EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0020

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (notifikata taħt dokument numru C(2002) 5304)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 8, 14.1.2003, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 004 P. 338 - 339
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 004 P. 244 - 245
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 004 P. 244 - 245
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 007 P. 31 - 32

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/20(1)/oj

32003D0020



Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0035 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Diċembru 2002

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE

(notifikata taħt dokument numru C(2002) 5304)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2003/20/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3)(b) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2000/26/KE (ir-raba' Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta' vetturi) tippreskrivi dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-partijiet li jġġarbu xi dannu residenti fi Stat Membru u ntitolati għall-kumpens fir-rigward ta' xi telf jew dannu li jirriżulta minn aċċidenti li jseħħu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li ġġarrab id-dannu jew f'pajjiżi terzi li tagħhom l-uffiċji ta' l-assiguratur nazzjonali jkunu affiljati mas-sistema tal-karolina ħadra kull meta dwak l-aċċidenti jiġu kkawżati mill-użu ta' vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 10(3) tar-raba' Direttiva, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew japprova qabel l-20 ta' Jannar 2002 korp ta' kumpens responsabbli għall-provvista ta' kumpens fejn l-impriża ta' assigurazzjoni tkun naqset li taħtar rappresentant jew tkun manifestement dilatorja biex tiddeċiedi talba. B'żieda, kif hemm provdut fl-Artikolu 7, il-parti li ġġarrab id-dannu tkun intitolata li tapplika għall-kumpens mill-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn tkun toqgħod jekk ikun imposibbli li tiġi identifikata l-vettura jew jekk, fi żmien xahrejn wara l-aċċident, ikun impossibbli li tkun identifikata l-impriża ta' assigurazzjoni.

(3) Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) tar-raba' Direttiva, il-korp ta' kumpens ta' Stat Membru li jkun ikkompensa parti li ġġarrab xi dannu li tkun toqgħod f'dak l-Istat Membru jkun intitolat li jitlob rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp ta' kumpens ta' l-Istat Membru li fih l-impriża ta' assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza tal-parti preżunta responsabbli tkun stabbilita.

(4) Bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) tar-raba' Direttiva, id-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu 6 tar-raba Direttiva huwa suġġett għall-konklużjoni ta' ftehim bejn il-korpi ta' kumpens stabbiliti jew approvati mill-Istati Membri li jiddefinixxu l-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għar-rimborż.

(5) L-Istati Membri kollha ħatru il-korpi ta' kumpens responsabbli biex jipprovdu kumpens lill-partijiet li jġarrbu d-dannu fil-każi msemmija fl-Artikolu 1 tar-raba' Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta' vetturi, hekk kif provdut bl-Artikolu 6 tagħha. Ftehim bejn dawn il-korpi ta' kumpens skond din id-dispożizzjoni kien konkluż fid-29 ta' April 2002 fi Brussel u notifikat lill-Kummissjoni Ewropew b'ittra li ġġib id-data tad-19 ta' Lulju 2002 fil-limitu ta' żmien stabbilit bl-Artikolu 10(3) ta' l-istess Direttiva.

(6) L-Artikolu 6(3)(b) jobbliga lill-Kummissjoni li tiffissa d-data li minnha l-Artikolu 6 tar-raba' Direttiva għandu jkollu effett, u l-Kummissjoni diġa aċċertat, wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar l-Assigurazzjoni, il-konklużżjoni ta' dan il-ftehim.

(7) Skond l-Artikolu 10(1) tar-raba' Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw magħha qabel l-20 ta' Jannar 2003,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Mill-20 ta' Jannar 2003, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/26/KE għandu jidħol fis-seħħ.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex japplikaw din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-20.7.2000, p. 65.

--------------------------------------------------

Top