EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0334

Regolament tal-kunsill (KE) Nru 334/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi

OJ L 53, 23.2.2002, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 191 - 192
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 190 - 191
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 206 - 207
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 206 - 207
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 65 - 66

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Impliċitament imħassar minn 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/334/oj

32002R0334



Official Journal L 053 , 23/02/2002 P. 0007 - 0008


Regolament tal-kunsill (KE) Nru 334/2002

tat-18 ta' Frar 2002

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b) (iii) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 [3] jippreskrivi format uniformi għall-viżi

(2) Il-Miżura Nru 38 tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna, adottat mill-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni tat-3 ta' Diċembru 1998, tgħid li għandha tingħata attenzjoni lil żviluppi ġodda tekniċi biex jiżguraw fejn xieraq sigurtà akbar fil-format uniformi għall-viżi.

(3) Il-Konklużjoni Nru 22 tal-Kunsill Ewropew Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999 tgħid li għandha tkun żviluppata aktar politika komuni attiva fuq il-viżi u dokumenti foloz.

(4) L-istabbiliment ta' format uniformi tal-viża huwa element essenzali fil-politika ta' armonizzazzjoni tal-visa.

(5) Jeħtieġ li ssir disposizzjoni għall-istabbiliment ta' standards komuni dwar l-implimentazzjoni tal-format uniformi għall-viżi, partikolarment regoli komuni fuq il-metodi tekniċi u standards li għandhom jintużaw biex timtela' l-formula.

(6) L-integrazzjoni ta' ritratt prodott skond l-istandards għolja ta' sigurtà huwa l-ewwel pass lejn l-użu ta' elementi li jistabbilixxu rabta aktar affidabbli bejn il-format uniformi tal-viża u d-detentur bħala kontribuzzjoni importanti biex ikun żgurat li l-format uniformi għall-viżi huwa protett ukoll kontra l-użu frawdolenti. Ser jitqiesu l-ispeċifikazzjonijiet preskritti fid-dokument ICAO (Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili) 9303 fuq viżi li jinqraw bil-magna.

(7) Huma meħtieġa standards komuni dwar l-implimentazzjoni tal-format uniformi għall viżi biex jintlaħqu standards għoljin u biex ikun faċilitat il-kxif tal-falsifikazzjoni ta' l-istikers tal-viża.

(8) Is-setgħat biex ikunu adottati dawn l-istandards komuni għandhom jingħataw lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1683/96 li għandu jiġi adottat biex iqis id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [4],

(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1683/98 għandu għalhekk jiġi emendat.

(10) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament biex il-format uniformi tal-viżi isir aktar sigur ma jaffettwawx ir-regoli li bħalissa jiggvernaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti ta' l-ivjaġġar.

(11) Il-kondizzjonijiet li jiggvernaw id-dħul fit-territorju ta' l-Istati Membri jew il-ħruġ ta' viżi ma jaffettwawx ir-regoli li bħalissa jiggvernaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti ta' l-ivjaġġar.

(12) Fir-rigward tar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li jaqa' fil-qasam msemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 fuq ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni bejn dawk iż-żewġ Stati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen [5].

(13) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll fuq il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit ta avviż b'ittra ta' l-4 ta' Diċembru 2001, rigward ix-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(14) Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll fuq il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, anness mat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda mhux qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Bħala riżultat, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' l-imsemmi Protokoll, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplikawx għall-Irlanda.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) No 1683/95 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1. Għandhom ikunu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-format uniformi għall-viżi dwar li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2):

(a) elementi addizzjonali u ħtiġiet ta' sigurtà inkluż standards aktar għoljin kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni;

(b) proċeduri u metodi tekniċi li għandhom jintużaw għall-mili tal-viża uniformi.

2. Il-kuluri ta' l-istiker tal-viża jistgħu jinbidlu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2)."

2. L-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE [6].

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu."

3. Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 8:

"L-integrazzjoni tar-ritratt provdut fil-punt 2a ta' l-Anness għandu jkun implimentat mhux aktar tard minn ħames snin wara l-adozzjoni tal-miżuri tekniċi provduti għall-adozzjoni ta' din il-miżura fl-Artikolu 2."

4. Il-paragrafu li ġej għandu jidħol fl-Anness 3:

"2a. Ritratt integrat prodott skond standards ta' sigurtà għolja."

Artikolu 2

L-ewwel sentenza ta' l-Anness 8 tal-verżjoni finali ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari u l-Anness 6 tal-verżjoni finali tal-Manwal Komuni kif inhuma wara d-Deċiżjoni tal-Kumitat Esekuttiv ta' Schengen tat-28 ta' April 1999 [7] għandha tinbidel b'li ġej:

"Il-karatterisitiċi tekniċi u ta' sigurtà għall-format ta' l-istiker tal-viża jinsabu fi, jew huma adottati fuq il-bażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jippreskrivi format uniformi għall-viżi [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 334/2002 [9]."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa s-setgħat ta' l-Istati Membri fir-rigward tar-rikonoxximent ta' l-Istati u l-entitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Frar 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Piqué i Camps

[1] ĠU C 180 E, tas-26.6.2001, p. 310.

[2] Opinjoni mogħtija fit-12 ta' Diċembru 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 164, ta' l-14.7.1995, p. 1.

[4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[5] ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 317.

[8] ĠU L 164, tas-14.7.1995, p. 1.

[9] ĠU L 53, tat-23.2.2002, p. 7.

--------------------------------------------------

Top