EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R1091

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-libertà tal-moviment b'viża ta' waqfien fit-tul

OJ L 150, 6.6.2001, p. 4–5 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 113 - 114
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 130 - 131
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 130 - 131

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Imħassar b' 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1091/oj

32001R1091



Official Journal L 150 , 06/06/2001 P. 0004 - 0005


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2001

tat-28 ta' Mejju 2001

dwar il-libertà tal-moviment b'viża ta' waqfien fit-tul

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62(2)(b)(ii) u 63(3)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Franċiża [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Jista' jkun hemm dewmien fiż-żmien bejn il-wasla fit-territorju ta' Stat Membru ta' persuna fil-pussess ta' viża nazzjonali ta' waqfien fit-tul maħruġa minn dan l-Istat Membru u l-mument meta persuna tirċievi permess tar-residenza li jgħinha timxi fil-libertà fit-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra.

(2) Għandhom jittieħdu passi sabiex jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-pussessuri tal-viżi nazzjonali ta' waqfien fit-tul sakrmm joħorġilhom permess tar-residenza, billi jiġi stabbilit li dawn il-viżi, li sadattant jagħtu poter lill-pussessuri tagħhom li jittransitaw darba biss minn got-territorju ta' l-Istati Membri l-oħra sabiex jilħqu t-territorju ta' l-Istat li jkun ħareġ il-viża, ikunu fl-istess ħin validi bħala viżi uniformi ta' waqfien fil-qosor, sakemm l-applikamti jwettqu l-kondizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza stabbiliti bil-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta Ġunju 1985 iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990.

(3) Din il-miżura hija l-ewwel pass fl-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-viżi nazzjonali ta' waqfien fit-tul.

(4) Il-Konvenzjoni li timplinenta l-Ftehim ta' Schengen u l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi għall-missjonijiet diplomatiċi u l-postjiet konsulari [3] għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(5) Dan l-istrument jikkostitwixxi żvilupp fuq l-acquis tax-Schengen, skond il-Protokoll li jintegra l-acquis tax-Schengen fil-kwadru ta' l-Unjoni Ewropea, kif iddefinit fl-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE li tirrigwarda d-definizzjoni ta' l-acquis tax-Schengen bil-għan li tistabbilixxi, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis [4].

(6) Kif ipprovvdut fl-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk la hija marbuta bih u lanqas bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti illi l-istrument preżenti huwa maħsub li jibni fuq l-acquis tax-Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f'perjodu taż-żmien ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni jekk tridx timplimenta din id-deċiżjoni fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

(7) Fejn jidħlu r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, dan l-istrument jikkostitwixi żvilupp ta' l-acquis tax-Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż fit-18 ta' Mejju 1999 mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u dawn iż-żewġ Stati [5].

(8) Rigward l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Eropea, l-Irlanda u r-Renju Unit mhumiex qegħdin jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan l-istrument. B'konsegwenza ta' dan, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni la japplikaw għall-Irlanda u lanqas għar-Renju Unit,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 18

Il-viżi għal waqfiet li jaqbżu t-tliet xhur għandhom ikunu viżi nazzjonali maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri skond il-liġijiet nazzjonali tiegħu. Għal perjodu taż-żmien ta' mhux iktar minn tliet xhur mid-data inizjali tal-validità tagħhom dawn il-viżi għandhom ikunu validi fl-istess żmien bħala viżi uniformi ta' waqfien fil-qosor, sakemm dawn ikunu maħruġa skond il-kondizjonijiet u l-kriterji komuni adottati taħt jew skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-taqsima 1 tal-Kapitolu 3 u l-pussessuri tagħhom iwettqu l-kondizzjonijiet tad-dħul riferiti fl-Artikolu 5(1)(a), (ċ), (d) u (e). Inkella, dawn il-viżi għandhom jagħtu biss poter għat-transitu ġewwa t-territorji ta' l-Istati Membri l-oħra sabiex jilħqu t-territorju ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża, għajr jekk il-pussessuri ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tad-dħul riferiti fl-Artikolu 5(1)(a), (de) u (e) jew ikunu fuq il-lista nazzjonali ta' l-allerti ta' l-Istati Membri li mit-territorju tagħhom jixtieq jgħaddu."

Artikolu 2

It-taqsima 2.2 tal-Parti V ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-Viżi għandha tiġi mibdula b'li ġej:

"2.2. Il-Viżi ta' waqfien fit-tul

Il-viżi għal viżti li jaqbżu t-tliet xhur għandhom ikunu viżi nazzjonali maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.

Madankollu, dawn il-viżi għandhom, għal perjodu taż-żmien ta' mhux iktar minn tliet xhur mid-data inizjali tal-validità tagħhom, ikunu fl-istess żmien validi bħala viżi uniformi ta' waqfien fil-qosor, sakemm dawn ikunu maħruġa skond il-kondizjonijiet u l-kriterji komuni adottati taħt jew skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u l-pussessuri tagħhom iwettqu l-kondizzjonijiet tad-dħul riferiti fl-Artikolu 5(1)(a), (ċ), (d) u (e) tal-Konvenzjoni msemmija u riprodotta fil-Parti IV ta' dawn l-Istruzzjonijiet. Inkella, dawn il-viżi għandhom jagħtu biss poter għat-transitu mit-territorji tal-Partijiet Kontraenti l-oħra sabiex jilħqu t-territorju ta' l-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża, għajr jekk il-pussessuri ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tad-dħul riferiti fl-Artikolu 5(1)(a), (de) u (e) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen jew ikunu fuq il-lista nazzjonali ta' l-allerti ta' l-Istati Membri li mit-territorju tagħhom jixtiequ jgħaddu."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Bodström

[1] ĠU C 200, tat-13.7.2000, p. 4.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18.1.2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 239, tat-22.9.2000, p. 318.

[4] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 1.

[5] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36.

--------------------------------------------------

Top