Help Print this page 

Document 32003L0125

Title and reference
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 2003/125/KE tat-22 ta' Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rakkomandazzjoniet għar-rappreżentazzjoni ġusta ta' l-investimenti u l-iżvelar tal-konflitti ta' interessTest b’rilevanza għaż-ŻEE
  • No longer in force
OJ L 339, 24.12.2003, p. 73–77 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 006 P. 351 - 355
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 005 P. 246 - 250
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 005 P. 246 - 250
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 006 P. 20 - 24

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/125/oj
Multilingual display
Text

32003L0125



Official Journal L 339 , 24/12/2003 P. 0073 - 0077


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE

tat-22 ta' Diċembru 2003

li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rakkomandazzjoniet għar-rappreżentazzjoni ġusta ta' l-investimenti u l-iżvelar tal-konflitti ta' interess

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar in-negozju minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-swieq (l-abbuż tas-swieq) [1], u b'mod partikolari is-sitt inċiż ta' l-Artikolu 6(10) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR) [2] għal parir tekniku,

Billi:

(1) Huma meħtieġa standards armonizzati għall-preżentazzjoni ġusta, ċara u preċiża tat-tagħrif u l-iżvelar ta' l-interessi u tal-konflitti ta' interess, li jridu jitħarsu mill-persuni li jipproduċu jew ixerrdu tagħrif li jirrakkomanda jew jissuġġerixxi strateġija dwar l-investiment, maħsub għall-kanali tad-distribuzzjoni jew għall-pubbliku. B'mod partikolari, l-integrità tas-suq teħtieġ standards għoljin ta' ġustizzja, probità u trasparenza meta jiġi ppreżentat it-tagħrif li jirrakkomanda jew jissuġġerixxi strateġija ta' investiment.

(2) Ir-rakkomandazzjonijiet jew is-suġġerimenti dwar strateġija ta' investiment isiru jew b'mod espliċitu (bħar-rakkomandazzjonijiet ta' "ixtri", "żomm" jew "bigħ") jew b'mod impliċitu (b'riferiment għall-prezz tal-mira jew xorta oħra).

(3) Il-parir dwar l-investiment, permezz tal-provvediment ta' rakkomandazzjoni personali lil klijent rigward transazzjoni jew iktar li jkollhom x'jaqsmu ma' l-istrumenti finanzjarji (b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijet formali dwar l-investimenti fuq skond qasir li joriġinaw minn ġewwa d-dipartimenti tal-kummerċ jew tal-bejgħ ta' ditta ta' l-investimenti jew minn instituzzjoni tal-kreditu espressi lill-klijenti tagħhom), li x'aktarx ma jsirux disponibbli għall-pubbliku, ma għandhomx jiġu kkunsidrati fihom infushom bħala rakkomandazzjonijiet fit-tifsira ta' din id-Direttiva.

(4) Ir-rakkomandazzjonijet dwar l-investiment li jikkostitwixxu bażi possibbli għad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jistgħu jiġu prodotti u mxerrda skond standards għolja ta' attenzjoni sabiex jiġi evitat it-tqarriq tal-parteċipanti fis-suq.

(5) Għandhom jiġu żvelati l-identità tal-produttur tar-rakkomandazzjonijet dwar l-investiment, il-kondotta tiegħu rigward ir-regoli tan-negozju u l-identità ta' l-awtorità kompetenti tiegħu, ġaladarba tista' tkun biċċa tagħrif ta' siwi għall-investituri li jikkunsidraw f'relazjoni mad-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment.

(6) Ir-rakkomandazzjonijet għandhom jiġu ppreżentati biċ-ċar u bil-preċiż.

(7) L-interessi proprji jew il-konflitti ta' interess tal-persuni li jirrakkomandaw jew jissuġġerixxu strateġija ta' investiment jistgħu jinfluwenzaw l-opinjoni li huma jesprimu fir-rakkomandazzjonijet għall-investiment. Sabiex jiġi żgurat illi jkunu jistgħu jiġu vvalutati l-oġġettività u l-fiduċja tat-tagħrif, għandu jsir l-iżvelar approprjat ta' l-interessi finanzjarji sinifikanti f'kull strument finanzjarju li jkun is-suġġett tat-tagħrif li jirrakkomanda strateġiji ta' investiment, jew ta' kull konflitt ta' interess jew ir-relazzjoni tal-kontroll rigward min joħroġ it-titoli li miegħu jkollu x'jaqsam it-tagħrif, b'mod dirett jew indirett. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex teħtieġ lil persuni li jipproduċu rakkomandazzjonijet dwar investiment sabiex tippenetra l-ostakoli effettivi tat-tagħrif imqiegħda fil-post sabiex jipprevjienu u jevitaw il-konflitti ta' interess.

(8) Ir-rakkomandazzjonijet dwar l-investimenti jistgħu jiġu mxerrda f'għamla mingħajr mibdula jew imqassra minn persuna oħra għajr il-produttur. Il-manjiera li fiha d-disseminaturi jittrattaw dawn ir-rakkomandazzjonijet tista' tħalli impatt importanti fuq il-valutazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijet mill-investituri. B'mod partikolari, l-għarfien ta' l-identità tad-disseminatur tar-rakkomandazzjonijet dwar investiment, il-kondotta tiegħu tar-regoli tan-negozju jew safejn u sakemm il-bidla tar-rakkomandazzjoni oriġinali jistgħu jkunu biċċa tagħrif ta' siwi għall-investituri meta jikkunsidraw id-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment.

(9) It-tqegħid tar-rakkomandazzjonijiet għall-investiment fuq is-siti ta' l-internet għandu jkun skond ir-regoli tat-trasferiment ta' l-informazzoni personali lil pajjiżi terzi kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi rigward il-proċessar ta' l-informazzjoni personali u l-moviment ta' din l-informazzjoni [3].

(10) L-aġenziji li jiggradaw il-kreditu joħorġu opinjonijiet dwar kemm ikollu kreditu persuna partikolari li toħroġ it-titoli jew strument finanzjarju f'data mogħtija. Bħala ta' hekk, dawn l-opinjonijiet ma jikkostitwixxux rakkomandazzjoni fit-tifsira ta' din id-Direttiva. Madankollu, l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jikkunsidraw jadottaw politiki u proċeduri interni ddisinjati li jiżguraw illi l-gradazzjoni tal-kreditu ppubblikati minnhom jiġu ppreżentati b'mod ġust u li jiżvelaw b'mod apporprjat kull interess jew konflitt ta' interess sinifikanti li jirrigwarda l-istrumenti finanzjarji jew lil dawk li joħorġu t-titoli li magħhom ikollha x'taqsam il-gradazzjoni tal-kreditu.

(11) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji konoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha u l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva bl-ebda mod ma tipprevjieni lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli kostituzzjonali tagħhom li jkollhom x'jaqsmu mal-libertà ta' l-istampa u l-libertà ta' l-espressjoni fil-medja tal-komunikazzjoni.

(12) Il-miżuri provvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinoni tal-Kumitat tat-Titoli Ewropej,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I ID-DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin b'żieda mad-definizzjonijiet iddikjarati fid-Direttiva 2003/6/KEE:

1. "ditta ta' l-investiment" tfisser kull persuna kif iddefinita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/22/KEE [4],

2. "istituzzjoni tal-kreditu" tfisser kull persuna kif iddefinita fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament u tal-Kunsill [5];

3. "rakkomandazzjoni" tfisser ir-riċerka jew tagħrif ieħor li jirrakkomandaw jew jissuġġerixxu strateġija ta' investiment, b'mod espliċitu jew impliċitu, li jirrigwarda strument finanzjarju jew numru minnhom jew lil dawk li joħorġu t-titoli, inkluża kull opinjoni dwar il-valur preżent jew futir tal-prezz ta' dawn l-istrumenti, maħsuba għall-kanali tad-distribuzzjoni jew għall-pubbliku;

4. "riċerka jew tagħrif ieħor li jirrakkomandaw jew jissuġġerixxu strateġija ta' investiment" tfisser:

(a) it-tagħrif prodott minn analista indipendenti, ditta ta' l-investimenti, istituzzjoni tal-kreditu, jew kull persuna oħra li n-negozju tagħha huwa li tipproduċi r-rakkomandazzjonijet jew persuna naturali li taħdem għalihom b'kuntratt ta' impjieġ jew xorta oħra, illi, b'mod dirett jew indirett, jesprimu rakkomandazzjoni partikolari dwar investimewnt rigward strument finanzjarju jew wieħed li joħroġ l-istrumenti finanzjarji;

(b) it-tagħrif prodott minn persuni oħra għajr il-persuna riferita f'(a) li jirrakkomandaw deċiżjoni partikolari dwar investiment b'mod dirett rigward strument finanzjarju;

5. "persuna rilevanti" tfisser persuna naturali jew legali li tipproduċi jew ixxerred rakkomandazzjonijet fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħha jew il-konotta tan-negozju tiegħu;

6. "min joħroġ it-titoli" ifisser min joħroġ strument finanzjarju fejn tidħol rakkomandazzjoni, b'mod dirett jew indirett;

7. "kanali tad-distribuzzjoni" għandha tfisser kanal li permezz tiegħu t-tagħrif isir, jew x'aktarx li jsir, disponibbli lill-pubbliku. "Tagħrif li x'aktarx isir disponibbli lill-pubbliku" għandha tfisser it-tagħrif li għalih ikollhom aċċess numbru kbir ta' persuni;

8. "regolazzjoni approprjata" għandha tfisser kull regolazzjoni, inkluża r-regolazzjoni minnha nfisha, li tkun fil-post fl-Istati Membri kif riferit bid-Direttiva 2003/6/KE,

KAPITOLU II IL-PRODUZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONIJET

Artikolu 2

L-identità tal-produtturi tar-rakkomandazzjonijet

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi kull rakkomandazzjoni tiżvela b'mod ċar u prominenti l-identità tal-persuna responsabbli mill-produzzjoni tagħha, b'mod partikolari, l-isem u t-titolu tax-xogħol ta' l-individwu li jkun ħejja r-rakkomandazzjoni u l-isem tal-persuna legali responsabbli mill-produzzjoni tagħha.

2. Meta l-persuna rilevanti hija ditta ta' l-investiment jew istitituzzjoni tal-kreditu, Stat Membri għandu jeħtieġ illi tiġi żvelata l-identità ta' l-awtorità kompetenti.

Meta l-persuna rilevanti li la hija ditta ta' l-investiment u lanqas istituzzjoni tal-kreditu imma hija bla ħsara għall-istandards li jirregolaw lilhom infushom jew kodiċijiet tal-kondotta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jiġi żvelat riferiment għal dawn l-istandards jew kodiċijiet.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi l-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jiġu addattati sabiex ma jkunux sproporzjonati fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet mhux miktuba. Dan l-addattament jista' jinkludi riferiment għall-post fejn dan l-iżvelar ikun jista' jinkiseb b'mod dirett u bla xkiel mill-pubbliku, bħalma huwa sit approprjat fuq l-internet tal-persuna rilevanti.

4. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-ġurnalisti bla ħsara għar-regolazzjoni approprjata ekwivalenti, inkluża r-regolazzjoni minnha nfisha approprjata, fl-Istati Membri, sakemm din ir-regolazzjoni tikseb effetti simili għal dawk tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 3

L-istandard ġenerali għall-preżentazzjoni ġusta ta' rakkomandazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tkun fil-post regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi l-persuni rilevanti kollha jagħtu attenzjoni raġjonevoli sabiex jiżguraw illi:

(a) il-fatti jkunu distinti b'mod ċar mill-interpretazzjonijiet, l-istimi, l-opinjonijiet u t-tipi l-oħra tat-tagħrif mhux fattwali;

(b) is-sorsi kollha jkunu ta' min joqgħod fuqhom jew, meta jkun hemm dubju dwar jekk sors ikunx ta' fiduċja, dan jiġi indikat b'mod ċar;

(ċ) il-proġettazzjonijiet, il-previżjonijiet u l-miri tal-prezzijiet kollha jkunu ttikkettjati b'mod ċar bħala ta' hekk u li jiġu indikati l-preżunzjonijiet matejali magħmula fil-produzzjoni jew l-użu tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi l-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu addattati sabiex ma jkunux sproporzjonati fil-każ tar-rakkomandazzjonijet mhux miktuba.

3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-persuni rilevanti kollha jagħtu attenzjoni raġjonevoli sabiex jiżguraw illi kull rakkomandazzjoni tkun tista' tiġi ssostanzjata bħala raġjonevoli, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti.

4. Il-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għall-ġurnalisti bla ħsara għar-regolazzjoni approprjata ekwivalenti fl-Istati Membri, inkluża r-regolazzjoni minnha nfisha approprjata, sakemm din ir-regolazzjoni tikseb effetti simili għal dawk tal-paragrafi 1 u 3.

Artikolu 4

L-obbligi addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-preżentazzjoni ġusta tar-rakkomandazzjonijet

1. B'żieda ma' l-obbligi sabbiliti fl-Artikolu 3, meta l-persuna rilevanti tkun analista indipendenti, ditta ta' l-investiment, istituzzjoni tal-kreditu, kull persuna legali rrelatata, jew kull persuna oħra rilevanti li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipproduċi r-rakkomandazzjonijiet, jew persuna naturali li taħdem għalihom b'kuntratt tax-xogħol jew xorta oħra, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex jiġi żgurat illi l-persuna tagħti attenzjoni raġjonevoli sabiex tiżgura illi mill-inqas:

(a) jiġu indikati s-sorsi kollha sostanzjalment materjali, kif approprjat, inkluża l-persuna rilevanti li toħroġ it-titoli, flimkien mal-fatt jekk ir-rakkomandazzjoni tkunx ġiet żvelata lil din il-persuna li toħroġ it-titoli wara dan l-iżvelar qabel it-tixrid;

(b) jiġi ssommarizzat b'mod adegwat kull bażi ta' valutazzjoni jew metodoloġija użati sabiex jiġi vvalutat strument finanzjarju jew min joħroġ strument finanzjarju, jew li tiġi ffissata mira tal-prezz għall-istrument finanzjarju;

(ċ) tiġi spjegata t-tifsira ta' kull rakkomandazzjoni magħmula, bħalma huma "ixtri", "biegħ" jew "żomm," li jistgħu jinkludu x-xefaq taż-żmien ta' l-investiment li għalih ikollha x'taqsam ir-rakkomandazzjoni u kull twissija approprjata tar-riskju, inkluż analiżi tas-sensittività tal-preżunzjonijiet rilevanti, indikati;

(d) jintgħamel riferiment għall-frekwenza ppjanata, jekk ikun jemm minnhom, dwar l-aġġornamenti tar-rakkomandazzjonijet u dwar kull bidla maġġuri fil-politika tal-kopertura mħabbra qabel;

(e) tiġi indikata b'mod ċar u prominenti d-data li fiha r-rakkomandazzjoni kienet irrilaxxjata għad-distribuzzjoni għall-ewwel darba, kif ukoll id-data u l-ħin rilevanti għal kull strument finanzjarju msemmi;

(f) meta rakkomandazzjoni tiddiferixxi minn rakkomandazzjoni li tirrigwarda l-istess strument finanzjarju jew lil min joħroġ it-titoli, maħruġ matul il-perjodu taż-żmien ta' 12-il xahar immedjatament qabel ir-rilaxx tiegħu, jiġu indikati b'mod ċar u prominenti din il-bidla u d-data tar-rakkomandazzjoni aktar bikrija.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, meta l-ħtiġiet stabbiliti fil-punti (a), (b) jew (ċ) tal-paragrafu 1 ikunu sproporzjonati f'relazzjoni tat-tul tar-rakkomandazzjoni mqassma, għandu jkun biżżejjed li jsir riferiment b'mod ċar u prominenti fir-rakkomandazzjoni nfisha rigward il-post fejn dan it-tagħrif jiġi magħmul aċċessibbli għall-pubbliku b'mod dirett u bla xkiel, bħalma hi għaqda diretta bl-internet għal dan it-tagħrif fuq sit approprjat ta' l-internet tal-persuna rilevanti, sakemm ma kien hemm l-ebda bidla fil-metodoloġija jew il-bażi tal-valutazzjoni użat.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi, fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet mhux miktuba, il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu addattati sabiex ma jkunux sproporzjonati.

Artikolu 5

L-istandard ġenerali għall-iżvelar ta' l-interessi u l-konflitti ta' interess

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex jiżguraw illi l-persuni rilevanti jiżvelaw ir-relazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jkunu mistennija li jagħmlu ħsara lill-oġġettività tar-rakkomandazzjoni, b'mod partikolari meta l-persuni rilevanti jkollhom interess finanzjarju sinifikanti f'wieħed jew iktar mill-istrumenti finanzjarji li jkunu bla ħsara għar-rakkomandazzjoni, jew konflitt ta' interess sinifikanti rigward min joħroġ it-titoli li magħhom ikollha x'taqsam ir-rakkomandazzjoni.

Meta l-persuna rilevanti tkun persuna legali, din il-ħtieġa għandha tapplika wkoll għal kull persuna legali jew naturali li tkun taħdem għaliha, b'kuntratt tax-xogħol jew xorta oħra, li kien involut fit-tħejjija tad-dokument.

2. Meta l-persuna rilevanti hija persuna legali, it-tagħrif li jrid jiġi żvelat skond il-paragrafu 1 għandu mill-inqas jinkludi dan li ġej:

(a) kull interess jew interessi ta' konflitt tal-persuna rilevanti jew tal-persuni legali li jkollhom x'jaqsmu magħha li jkunu aċċessibbli jew mistennija raġjonevolment li jkunu aċċessibbli għall-persuni involuti fit-tħejjija tar-rakkomandazzjoni;

(b) kull interess jew konflitti ta' interess tal-persuna rilevanti jew tal-persuni li jkollhom x'jaqsmu magħha li, għalkemm mhux involuti fit-tħejjija tar-rakkomandazzjoni, kellhom jew kienu mistennija raġjonevolment li jkollhom aċċess għar-rakkomandazzjoni qabel it-tixrid tagħha lill-konsumaturi jew lill-pubbliku.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex jiġi żgurat illi r-rakkomandazzjoni nfisha tinkludi l-iżvelar ippropvvdut fil-paagrafi 1 u 2. Meta dan l-iżvelar ikun sproporzjonat fejn jidħol it-tul tar-rakkomandazzjoni mqassma, għandu jkun biżżejjed li jsir riferiment ċar u prominenti fir-rakkomandazzjoni nfisha għall-post fejn dan l-iżvelar jista' jkun aċċessibbli b'mod dirett u bla xkiel lill-pubbliku, bħalma hija għaqda diretta ma' l-Internet ma' l-iżvelar fuq sit approprjat ta' l-internet tal-persauna rilevanti.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi l-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu addattati sabiex ma jkunux sproporzjonati fil-każ tar-rakkomandazzjonijet mhux miktuba.

5. Il-paragrafi mill-1 sat-3 ma għandhomx japplikaw għall-ġurnalisti bla ħsara għar-regolazzjoni approprjata ekwivalenti, inkluża r-regolazzjoni minnha nfisha approprjata, fl-Istati Membri, sakemm din ir-regolazzjoni tikseb effetti bħal dawk tal-paragrafi minn 1 sa 3.

Artikolu 6

L-obbligi addizzjonali fejn jidħol l-iżvelar ta' l-interessi jew tal-konflitti ta' interess

1. B'żieda ma' l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi kull rakkomandazzjoni prodotta minn analista indipendenti, ditta ta' l-investimenti, istituzzjoni tal-kreditu, kull persuna legali rrelatata, jew kull persuna rilevanti oħra li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipproduċi r-rakkomandazzjonijet, jiżvelaw b'mod dirett u prominenti t-tagħrif li ġej dwar l-interessi tagħhom u l-konflitti ta' interess:

(a) il-pussess maġġuri ta' l-ishma li teżisti bejn il-persuna rilevanti jekk kull persuna legali rrelatata fuq naħa waħda u min joħroġ it-titoli min-naħa l-oħra. Dawn il-pussessi maġġuri ta' l-ishma jinkludu mill-inqas il-każijiet li ġejjin:

- meta l-pussessi ta' l-ishma li jaqbżu l-5 % tat-total tal-kapital ta' l-ishma maħruġ f'min joħroġ l-ishma jinżammu mill-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelatata, jew

- meta l-pussessi ta' l-ishma li jaqbżu l-5 % tat-total tal-kapital ta' l-ishma maħruġ tal-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelatata, ikunu miżmuma minn min joħroġ it-titoli.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għetiebi iktar baxxi mill-għatba ta' 5 % kif ipprovvdut f'dawn iż-żewġ każijiet;

(b) l-interessi finanzjarji l-oħra miżmuma mill-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelatata f'relazzjoni ma' min joħroġ it-titoli;

(ċ) meta japplika, dikjarzzjoni illi l-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelatata huma persuni li jagħmlu suq jew provvedituri tal-likwidità fl-istrumenti finanzjarji ta' min joħroġ it-titoli;

(d) meta tapplika, dikjarazzjoni illi l-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelalata kienu manager ta' quddiem jew ko-manager ta' quddiem matul it-12-il xahar ta' qabel ta' kull offerta żvelata lill-pubbliku ta' l-istrumenti finanzjarji ta' min joħroġ it-titoli;

(e) meta tapplika, dikjarazzjoni illi l-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelatata jkunu parti għal kull ftehim ieħor ma' min joħroġ it-titoli għall-provvediment tas-servizzi bankarji ta' l-investiment, sakemm dan ma jintitola l-iżvelar ta' l-ebda tagħrif kummerċjali kunfidenzjali u li l-ftehim kien ilu f'effett mit-12-il xahar ta' qabel jew fl-istess perjodu taż-żmien ħoloq il-ħlas ta' kumpens jew il-wegħda li jitħallas kumpens;

(f) meta tapplika, dikjarazzjoni illi l-persuna rilevanti jew kull persuna legali rrelata jkunu parti fi ftehim ma' min joħroġ it-titoli li jkollu x'jaqsam mal-produzzjoni tar-rakkomandazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l-iżvelar, f'termini ġenerali, ta' l-arranġamenti effettivi organizzattivi u amministrattivi stabbili ġewwa d-ditta ta' l-investiment jew l-istituzzjoni tal-kreditu sabiex jiġu pprevenuti u evitati l-konflitti ta' interess rigward ir-rakkomandazzjonijet, inklużi l-ostakoli għat-tagħrif.

3. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi għall-persuni naturali jew legali li jaħdmu għal ditta ta' l-investment jew istituzzjoni tal-kreditu, b'kuntratt tax-xogħol jew xorta oħra, u li kienu involuti fit-tħejjja tar-rakkomandazzjoni, il-ħtieġa skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 5 għandha tinkludi, b'mod partikolari, l-iżvelar dwar jekk il-ħlas ta' dawn il-persuni hux marbut direttament mat-transazzjonijiet bankarji ta' l-investiment imwettqa mid-ditta ta' investiment jew minn istituzzjoni tal-kreditu jew minn persuna legali rrelatata.

Meta dawn il-persuni legali jirċievu jew jixtru l-isħma ta' dawk li joħorġu t-titoli qabel ma joffru dawn l-ishma lill-pubbliku, għandu jiġi żvelat ukoll il-prezz li bih inkisbu l-ishma u d-data tal-kisba.

4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-diiti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom jiżvelaw, fuq il-bażi ta' kwart ta' sena, il-proporzjoni tar-rakkomandazzjonijet kollha li jkunu ta' "ixtri", "żomm" jew "biegħ" jew ta' termini ekwivalenti, kif ukoll il-proporzjon tal-ħruġ korrispondenti għal kull waħda minn dawn il-kategoriji li lilhom id-ditta ta' investiment jew l-istituzzjoni tal-kreditu jkunu fornew servizzi bankarji materjali ta' investiment matul it-12-il xahar ta' qabel.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-rakkomandazzjoni nfisha tinkludi l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafi minn 1 sa 4. Meta l-ħtiġiet skond il-paragrafi minn 1 sa 4 ikunu sproporzjonati fejn jidħol it-tul tar-rakkomandazzjoni mqassma, għandu jkun biżżejjed li jsir riferiment ċar u prominenti fir-rakkomandazzjoni nfisha għall-post fejn dan l-iżvelar jista' jkun aċċessibbli b'mod dirett u bla xkiel għall-pubbliku, bħalma hija għaqda diretta ma' l-Internet rigward l-iżvelar fuq sit approprjat ta' l-internet tad-ditta ta' l-investiment jew ta' l-istituzzjoni tal-kreditu.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkun hemm fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi, fil-każ tar-rakkomandazzjonijiet mhux miktuba, il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu addattati sabiex ma jkunux sproporzjonati.

KAPITOLU III IT-TIXRID TAR-RAKKOMANDAZZJONIJET PRODOTTI MINN PARTIJIET TERZI

Artikolu 7

L-identità tad-disseminaturi tar-rakkomandazzjonijet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tkun teżisti fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi, kull meta persuna rilevanti xxerred fuq ir-responsabbiltà tagħha rakkomandazzjoni prodotta minn parti terza, ir-rakkomandazzjoni tindika b'mod ċar u prominenti l-identità tal-persuna rilevanti.

Artikolu 8

L-istandard ġenerali għad-disseminazzjoni tar-rakkomandazzjonijet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tkun teżisti fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi kull meta rakkomandazzjoni prodotta minn parti terza tiġi mibdula sostanzjalment ġewwa t-tagħrif imxerred, dan it-tagħrif jindika b'mod ċar il-bidla sostanzjali fid-dettal. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull meta l-bidla sostanzjali tikkonsisti f'bidla fid-direzzjoni tar-rakkomandazzjoni (bħall-bdil ta' rakkomandazzjoni ta' "ixtri" f'rakkomandazzjoni ta' "żomm" jew "biegħ", jew bil-maqlub), il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli minn 2 sa 5 fuq il-produtturi jiġu sodisfatti mid-disseminatur, għal kemm tkun sostanzjali l-bidla.

B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi tkun teżisti fil-post ir-regolazzjoni approprjata sabiex tiżgura illi l-persuni legali rilevanti li huma nfushom, jew permezz ta' persuni naturali, ixerrdu rakkomandazzjoni mibdula sostanzjalment ikollhom politika formali miktuba hekk illi l-persuni li jirċievu t-tagħrif ikunu jistgħu jiġu diretti lejn fejn jista' jkollhom aċċess rigward l-identità tal-produttur tar-rakkomandazzjoni, ir-rakkomandazzjoni nfisha u l-iżvelar ta' l-interessi jew tal-konflitti ta' interess tal-produttur, sakemm dawn l-elementi jkunu disponibbli pubblikament.

L-ewwel u t-tieni paragrafi ma għandhomx japplikaw għar-rappurtaġġ ta' l-aħbarijiet dwar ir-rakkomandazzjonijiet prodotti minn parti terza meta s-sustanza tar-rakkomandazzjoni ma tinbidilx.

Fil-każ tat-tixrid ta' sommarju ta' rakkomandazzjoni prodotta minn parti terza, il-persuni rilevanti li jxerrdu dan is-sommarju għandhom jiżguraw illi s-sommarju jkun ċar u ma jqarraqx, billi jsemmu s-sors tad-dokument u meta l-iżvelar li jkollu x'jaqsam mad-dokument tas-sors ikun magħmul aċċessibbli b'mod dirett u mingħajr xkiel lill-pubbliku sakemm ikunu disponibbli pubblikament.

Artikolu 9

L-obbligi addizzjonali għad-ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu

B'żieda ma' l-obbligu stabbilit fl-Artikoli 7 u 8, kull meta l-persuna rilevanti f'ditta ta' l-investiment, istituzzjoni tal-kreditu jew persuna naturali li taħdem għal dawn il-persuni b'kuntratt tax-xogħol jew xorta oħra, u xxerred ir-rakkomandazzjonijet prodotti minn parti terza, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi:

(a) jiġi indikat b'mod ċar u prominenti l-isem ta' l-awtorità kompetenti tad-ditta ta' l-investiment jew ta' l-istituzzjoni tal-kreditu;

(b) jekk il-produttur tar-rakkomandazzjoni ma jkunx xerridha diġà permezz ta' kanal tad-distribuzzjoni, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 6 fuq il-produtturi jiġu sodisfatti mid-disseminatur;

(ċ) jekk id-ditta ta' l-investimenrt jew l-istituzzjoni tal-kreditu jkunu bidlu r-rakkomandazzjoni b'mod sostanzjali, jiġu sodisfatti l-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikoli minn 2 sa 6.

KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

It-Trasposizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalhiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sat-12 ta' Ottubru 2004. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 11

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 96, tat-12.4.2003, pġ. 16.

[2] Is-CESR kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE (ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43).

[3] ĠU L 281, tat-23.11.1995, pġ. 31.

[4] ĠU L 141, tal-11.6.1993, pġ. 27.

[5] ĠU L 126, tas-26.5.2000, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top