EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D2239
Decision No 2239/2004/EC of the European Parliament and of the Council of 17 November 2004 amending Council Decision 1999/784/EC concerning Community participation in the European Audiovisual Observatory
Id-Deċiżjoni Nru. 2239/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 1999/784/KE dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew
Id-Deċiżjoni Nru. 2239/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 1999/784/KE dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew
OJ L 390, 31.12.2004, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 047 P. 83 - 84
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 047 P. 83 - 84
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
31.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 390/1 |
ID-DEĊIŻJONI NRU. 2239/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Novembru 2004
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 1999/784/KE dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),
Wara li jikkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3)
Billi:
(1) |
Fid-Deċiżjoni 1999/784/KE (4) il-Kunsill ddeċieda li l-Komunità għandha ssir membru ta' l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (minn issa l'quddiem “l-Osservatorju”) sabiex tagħti sostenn lill-attività ta' dan ta' l-aħħar. L-Osservatorju jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-industrija awdjoviżiva tal-Komunità billi jtejjeb it-trasferiment ta' informazzjoni lill-industrija, b'mod partikolari lil intrapriżi zgħar u ta' daqs medju, u tippromovi fehma iktar ċara tas-suq. |
(2) |
Il-multimedja u t-teknoloġiji l-ġodda se jkollhom rwol dejjem akbar fis-settur awdjoviżiv. L-Osservatorju jistgħa jkompli jkollu r-rwol importanti tiegħu jekk il-kapaċità tiegħu li jsegwi dawn l-iżviluppi l-ġodda tiġi msaħħa meta jkun f'waqtu. |
(3) |
Għalkemm il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi hu miġbur fit-Trattat, in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-bosta differenzi f'regolamenti nazzjonali fl-oqsma tal-liġi fiskali u tax-xogħol hu ta' ostaklu għall-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi awdjoviżivi. L-Osservatorju jista' joffri kontribut positiv billi jiġbor u jipprovdi esperti u informazzjoni sistematika fil-oqsma tal-liġi fiskali u tax-xogħol, tad-dritt ta' l-awtur u tal-liġi għall-ħarsien tal-konsumatur. |
(4) |
Wara r-risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar it-Televiżjoni mingħajr fruntieri, li sejħet għal rapport annwali ta' benchmarking dwar kif it-TV diġitali tista' tiġi magħmula aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, l-Osservatorju għandu jiġi mistieden sabiex jiġbor data fuq bażi annwali dwar il-livelli ta' servizzi tat-televiżjoni pprovduti fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill ta' l-Ewropa biex jassistu l-persuni b'diżabbilità, bħal ma huma t-tpoġġija ta' sottotitoli, deskrizzjoni bl-awdjo u lingwa tas-sinjali. |
(5) |
ġie ppruvat li l-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju hija effettiva biex tagħti sostenn lill-attività ta' dan ta' l-aħħar. |
(6) |
Huwa xieraq li titkompla tali parteċipazzjoni tul il-perijodu meħtieġ biex l-Osservatorju jadotta linji gwida għall-attività futura tiegħu, mill-2006 il'quddiem. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 1999/748/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/784/KE għandu jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa l-aħħar ġurnata ta' l-aħħar xahar tas-seba' sena wara s-sena ta' l-adozzjoni tagħha.”
Magħmula fi Strasburgu, 17 ta' Novembru 2004.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
A. NICOLAÏ
(1) ĠU C 98, tat-23.4.2004, p. 34.
(2) ĠU C 241, tat-28.9.2004, p. 15.
(3) L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2004.
(4) ĠU L 307, tat-2.12.1999, p.61.