EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1040

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1040/2003 Ta tal-11 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1255/97 rigward il-postijiet ta’ waqfien

OJ L 151, 19.6.2003, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 039 P. 93 - 95
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 047 P. 202 - 204
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 047 P. 202 - 204
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 032 P. 168 - 170

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1040/oj

32003R1040



Official Journal L 151 , 19/06/2003 P. 0021 - 0023


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1040/2003

Ta tal-11 ta’ Ġunju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 1255/97 rigward il-postijiet ta’ waqfien

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 91/628/KE, waqt it-trasport ta’ annimali ħajja, l-annimali għandhom ikunu mneħħa, mogħtija l-ikel, ix-xorb u l-possibiltà li jistrieħu matul intervalli preskritti.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar il-kriterji Komunitarji għall-postijiet tal-waqfien u li jemenda l-pjan tar-rotta mniżżel fl-Anness mad-Direttiva 91/628/KEE [3], jipprovdi għal miżuri ta’ saħħa sabiex ma titħalliex it-trasmissjoni possibli ta’ mard. Jistabbilixxi wkoll obbligazzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-movimenti ta’ l-annimali.

(3) Ċerti tifqiegħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer iddikjarati fil-Komunità fl-2001 ġew marbuta mat-taħlit flimkien ta’ annimali fil-post ta’ waqfien. L-investigazzjoni ta’ dawn it-tifqiegħat urew li l-miżuri ta’ saħħa u l-obbligazzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-movimenti ta’ l-annimali ma kienux qed jiġu mħarsa.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/327/KE [4] issospendiet temporanjament l-użu ta’ postijiet ta’ waqfien biex tostakola l-estenzjoni possibli ta’ l-epidemija tal-marda ta’ lsien u dwiefer fil-Komunità. Hu neċessarju li din il-miżura, li hi temporanja, titbiddel ma’ miżuri permanenti approprijati.

(5) L-użu ta’ postijiet ta’ waqfien jista’ jirrappreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-annimali, b’mod partikolari fejn il-postijiet mhumiex operati b’mod korrett mill-aspett ta’ saħħa ta’ l-annimali. Konsegwentament ir-regoli dwar saħħa ta’ l-annimali fil-postijiet ta’ waqfien għandhom jiġu rinforzati b’mod partikolari rigward it-tindif u d-disinfezzjoni.

(6) Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba jidher li hu wkoll neċessarju li jiġi provvdut li l-postijiet ta’ waqfien għandhom ikunu transitu biss mill-annimali li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ saħħa tal-Komunità għall-ispeċi li għalihom hu approvat il-post ta’ waqfien u li wara t-tlestija ta’ residenza obbligatorja fuq ażjenda waħda għaddew biss minn ta’ ċentru wieħed approvat.

(7) Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, hu neċessarju u xieraq għas-seħħ ta’ l-għanijiet basiċi tal-protezzjoni ta’ l-istatut tas-saħħa ta’ l-annimali tal-Komunità li jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu tal-postijiet ta’ waqfien. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessasrju sabiex jinkisbu l-għanijiet segwiti skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(8) Żviluppi fis-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali tal-Komunità jistgħu jeħtieġu adattamenti tal-kondizzjonijiet li taħthom huma użati l-postijiet ta’ waqfien. Hu xieraq li tiġi provvduta proċedura li biha jistgħu jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tekniċi fir-Regolament (KE) Nru. 1255/97 biex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni fil-Komunità tas-saħħa ta’ l-annimali.

(9) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru. 1255/97 għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [5].

(10) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penalitajiet applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 1255/97 u jiżguraw li jiġu mplimentati. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proprozjonati u disswasivi.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru. 1255/97 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru. 1255/97 hu hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3(3) għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"3. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ numru approvat għal kull post ta’ waqfien. Din l-approvazzjoni tista’ tkun limitata għal speċi partikolari jew għal ċerti kategoriji ta’ annimali u statut ta’ saħħa.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista’ ta’ postijiet ta’ waqfien approvati u b’kull aġġornamenti.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta din l-informazzjoni lill-Istati Membri fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali."

2. L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 4

1. Postijiet ta’ waqfien għandhom jintużaw biss biex jirċievu l-annimali li jieqfu hemm, jagħtuhom ikel, xorb u kura, u jħalluhom jistrieħu.

2. Madankollu, permezz tad-deroga mil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japprovaw ukoll bħala postijiet ta’ waqfien il-bini kollu ta’ ċentri ta’ laqgħat kif imfissra fl-Artikolu 2(o) tad-Direttiva 64/432/KEE u fl-Artikolu 2(b)(3) tad-Direttiva 91/68/KEE sakemm jikkonformaw mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u tal-punt A.4 ta’ l-Anness I ma’ dan ir-Regolament matul il-perijodu kollu li jintuża bħala post ta’ waqfien.

3. Annimali jistgħu jkunu preżenti fl-istess ħin f’post ta’ waqfien biss jekk:

(a) għandhom l-istess statut ċċertifikat ta’ saħħa, li jinkludu fejn xieraq, kull garanzija addizzjonali mogħtija skond il-leġislazzjoni tal-Komunità; u

(b) l-istatut ta’ saħħithom hu ċċertifikat;

(i) jew skond il-ħtiġiet applikabbli għall-kategorija ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi kkonċernata kif stabbiliti fil-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità miżżla fl-Anness A mad-Direttiva 90/425/KEE.

Fejn mhux ipprovdut bil-ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali rispettivi, ċertifkazzjoni addizzjonali għandu jiggarantixxi li l-annimali baqgħu minn ta’ l-inqas 21 ġurnata f’ażjenda waħda, jew mit-twelid fl-ażjenda oriġinali, jekk l-annimali għandhom inqas minn 21 ġuranta, qabel ma ntbagħtu minn dik l-ażjeda jew direttament jew għaddew minn ċentru ta’ laqgħat approvat u, fil-każ ta’ nagħaġ u mogħoż, jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 2b(4) tad-Direttiva 91/68/KEE; or

(ii) fil-każ ta’ annimali bovini jew ħnieżer iddestinati biex jiġu esportati lejn pajjiż terz fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 93/444/KEE; [6]

(ċ) jagħmlu parti mill-kategorija ta’ l-annimali li għalihom hu approvat il-post ta’ waqfien."

3. L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat b’dan li ġej:

(a) punt (b) hu mħassar;

(b) punt (h) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(h) l-awtorità kompetenti għandha tiġi mgħarrfa fi żmien ġurnata wara t-tluq tal-kunsinna bl-informazzjoni stabbilita fil-punt C.7 ta’ l-Anness I. Dik l-informazzjoni għandha tinżamm reġistrata jew imqiegħda f’bażi ta’ informazzjoni, għandha tinħażen u tinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti minn ta’ l-inqas għal tliet snin;"

4. Għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

"L-Artikolu 6a

Kull emenda għall-Anness I ma’ dan ir-Regolament li hi neċessarja li tiġi adattata għas-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/628/KEE.

L-Artikolu 6b

L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 91/628/KEE biex jippenalizzaw kull ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2004 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom."

5. Dan li ġej hu miżjud mat-taqsima A ta’ l-Anness I:

"5. Qabel ma jaċċettaw annimali, il-postijiet ta’ waqfien:

(a) ikunu bdew l-operazzjoni ta’ tindif u disinfezzjoni sa’ 24 siegħa mit-tluq ta’ l-annimali kollha li kienu miżmuma hemm skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament;

(b) baqgħu ħielsa minn annimali sakemm tlestiet l-operazzjoni ta’ tindif u disinfezzjoni għas-sodisfazzjoni tal-veterinarju uffiċjali."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-11 ta’ Ġunju 2003.

F’isem il-Kunsill

G. Drys

Il-President

[1] ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru. 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU C 291, tas-26.11.2, p. 179.

[3] ĠU L 174, tat-2.7.97, p. 1.

[4] ĠU L 115, tal-25.4.2001, p. 12. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/1004/KE (ĠU L 349, ta’ l-24.12.2002, p. 108).

[5] ĠU L 184, tas-17.7.99, p. 23.

[6] ĠU L 208, tad-19.8.93, p. 34.

--------------------------------------------------

Top