Help Print this page 

Document 32003R0343

Title and reference
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz
  • No longer in force
OJ L 50, 25.2.2003, p. 1–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 006 P. 109 - 118
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 006 P. 56 - 65
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 006 P. 56 - 65
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 012 P. 37 - 46

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/343/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Text

32003R0343



Official Journal L 050 , 25/02/2003 P. 0001 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003

tat-18 ta' Frar 2003

li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, il-punt (1)(a),

Wara li kkonsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkonsidraw the opinion of the Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Billi:

(1) Politika komuni dwar l-ażil, inkluża Sistema Komuni Ewropea ta' l-ażil hija parti kostitwenti ta' l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea biex tistabbilixxi progressivament żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal dawk li, imġiegħla minn ċirkostanzi, ifittxu b'mod leġittimu protezzjoni fil-Komunita.

(2) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa speċjali tiegħu f'Tampere fil-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, qabel li jaħdem biex jistabbilixxi Sistema Komuni Ewropea ta' l-ażil, ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus ta' Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tat-31 ta' Jannar 1967, biex hekk ikun żgurat li ħadd ma jintbagħat lura għal persekuzzjoni i.e. jinżamm il-prinċipju ta' non-refoulement. F'dan ir-rigward, u mingħajr ma jintlaqtu l-kriterji ta' responsabbiltà preskritti f'dan ir-Regolament, Stati Membri, li kollha jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement, jitqiesu bħala pajjiżi siguri għal ċittadini ta' pajjiżi terzi.

(3) Il-konklużjonijiet ta' Tampere ddikjaraw ukoll li din is-sistema għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil.

(4) Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. Huwa għandu, b'mod partikolari, jagħmel possibbli li jkun iddeterminat bil-ħeffa l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri li jiddeterminaw l-istatus ta' refuġjat u ma jkunx kompromess l-għan ta' l-ipproċessar bil-ħeffa ta' applikazzjonijiet għall-ażil.

(5) Fir-rigward ta' l-introduzzjoni ta' fażijiet suċċessivi ta' sistema komuni Ewropea ta' l-ażil li għandha twassal, fit-terminu iktar fit-tul, għal proċedura komuni u status uniformi, validu ma' l-Unjoni kollha, għal dawk li jingħatalhom l-ażil, huwa xieraq f'dan l-istadju, filwaqt li jsir it-titjib meħtieġ fid-dawl ta' l-esperjenza, li jkunu kkonfermati l-prinċipji li huma l-bażi tal-Konvenzjoni li tiddetermina l-Istat responsabbli biex jeżamina applikazzjonijiet għall-ażil iddepożitati f'wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej [4], iffirmata f'Dublin fil-15 ta' Ġunju 1990 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa l-Konvenzjoni ta' Dublin), li l-implimentazzjoni tagħha stimulat il-proċess ta' armonizzazzjoni tal-politiki dwar l-ażil.

(6) L-għaqda tal-familja għandha tkun ippreżervata sakemm dan ikun kompatibbli ma' l-għanijiet l-oħra segwiti billi jkunu stabbiliti kriterji u mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil.

(7) Billi l-ipproċessar flimkien ta' l-applikazzjonijiet għall-ażil tal-membri ta' familja waħda minn Stat Membru wieħed jagħmel possibbli li jkun żgurat li l-applikazzjonijiet ikunu eżaminati b'mod komplet u li d-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tagħhom ikunu konsistenti. Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jidderogaw mill-kriterji ta' responsibilita, biex jagħmluha possibbli li jġibu flimkien membri tal-familja fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet umanitarji.

(8) Il-ħolqien progressiv ta' żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta' persuni jkun iggarantit skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea u l-istabbiliment ta' politika tal-Komunità dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u qagħad ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi sforzi komuni lejn l-amministrazzjoni ta' konfini esterni, jagħmel meħtieġ li jinstab bilanċ bejn kriterji ta' responsabbiltà u spirtu ta' solidarjetà.

(9) L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tista' tkun iffaċilitata, u l-effikaċja tiegħu tiżdied, b'arranġamenti bilaterali bejn Stati Membri biex jitjiebu l-komunikazzjonijiet bejn id-dipartimenti kompetenti, filwaqt li jitnaqqsu l-limiti ta' żmien għal proċeduri jew ikun issimplifikat l-ipproċessar ta' talbiet biex jittieħed inkarigu jew jittieħed lura, jew l-istabbiliment ta' proċeduri għall-għamil ta' trasferimenti.

(10) Kontinwita bejn is-sistema biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli stabbilita bil-Konvenzjoni ta' Dublin u s-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament għandha tkun żgurata. B'mod simili, konsistenza għandha tkun żgurata bejn dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta' Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta' "Eurodac" għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin [5].

(11) It-tħaddim tas-sistema Eurodac, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2725/2000 u b'mod partikolari l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 4 u 8 li jinsabu fih għandha tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(12) Fir-rigward tat-trattament ta' persuni li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, Stati Membri huma marbuta b'obbligi taħt strumenti tal-liġi internazzjonali li tagħha huma parti.

(13) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjonic tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi proċeduri għall-eżerċizzju biex ikunu implimentati poteri mogħtija lill-Kummissjoni [6].

(14) L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun ivvalorizzata f'intervalli regolari.

(15) Ir-Regolament josserva d-drittijiet u prinċipji fundamentali li huma rrikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea [7]. B'mod partikulari, huwa jfittex li jiżgura osservanza sħiħa tad-dritt ta' l-ażil iggarantit bl-Artikolu 18.

(16) Ladarba l-għan tal-miżura proposta, jiġifieri l-istabbiliment tal-kriterji u mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u, mogħtija l-kobor u l-effeti, jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarita kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalita, kif iddikjarat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dan il-għan.

(17) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda taw notifika, bl-ittri tat-30 ta' Ottubru 2001, tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-addozzjoni u applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(18) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropej, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(19) Il-Konvenzjoni ta' Dublin tibqa' fis-seħħ u tissokta tapplika bejn id-Danimarka u l-Istati Membri li huma marbuta b'dan ir-Regolament sa meta ftehim li jippermetti l-partiċipazzjoni tad-Danimarka f'dan ir-Regolament ikun konkluż,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETTI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "ċittadin ta' pajjiż terz" tfisser kull min mhux ċittadin ta' l-Unjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 17(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

(b) "Konvenzjoni ta' Ġinevra" tfisser il-Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-istatus ta' refuġjati, kif emendata bil-Protokoll ta' New York tal-31ta' Jannar 1967;

(ċ) "applikazzjoni għall-ażil" tfisser l-applikazzjoni magħmula minn ċittadin ta' pajjiż terz li tista' tiftiehem bħala talba għal protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, taħt il-Konvenzjoni ta' Ġinevra. Kull applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija preżunta li tkun applikazzjoni għall-ażil, sakemm ċittadin ta' pajjiż terz ma jitlobx espliċitament għal xorta ta' protezzjoni oħra li tkun tista' ssir applikazzjoni għaliha separatament;

(d) "applikant" jew "min ifittex l-ażil" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li jkun għamel applikazzjoni għall-ażil li dwarha deċiżjoni finali ikun għadha ma tteħditx;

(e) "eżami ta' applikazzjoni għall-ażil" tfisser kull eżami ta', jew deċiżjoni dwar, applikazzjoni għall-ażil mill-awtoritajiet kompetenti skond l-liġi nazzjonali ħlief għal proċeduri li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli skond dan ir-Regolament;

(f) "irtirar ta' applikazzjoni għall-ażil" tfisser azzjonijiet li bihom l-applikant għall-ażil itemm il-proċeduri mibdijin bis-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil, skond il-liġi nazzjonali, jew b'mod espliċitu jew taċitu;

(g) "refuġjat" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li jikkwalifika għall-istatus iddefinit bil-Konvenzjoni ta' Ġinevra u awtorizzat li joqgħod bħala tali fit-territorju ta' Stat Membru;

(h) "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser persuni mhux miżżewġin taħt l-eta ta' tmintax li jaslu fit-territorju ta' l-Istati Membri mhux akkumpanjati minn adult responsabbli għalihom kemm bil-liġi kif ukoll l-użanza, u sakemm huma jittiħdux effettivament fir-responsabbilta ta' persuna tali; tinkludi minorenni li jitħallew mhux akkumpanjati wara li jkunu waslu fit-territorju ta' l-Istati Membri;

(i) "membri tal-familja" tfisser sa fejn il-familja kienet diġa teżisti fil-pajjiż ta' orġini, il-membri tal-familja ta' l-applikant li huma preżenti fit-territorju ta' l-Istati Membri li ġejjin:

(i) ir-raġel/il-mara ta' min ifittex l-ażil jew il-partner mhux miżżewweġ/mhux miżżewġa tagħha jew tiegħu f'relazzjoni stabbli, fejn il-leġislazzjoni jew il-prattika ta' l-Istat Membru kkonċernat titratta koppji mhux miżżewġin b'manjiera komparabbli għal koppji miżżewġa taħt il-liġi tiegħu dwar aljeni;

(ii) it-tfal minorenni ta' koppji li jirreferi għalihom il-punt (i) jew ta' l-applikant, fuq kundizzjoni li huma mhumiex miżżewġin u dipendenti u mingħajr ma jingħata każ jekk twildux fiż-żwieġ jew barra minnu jew adottati kif iddefinit taħt il-liġi nazzjonali;

(iii) il-missier, l-omm jew it-tutur meta l-applikant jew refuġjat huwa minorenni u mhux miżżewweġ;

(j) "dokument ta' residenza" tfisser kull awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru li jawtorizza ċittadin ta' pajjiż terz biex joqgħod fit-territorju tiegħu, inklużi d-dokumenti li jissostanzjaw l-awtorizzazzjoni biex jibqgħu fit-territorju taħt arranġamenti ta' protezzjoni temporanja jew sakemm iċ-ċirkostanzi li jimpedixxu ordni ta' tneħħija milli tkun eżegwita ma japplikawx iktar, ħlief viżas u awtorizzazzjonijiet maħruġa matul il-perjodu rekwiżit biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli kif stabbilit f'din id-deċiżjoni jew matul eżami ta' applikazzjoni għall-ażil jew applikazzjoni għal permess ta' residenza;

(k) "viża" tfisser l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru rekwiżita għal transitu jew dħul għal qagħda intenzjonata f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri. In-natura tal-viża għandha tkun iddeterminata skond id-definizzjonijiet li ġejjin:

(i) "viża għal qagħda twila" tfisser l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru rekwiżita għal dħul għal qagħda intenzjonata f'dak l-Stat Membru ta' iktar minn tliet xhur;

(ii) "viża għal qagħda qasira" tfisser l-awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru rekwiżita għal dħul għal qagħda intenzjonata f'dak l-Istat Membru għal perjodu li d-dewmien totali tiegħu ma jeċċedix tliet xhur;

(iii) "viża ta' transitu" tfisser awtorizzazzjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru għal dħul għal transitu mit-territorju ta' dan l-Istat Membru jew diversi Stati Membri, ħlief għal transitu f'ajruport;

(iv) "viża għal transitu f'ajruport" tfisser awtorizzazzjoni jew deċiżjoni li tippermetti ċittadin ta' pajjiż terz suġġett speċifikament għal dan ir-rekwiżit biex jgħaddi miż-żona ta' transitu ta' ajruport, mingħajr ma jkollu aċċess għat-territorju nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat, matul waqfa jew trasferiment bejn żewġ taqsimiet ta' titjira internazzjonali.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjoni ta' ċittadin ta' kull pajjiż terz li japplika fil-konfini jew fit-territorju tagħhom lil kull wieħed minnhom għall-ażil. L-applikazzjoni għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitolu III juru li huwa responsabbli.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, kull Stat Membru jista' jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għandu minn ċittadin ta' pajjiż terz, ukoll jekk eżami tali mhux ir-responsabbilta tiegħu taħt il-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament. F'dan il-każ, dak l-Istat Membru għandu jsir l-Istat Membru responsabbli fit-tifsira ta' dan ir-Regolament u għandu jassumi l-obbligi assoċjati ma' dik ir-responsabbiltà. Fejn jixraq, huwa għandu jgħarraf lill-Istat Membru li qabel kien responsabbli, l-Istat Membru li jmexxi proċedura biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli jew l-Istat Membru li kien intalab biex jinkariga ruħu jew jieħu lura l-applikant.

3. Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt, skond il-liġijiet nazzjonali tiegħu, li jibgħat lil persuna tfittex l-ażil lejn pajjiż terz, f'konformità mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra.

4. Il-persuna tfittex l-ażil għandha tkun infurmata bil-miktub f'lingwa li hi tista' tkun mistennija li tifhem dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-limiti ta' żmien tiegħu u l-effetti tiegħu.

Artikolu 4

1. Il-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli taħt dan ir-Regolament għandu jibda hekk kif applikazzjoni għall-ażil tkun iddepożitata għall-ewwel darba għand Stat Membru.

2. Applikazzjoni għall-ażil għandha titqies li kienet iddepożitata meta formola sottomessa mill-applikant għall-ażil jew rapport ippreparat mill-awtoritajiet ikun wasal għand l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.Fejn applikazzjoni ma tintgħamilx bil-miktub, iż-żmien li jgħaddi bejn id-dikjarazzjoni ta' intenzjoni u l-preparazzjoni ta' rapport għandu jkun kemm jista' jkun qasir.

3. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, is-sitwazzjoni ta' minorenni li jkun jakkumpanja lil persuna tfittex l-ażil u jissodisfa d-definizzjoni ta' membru tal-familja ddikjarata fl-Artikolu 2, il-punt (i), għandha tkun indissoċjabbli minn dik tal-ġenitur jew tutur tiegħu u għandha tkun affari ta' l-Istat Membru responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil ta' dak il-ġenitur jew tutur, ukoll jekk il-minorenni mhuwiex individwalment persuna tfittex l-ażil. L-istess trattament għandu jkun applikat lil tfal imwielda wara li persuna tfittex l-ażil tasal fit-territorju ta' l-Istat Membru, mingħajr il-ħtieġa li tinbeda proċedura ġdida biex wieħed jinkariga ruħu minnhom.

4. Fejn applikazzjoni għall-ażil tkun iddepożitata għand l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru minn applikant li jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, id-determinazzjoni ta' l-Istat Membru reponsabbli għandha tintgħamel mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-applikant ikun preżenti. L-Istat Membru ta' l-aħħar għandu jkun infurmat mingħajr dewmien mill-Istat Membru li jkun irċieva l-applikazzjoni u mbagħad għandu, għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, ikun ikkonsidrat bħala l-Istat Membru fejn l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata.

L-applikant għandu jkun infurmat bil-miktub b'dan it-trasferiment u bid-data li fiha sar.

5. Persuna tfittex l-ażil li hija preżenti fi Stat Membru ieħor u hemm tiddepożita applikazzjoni għall-ażil wara li tirtira l-applikazzjoni tagħha matul il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli għandha tittieħed lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 20, mill-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata, bil-ħsieb li jtemm il-proċess li jiddetermina l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil.

Dan l-obbligu għandu jieqaf, jekk il-persuna tfittex l-ażil tkun sadattant telqet mit-territorji ta' l-Istat Membru għal perjodu ta' mill-inqas tliet xhur jew tkun kisbet dokument ta' residenza mill-Istat Membru.

KAPITOLU III

ĠERARKIJA TA' KRITERJI

Artikolu 5

1. Il-kriterji li jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli għandhom ikunu applikati fl-ordni li fiha huma ddikjarati f'dan il-Kapitolu.

2. L-Istat Membru responsabbli skond il-kriterji għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tas-sitwazzjoni eżistenti meta l-persuna li tfittex l-ażil iddepożitat għall-ewwel darba l-applikazzjoni tagħha għand Stat Membru.

Artikolu 6

Fejn l-applikant għall-ażil ikun minorenni mhux akkumpanjat, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun dak fejn membru tal-familja tiegħu jew tagħha jkun legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interess tal-minorenni.

Fl-assenza ta' membru ta-familja, l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għandu jkun dak fejn il-minorenni jkun iddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha.

Artikolu 7

Fejn il-persuna tfittex l-ażil għandha membru tal-familja, bla ma jitqies jekk il-familja kenitx ifformata qabel fil-pajjiż ta' oriġini jew le, li kien tħalla joqgħod bħala refuġjat fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil, sakemm hekk jixtiequ l-persuni kkonċernati.

Artikolu 8

Jekk il-persuna li tfittex l-ażil għandha membru tal-familja fi Stat Membru li l-applikazzjoni tiegħu ikun għadha ma kenitx suġġetta għall-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sustanza, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil, sakemm hekk jixtiequ l-persuni kkonċernati.

Artikolu 9

1. Fejn il-persuna li tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' dokument ta' residenza validu, l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil.

2. Fejn il-persuna li tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' viża valida, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil, sakemm il-viża ma tkunx inħarġet meta huwa jkun qiegħed jaġixxi għal jew fuq awtorizzazzjoni bil-miktub ta' Stat Membru ieħor. F'każ bħal dan, l-Istat Membru ta' l-aħħar għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil. Fejn Stat Membru l-ewwel jikkonsulta l-awtorita ċentrali ta' Stat Membru ieħor, b'mod partikolari għal raġunjiet ta' sigurtà, it-tweġiba ta' dan ta' l-aħħar għal-konsultazzjoni ma tikkostitwixxix awtorita bil-miktub fit-tifsira ta' din id-disposizzjonijiet.

3. Fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' iktar minn dokument wieħed ta' residenza validu jew viża maħruġin minn Stati Membri differenti, ir-responsabbiltà biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil għandhom jidħlu għaliha l-Istati Membri fl-ordni li ġejja:

(a) l-Istat Membru li ħareġ id-dokument ta' residenza li jagħti d-dritt għall-itwal perjodu ta' residenza jew, fejn il-perjodi ta' validità huma identiċi, l-Istat Membru li ħareġ id-dokument ta' residenza li għandu l-aktar tard id-data ta' skadenza;

(b) l-Istat Membru li ħareġ il-viża li għandha l-aktar tard id-data ta' skadenza fejn il-viżas varji huma ta' l-istess tip;

(ċ) fejn viżas huma ta' xorta differenti, l-Istat Membru li ħareġ il-viża li għandha l-itwal perjodu ta' validità, jew, fejn il-perjodi ta' validità huma identiċi, l-Istat Membru li ħareġ il-viża li għandha l-aktar tard id-data ta' skadenza.

4. Fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun fil-pussess biss ta' dokument ta' residenza wieħed jew iktar li jkunu skadew inqas minn sentejn qabel jew viża waħda jew iktar li jkunu skadew inqas minn sitt xhur qabel u li għamlu possibbli għaliha biex attwalment tidħol fit-territorju ta' Stat Membru, il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw saż-żmien li l-applikant ma jkunx ħareġ mit-territorji ta' l-Istati Membri.

Fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun fil-pussess ta' dokument ta' residenza wieħed jew iktar li jkunu skadew iktar minn sentejn qabel jew viża waħda jew iktar li jkunu skadew iktar minn sitt xhur qabel u li għamlu possibbli għaliha biex attwalment tidħol fit-territorju ta' Stat Membru u fejn hija ma ħarġitx mit-territorji ta' l-Istati Membri, l-Istat Membru li fih l-applikazzjoni hija ddepożitata għandu jkun responsabbli.

5. Il-fatt li dokument ta' residenza jew viża jkun inħareġ fuq bażi ta' identita falza jew mibdula jew fuq sottomissjoni ta' dokumenti ffalsifikati, simulati jew invalidi m'għandux jimpedixxi li responsabbilità tkun allokata lill-Istat Membru li jkun ħarġu/ħariġha. Madankollu, l-Istat Membru li joħroġ id-dokument ta' residenza jew viża m'għandux ikun responsabbli jekk jista' jkun stabbilit li l-frodi kienet kommessa wara li d-dokument jew viża kien inħareġ/kienet inħarġet.

Artikolu 10

1. Fejn ikun stabbilit, fuq il-bażi ta' prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 18(3), inklużi d-data li jirreferi għalihom il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000, li persuna tfittex l-ażil tkun qasmet b'mod irregolari l-konfini għal ġo Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru wara li tkun ġiet minn pajjiż terz, l-Istat Membru hekk ippenetrat għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil. Din ir-responsabbilità għandha tieqaf 12-il xahar wara d-data li fiha il-qsim irregolari tal-konfini ikun ġara.

2. Meta Stat Membru ma jistax jew ma jkunx jista' jinżamm responsabbli skond il-paragrafu 1, u fejn ikun stabbilit, fuq il-bażi ta' prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 18(3), li l-persuna tfittex l-ażil - li tkun daħlet fit-territorji ta' l-Istati Membri b'mod irregolari jew li ċ-ċirkostanzi tad-dħul tagħha ma jistgħux ikunu stabbiliti - fiż-żmien li tkun iddepożitat l-applikazzjoni kienet toqgħod minn qabel għal perjodu kontinwu ta' għall-inqas ħames xhur fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil.

Jekk l-applikant kien joqgħod għal perjodi ta' żmien ta' għall-inqas ħames xhur fi Stati Membri diversi, l-Istat Membru fejn dan kien l-aktar reċentement il-każ għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni.

Artikolu 11

1. Jekk ċittadin ta' pajjiż terz jidħol fit-territorju ta' Stat Membru li fih il-ħtieġa li jkollu jew ikollha viża tkun irrinunzjata, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha.

2. Il-prinċipju ddikjarat fil-paragrafu 1 ma japplikax, jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jiddepożita l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu jew tagħha fi Stat Membru ieħor, li fih il-ħtieġa li jkollu jew ikollha viża għad-dħul fit-territorju tkun ukoll irrinunzjata. F'dan il-każ, l-Istat Membru ta' l-aħħar għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil.

Artikolu 12

Fejn l-applikazzjoni għall-ażil issir f'żona internazzjonali ta' transitu ta' ajruport ta' Stat Membru minn ċittadin ta' pajjiż terz, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni.

Artikolu 13

Fejn ebda Stat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil ma jkun jista' jinħatar fuq il-bażi tal-kriterji elenkati f'dan ir-Regolament, l-ewwel Stat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata għandu jkun responsabbli biex jeżaminaha.

Artikolu 14

Fejn membri diversi ta' familja jissottomettu applikazzjonijiet għall-ażil fl-istess Stat Membru fl-istess ħin, jew f'dati fil-qrib biżżejjed biex il-proċeduri biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli jitmexxew flimkien, u fejn l-applikazzjoni tal-kriterji ddikjarati f'dan ir-Regolament tista' twassalhom biex huma jkunu sseparati, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun iddeterminat fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-responsibilita biex ikunu eżaminati applikazzjonijiet għall-ażil għal membri tal-familja kollha għandha tkun ta' l-Istat Membru li l-kriterji juru li hu responsabbli biex jieħu inkarigu ta' l-akbar numru ta' membri tal-familja;

(b) fin-nuqqas ta' dan, ir-responsabbilta għandha tkun ta' l-Istat Membru li l-kriterji juru li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni ta' l-ixjeħ fosthom.

KAPITOLU IV

KLAWSOLA UMANITARJA

Artikolu 15

1. Kull Stat Membru, ukoll fejn ma jkunx responsabbli taħt il-kriterji ddikjarati f'dan ir-Regolament, jista' jġib flimkien membri tal-familja, kif ukoll qraba oħra dipendenti, għal raġunijiet umanitarji bbażati b'mod partikulari fuq kunsiderazzjonijiet familjali u kulturali. F'dan il-każ dak l-Istat Membru għandu, wara talba ta' Stat Membru ieħor, jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil tal-persuna kkonċernata. Il-persuni kkonċernati għandhom jaqblu.

2. F'każijiet li fihom il-persuna kkonċernata hija dipendenti fuq l-assistenza ta' l-oħra minħabba tqala jew tarbija tat-twelid, mard serju, diżabilita severa jew xjuħija, Stati Membri normalment għandhom iżommu jew iġibu flimkien il-persuna tfittex l-ażil ma' qarib ieħor preżenti fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri, sakemm l-irbit familjali kien jeħisti fil-pajjiż ta' oriġini.

3. Jekk il-persuna tfittex l-ażil hija minorenni mhux akkumpanjata li għandha qarib jew qraba fi Stat Membru ieħor li jista' jieħu ħsiebha jew ħsiebu, Stati Membri għandhom jekk hu possibbli jgħaqqdu l-minorenni mal-qarib jew qraba tiegħu jew tagħha, ħlief jekk mhux fl-aħjar interess tal-minorenni.

4. Fejn l-Istat Membru hekk avviċinat jilqa' t-talba, ir-responsabbilta biex jeżamina l-applikazzjoni għandha tkun ittrasferita lilu.

5. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex ikun implimentat dan l-Artikolu inklużi, fejn xieraq, mekkaniżmi ta' konċiljazzjoni għas-soluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn Stati Membri dwar il-ħtieġa li jgħaqqdu l-persuni in kwestjoni, jew il-post fejn dan għandu jsir, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

KAPITOLU V

TEĦID TA' INKARIGU U TEĦID LURA

Artikolu 16

1. L-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil taħt dan ir-Regolament għandu jkun obbligat:

(a) jieħu inkarigu, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 17 sa 19, ta' persuna tfittex l-ażil li tkun iddepożitat applikazzjoni fi Stat Membru differenti;

(b) itemmu l-eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil;

(ċ) jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 20, applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun taħt eżami u li jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor mingħajr permess;

(d) jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 20, applikant li jkun irtira l-applikazzjoni taħt eżami u jkun għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor;

(e) jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 20, ċittadin ta' pajjiż terz li l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet miċħuda u li jkun fit-territorju ta' Stat Membru ieħor mingħajr permess.

2. Fejn Stat Membru joħroġ dokument ta' residenza lill-applikant, l-obbligi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ttrasferiti lil dak l-Istat Membru.

3. L-obbligi speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għall-inqas għal tliet xhur, sakemm iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkunx fil-pussess ta' dokument ta' residenza validu maħruġ mill-Istat Membru responsabbli.

4. L-obbligi speċifikati fil-paragrafu 1(d) u (e) għandhom bl-istess mod jieqfu ladarba l-Istat Membru responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni ikun adotta u attwalment implimenta, wara l-irtirar jew ċaħda ta' l-applikazzjoni, id-disposizzjonijiet li huma meħtieġa qabel iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jista' jmur lejn pajjiżu ta' oriġini jew lejn pajjiż ieħor li lejh jista' jivvjaġġa legalment.

Artikolu 17

1. Fejn Stat Membru li għandu ienet iddepożitata applikazzjoni għall-ażil jikkonsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni, jista', kemm jista' jkun malajr u f'kull każ fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet iddepożitata fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(2), jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu inkarigu ta' l-applikant.

Fejn it-talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant ma ssirx fi żmien perjodu ta' tliet xhur, ir-responsibilita biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall-ażil għandha tkun ta' l-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni kienet iddepożitata.

2. L-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jitlob tweġiba urġenti f'każijiet fejn l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata wara permess biex jidħol jew jibqa' kien irrifjutat, wara arrest minħabba qagħda illegali jew wara preżentazzjoni jew eżekuzzjoni ta' ordni ta' tneħħija u/jew fejn il-persuna tfittex l-ażil tkun tinżamm f'detenzjoni.

It-talba għandha tiddikjara ir-raġunijiet li jiġġustifikaw tweġiba urġenti u l-perjodu li fih tweġiba tkun mistennija. Dan il-perjodu għandu jkun għall-inqas ta' ġimgħa.

3. Fiż-żewġ każijiet, it-talba li jittieħed inkarigu minn Stat Membru ieħor għandha ssir billi tintuża formola standard u tinkludi prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 18(3) u/jew elementi relevanti mid-dikjarazzjoni tal-persuna tfittex l-ażil, li jagħmlu possibbli għall-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba li jikkontrollaw jekk hux responsabbli fuq il-bażi tal-kriterji preskritti f'dan ir-Regolament.

Ir-regoli dwar il-preparazzjoni u l-proċeduri biex ikunu trasmessi talbiet għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ki jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

Artikolu 18

1. L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jagħmel il-kontrolli meħtieġa, u għandu jagħti deċiżjoni fuq it-talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant fi żmien xahrejn mid-data li fiha t-talba kienet irċevuta.

2. Fil-proċedura biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil stabbilita f'dan ir-applikazzjoni, elementi ta' prova u xhieda ċirkostanzjali għandhom ikunu użati.

3. Skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2) żewġ listi għandhom ikunu stabbiliti u perjodikament irriveduti, li juru l-elementi ta' prova u xhieda ċirkostanzjali skond il-kriterji li ġejjin:

(a) Prova:

(i) Dan jirreferi għal prova formali li tiddetermina r-responsabbilta skond dan ir-Regolament, sakemm ma tkunx irrifjutata bi prova għal kuntrarju.

(ii) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kumitat li jipprovdi għalih l-Artikolu 27 mudelli ta' tipi differenti ta' dokumenti amministrattivi, skond it-tipoloġija stabbilita fil-lista ta' provi formali.

(b) Xhieda ċirkostanzjali:

(i) Dan jirreferi għal elementi indikattivi li filwaqt li jistgħu jkunu konfutati jistgħu jkunu suffiċjenti, f'ċerti każijiet, skond il-valur evidenzjarju li jingħatalhom.

(ii) Il-valur evidenzjarju tagħhom, f'relazzjoni mar-responsabbilta biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall-ażil għandu jkun evalwat fuq bażi ta' każ każ.

4. Ir-rekwiżit ta' prova m'għandux jeċċedi dak li hu meħtieġ għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament.

5. Jekk m'hemmx prova formali, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu jekk ix-xhieda ċirkostanzjali tkun koerenti, verifikabbli u ddettaljata suffiċjentement biex tistabbilixxi responsabbilta.

6. Fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba ikun ġab l-urġenza bħala raġuni, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 17(2), l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jagħmel kull sforz biex jikkonforma mal-limitu ta' żmien mitlub. F'każijiet eċċezzjonali, fejn jista' jkun muri li l-eżami ta' talba biex jittieħed inkarigu ta' applikant ikun partikolarment kompless, l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jista' jagħti t-tweġiba wara l-limitu ta' żmien mitlub, imma f'kull każ fi żmien xahar. F'sitwazzjonijiet bħal dawn l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu li jipposponi tweġiba lill-Istat Membru li jagħmel it-talba fil-limitu ta' żmien oriġinarjament mitlub.

7. Nuqqas ta' azzjoni fi żmien il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fil-paragrafu 1 u l-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkollu effett ugwali ta' riċeviment tat-talba, u jinvolvi l-obbligu li tittieħed inkarigu l-persuna, inklużi l-provvedimenti għal arranġamenti xierqa għal wasla.

Artikolu 19

1. Fejn l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jaċċetta li hu għandu jieħu l-inkarigu ta' l-applikant, l-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata għandu jinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni li l-applikazzjoni m'għandhiex tkun eżaminata, u bl-obbligu li jittrasferixxi l-applikant lill-Istat Membru responsabbli.

2. Id-deċiżjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata. Hija għandu jkun fiha d-dettalji tal-limitu ta' żmien biex ikun eżegwit it-trasferiment u, jekk meħtieġ, għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-post u d-data li fihom l-applikant għandu jidher, jekk ser jivvjaġġa lejn l-Istat Membru responsabbli bil-mezzi tiegħu stess. Din id-deċiżjoni tista' tkun suġġetta għal appell u reviżjoni. Appell jew reviżjoni dwar din id-deċiżjoni m'għandux jissospendi l-implimentazzjoi tat-trasferiment sakemm il-qrati u l-korpi kompetenti ma jiddeċidux li jsir hekk fuq bażi ta' każ b'każ jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tippermetti dan.

3. It-trasferiment ta' l-applikant mill-Istat Membru li fih applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata għall-Istat Membru responsabbli għandu jkun eżegwit skond il-liġi nazzjonali ta' l-ewwel Stat Membru, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, kemm jista' malajr ikun prattiku, u sa l-iktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba li jittieħed inkarigu jew mid-deċiżjoni fuq appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv.

Jekk meħtieġ, il-persuna tfittex l-ażil għandha tingħata mill-Istat Membru li jagħmel it-talba laissez passer ta' l-għamla adottata skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

L-Istat Membru responsabbli għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jagħmel it-talba, kif xieraq, bil-wasla salva tal-persuna tfittex l-ażil jew bil-fatt li ma dehritx fil-limitu ta' żmien stabbilit.

4. Fejn it-trasferiment ma jsirx fil-limitu ta' żmien ta' sitt xhur, ir-responsabbilta tkun ta' l-Istat Membru li għandu l-applikazzjoni għall-ażil tkun iddepożitata. Dan il-limitu ta' żmien jista' jkun estiż sa massimu ta' sena jekk it-trasferiment ma setax ikun eżegwit minħabba priġunerija tal-persuna tfittex l-ażil jew sa massimu ta' tmintax-il xahar jekk il-persuna tfittex l-ażil tkun ħarbet.

5. Regoli supplimentari dwar l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

Artikolu 20

1. Persuna tfittex l-ażil għandha tittieħed lura skond l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 16(1)(c), (d) u (e) kif ġej:

(a) it-talba għall-applikant biex jittieħed lura għandu jkun fiha informazzjoni li tagħmel possibbli għall-Istat Membru li saritlu t-talba li jikkontrolla li huwa responsabbli;

(b) l-Istat Membru mitlub biex jieħu lura l-applikant għandhu jkun obbligat jagħmel il-kontrolli meħtieġa u jwieġeb għat-talba indirizzata lilu kemm jista' jkun malajr u taħt ebda ċirkostanzi ma jeċċedi perjodu ta' xahar mir-referenza. Meta t-talba tkun ibbażata fuq data miksuba mis-sistema Eurodac, dan il-limitu ta' żmien jitnaqqas għal ġimagħtejn;

(ċ) fejn l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba ma jikkomunikax id-deċiżjoni tiegħu fil-perjodu ta' xahar jew fil-perjodu ta' ġimagħtejn imsemmi fis-subparagrafu (b), għandu jkun ikkonsidrat li jkun qabel li jieħu lura l-persuna tfittex l-ażil;

(d) Stat Membru li jaqbel li jieħu lura persuna tfittex l-ażil għandu jkun obbligat li jdaħħal mill-ġdid dik il-persuna fit-territorju tiegħu. It-trasferiment għandu jkun eżegwit skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, kemm jista' jkun prattikament possibbli, u l-iktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba biex jittieħed inkarigu minn Stat Membru ieħorjew mid-deċiżjoni wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv;

(e) L-Istat Membru li jkun għamel it-talba għandu jinnotifika lill-persuna tfittex l-ażil bid-deċiżjoni dwar il-fatt li jittieħed lura mill-Istat Membru responsabbli. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata. Hi għandu jkun fiha dettalji tal-limitu ta' żmien dwar l-eżekuzzjoni tat-trasferiment u għandu, jekk meħtieġ, jkun fiha informazzjoni dwar il-post u d-data li fihom l-applikant għandu jidher, jekk qiegħed jivvjaġġa għall-Istat Membru responsabbli bil-mezzi tiegħu stess. Din id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell jew reviżjoni. Appell jew reviżjoni dwar din id-deċiżjoni m'għandux jissospendi l-implimentazzjoni tat-trasferiment ħlief meta l-qrati jew il-korpi kompetenti jiddeċiedu li jsir hekk fuq il-bażi ta' każ b'każ jekk il-leġislazzjoni nazzjonali tippermetti dan.

Jekk meħtieġ, il-persuna tfittex l-ażil għandha tingħata mill-Istat Membru li jagħmel it-talba laissez passer ta' l-għamla adottata skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

L-Istat Membru responsabbli għandu jgħarraf lill-Istat Membru li jagħmel it-talba, kif xieraq, bil-wasla salva tal-persuna tfittex l-ażil jew bil-fatt li ma dehritx fil-limitu tal-ħin stabbilit.

2. Fejn it-trasferiment ma jsirx il-limitu ta' żmien ta' sitt xhur, ir-responsabbilta għandha tkun ta' l-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għall-ażil kienet iddepożitata. Dan il-limitu ta' żmien jista' jkun estiż sa massimu ta' sena jekk it-trasferiment jew l-eżami ta' l-applikazzjoni ma setax ikun eżegwit minħabba priġunerija tal-persuna tfittix l-ażil jew sa massimu ta' tmintax-il xahar jew il-persuna tfittex l-ażil tkun ħarbet.

3. Ir-regoli ta' prova u xhieda u l-interpretazzjoni tagħhom, u dwar il-preparazzjoni ta' talbiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

4. Regoli supplimentari dwar l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

KAPITOLU VI

KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 21

1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lil kull Stat Membru li jitlob hekk data personali tali dwar il-persuna tfittex l-ażil li jkunu xierqa, relevanti u mhux eċessivi għal:

(a) id-determinazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil;

(b) l-eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil;

(ċ) l-implimentazzjoni ta' kull obbligu ikkawżat b'dan ir-Regolament

2. L-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tista' biss tkopri:

(a) id-dettalji personali ta' l-applikant, u, fejn xieraq, il-membri tal-familja tiegħu (isem sħiħ u fejn xieraq, isem preċedenti; laqmijiet jew psewdonimi; nazzjonalita, preżenti u preċedenti; data u post tat-twelid);

(b) karti ta' identita u vjaġġar (referenzi, validita, data ta' ħruġ, awtorita li ħarġithom, post ta' ħruġ, eċċ.);

(ċ) informazzjoni oħra meħtieġa biex tkun stabbilita l-identita ta' l-applikant, inklużi marki tas-swaba' pproċessati skond ir-Regolament (KE) Nru 2725/2000;

(d) post ta' residenza u rotot li tulhom sar il-vjaġġ;

(e) dokumenti ta' residenza jew viżas maħruġa minn Stat Membru;

(f) post fejn l-applikazzjoni kienet iddepożitata;

(g) id-data ta' meta kull applikazzjoni għall-ażil preċedenti kienet iddepożitata, id-data ta' meta l-applikazzjoni preżenti kienet iddepożitata, l-istadju milħuq fil-proċeduri u d-deċiżjoni meħuda, jekk jeżistu.

3. Barraminhekk, sakemm huwa meħtieġ għall-eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil, l-Istat Membru responsabbli jista' jitlob Stat Membru ieħor biex jgħarrfu fuq liema raġunijiet il-persuni tfittex l-ażil qiegħda tibbaża l-applikazzjoni tagħha u, fejn applikabbli, ir-raġunijiet għal kull deċiżjoni meħuda dwar l-applikant. L-Istat Membru jista' jirrifjuta jwieġeb għat-talba ssottomessa lilu, jekk il-komunikazzjoni ta' informazzjoni bħal din aktarx tkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali ta' l-Istat Membru jew għall-protezzjoni tal-libertajiet u drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata jew ta' oħrajn. F'kull każ, il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni mitluba għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni bil-miktub ta' l-applikant għall-ażil.

4. Kull talba għal informazzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u, fejn l-għan tagħha huwa li tikkontrolla jekk hemmx kriterju li aktarx jinvolvi r-responsabbilta ta' l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba, inkluża informazzjoni relevanti minn sorsi ta' min jorbot fuqhom dwar il-metodi u mezzi li bihom persuni jfittxu l-ażil jidħlu fit-territorji ta' l-Istati Membri, jew dwar fuq liema parti speċifika u verifikabbli tad-dikjarazzjonijiet ta' l-applikant tkun ibbażata. M'hemmx għalfejn jingħad li informazzjoni relevanti bħal din minn sorsi ta' min jorbot fuqhom mhix fiha nnifisha suffiċjenti biex tiddetermina r-responsabbilta u l-kompetenza ta' Stat Membru taħt dan ir-Regolament, imma tista' tikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta' indikazzjonijiet oħra konnessi mal-persuna tfittex l-ażil individwali.

5. L-Istat Membru li tkun saritlu t-talba għandu jkun obbligat iwieġeb fi żmien sitt ġimgħat.

6. L-iskambju ta' informazzjoni għandu jitwettaq wara talba ta' Stat Membru u jista' jsir biss bejn aworitajiet li l-ħatra tagħhom minn kull Stat Membru tkun ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf b'dan lill-Istati Membri l-oħra.

7. L-informazzjoni skambjata tista' biss tintuża għall-għanijiet iddikjarati fil-paragrafu 1. F'kull Stat Membru informazzjoni tali, filwaqt li jkun jiddependi fuq it-tip tagħha u l-poteri ta' l-awtorita li tirċeviha, tista' biss tkun ikkomunikata lill-awtoritajiet u qrati u tribunali fdati bi:

(a) id-determinazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil;

(b) eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil;

(ċ) bl-implimentazzjoni ta' kull obbligu kkawżat minn dan ir-Regolament.

8. L-Istat Membru li jibgħat l-informazzjoni għandu jiżgura li tkun preċiża u aġġornata. Jekk isir magħruf li dak l-Istat Membru kien bagħat informazzjoni li ma tkunx preċiża jew li ma kellhiex tintbagħat, l-Istat Membru li jirċievi għandu immedjatament ikun infurmat b'dan. Huma għandhom ikunu obbligati jikkoreġu informazzjoni tali jew iħassruha.

9. Il-persuna tfittex l-ażil għandu jkollha d-dritt li tkun infurmata, wara talba, b'kull data li tkun ipproċessata dwarha.

Jekk hija ssib li din l-informazzjoni kienet ipproċessata bi ksur ta' dan ir-Regolament jew tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' data tali [8], b'mod partikolari għax tkun inkomplita jew mhux preċiża, tkun intitolata li din l-informazjoni tkun korretta, imħassra jew imblokkata.

L-awtorita li tikkoreġi, tħassar jew timblokka d-data għandha tinforma, kif xieraq, l-Istat Membru li jittrasmetti jew jirċievi l-informazzjoni.

10. F'kull Stat Membru kkonċernat, għandu jinżamm rekord, fil-file individwali għall-persuna kkonċernata u/jew f'reġistru, tat-trasmissjoni u riċeviment ta' informazzjoni skambjata.

11. Id-data skambjata għandham tinżamm għal perjodu li ma jeċċedix dak li hu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom tkun skambjata.

12. Fejn id-data mhix ipproċessata awtomatikament jew mhux kontenuta, jew intenzjonata li tkun imdaħħla, ġo file, kull Stat Membru għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura konformità ma' dan l-Artikolu permezz ta' kontrolli effittivi.

Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet responsabbli biex jissodisfaw obbligi kkawżati minn dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jeżegwixxu x-xogħlijiet tagħhom u b'mod partikolari għat-tweġibiet fil-limiti ta' żmien preskritt għal talbiet għal informazzjoni, talbiet biex jittieħed inkarigu ta' jew talbiet biex jittieħdu lura persuni jfittxu l-ażil.

2. Regoli dwar l-istabbiliment ta' stazzjonijiet ta' trasmissjoni elettronika b'sigurta bejn l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex ikunu trasmessi talbiet u jkun żgurat li min jibgħat jirċievi awtomatikament prova elettronika ta' kunsinna għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 27(2).

Artikolu 23

1. L-Istati Membri jistgħu, fuq bażi bilaterali, jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi bejniethom dwar id-dettalji prattiċi ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, biex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu u tikber l-effikaċja tiegħu. Arranġamenti tali jistgħu jirrigwardaw:

(a) skambji ta' uffiċjali ta' liaison;

(b) simplifikazzjoni tal-proċeduri u taqsir tal-limiti ta' żmien fir-rigward ta' trasmissjoni u eżami ta' talbiet biex jittieħed inkarigu ta' jew jittieħdu lura persuni jfittxu l-ażil;

2. L-arranġamenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-arranġamenti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1(b) ma jiksrux dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

1. Dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi l-Konvenzjoni li tiddetermina l-Istat responsabbli biex jeżamina applikazzjonijiet għall-ażil iddepożitati għand wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmat f'Dublin fil-15 ta' Ġunju 1990 (il-Konvenzjoni ta' Dublin).

2. Madankollu, biex tkun żgurata l-kontinwita ta' l-arranġamenti biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għal applikazzjoni għall-ażil, fejn applikazzjoni kienet iddepożitata wara d-data msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 29, l-avvenimenti li aktarx jinvolvu r-responsabbilta ta' Stat Membru taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni, ukoll jekk jippreċedu dik id-data, ħlief l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 10(2).

3. Fejn, fir-Regolament (KE) Nru 2725/2000 issir referenza għal Konvenzjoni ta' Dublin, referenza tali għandha tittieħed bħala referenza magħmula għal dan ir-Regolament.

Artikolu 25

1. Kull perjodu ta'preskritt f'dan ir-Regolament għandu jkun ikkalkolat kif ġej:

(a) fejn perjodu espress f'jiem, ġimgħat jew xhur għandu jkun ikkalkolat mill-mument li fih avveniment jiġri jew azzjoni ssir, il-jum li matulu dak l-avveniment jiġri jew dik l-azzjoni ssir m'għandux jingħadd bħala li jaqa' fil-perjodu in kwestjoni;

(b) perjodu espress f'ġimgħat jew xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum ikun liema jkun fl-aħħar ġimgħa jew xahar li jkun l-istess jum tal-ġimgħa jew jaqa'fl-istess data bħal jum li matulu l-avveniment jew l-azzjoni li minnu l-perjodu għandu jkun ikkolkolat ġara jew saret. Jekk, f'perjodu espress f'xhur, il-jum li fih għandu jiskadi ma jkunx jidher fl-aħħar xahar, il-perjodu għandu jintemm bl-iskadenza ta' l-aħħar jum ta' dak ix-xahar;

(ċ) il-limiti ta' żmien għandhom jinkludu s-Sibtijiet, il-Ħdud u btajjel uffiċjali f'kull Stat Membru kkonċernat.

2. Talbiet u tweġibiet għandhom jintbagħatu billi jintuża metodu li jipprovdi prova ta' riċeviment.

Artikolu 26

Sakemm jikkonċerna r-Repubblika Franċiża, dan ir-Regolament għandu japplika biss għat-territorju Ewropew tagħha.

Artikolu 27

1. Il-Kmmissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 28

Sa l-iktar tard tliet snin after id-data msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 29, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, għandha tipproponi l-emendi meħtieġa. Stati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha xierqa għall-preparazzjoni ta' dak ir-rapport, sa l-iktar tard sitt xhur qabel jiskadi l-limitu ta' żmien.

Wara li tkun issottomettiet dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-istess żmien li hija tissottometti rapporti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema Eurodac li jipprovdi għalihom l-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000.

Artikolu 29

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika għal applikazzjonijiet għall-ażil iddepożitati sa mill-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu u, minn dik id-data, ikun japplika għal kull talba biex jittieħed inkarigu ta' jew jittieħdu lura persuni jfittxu l-ażil, irrespettivament mid-data li fiha l-applikazzjoni kienet saret. L-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta' applikazzjoni għall-ażil issottomessa qabel dik id-data għandu jkun iddeterminat skond il-kriterji ddikjarati fil-Konvenzjoni ta' Dublin.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

N. Christodoulakis

[1] ĠU C 304 E, tat-30.10.2001, p. 192.

[2] Opinjoni tad-9 ta' April 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 125, tas-27.5.2002, p. 28.

[4] ĠU C 254, tad-19.8.1997, p. 1.

[5] ĠU L 316, tal-15.12.2000, p. 1.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU C 364, tat-18.12.2000, p. 1.

[8] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

--------------------------------------------------

Top