EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0269

Id-Deċiżjoni tal-kunsill tat-8 ta’ april 2003 li tirrigwarda l-Ftehim milħuq għan-nom tal-Komunità bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropeà dwar il-kordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju

OJ L 99, 17.4.2003, p. 47–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 046 P. 187 - 188
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 114 P. 169 - 170

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/269/oj

32003D0269

Id-Deċiżjoni tal-kunsill tat-8 ta’ april 2003 li tirrigwarda l-Ftehim milħuq għan-nom tal-Komunità bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropeà dwar il-kordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju

Official Journal L 099 , 17/04/2003 P. 0047 - 0048
CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188
SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 187 - 188


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-8 ta’ april 2003

li tirrigwarda l-Ftehim milħuq għan-nom tal-Komunità bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropeà dwar il-kordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju

(2003/269/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Għandhom jiġu stabbiliti fil-Komunità l-proċeduri approprjati sabiex jiġi żgurat it-tħaddim kif jixraq tal-Ftehim iffirmat f’Washington fid-19 ta’ Diċembru 2000 [2] bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-kordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju. Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata sabiex, bl-għajnuna tal-kumitat speċjali nnominat mill-Kunsill, tagħmel ċerti emendi tekniċi fil-Ftehim u li tieħu ċerti deċiżjonijiet rigward l-implimentazzjoni tiegħu. Fil-każijiet l-oħra kollha d-deċiżjoni trid tittieħed skond il-proċeduri normali.

(2) Ir-reviżjoni ta’ l-implimentazzjoni ġiet attribwita lill-Kummissjoni teknika stabbilita bil-Ftehim.

(3) Kull parti nnominat entità ta’ ġestjoni. Il-Komunità nnominat lill-Kummissjoni bħala l-entità ta’ ġestjoni tagħha. Il-Partijiet jistgħu jemendaw il-Ftehim u l-Annessi u jżidu l-Annessi ġodda bi ftehim reċiproku.

(4) Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja [3] ħassret id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/469/KE ta’ l-14 ta’ Mejju 2001 dwar il-Ftehim milħuq għan-nom tal-Komunità Ewropea bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea rigward il-kordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju [4], li għalhekk trid tinbidel.

(5) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-kordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettjar, ta’ programmi ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju inkluż l-Annessi tiegħu, huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità.

It-test tal-Ftehim, u l-Annessi tiegħu, huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni [5].

Artikolu 2

Għan-nom tal-Komunità, il-President tal-Kunsill għandu joħroġ in-notifika bil-miktub skond kif provdut fl-Artikolu XII(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-kummissjoni teknika pprovduta bl-Artikolu VI tal-Ftehim, u tkun megħjuna mill-kumitat speċjali nnominat mill-Kunsill. Wara konsultazzjoni ma’ dan il-kumitat speċjali, il-Kummissjoni għandha tgħaddi għall-komunikazzjonijiet, koperazzjoni, reviżjoni ta’ l-implimentazzjoni u n-notifiki li hemm imsemmija fl-Artikoli V(5), VI(1) u (2), u VIII(4), tal-Ftehim.

2. Bl-għan li tlesti l-posizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet u l-lista’ ta’ tagħmir ta’ l-uffiċċju fl-Anness C tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kull opinjoni mogħtija mill-European Community Energy Star Board imsemmi fl-Artikoli 8 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 2422/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar program tal-Komunità ta’ tikkettjar, bl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju [6].

3. Il-posizzjoni tal-Komunità rigward id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-entitajiet ta’ ġestjoni għandhom jiġu ddeterminati, fejn jirrigwarda l-emendi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ tagħmir ta’ l-uffiċċju mniżżla fl-Anness C tal-Ftehim, mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-kumitat speċjali, msemmi fil-paragrafu 1.

4. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-posizzjoni tal-Komunità rigward deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-entitajiet ta’ ġestjoni jew mill-Partijiet għandhom jiġu ddeterminati mill-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta magħmula mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-8 ta’ April 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 274 E, tat-28.09.99, pġ. 16.

[2] ĠU L 172, tas-26.06.01, pġ. 3.

[3] Sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2002 fil-Kawża C-281/01, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej v. Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea (ĠU C 31, tat-8.2.2003, pġ. 3).

[4] ĠU L 172, tas-26.06.01, pġ. 1.

[5] ĠU L 172, tas-26.06.01, pġ. 3.

[6] ĠU L 332, tal-15.12.01, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top