EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0916

Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni tal-21 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Deċiżjoni 94/652/KE rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jittieħdu ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel (notifikata fid-dokument numru K(2002) 4447)(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 319, 23.11.2002, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 007 P. 255 - 256
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 009 P. 83 - 84
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 009 P. 83 - 84
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 022 P. 31 - 32

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/916/oj

32002D0916



Official Journal L 319 , 23/11/2002 P. 0028 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni

tal-21 ta’ Novembru 2002

li temenda d-Deċiżjoni 94/652/KE rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jittieħdu ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel

(notifikata fid-dokument numru K(2002) 4447)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/916/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta’ Frar 1993 dwar l-assistenza lill-Kummissjoni u l-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel [1], u b’mod partikolari ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 3(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissoni 94/458/KE tad-29 ta’ Ġunju 1994 [2] tistabbilixxi r-regoli dwar il-ġestjoni amministrattiva tal-koperazzjoni fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel.

(2) Id-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni 94/652/KE [3] kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/773/KE [4] rigward l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji li jridu jiġu midħula għalihom ġewwa l-qafas tal-koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-ikel.

(3) L-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-impenji għandu jqis il-ħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika ġewwa l-Komunità u l-ħtiġiet tal-leġislazzjoni Komunitarja fis-settur ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

(4) L-impenji għandhom jiġu mqasma filwaqt li jitqiesu l-kompetenza xjentifika u r-riżorsi disponibbli ġewwa l-Istati Membri, u b’mod partikolari l-istituti li jridu jipparteċipaw fil-koperazzjoni xjentifika.

(5) Id-Deċiżjoni 94/652/KE għandha tiġi emendata kif jixraq,

(6) Il-miżuri provvduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 94/652/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 52, ta’ l-4.3.1993, p. 18.

[2] ĠU L 189, tat-23.7.1994, p. 84.

[3] ĠU L 253, tad-29.9.1994, p. 29.

[4] ĠU L 290, tas-7.11.2001, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

L-inventarju ta' l-impenji li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ġewwa l-qafas tal-koperazjoni mill-Istati Membri fl-eżaminazzjoni xkjentifika tal-mistoqsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel

Is-Suġġett, in-natura u l-kobor ta' l-impenn | L-Istati Membri li lihom jitqassam l-impenn | Il-Limitu taż-żmien għat-tkomplija |

1.Is-sustanzi tat-taħwir

1.1.Is-sustanzi tat-taħwir iddefiniti kimikament kif elenkati fir-reġistru fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE tat-23 ta' Frar 1999:sabiex jiġu mħejjija r-rapporti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tas-sustanzi tat-taħwir iddefiniti kimikament skond il-programm tal-valutazzjoni riferit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2232/96,sabiex jiġi stabbilit u miżmum arkivju fiżiku u elettronika ta' l-informazzjoni tossikoloġika disponibbli u ta' l-esposizzjoni rigward is-sustanzi interessati. | Id-Danimarka (koordinatur) il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit | 31 ta' Mejju 2005. |

3.Il-Kontaminanti

3.1.Mistoqsijiet ġenerali

3.1.1.Mistoqsijiet mhux skedati u urġenti:sabiex jiġi kkordinat il-ġbir ta' l-informazzjoni fl-Istati Membri meħtieġa għall-istima tar-riskji mill-Kumitat Xjentifiku ta' l-Ikel bi tweġiba għall-mistoqsijiet mhux skedati u urġenti li għandhom x'jaqsmu mal-kontaminanti ta' l-ikel | L-Italja, ir-Renju Unit (kordinaturi konġunti) L-Istati Membri kollha | 31 ta' Diċembru 2002. |

3.2.Il-mistoqsijiet speċifiċi

3.2.9.Il-ġbir u l-għaqda flimkien ta' l-informazzjoni dwar il-livelli tat-3-monokloropropanedjol (3-MCPD) u s-sustanzi li għandhom x'jaqsmu miegħu fl-oġġetti ta' l-ikel | L-Isvezja, ir-Renju Unit (koordinaturi konġunti) id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda, l-Olanda, l-Awstrija, il-Finlandja | 31 ta' Ottubru 2002. |

3.2.10.Il-ġbir ta' l-informazzjoni dwar il-konkorrenza tat-tossini fusarji u l-istima tat-teħid fid-dieta mill-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE. | Il-Ġermanja (kordinatur) il-Belġju, id-Danimarka, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit | 28 ta' Frar 2003 |

3.2.11.L-istima ta' l-esposizzjoni tad-dieta għaċ-ċomb, il-kadmju, il-merkurju u l-arseniku tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE. | L-Italja, l-Isvezja (kordinaturi konġunti) il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit | 31 ta' Diċembru 2002. |

3.2.12.Il-ġbir ta' l-informazzjoni dwar l-okkorrenza ta' l-idrokarbonji polinukleari aromatiċi fl-ikel. | Franza (kordinatur) il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit | 30 ta' April 2003. |

3.2.13.L-istima ta' l-esposizzjoni tad-dieta għall-komposti ta' l-organtin fil-popolazzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-UE | L-Italja (kordinatur) il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Greċja, Franza, l-Olanda | 31 ta' Diċembru 2002. |

8.Il-Materjali tal-Pakkeġġjar

8.1.It-tħejjija tal-folji jew ir-rapporti sommarji ta' l-informazzjoni dwar l-istima tar-riskji tas-sustanzi wżati fil-materjali tal-kuntatt ma' l-ikel jew il-preżentazzjoni tiegħu | L-Olanda (kordinatur) id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit | 31 ta' Diċembru 2002. |

"

--------------------------------------------------

Top