EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0696

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/2003 ta’ l-14 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar appoġġ mill-Komunità għal miżuri ta’ pre-adeżjoni fl-agrikoltura u fl-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant fil-perjodu tal-pre-adeżjoni.

OJ L 99, 17.4.2003, p. 24–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 046 P. 183 - 184

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/696/oj

32003R0696

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/2003 ta’ l-14 ta’ April 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar appoġġ mill-Komunità għal miżuri ta’ pre-adeżjoni fl-agrikoltura u fl-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant fil-perjodu tal-pre-adeżjoni.

Official Journal L 099 , 17/04/2003 P. 0024 - 0025
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 183 - 184


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 696/2003

ta’ l-14 ta’ April 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar appoġġ mill-Komunità għal miżuri ta’ pre-adeżjoni fl-agrikoltura u fl-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta’ l-Ewropa ¬entrali u l-Ewropa tal-Lvant fil-perjodu tal-pre-adeżjoni.

Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 181A tiegħu

Wara li ikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) F’nofs Awissu ta’ l-2002 danni konsiderevoli kienu kkawżati, inter alia, f’varji pajjiżi kandidati minħabba għargħar fil-lokalitajiet rurali tagħhom. Il-Komunità għandha taġixxi b’mod xieraq rigward diżastri naturali bħal dawn meta dawn isiru fil-pajjiżi kandidati, billi tuża diversi strumenti li jinkludu l-instrument ta’ pre-adeżjoni stabbilit taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 [4], li jinkludi l-għan li tinstab soluzzjoni għal problemi speċifiċi u ta’ prijorità għal adattament sustenibbli tas-settur ta’ l-agrikoltura u lokalitajiet rurali f’dawn il-pajjiżi.

(2) L-ebda dispożizzjoni speċjali ma hija inkluża f’dan ir-Regolament għal azzjonijiet biex jgħinu lil dawn il-lokalitajiet rurali jerġgħu lura għan-normal wara xi diżastru naturali eċċezzjonali.

(3) Azzjoni xierqa mill-Komunità rigward diżastri bħal dawn għandha tittieħed mill-Komunità. Dawn l-avvenimenti inter alia huma ta’ piż ekonomiku konsiderevoli għall-partijiet affettwati, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, u għalhekk jikkoinċidu mal-preparazzjoni għall-adeżjoni. Taħt instrument ta’ politika ko-finanzjament bħal dak stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999, azzjoni xierqa għal proġetti relevanti fil-pajjiżi kkonċernati għandha tinkludi żieda kemm fl-assistenza tal-Komunità, kif ukoll fil-limiti normali ta’ għajnuna.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandu għalhekk ikun emendat kif suppost.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

L-Artikolu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"l-Artikolu 8

Rata ta’ Kontribuzzjoni mill-Komunità

1. Il-kontribuzzjoni mill-Komunità tista’ tammonta għal 75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli minbarra dawn li ġejjin:

(a) għal proġetti relevanti taħt kwalunkwe miżura fejn il-Kummissjoni tiddetermina li seħħ diżastru naturali eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni tal-Komunità tista’ tammonta għal 85 % tat-total eliġibbli ta’ l-ispiża totali;

(b) għal miżuri referiti fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 2 u ta’ l-Artikolu 7(4), il-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Komunità tista’ tammonta għal 100 % tat-total eliġibbli ta’ l-ispiża.

2. Għall-introjtu li jiġġenera l-investimenti

(a) minbarra dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(a), għajnuna pubblika tista’ tammonta għal 50 % tat-total eliġibbli ta’ l-ispiża, li minnhom il-kontribuzzjoni tal-Komunità tista’ tammonta għal 75 %;

(b) referuta fil-paragrafu 1(a), għajnuna pubblika tista’ tammonta għal 75 % tat-total eliġibbli ta’ l-ispiża, li minnhom il-kontribuzzjoni tal-Komunità tista’ tammonta għal 85 % għall-għajnuna pubblika.

Fi kwalunkwe każ, il-kontribuzzjoni tal-Komunità ser tħares il-limiti tar-rati ta’ għajnuna u ta’ kumulazzjoni stabbiliti għal għajnuna ta’ l-Istat.

3. L-appoġġ finanzjarju u l-pagamenti ser jingħataw f’euros."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-14 ta’ April 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

A. Giannitsis

[1] ĠU C 331E, tal-31.12.2002, p. 195.

[2] Opinjoni mibgħuta fil-11 ta’ Marzu 2003 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 61, 14.03.03, p. 194.

[4] ĠU L 161, 26.06.99, p. 87. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2500/2001 (ĠU L 342, 27.12.01, p. 1).

--------------------------------------------------

Top