli, id-detentur ta’ dritt għandu jinnotifika lill-klijenti li l-proċeduri jkunu nbdew sabiex ikun jista’ jistabbilixxi jekk dritt ta’ proprjetà intellettwali jkunx inkiser skont il-liġi nazzjonali. Jekk ma jkunx għad baqa’ biżżejjed żmien sabiex issir applikazzjoni għal tali proċeduri qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien, is-sitwazzjoni tista’, għajr fil-każ ta’ oġġetti li jeħżienu maż-żmien, titqies bħala każ xieraq skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku.

2.   Jekk estensjoni ta’ għaxar t’ijiem xogħol tkun diġà ngħatat skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Bażiku, ebda estensjoni ulterjuri ma tista’ tingħata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku.

Artikolu 8

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr bid-dipartiment doganali kompetenti, li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Bażiku, responsabbli sabiex jirċievi u jipproċessa applikazzjonijiet għal azzjoni mingħand id-detenturi tad-drittijiet.

2.   Fi tmiem kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jissottometti lista tal-applikazzjonijiet għal azzjoni bil-miktub kollha lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(1) u (4) tar-Regolament Bażiku, filwaqt li jagħti l-isem u d-dettalji ta’ kull detentur ta’ dritt, it-tip ta’ dritt li għalih ġiet sottomessa kull applikazzjoni, u deskrizzjoni fil-qosor ta’ kull prodott konċernat. L-applikazzjonijiet li ma jkunux ingħataw għandhom jiġu inklużi fil-lista.

3.   Fix-xahar ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta’ tliet xhur, kull Stat Membru għandu jissottometti lista lill-Kummissjoni, skont it-tip ta’ prodott, li tagħti informazzjoni dettaljata dwar il-każijiet li fihom ir-rilaxx tal-oġġetti jkun ġie sospiż jew li fihom l-oġġetti jkunu nżammu. L-informazzjoni li ġejja jeħtieġ li tiġi inkluża:

(a)

l-isem tad-detentur ta’ dritt; deskrizzjoni tal-oġġetti; jekk magħrufin, l-oriġini, il-provenjenza u d-destinazzjoni tal-oġġetti; l-isem tad-dritt tal-proprjetà intellettwali miksur, u

(b)

għal kull entrata, il-kwantità ta’ oġġetti li r-rilaxx tagħhom ġie sospiż jew li nżammu; l-istatus doganali tagħhom; it-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur; il-mezz ta’ trasport użat, u

(c)

jekk intużax trasport kummerċjali jew tal-passiġġieri; jekk il-proċedura inbdietx bħala riżultat ta’ applikazzjoni għal azzjoni jew “ex officio”.

4.   Is-sottomissjoni lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta’ informazzjoni dwar il-valur reali jew stmat tal-oġġetti li r-rilaxx tagħhom kien ġie sospiż jew li nżammu hija fakultattiva.

5.   Fi tmiem kull sena, il-Kummissjoni għandha, b’mod xieraq, tikkomunika lill-Istati Membri kollha tali informazjoni li tirċievi skont il-paragrafi 1 sa 4.

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ dipartimenti fi ħdan l-awtorità doganali, kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament Bażiku, fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9

Applikazzjonijiet għal azzjoni mibgħuta wara l-1 ta’ Lulju 2004 għandhom jibqgħu validi sad-data ta’ skadenza legali tagħhom u ma għandhomx jiġġeddu. Wara l-1 ta’ Lulju 2004, għandhom ikunu akkompanjati mid-dikjarazzjoni proposta mill-applikant kif muri fl-Anness.

Id-dikjarazzjoni proposta għandha tirrilaxxa kwalunkwe depożitu u dritt pagabbli fl-Istati Membri. Fejn proċedura li tkun inbdiet qabel l-1 ta’ Lulju 2004 tkun għadha għaddejja quddiem l-awtoritajiet kompetenti, id-depożitu ma jiġix rilaxxat qabel ma tkun intemmet il-proċedura.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 1376/95 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2004. Ir-referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala li jirreferu għal dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik BOLKESTEIN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.

(2)  ĠU L 341, 30.12.1994, p. 8.

(3)  ĠU L 133, 17.6.1995, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.


ANNESS I

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS I-A

NOTI GĦALL-IKKOMPLETAR TAL-FORMOLA

I.   INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR ID-DRITTIJIET U L-KAPAĊITÀ GĦALL-AZZJONI

a)

Fejn id-detentur tad-dritt jagħmel l-applikazzjoni huwa stess:

fil-każ ta’ dritt li jkun ġie reġistrat jew li għalih tkun iddaħħlet applikazzjoni, prova tar-reġistrazzjoni mal-uffiċċju relevanti jew tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni,

fil-każ ta’ copyright, dritt relatat jew dritt għal disinn li ma jkunx irreġistrat jew li għalih ma tkunx iddaħħlet applikazzjoni, kwalunkwe evidenza ta’ awtur jew tal-istatus tiegħu bħala d-detentur oriġinali;

b)

Fejn l-applikazzjoni ssir minn kwalunkwe persuna oħra li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 (2) (b) awtorizzata sabiex tuża wieħed mid-drittijiet li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 (1) (a,b,c) tar-Regolament bażiku, barra mill-prova meħtieġa skont punt (a) ta’ dan l-Artikolu, id-dokument li bis-saħħa tiegħu, il-persuna hija awtorizzata tuża d-dritt imsemmi;

c)

Fejn iressaq l-applikazzjoni rappreżentant tad-detentur jew ta’ kwalunkwe persuna oħra li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 (2) (a,b) awtorizzata sabiex tuża wieħed mid-drittijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 (1) (a,b,c) tar-Regolament bażiku, barra mill-prova meħtieġa skont punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, prova tal-awtorizzazzjoni għal azzjoni;

Il-persuna, fiżika jew ġuridika, li timla kaxxa 3 tal-Applikazzjoni għal azzjoni għandha, fil-każijiet kollha, tkun waħda li tipprovdi d-dokumenti stabbiliti fil-kaxxa 11 tal-Applikazzjoni għal azzjoni.

d)

Kaxxa 5 fiha l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha. Denominazzjoni protetta tal-oriġini protetta (DPO) u indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) tfisser l-indikazzjonijiet uffiċjali skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1), (KE) Nru 1107/96 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1) u (KEE) Nru 2400/96 (ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11). Denominazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid tfisser id-denominazzjonijiet uffiċjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1493/99. Denominazzjonijiet ġeografiċi għal xorb alkoħoliku tfisser id-denominazzjonijiet uffiċjali skont ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89. Produtturi individwali kif ukoll gruppi u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati jdaħħlu applikazzjoni.

e)

Reġistrazzjoni u speċifikazzjonijiet huma meħtieġa meta ssir applikazzjoni: għal denominazzjoni ta’ oriġini protetta u għal indikazzjoni ġeografika protetta.

II.   X’GĦANDU JKUN FIHA L-APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI?

Applikazzjoni għal azzjoni tista’ tintuża mid-detentur tad-dritt, bla ħlas, jew bħala miżura preventiva jew fejn ikollu raġuni sabiex jaħseb li d-dritt jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu inkisru jew jistgħu jinkisru. L-applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-oġġetti msemmija jkunu magħmulin jintgħarfu minnufih mill-awtoritajiet doganali, u b’mod partikolari:

deskrizzjoni teknika preċiża u dettaljata tal-oġġetti,

kwalunkwe informazzjoni speċifika li d-detentur ta’ dritt jista’ jkollu dwar it-tip jew mod ta’ frodi,

l-isem u l-indirizz tal-persuna ta’ kuntatt maħtura mid-detentur ta’ dritt,

l-impenn meħtieġ mill-applikant skont l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku u l-prova li l-applikant għandu d-dritt għall-oġġetti msemmija.

Id-detenturi ta’ dritt għandhom b’mod imperattiv jirritornaw il-prova tal-irċevuta tan-notifikazzjoni li kienet indirizzata lilhom mis-servizz Doganali, skont l-Artikoli 4 (ex-officio) u 9. Dan għandu jsir minnufih wara li jkunu rċevew din in-notifikazzjoni. Id-dati perentorji legali (3 ijiem xogħol — 10 ijiem xogħol) jibdew mill-mument tal-irċevuta tan-notifikazzjoni. Huwa imperattiv li d-detentur tad-dritt, malli jiġi kkuntattjat mill-awtoritajiet Doganali, jikkonferma minnufih l-irċevuta tan-notifikazzjoni.

Skont it-tifsira tar-regolament bażiku “jum ta’ ħidma” (ref. għar-regolament 1182/71 (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1)) huwa kkunsidrat kull jum għajr btajjel pubbliċi, Sibtijiet u Ħdud. Barra minn hekk, il-kalkolazzjoni tal-jiem ta’ ħidma kif inklużi fl-Artikoli 4 u 13, għandha ssir filwaqt li jitqies il-fatt li l-jum tal-irċevuta tan-notifikazzjoni ma jkunx inkluż. Id-dati perentorji li għandhom jitqiesu skont it-tifsira tar-regolament bażiku jibdew għalhekk mill-jum ta’ wara l-irċevuta tan-notifikazzjoni.

L-applikazzjoni għal azzjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku jekk ikun hemm disponibbli sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-formola għandha timtela permezz ta’ mezz mekkaniku jew b’kitba bl-id li tinqara u ma għandux ikun fiha tħassir jew kitba fuq oħra.

III.   KIF IDDAĦĦAL APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI

Id-detentur ta’ dritt għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għal azzjoni lill-uffiċċju relevanti li hemm referenza għalih fil-Kaxxa 2 tal-formola. Malli jirċievi l-applikazzjoni, l-uffiċċju doganali kompetenti jipproċessaha u jinnotifika lill-applikant bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu fi żmien 30 jum ta’ xogħol. Jekk l-uffiċċju jirrifjuta l-applikazzjoni b’deċiżjoni raġunata, l-applikant għandu d-dritt li jappella. Il-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni huwa stabbilit għal sena waħda li tiġġedded annwalment.

IV.   SPJEGI TAL-KAXEX PRINĊIPALI LI GĦANDHOM JIMTLEW MILL-APPLIKANT

Kaxxa 3 : Isem, indirizz u kariga tal-applikant. Skont l-Artikolu 2(2), l-applikant jista’ jkun id-detentur ta’ dritt huwa nnifsu, persuna awtorizzata li tuża d-dritt ta’ proprjetà intellettwali jew rappreżentant maħtur.

Kaxxa 4 : Status tal-applikant. Immarka l-kaxxa adegwata.

Kaxxa 5 : Tip ta’ dritt ikkonċernat mill-applikazzjoni għal azzjoni. Immarka l-kaxxa adegwata.

Kaxex 6 u 7 : Id-dettalji ta’ kuntatt għall-persuna ta’ kuntatt tal-applikant li jkollha x’taqsam ma’ kwistjonijiet amministrattivi għandhom jiddaħħlu fil-Kaxxa 6. Kaxxa 7 hija għad-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tkun responsabbli sabiex tiltaqa’ mal-awtoritajiet doganali sabiex tiddiskuti dettalji tekniċi tal-oġġetti miżmuma. Il-persuna konċernata għandha tkun tista’ tintlaħaq faċilment fi żmien qasir.

Kaxex 8-9-12 : Kaxxa 8 hija għal informazzjoni speċifika u preċiża li tippermetti lill-awtoritajiet doganali jidentifikaw l-oġġetti awtentiċi b’mod korrett u għal kwalunkwe informazzjoni li jista’ jkollu d-detentur tad-dritt fir-rigward tat-tip jew tal-mod tal-frodi (dokumenti, ritratti eċċ.).

L-informazzjoni għandha tkun iddettaljata kemm jista’ jkun sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw kunsinni suspettati b’mod sempliċi u effikaċi permezz ta’ prinċipji ta’ analiżi tar-riskji.

Tipi varji ta’ informazzjoni għandhom jiddaħħlu f’dawn il-kaxex sabiex tkun imtejba l-intelliġenza doganali fuq prodotti u modi ta’ frodi. Jistgħu jiġu pprovduti dettalji ta’ appoġġ addizzjonali bħal: il-valur qabel it-taxxa tal-oġġetti legali, il-post tal-oġġetti jew id-destinazzjoni maħsuba tagħhom, dettalji li jidentifikaw il-kunsinna jew il-pakketti, il-wasla skedata tagħhom jew id-data ta’ tluq tal-oġġetti, il-mezz ta’ trasport użat, l-identità tal-importatur, esportatur jew detentur.

Kaxxa 11 : Il-persuna, fiżika jew morali, li timla kaxxa 3 tal-Applikazzjoni għal azzjoni għandha, fil-każijiet kollha, tkun waħda li tipprovdi d-dokumenti stabbiliti fil-kaxxa 11 tal-Applikazzjoni għal azzjoni.

Kaxxa 13 : Billi jiffirma din il-kaxxa, id-detentur ta’ dritt jiċċertifika li huwa jaċċetta t-termini tar-Regolament u l-obbligi tiegħu.

ANNESS I-B

DIKJARAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 6 TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) 1383/2003

Jiena, is-sottoskritt …

detentur ta’ dritt, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (minn hawn iżjed ’il quddiem “ir-Regolament bażiku”, tad-drittijiet tal-proprjetajiet intellettwali iċċertifikati mid-dokumenti mehmużin, bil-preżenti nwiegħed skont l-Artikolu 6 tar-Regolament li nassumi r-responsabbiltà fir-rigward tal-persuni involuti f’sitwazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) fil-każ li proċedura mibdija skont ir-Regolament preżenti titwaqqaf minħabba att jew ommissjoni min-naħa tiegħi jew fil-każ li l-oġġetti msemmija sussegwentament jinstabu li ma jiksrux dritt ta’ proprjetà intellettwali.

B’dan il-mezz inwiegħed li nħallas l-ispejjeż kollha mġarrba skont ir-Regolament bażiku billi nżomm oġġetti taħt il-kontroll tad-dwana skont l-Artikolu 9, u fejn applikabbli l-Artikolu 11, inkluż l-ispejjeż ikkawżati mill-qerda ta’ oġġetti li jiksru d-dritt ta’ proprjetà intellettwali skont l-Artikolu 17.

Nikkonferma li ħadt nota tal-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku u nwiegħed li ninnotifika lid-dipartiment indikat fl-Artikolu 5(2) bi kwalunkwe bidla għal jew telf tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħi.

Magħmul fi … nhar, …/…/20…

(Firma)

ANNESS I-C

ISMIJIET U INDIRIZZI GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ AA

IL-BELĠJU

Monsieur le Directeur général des douanes et accises

Service Gestion des Groupes cibles - Régimes divers - Direction 1 (Contrefaçon-Piraterie)

Boîte 37 Boulevard du Jardin Botanique 50

B - 1010 Bruxelles

Tel.: (32-2)210.31.38

Feks: (32-2) 210 32 13

org.contr.reg.div@minfin.fed.be

De heer Directeur-generaal van de Administratie der Douane en Accijnzen Dienst

Diverse regelingen

Directie 1 “Namaak en Piraterij”

Rijksadministratief Centrum

Financietoren bus 37 Kruidtuinlaan 50

B - 1010 Brussel

Tel.: (32-2) 210 31 38

Feks: (32-2) 210 32 13

posta elettronika: org.contr.reg.div@minfin.fed.be

ID-DANIMARKA

Central Customs and Tax Administration

Customs Control

Østbanegade 123

DK-2100 Copenhagen

Tel. +45 72379000

Feks: + 45 72372917

posta elettronika: toldskat@toldskat.dk

Internet: www.erhverv.toldskat.dk

IL-ĠERMANJA

Oberfinanzdirektion Nürnberg Zentralstelle Gewerblicher Rechtsschutz

Sophienstraße 6

D-80333 München

Tel.: (49-89) 59 95 (2349)

Feks: (49-89) 59 95 23 17

posta elettronika: zgr@ofdm.bfinv.de

Internet: www.zoll.de/e0_downloads/b0_vordrucke/e0_vub/index.html

SPANJA

Departamento de Aduanas e impuestos Especiales

Subdirección General de Gestión Aduanera

Avenida del Llano Castellano 17

E - 28071 Madrid

Tel.: (34-1) 728 98 54

Feks: (34-1) 729 12 00

FRANZA

Direction générale dês douanes

Bureau E4 – Section de la propriété intellectuelle

8 rue de la tour des dames

F-75436 Paris Cedex 09

Tel.: (33) 1 55074860

Feks: (33) 1 55074866

L-IRLANDA

Office of the Revenue Commissioners

Customs Branch

Unit 2

Government Offices

Nenagh

Co Tipperary

Irlanda

Tel.: (353 67 63238)

Feks: (353 67 32381)

posta elettronika: tariff@revenue.ie

Internet: www.revenue.ie

L-ITALJA

Agenzia Delle Dogane

Ufficio Antifrode

Via Mario Carucci, 71

I-00144 Roma

Tel.: (39-6) 50 24 20 81 – 50246596

Feks: (39-6) 50 95 73 00 – 50242021

posta elettronika: dogane.antifrode@agenziadogane.it

IL-LUSSEMBURGU

Direction des douanes et accises

Division “Attributions Securitaires”

Boîte postale 1605

L-1016 Luxembourg

Tel.: (352) 29 01 91

Feks: (352) 49 87 90

L-OLANDA

Douane-Noord/kantoor Groningen, afdeling IER

P.O. Box 380

9700 AJ Groningen

Olanda

Tel. +31 50 5232175

Feks: + 31 50 5232176

posta elettronika: Douane.hier@tiscalimail.nl

Internet: www.douane.nl

L-AWSTRIJA

Zollamt Villach

Competence Center Gewerblicher Rechtsschutz

Ackerweg 19

A-9500 Villach

Austria

Tel.: +43 4242 3028-(39 or 41 or 52)

Feks: + 43 4242 3028 - 71 or 73

posta elettronika: post.425-pdp.zaktn@bmf.gv.at

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Direcção de Servicos de Regulação Aduaneira

Rua da Alfândega, no 5 R/C

1149-006 Lisboa

Tel.: + 351 21 881 3890

Feks: + 351 21 881 3984

posta elettronika: dsra@dgaiec.min-financas.pt

Internet: www.dgaiec.min-financas.pt

IL-FINLANDJA

Tullihallitus

Valvontaosasto

PL 512

FI-00101 Helsinki

Telefown: +358 20-492 2748

Feks: +358 20 492 2669

Enforcement Department

National Board of Customs

Box 512

FI-00101 Helsinki

L-IŻVEZJA

Tullverkets Huvudkontor

Handelsenheten

Box 12854

SE-112 98 Stockholm

Tel.: + 46 771 520 520

Feks: + 46 8 405 05 50

Minn Lulju 2004, l-indirizz sejjer ikun:

Tullverket

Kc Ombud

Specialistenheten

Box 850

SE-201 80 Malmö

Tel: +46 771 520520

Feks: +46 40 6613013

Internet: www.tullverket.se

IR-RENJU UNIT

HM Customs & Excise

CITOPS 1st Floor West

Alexander House

21 Victoria Avenue

Southend-on-Sea

Essex SS99 IAA

Renju Unit

Tel. +44 1702 367221

Feks: + 44 1702 366825

Internet: www.hmce.gov.uk

IL-GREĊJA

ATTIKA CUSTOMS DISTRICT

Pl. Ag. Nikoleou

GR-18510 Pireas

Tel. (+30 210) 4282461, 4515587

Feks: (30 210) 451 10 09

Internet: www.e-oikonomia.gr

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Customs Directorate of the Slovak Republic

Mierova 23

SK-815 11 Bratislava

Tel.: + 421 2 48273101

Feks: + 421 2 43336448

Internet: www.colnasprava.sk

L-ESTONJA

Maksu- ja Tolliamet

Narva mnt 9j

EE-15176 Tallinn

Tel: +372 683 5700

Feks: +372 683 5709

Posta elettronika: toll@customs.ee

IL-LITWANJA

Customs Department under the Ministry of Finance of the Republic of Lithuania

A. Jaksto 1/25

LT-2600 Vilnius

Tel. +370 5 2666111

Feks. +370 5 2666005

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

CUSTOMS DIRECTORATE HRADEC KRALOVE

ul. Bohuslava Martinu 1672/8a

P.O.BOX 88

CZ-501 01 HRADEC KRALOVE

Tel: 00420 49 5756 111, 00420 495756214, 00420 495756267

Feks: 00420 49 5756 200

posta elettronika: posta0601@cs.mfcr.cz

Internet: www.cs.mfcr.cz

ΜΑLTA

Director general of Customs

Customs House

Lascaris Wharf Valletta,

Tel. + 356 25685101

Feks + 356 25685243

posta elettronika carmel.v.portelli@gov.mt

Internet: www.customs.business-line.com/

IS-SLOVENJA

Customs Administration of Republic of Slovenia

General Customs directorate

Šmartinska 55

SI-1523 Ljubljana

Tel.: + 386 1 478 38 00

Feks: + 386 1 478 39 04

posta elettronika: ipr.curs@gov.si

ĊIPRU

Customs Headquarters

Indirizz: M. Karaoli

1096 Nicosia

Cyprus

Indirizz Postali:

Customs Headquarters

1440 Nicosia

Cyprus

Tel. 00357-22-601652, 00357-22-601858

Feks. 00357-22-602769

posta elettronika: headquarters@customs.mof.gov.cy

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA

Intellectual Property Rights Subdivision

Enforcement Division

National Customs Board

State Revenue Service

Republic of Latvia

Kr. Valdemara Street 1a

LV-1841 Riga

Tel.: +371 70474 42, +371 7047400

Feks: +371 7047440

posta elettronika: customs@dep.vid.gov.lv

Internet: www.vid.gov.lv

L-UNGERIJA

17. sz. Vámhivatal (Customs Office no.17)

Address: 1143, Budapest

Hungária krt. 112-114.

Postal address:

H-1591 Budapest

Pf. 310.

Tel.: + 361 470-42-60 + 361 470-42-61

Feks: + 361 470-42-78 + 361 470-42-79

Posta elettronika: vh17000@mail.vpop.hu

IL-POLONJA

The Customs Chamber in Warsaw

Str. Modlińska 4

PL-03 216 Warsaw

Tel.: + 48 22 5104611

Feks: + 48 22 8115745


ANNESS II

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS II-A

NOTI DWAR IL-MILI

I.   INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR ID-DRITTIJIET U L-ABBILTÀ TA’ AZZJONI

a)

Fejn id-detentur tad-dritt jagħmel l-applikazzjoni huwa stess:

fil-każ ta’ dritt li jkun ġie reġistrat jew li għalih tkun iddaħħlet applikazzjoni, prova tar-reġistrazzjoni mal-uffiċċju relevanti jew tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni,

fil-każ ta’ copyright, dritt relatat jew dritt għal disinn li ma jkunx irreġistrat jew li għalih ma tkunx iddaħħlet applikazzjoni, kwalunkwe evidenza ta’ awtur jew tal-istatus tiegħu bħala d-detentur oriġinali;

b)

Fejn l-applikazzjoni ssir minn kwalunkwe persuna oħra li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 (2) (a,) awtorizzata sabiex tuża wieħed mid-drittijiet li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 (1) (a, b, c) tar-Regolament bażiku, barra mill-prova meħtieġa skont punt (a) ta’ dan l-Artikolu, id-dokument li bis-saħħa tiegħu, il-persuna hija awtorizzata tuża d-dritt imsemmi;

c)

Fejn rappreżentant tad-detentur jew ta’ kwalunkwe persuna oħra li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 (2) (a, b) awtorizzata sabiex tuża wieħed mid-drittijiet li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 (1) (a, b, c) tar-Regolament bażiku tapplika, barra mill-prova meħtieġa skont punti (a) u (b) ta’ dan l-Artikolu, prova tal-awtorizzazzjoni biex taġixxi;

Il-persuna, fiżika jew morali, li timla kaxxa 3 tal-Applikazzjoni għal azzjoni għandha, fil-każijiet kollha, tkun waħda li tipprovdi d-dokumenti stabbiliti fil-kaxxa 10 tal-Applikazzjoni għal azzjoni.

d)

Kaxxa 5 fiha l-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha. Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (PDO) u indikazzjoni ġeografika protetta (PGI) tfisser l-indikazzjonijiet uffiċjali skont ir-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92, (KE) Nru 1107/96 u (KEE) Nru 2400/96. Denominazzjonijiet ġeografiċi għal xorb alkoħoliku tfisser id-denominazzjonijiet uffiċjali skont ir-Regolament (KEE) Nru 1576/89. Produtturi individwali kif ukoll gruppi u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati jagħmlu applikazzjoni.

e)

Reġistrazzjoni u speċifikazzjonijiet huma meħtieġa meta ssir applikazzjoni: għal denominazzjoni ta’ oriġini protetta u għal indikazzjoni ġeografika protetta.

II.   X’GĦANDU JKUN FIHA L-APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI?

(Art. 5(4): “Fejn l-applikant ikun id-detentur ta’ trademark Komunitarja, ta’ disinn Komunitarju, ta’ dritt ta’ varjetà ta’ pjanta tal-Komunità jew ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta mill-Komunità, applikazzjoni tista', barra milli titlob azzjoni mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn tiġi sottomessa, titlob azzjoni mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ Stati Membri oħrajn.”).

Applikazzjoni għal azzjoni tista’ tintuża mid-detentur tad-dritt, bla ħlas, jew bħala miżura preventiva jew fejn ikollu raġuni sabiex jaħseb li d-dritt jew drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħu inkisru jew jistgħu jinkisru. L-applikazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-oġġetti msemmija jkunu magħmulin jintgħarfu minnufih mill-awtoritajiet doganali, u b’mod partikolari:

deskrizzjoni teknika preċiża u dettaljata tal-oġġetti,

kwalunkwe informazzjoni speċifika li d-detentur ta’ dritt jista’ jkollu dwar it-tip jew mod ta’ frodi,

l-isem u l-indirizz tal-persuna ta’ kuntatt maħtura mid-detentur ta’ dritt,

l-impenn meħtieġ mill-applikant skont l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku u l-prova li l-applikant għandu d-dritt għall-oġġetti msemmija.

L-applikazzjoni għal azzjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku jekk ikun hemm sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta disponibbli. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-formola għandha timtela permezz ta’ mezz mekkaniku jew b’kitba bl-id li tinqara u ma għandux ikun fiha tħassir jew kitba fuq oħra.

Id-detenturi ta’ dritt għandhom b’mod imperattiv jirritornaw il-prova tal-irċevuta tan-notifikazzjoni li kienet indirizzata lilhom mis-servizz Doganali, skont l-Artikoli 4 (ex-officio) u 9. Dan għandu jsir minnufih wara li jkunu rċevew din in-notifikazzjoni. Id-dati perentorji legali (3 ijiem xogħol — 10 ijiem xogħol) jibdew mill-mument tal-irċevuta tan-notifikazzjoni. Huwa imperattiv li d-detentur tad-dritt, malli jiġi kkuntattjat mill-awtoritajiet Doganali, jikkonferma minnufih l-irċevuta tan-notifikazzjoni.

Skont it-tifsira tar-regolament bażiku “jum ta’ ħidma” (ref. għar-Regolament 1182/71) huwa kkunsidrat kull jum għajr btajjel pubbliċi, Sibtijiet u Ħdud. Barra minn hekk, il-kalkolazzjoni tal-jiem ta’ ħidma kif inklużi fl-Artikoli 4 u 13, għandha ssir filwaqt li jitqies il-fatt li l-jum tal-irċevuta tan-notifikazzjoni ma jkunx inkluż. Id-dati perentorji li għandhom jitqiesu skont it-tifsira tar-regolament bażiku jibdew għalhekk mill-jum ta’ wara l-irċevuta tan-notifikazzjoni.

III.   KIF GĦANDHA TIDDAĦĦAL APPLIKAZZJONI GĦAL AZZJONI

Id-detentur ta’ dritt għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għal azzjoni lill-uffiċċju relevanti li hemm referenza għalih fil-Kaxxa 2 tal-formola. Malli jirċievi l-applikazzjoni, l-uffiċċju doganali kompetenti jipproċessaha u jinnotifika lill-applikant bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu fi żmien 30 jum ta’ xogħol. Jekk l-uffiċċju jirrifjuta l-applikazzjoni b’deċiżjoni raġunata, l-applikant għandu d-dritt li jappella. Il-perjodu li matulu l-awtoritajiet doganali jieħdu azzjoni huwa stabbilit għal sena waħda li tiġġedded annwalment.

IV.   SPJEGI TAL-KAXEX PRINĊIPALI LI GĦANDHOM JIMTLEW MILL-APPLIKANT

Kaxxa 3 : Isem, indirizz u kariga tal-applikant. Skont l-Artikolu 2(2), l-applikant jista’ jkun id-detentur ta’ dritt huwa nnifsu, persuna awtorizzata li tuża d-dritt ta’ proprjetà intellettwali jew rappreżentant maħtur.

Il-persuna, fiżika jew morali, li timla kaxxa 3 tal-Applikazzjoni għal azzjoni għandha, fil-każijiet kollha, tkun waħda li tipprovdi d-dokumenti stabbiliti fil-kaxxa 10 tal-Applikazzjoni għal azzjoni.

Kaxxa 4 : Status tal-applikant. Immarka l-kaxxa adegwata.

Kaxxa 5 : Tip ta’ dritt konċernat mill-applikazzjoni għal azzjoni. Immarka l-kaxxa adegwata.

Kaxxa 6 : Immarka l-kaxxa għall-Istati Membri li fihom hija mitluba azzjoni mill-awtoritajiet doganali. Inti rrakkomandat ħafna li ddaħħal applikazzjoni għal azzjoni f’kull SM.

Kaxex 7-8-9 : Dawn il-kaxex huma importanti ħafna. Għandhom jiġu pprovduti dettalji preċiżi u prattiċi sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw malajr l-oġġetti miżmuma (ritratti, dokumenti, eċċ.).

Informazzjoni speċifika dwar it-tip jew il-mod tal-frodi tiffaċilita l-analiżi tar-riskji. L-informazzjoni għandha tkun iddettaljata kemm jista’ jkun sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jidentifikaw kunsinni suspettati b’mod sempliċi u effikaċi permezz ta’ analiżi tar-riskji. Dawn il-kaxex għandhom jintużaw sabiex jipprovdu lill-awtoritajiet doganali b’aktar intelliġenza preċiża fir-rigward ta’ prodotti u sabiex itejbu l-fehim tat-traffikar tagħhom. Jistgħu jiġu pprovduti dettalji ta’ appoġġ addizzjonali bħal: il-valur qabel it-taxxa tal-oġġetti legali, il-post tal-oġġetti jew id-destinazzjoni maħsuba tagħhom, dettalji li jidentifikaw il-kunsinna jew il-pakketti, il-wasla skedata tagħhom jew id-data ta’ tluq tal-oġġetti, il-mezz ta’ trasport użat, l-identità tal-importatur, esportatur jew detentur.

Kaxex 11 u 12 : Dettalji ta’ kuntatt għall-persuni ta’ kuntatt tal-applikant li jkollhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet amministrattivi u ma’ affarijiet li jeħtieġu ħila esperta għandhom jiddaħħlu fil-Kaxex 11 u 12. Kaxxa 12 hija għad-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tkun responsabbli sabiex tiltaqa’ mal-awtoritajiet doganali sabiex tiddiskuti dettalji tekniċi tal-oġġetti miżmuma. Il-persuna konċernata għandha tkun tista’ tintlaħaq faċilment fi żmien qasir.

Kaxxa 14 : Billi jiffirma din il-kaxxa, id-detentur ta’ dritt jiċċertifika li huwa jaċċetta t-termini tar-regolament u l-obbligi tiegħu.

Kaxxa 15 : Il-formola mimlija u ffirmata kif dovut, flimkien ma’ numru ta’ siltiet daqs kemm hemm Stati Membri indikati f’Kaxxa 6, għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali speċifikat fl-Artikolu 5(2) tar-regolament bażiku. Jista’ jkun hemm bżonn li l-applikazzjoni għal azzjoni tiġi tradotta fil-lingwa tal-Istati Membri fejn għandha tiġi sottomessa.

L-uffiċċji doganali elenkati fl-Anness II-C qegħdin hemm għad-dispożizzjoni tiegħek għal aktar informazzjoni.

ANNESS II-B

DIKJARAZZJONI SKONT L-ARTIKOLU 6 TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) 1383/2003

Jiena, is-sottoskritt …

detentur ta’ dritt, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 (minn hawn iżjed ’il quddiem “ir-Regolament bażiku”, tad-drittijiet tal-proprjetajiet intellettwali iċċertifikati mid-dokumenti mehmużin, bil-preżenti nwiegħed skont l-Artikolu 6 tar-Regolament li nassumi r-responsabbiltà fir-rigward tal-persuni involuti f’sitwazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1(1) fil-każ li proċedura mibdija skont ir-Regolament preżenti titwaqqaf minħabba att jew ommissjoni min-naħa tiegħi jew fil-każ li l-oġġetti msemmija sussegwentament jinstabu li ma jiksrux dritt ta’ proprjetà intellettwali.

B’dan il-mezz inwiegħed li nħallas l-ispejjeż kollha mġarrba skont ir-Regolament bażiku billi nżomm oġġetti taħt il-kontroll tad-dwana skont l-Artikolu 9, u fejn applikabbli l-Artikolu 11, inkluż l-ispejjeż ikkawżati mill-qerda ta’ oġġetti li jiksru d-dritt ta’ proprjetà intellettwali skont l-Artikolu 17.

B’dan il-mezz niċċertifika li l-impenn jingħata f’kull Stat Membru li fiha tapplika d-deċiżjoni li tagħti l-applikazzjoni. Naqbel ukoll li nassumi kwalunkwe spiża meħtieġa għat-traduzzjonijiet.

Nikkonferma li ħadt nota tal-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku u nwiegħed li ninnotifika lid-dipartiment indikat fl-Artikolu 5(2) bi kwalunkwe bidla għal jew telf tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħi.

Magħmul fi … nhar, …/…/20…

(Firma)

ANNESS II-C

ISMIJIET U INDIRIZZI GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ AA

 

IL-BELĠJU

 

Monsieur le Directeur général des douanes et accises

Service Gestion des Groupes cibles - Direction 1(Contrefaçon-Piraterie)

Boîte 37 Boulevard du Jardin Botanique 50

B-1010 Bruxelles

Tel.: (32-2)210.31.38

Feks: (32-2) 210 32 13

 

De heer Directeur-generaal van de Administratie der Douane en Accijnzen Dienst Diverse regelingen

Directie 1 “Namaak en Piraterij”

Rijksadministratief Centrum

Financietoren

bus 37 Kruidtuinlaan 50

B-1010 Brussel

Tel.: (32-2) 210 31 38

Feks: (32-2) 210 32 13

posta elettronika: org.contr.reg.div@minfin.fed.be

 

ID-DANIMARKA

Central Customs and Tax Administration

Customs Control

Østbanegade 123

DK-2100 Copenhagen

Tel. +45 72379000

Feks: + 45 72372917

posta elettronika: toldskat@toldskat.dk

Internet: www.erhverv.toldskat.dk

 

IL-ĠERMANJA

Oberfinanzdirektion Nürnberg Zentralstelle Gewerblicher Rechtsschutz

Sophienstraße 6

D-80333 München

Tel.: (49-89) 59 95 23 49

Feks: (49-89) 59 95 23 17

posta elettronika: zgr@ofdm.bfinv.de

Internet: www.zoll.de/e0_downloads/b0_vordrucke/e0_vub/index.html

 

SPANJA

Departamento de Aduanas e impuestos Especiales

Subdirección General de Gestión Aduanera

Avenida del Llano Castellano 17

E-28071 Madrid

Tel.: (34-1) 728 98 54

Feks: (34-1) 729 12 00

 

FRANZA

Direction générale des douanes

Bureau E4 – Section de la propriété intellectuelle

8 rue de la tour des dames

F-75436 Paris Cedex 09

Tel.: (33) 1 55074860

Feks: (33) 1 55074866

 

L-IRLANDA

Office of the Revenue Commissioners

Customs Branch

Unit 2

Government Offices

Nenagh

Co Tipperary

Ireland

Tel.: (353 67 63238)

Feks: (353 67 32381)

posta elettronika: tariff@revenue.ie

Internet: www.revenue.ie

 

L-ITALJA

Agenzia Delle Dogane

Ufficio Antifrode

Via Mario Carucci, 71

I-00144 Roma

Tel.: (39-6) 50 24 20 81 – 50246596

Feks: (39-6) 50 95 73 00 – 50242021

posta elettronika: dogane.antifrode@agenziadogane.it

 

IL-LUSSEMBURGU

Direction des douanes et accises

Division “Attributions Securitaires”

Boîte postale 1605

L-1016 Luxembourg

Tel.: (352) 29 01 91

Feks: (352) 49 87 90

 

L-OLANDA

Douane-Noord/kantoor Groningen, afdeling IER

P.O. Box 380

9700 AJ Groningen

Nederland

Tel. +31 50 5232175

Feks: + 31 50 5232176

posta elettronika: Douane.hier@tiscalimail.nl

Internet: www.douane.nl

 

L-AWSTRIJA

Zollamt Villach

Competence Center Gewerblicher Rechtsschutz

Ackerweg 19

A-9500 Villach

Austria

Tel.: +43 4242 3028-(39, 41 or 52)

Feks: + 43 4242 3028 - 71 or 73

posta elettronika: post.425-pdp.zaktn@bmf.gv.at

 

IL-PORTUGALL

Ministério das Finanças

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Direcção de Servicos de Regulação Aduaneira

Rua da Alfândega, no 5 R/C

P-1149-006 Lisboa

Tel.: + 351 21 881 3890

Feks: + 351 21 881 3984

posta elettronika: dsra@dgaiec.min-financas.pt

Internet: www.dgaiec.min-financas.pt

 

IL-FINLANDJA

Tullihallitus

Valvontaosasto

PL 512

FI-00101 Helsinki

Telefown: +358 20-492 2748

Feks: +358 20 492 2669

Enforcement Department

National Board of Customs

Box 512

FI-00101 Helsinki

 

L-IŻVEZJA

Tullverkets Huvudkontor

Handelsenheten

Box 12854

SE-112 98 Stockholm

Tel.: + 46 771 520 520

Feks: + 46 8 405 05 50

Minn Lulju 2004, l-indirizz se jkun:

Tullverket

Kc Ombud

Specialistenheten

Box 850

SE-201 80 Malmö

Tel: +46 771 520520

Feks: +46 40 6613013

Internet: www.tullverket.se

 

IR-RENJU UNIT

HM Customs & Excise

CITOPS 1st Floor West

Alexander House

21 Victoria Avenue

Southend-on-Sea

Essex SS99 IAA

Tel. +44 1702 367221

Feks: +44 1702 366825

Internet: www.hmce.gov.uk

 

IL-GRECJA

ATTIKA CUSTOMS DISTRICT

Pl. Ag. Nikoleou

GR-18510 Pireas

Tel. (+30 210) 4282461, 4515587

Feks: (30 210) 451 10 09

Internet: www.e-oikonomia.gr

 

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

Customs Directorate of the Slovak Republic

Mierova 23

SK-815 11 Bratislava

Tel.: + 421 2 48273101

Feks: + 421 2 43336448

Internet: www.colnasprava.sk

 

L-ESTONJA

Maksu- ja Tolliamet

Narva mnt 9j

EE-15176 Tallinn

Tel: +372 683 5700

Feks: +372 683 5709

Posta elettronika: toll@customs.ee

 

IL-LITWANJA

Customs Department under the Ministry of Finance of the Republic of Lithuania

A. Jaksto 1/25

LT-2600 Vilnius

Tel. +370 5 2666111

Feks. +370 5 2666005

 

IR-REPUBBLIKA CEKA

CUSTOMS DIRECTORATE HRADEC KRALOVE

ul. Bohuslava Martinu 1672/8a

P.O. BOX 88

CZ-501 01 HRADEC KRALOVE

Tel: 00420 49 5756 111, 00420 495756214, 00420 495756267

Feks: 00420 49 5756 200

posta elettronika: posta0601@cs.mfcr.cz

Internet: www.cs.mfcr.cz

 

ΜΑLTA

Director general of Customs

Customs House

Lascaris Wharf Valletta

Tel. + 356 25685101

Feks + 356 25685243

posta elettronika carmel.v.portelli@gov.mt

Internet: www.customs.business-line.com/

 

IS-SLOVENJA

Customs Administration of Republic of Slovenia

General Customs directorate

Šmartinska 55

SI-1523 Ljubljana

Tel.: + 386 1 478 38 00

Feks: + 386 1 478 39 04

posta elettronika: ipr.curs@gov.si

 

CIPRU

Customs Headquarters

Indirizz:

M. Karaoli

1096 Nicosia

Cyprus

Indirizz Postali:

Customs Headquarters

1440 Nicosia

Cyprus

Tel. 00357-22-601652, 00357-22-601858

Feks. 00357-22-602769

posta elettronika: headquarters@customs.mof.gov.cy

 

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA

Intellectual Property Rights Subdivision

Enforcement Division

National Customs Board

State Revenue Service

Republic of Latvia

Kr. Valdemara Street 1a

LV 1841-Riga

Tel.: +371 7047450, +371 7047411

Feks: +371 7047423

posta elettronika: customs@dep.vid.gov.lv

Internet: www.vid.gov.lv

 

L-UNGERIJA

17. sz. Vámhivatal (Customs Office no.17)

Address:

H-1143, Budapest

Hungária krt. 112-114.

Postal address:

H-1591 Budapest

Pf. 310.

Tel.: + 361 470-42-60, + 361 470-42-61

Feks: + 361 470-42-78, + 361 470-42-79

Posta elettronika: vh17000@mail.vpop.hu

 

IL-POLONJA

The Customs Chamber in Warsaw

Str. Modlińska 4

PL-03 216 Warsaw

Tel.: + 48 22 5104611

Feks: + 48 22 8115745


Top