EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0033

Id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u talKkunsill Tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklmar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 152, 20.6.2003, p. 16–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 007 P. 460 - 463
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 010 P. 4 - 7
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 010 P. 4 - 7
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 017 P. 79 - 82

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/33/oj

32003L0033



Official Journal L 152 , 20/06/2003 P. 0016 - 0019


Id-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Tas-26 ta’ Mejju 2003

dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklmar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li aġixxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Jeżistu differenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ir-reklamar tal-prodotti mit-tabakk u l-patrunaġġ li għandu x’jaqsam ma’ dan. Dan ir-reklamar u dan il-patrinaġġ f’ċerti każi jaqsam il-fruntieri ta’ l-Istati Membri jew jinvolvi okkażjonijiet organizzati fuq livell internazzjonali, u huma attivitajiet li għalihom japplika l-Artikolu 9 tat-Trattat. Id-differenzi fil-liġijiet nazzjonali x’aktarx li joħolqu ostakoli dejjem jiżdiedu għall-moviment ħieles bejn l-Istati Membri tal-prodotti jew tas-servizzi li jservu bħala appoġġ għal-dan ir-reklamar u dan il-patrunaġġ. Fil-każ tar-reklamar fl-istampa, digà ġew iffaċċjati ċerti ostakoli. Fil-każ tal-patrunaġġ, it-tagħwiġ fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni x’aktarx li jiżdied u dan digà ġie nnotat rigward l-organizzazzjoni ta’ ċerti okkażjonijiet maġġuri sportivi u kulturali.

(2) Dawn l-ostakoli għandom jiġu eliminati u, għal dan il-fini, ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mar-reklamar tal-prodotti mit-tabakk u l-patrunaġġ li għandu x’jaqsam magħhom għandhom jiġu mqarrba lejn xulxin f’każijiet speċifiċi. B’mod partikolari, teżisti l-ħtieġa li jiġi speċifikat safejn u sakemm irid jiġi permess ir-reklamar tat-tabakk f’ċerti kategoriji ta’ pubblikazzjonijiet.

(3) L-Artikolu 95(3) tat-Trattat jeħtieġ illi l-Kummissjoni, fil-proposti tagħha dwar li jiġi stabbilit u jiffunzjona s-suq Intern fejn jirrigwarda s-saħħa, trid tieħu bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni. Fil-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ukoll ifittxu li jiksbu din il-mira. Il-leġislazzjoni ta’ l-Istati Membri li trid titqarreb lejn xulxin hija maħsuba li tipproteġi s-saħħa pubblika billi tirregola l-promozzjoni tat-taball, prodott li jwassal għall-vizju li hu responsabbli għal iktar minn nofs miljun mewt fis-sena fil-Komunità, biex b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn iż-żgħażagħ jibdew ipejpu minn età bikrija b’riżultat tal-promozzjoni u jaqbdu l-vizzju.

(4) Iċ-ċirkolazzjoni fis-Suq Intern ta’ pubblikazzjonijiet bħalma huma r-rivisti, il-gazzetti u l-perjodiċi hija bla ħsara għal riskju apprezzabbli ta’ ostakoli għall-moviment ħieles bħala riżultat tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jipprojbixxu jew jirregolaw ir-reklamar f’dawn il-mezzi. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa fis-Suq Intern kollu għal dawn il-mezzi, huwa meħtieġ li jiġi limitat ir-reklamar tat-tabakk fihom għal dawk ir-rivisti u l-perjodiċi li ma humiex maħsuba għall-pubbliku ġenerali bħalma huma l-pubblikazzjonijiet stampati u ppubblikati fil-pajjiżi terzi, li ma humiex b’mod prinċipali maħsuba għas-suq Komuni.

(5) Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti tipi ta’ patrunaġġ għall-benefiċċju tal-prodotti mit-tabakk b’effetti li jaqsmu l-fruntieri joħolqu riskju apprezzattiv fit-tagħwiġ tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni għal din l-attività ġewwa s-Suq Intern. Sabiex jiġi eliminat dan it-tagħwiġ, huwa meħtieġ li jiġi pprojbit dan il-patrunaġġ għal dawn l-attivitajiet jew għal dawn l-okkażjonijiet b’effett li jaqsmu l-fruntieri biss, li mod ieħor jistgħu jkunu mezz sabiex iduru mar-restrizzjonijiet imqiegħda fuq għamliet diretti tar-reklamar, mingħajr ma l-patrunaġġ jiġi rregolat fuq livell purament nazzjonali.

(6) L-użu tas-servizzi tas-soċjetà ta’ l-informatika huwa mezz ta’ reklamar tal-prodotti mit-tabakk li qiegħed jiżdied bħala konsum pubbliku u bħala aċċess għal dawn is-servizzi. Dawn is-servizzi, kif ukoll ix-xandir bir-radjo, li jista’ jiġi trasmess permezz tas-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika, jiġbdu liż-żgħażagħ b’mod partikolari u huma aċċessibbli għalihom. Ir-reklamar tat-tabakk minn dawn iż-żewġ mezzi għandu, min-natura tiegħu nnifsu, il-karattru li jaqsam il-fruntieri, u għandu jiġi rregolat fil-livell Komunitarju.

(7) Id-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti mit-tabakk hija bla ħsara għar-restrizzjoni f’numru ta’ Stati Membri, mogħti l-potenzjali tiegħu li joħloq il-vizzju. Ġraw każijiet fid-distribuzzjoni bla ħlas fil-kuntest tal-patrunaġġ ta’ okkażjonijiet li għandhom effetti li jaqsmu l-fruntieri u dawn għandhom għalheklk jiġu pprojbiti.

(8) Standards applikabbli internazzjonalment għar-reklamar tal-prodotti mit-tabakk u l-patrunaġġ li għandu x’jaqsam miegħu huma bla ħsara għan-negozjati dwar l-abbozz ta’ Konvenzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk. Dawn in-negozjati huma maħsuba li joħolqu regoli internazzjonali li jorbtu, kumplimentari għal dawk li jinsabu f’din id-Direttiva.

(9) Il-Kummissjoni għandha fassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandha ssir disposizzjoni fil-programmi rilevanti Komunitarji sabiex jiġu mmonitorjati l-effetti ta’ din id-Direttiva fuq is-saħħa pubblika.

(10) L-Istati Membri għandhom jieħdu passi adegwati u effettivi sabiex jiżguraw il-kontroll dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati skond din id-Direttiva skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, kif ipprovvdut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rwol tal-penali fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-Suq Intern Komunitarju u fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 1995 dwar l-applikazzjoni effettiva uniformi tal-liġijiet Komunitarji u dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tal-liġijiet Komunitarji fis-Suq Intern [4] Dawn il-mezzi għandhom jinkludu disposizzjoni għall-intervent tal-persuni jew l-organizzazzjonijiet b’interess leġittimu fis-soppressjoni ta’ l-attivitajiet li mhumiex skond din id-Direttiva.

(11) Il-penali pprovvduti skond din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull penali oħra jew rimedju ieħor ipprovvduti skond il-liġijiet nazzjonali.

(12) Din id-Direttiva tirregola r-reklamar tal-prodotti mit-tabakk f’mezzi oħra għajr it-televiżjoni, jiġifieri fix-xandir bir-radjo u s-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika. Tirregola wkoll il-patrunaġġ, mill-kumpniji tat-tabakk, tal-programmi tar-radjo u ta’ l-okkażjonijiet jew l-attivitajiet li jinvolvu numru ta’ Stati Membri, jew li jsiru fihom, jew inkella li għandhom effetti li jaqsmu l-fruntieri, inkluża d-distribuzzjoni bla ħlas jew imraħħsa tal-prodotti mi-tabakk. Għamliet oħra ta’ reklamar, bħalma huma r-reklamar indirett, kif ukoll il-patrunaġġ ta’ l-okkażjonijiet jew l-attivitajiet mingħajr l-effetti li jaqsmu l-fruntieri, jaqgħu ’il barra mill-iskop ta’ din id-Direttiva. Bla ħsara għat-Trattat, l-Istati Membru jżommu l-kompetenza li jirregolaw dawk il-materji li jidhrilhom meħtieġa sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(13) Ir-reklamar li għandu x’jaqsam mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem huwa kopert bid-Direttuva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi Komunitarju li għandu x’jaqsam mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [5] Ir-reklamar li għandu x’jaqsam mal-prodotti maħsuba sabiex jintużaw biex jirkbu l-vizzju tat-tabakk ma jaqax taħt l-iskop ta’ din id-Direttiva.

(14) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-kordinament ta’ ċerti disposizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li jirrigwardaw is-segwiment ta’ l-attivitajiet tax-xandir bit-televiżjoni [6], li jipprojbixxi r-reklamar tas-sigaretti u ta’ prodotti oħra mit-tabakk. Id-Direttiva 89/552/KEE tippovdi illi l-programmi tat-televiżjoni ma jistgħux ikunu ppatronizzati minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-fabbrikazzjoni jew il-bejgħ tas-sigaretti u ta’ prodotti oħra mit-tabakk, jew il-provvediment tas-servizzi, li r-reklamar tagħhom huwa pprojbit b’din id-Direttiva. Ix-xiri bit-telekomunikazzjonijiet tal-prodotti mit-tabakk huwa wkoll ipprojbit bid-Direttiva 89/552/KEE.

(15) Il-karattru trans-nazzjonali tar-reklamar huwa kkonoxxut mid-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE tal-10 ta’ Settembru 1984 li għandha x’taqsam mat-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw ir-reklamar li jigwida [7], Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-fabbrikazzjoni, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tal-prodotti mit-tabakk [8], fiha disposizzjonijiet dwar l-użu ta’ deskrizzjonmijiet qarrieqa rigward il-għoti tat-tikketti fuq il-prodotti mit-tabakk, li l-effett tiegħu trans-fruntieri ġie magħruf ukoll.,

(16) Id-Direttiva 8/43/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 1998 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministtattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti mit-tabakk [9] kienet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ Ċ-376/98 ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea [10]. Ir-referenzi għad-Direttiva 98/43/KE għandhom għalhekk jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva.

(17) Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u appoprjat għall-kisba tal-mira bażika tal-funzjonament kif xieraq tas-suq illi jiġu stabbiliti regoli dwar ir-reklamar tal-prodotti mit-tabakk u l-patrunaġġ li għandu x’jaqsam magħhom. Din id-Direttiva ma tmurx lil hemm minn dan li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-miri segwiti skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat.

(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji kkonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Deċiżjoni tfittex li tiżgura r-rispett għad-dritt fundamentali tal-libertà ta’ l-espressjoni,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-kontenut tas-suġġett u l-iskop

1. Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb lejn xulxin il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklamar tal-prodotti mit-tabakk u l-promozjoni tagħhom:

(a) fl-istampa u pubblikazzjonijiet oħra stampati;

(b) fis-servizzi tax-xandir bir-radjo;

(ċ) fis-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika; u

(d) permezz tal-patrunaġġ li għandu x’jaqsam mat-tabakk, inkluża d-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti mit-tabakk.

2. Din id-Direttiva hija maħsuba għalbiex tiżgura l-moviment ħieles tal-mezzi interessati u tas-servizzi li għandhom x’jaqsmu magħha u sabiex telimina l-ostakoli għall-ħidma tas-Suq Intern.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "prodotti mit-tabakk" ifissru l-prodotti kollha maħsuba li jiġu mpejpa, imxamma, mirdugħa jew mimgħuda safejn u sakemm dawn jintgħamlu, saħansitra parzjalment, mit-tabakk;

(b) "reklamar" ifisser kull għamla ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali bil-għan jew l-effett dirett jew indirett tal-promozzjoni ta’ prodott mit-tabakk;

(ċ) "patrunaġġ" ifisser kull għamla ta’ kontribuzzjoni pubblika jew privata għal kull okkażjoni, attività jew individwu bil-għan jew l-effett dirett jew indirett tal-promozzjoni ta’ prodott mit-tabakk;

(d) "servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika" ifissru s-servizzi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment ta’ l-informazzjoni fil-qasam ta’ l-i standards u r-regolamenti tekniċi dwar is-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika [11].

Artikolu 3

Ir-reklamar fil-mezzi stampati u s-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika

1. Ir-reklamar fl-istampa u pubblikazzjonijiet oħra stampati għandu jkun limitat għall-pubblikazzjonijiet maħsuba b’mod esklussiv għall-propfessjonisti fil-kummerċ tat-tabakk u għal pubblikazzjonijiet li jiġu stampati u ppubblikati f’pajjiżi terzi, fejn dawn il-pubblikazzjonijiet ma jkunux maħsuba għas-suq Komunitarju.

Reklamar ieħor fl-istampa u f’pubblikazzjonijiet oħra stampati għandu jiġi pprojbit.

2. Ir-reklamar li ma jkunx permess fl-istampa u f’pubblikazzjonijiet oħra stampati ma għandux ikun permess fis-servizzi tas-soċjeta ta’ l-informatika.

Artikolu 4

Ir-reklamar u l-patrunaġġ bir-radjo

1. Għandhom jiġu pprojbiti l-għamliet kollha tar-reklamar bir-radjo tal-prodotti mit-tabakk.

2. Il-programmi tar-radjo ma għandhomx ikunu ppatronizzati minn impriżi li l-attività prinċipali tagħhom hija l-fabbrikazzjoni jew il-bejgħ tal-prodotti mit-tabakk.

Artikolu 5

Il-patrunaġġ ta’ l-okkażjonijiet

1. Il-patrunaġġ ta’ l-okkażjonijiet jew ta’ l-attivitajiet li jinvolvu numru ta’ Stati Membri jew isiru fihom jew inkella jkollhom l-effett li jaqsmu l-fruntieri għandu jkun ipprojbit.

2. Kull distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti mit-tabakk fil-kuntest tal-patrunaġġ ta’ l-okkażjonijiet riferiti fil-paragrafu 1 li jkollhom il-għan jew l-effett dirett jew indirett li jmexxu ’l quddiem dawn il-prodotti għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 6

Ir-rapport

Mhux iktar tard mill-20 ta’ Ġunju 2008, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat b’kull proposta jew emenda għal-din id-Direttiva li l-Kummisjoni tqis meħtieġa.

Artikolu 7

Il-penali u l-infurzar

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovvduti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni l-iktar tard sad-data speċifikata fl-Artikolu 10 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull emenda sossegwenti li taffwettwahom.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu d-disposizzjonijiet li jiżguraw illi l-persuni jew l-organizzazzjonijiet li, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jistgħu jiġġustifikaw interess leġittimu fis-soppressjoni tar-reklamar, il-patrunaġġ jew il-materji l-oħra inkompatibbli ma’ din id-Direttiva, jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra dan ir-reklamar jew patrunaġġ jew jiġbdu l-attenzjoni dwar dan ir-reklamar jew patrunaġġ ta’ korp kompetenti amministrattiv jew sabiex jippronunzja dwar l-ilmenti jew li jiftaħ il-proċedimenti legali approprjati.

Artikolu 8

Il-moviment ħieles tal-prodotti u tas-servizzi

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-moviment ħieles tal-prodotti jew tas-servizzi li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 9

Ir-referenzi għad-Direttiva 98/43/KE

Ir-referenzi għad-Direttiva annullata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 10

L-implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Lulju 2005. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 11

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 270 E, tal-25.9.2001, p. 97.

[2] ĠU C 36, tat-8.2.2002, p. 104.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fil-20 ta’ Novembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2003.

[4] ĠU C 188, tat-22.7.1995, p. 1.

[5] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 67.

[6] ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 60).

[7] ĠU L 250, tad-19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, tat-23.10.1997, p. 18).

[8] ĠU L 194, tat-18.7.2001, p. 26.

[9] ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 9.

[10] (2000) ECR I-8419.

[11] (11) ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

--------------------------------------------------

Top