EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2059

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2059/2003 tas-17 ta’ Novembru 2003 li jemenda r-Regolament Nru 79/65/KEE li jistabbilixxi sistema komplessa għall-ġbir ta’ data ta’ accountancy dwar l-introjtu u l-operazzjoni ta’ negozju (kummerċjali) azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea

OJ L 308, 25.11.2003, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 041 P. 188 - 189
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 051 P. 135 - 136
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 051 P. 135 - 136

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 31965R0079

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2059/oj

32003R2059



Official Journal L 308 , 25/11/2003 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2059/2003

tas-17 ta’ Novembru 2003

li jemenda r-Regolament Nru 79/65/KEE li jistabbilixxi sistema komplessa għall-ġbir ta’ data ta’ accountancy dwar l-introjtu u l-operazzjoni ta’ negozju (kummerċjali) azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Is-sistema komplessa ta’ data stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE [3] tipprovdi lill-Kummissjoni b’informazzjoni oġġettiva u relevanti dwar il-politika agrikola komuni.

(2) Għal raġunijiet maniġerjali, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex temenda l-lista ta’ diviżjonijiet ta’ Stati Membri miġbura fl-Anness għar-Regolament Nru 79/65/KEE, wara talba minn Stat Membru.

(3) Is-sistema komplessa ta’ data hija għodda utli li tagħmilha possibbli għall-Komunità li tiżviluppa din il-politika u isservi, bħala konsegwenza, l-Istati Membri kif ukoll lill-Komunità. L-ispejjeż tas-sistemi komputerizzati li fuqhom toqgħod is-sistema komplessa u ta’ studji u attivitajiet ta’ żvilupp ta’ aspetti oħra tas-sistema komplessa, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju.

(4) Ir-Regolament Nru 79/65/KEE għandu għalhekk ikun emendat f’dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Nru 79/65/KEE huwa hawn emendat kif ġej:

1. fil-Kapitolu I, jiżdied l-Artikolu li ġej:

"L- Artikolu 2a

Fuq talba ta’ Stat Membru l-lista ta’ diviżjonijiet għandha tkun emendata skond il-proċedura preskitta fl-Artikolu 19, sakemm it-talba tikkonċerna d-diviżjonijiet ta’ l-Istat Membru.";

2. L-Artikolu 22(1) għandu jkun issostitwit b’li ġej:

"1. Approprjazzjonijiet li għandhom ikunu inklużi fl-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, fit-taqsima tal-Kummissjoni, għandhom ikopru:

(a) dawk l-ispejjeż tas-sistema komplessa tad-data li jkunu attribwiti għall-pagament ta’ ħlasijiet lill-uffiċċji ta’ accountancy għat-twettiq minnhom ta’ dmirijiet li jirreferi għalihom l-Artikoli 9 u 14;

(b) l-ispejjeż kollha tas-sistemi komputerizzati operati mill-Kummissjoni għar-riċeviment, verifika, ipproċessar u analiżi ta’ data ta’ accountancy fornita mill-Istati Membri.

L-ispejjeż li hemm referenza għalihom fil-punt (b) jinkludu, fejn xieraq, l-ispejjeż għat-tixrid tar-riżultati ta’ dawk l-operazzjonijiet u l-ispejjeż ta’ studji fi, u żviluppi ta’, aspetti oħra tas-sistema komplessa tad-data tan-network."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 2003.

F’isem il-Kunsill

G. Alemanno

Il-President

[1] Opinjoni tad-9 ta’ Ottubru 2003 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni tad-29 ta’ Ottubru 2003 (għandha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1256/97 (ĠU L 174, tat-2.7.1997, p. 7).

--------------------------------------------------

Top