EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1010
Commission Regulation (EC) No 1010/2001 of 23 May 2001 concerning the minimum quality requirements for mixed fruit under the production aid scheme
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2001 tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar il-kondizzjonijiet minimi ta’ kwalità meħtiega għall-frott imħallat taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2001 tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar il-kondizzjonijiet minimi ta’ kwalità meħtiega għall-frott imħallat taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni
OJ L 140, 24.5.2001, p. 31–32
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 032 P. 278 - 279
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 037 P. 205 - 206
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 037 P. 205 - 206
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 026 P. 85 - 86
In force
Official Journal L 140 , 24/05/2001 P. 0031 - 0032
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2001 tat-23 ta’ Mejju 2001 dwar il-kondizzjonijiet minimi ta’ kwalità meħtiega għall-frott imħallat taħt l-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti ta’ frott u ħaxix proċessat [1], kif l-aħħar emendat bir-regolament (KE) Nru 2699/2000 [2], u b’mod partikulari l-Artikolu 6(1) ta’ dan, Billi: (1) l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi għal sistema ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jibgħatu ħawħ u lanġas għall-ipproċessar fil-prodotti elenkati f’L-Anness I ta’dan ir-Regolament. (2) Taħlitiet ta’ frott fil-ġulepp u fil-meraq naturali tal-frott żdiedu ma’ l-Anness imsemmi hawn fuq bir-Regolament (KE) Nru 2699/2000. Il-kondizzjonijiet minimi meħtiega dwar kwalità għal dawk il-prodotti għandhom ikunu definiti fuq il-bażi ta’ metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali u ġusti u bil-għan li tkun evitata l-produzzjoni ta’ prodotti li għalihom ma jkunx hemm talba jew li jġibu ditorsjoni fis-suq. (3) Il-kondizzjonijiet meħtiega dwar kwalità definiti f’dan ir-Regolament jikkostitwixxu miżuri ta’ implimentazzjoni flimkien mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2319/89 [3] u (KEE) Nru 2320/89 [4], kif emendati bir-Regolament (KE) Nru 996/2001 [5], li jistipulaw il-kondizzjonijiet minimi meħtiega dwar kwalità, rispettivament, għall-lanġas Williams u Rocha u għall-ħawħ fil-ġulepp u fil-meraq naturali tal-frott eliġibbli għall-iskema ta’ għajnuna għall-produzzjoni, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ l-iskema ta’ għajnuna għall-prodotti proċessati minn frott u ħxejjex [6]. (4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati minn Frott u Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Dan ir-Regolament jistipula l-kondizzjonijiet minimi meħtiega dwar kwalità li jridu jissodisfaw it-taħlitiet ta’ frott fil-ġulepp u/jew fil-meraq naturali tal-frott, minn hawn "il quddiem msejħa ’ frott imħallat", kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 449/2001. L-Artikolu 2 Il-frott imħallat irid jissodisfa l-kondizzjonijiet minimi li ġejjin: (a) Il-kontenut minimu ta’ ħawħ u lanġas irid ikun ta’ 60 % tal-piż nett imnixxef tat-taħlita. (b) Il-ħawħ u l-lanġas iridu jkunu preżentati bħala frott sħiħ, nofsijiet, kwarti, biċċiet jew dadi kif hu definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2319/89 u (KEE) Nru 2320/89. (ċ) Il-kondizzjonijiet minimi meħtiega dwar kwalità definiti f’L-Artikoli 2, 3(4), (5) u (6), u 4 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2319/89 għall-lanġas Williams u Rocha fil-ġulepp u/jew fil- meraq naturali tal-frott u (KEE) Nru 2320/89 għall-ħawħ fil-ġulepp u/jew fil-meraq naturali tal-frott japplikaw għall-ingredjenti ta’ ħawħ u lanġas tal-frott imħallat. L-Artikolu 3 1. Il-frott imħallat irid jieħu mill-anqas 90 % tal-volum ta’ ilma li jesa’ l-kontenitur. 2. Il-piż nett imnixxef tat-taħlita irid ikun bħala medja ta’ mill-inqas daqs il-persentaġġi li ġejjin tal-volum ta’ ilma li jesa’ l-kontenitur, espress fi grammi: Mod | Kontenituri li jesgħu volum | nominali ta' ilma ta' 425 ml jew aktar | anqas minn 425 ml | Sħiħ | 50 % | 46 % | Nofs | 54 % | 46 % | Kwart | 56 % | 46 % | Biċċiet | 56 % | 46 % | Dadi | 56 % | 50 % | 3. Meta l-frott imħallat ikun imqiegħed f’kontenituri tal-ħġieġ il-volum ta’ l-ilma li jesgħu jrid jitnaqqas b’20 ml qabel ma’ l-persentaġġi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu kalkulati. L-Artikolu 4 1. Il-proċessur irid ta’ kuljum u f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ proċessar jivverifika li l-frott imħallat jissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba minn dan ir-Regolament u għandu jirreġistra r-riżultati tal-verifikazzjoni. 2. Il-kontenituri kollha jrid ikollhom marka li tidentifika l-proċessur u d-data tal-produzzjoni. L-immarkar, li jista’ jkun taħt forma ta’ kodiċi, irid ikun approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn issir il-produzzjoni. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jadottaw miżuri addizzjonali dwar l-immarkar. L-Artikolu 5 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Mejju 2001. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. [2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9. [3] ĠU L 220, tad-29.7.1989, p. 51. [4] ĠU L 220, tad-29.7.1989, p. 54. [5] ĠU L 139, tat-23.5.2001, p. 9. [6] ĠU L 64, tas-6.3.2001, p. 16. --------------------------------------------------