EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0974

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/2001 ta' l-14 ta' Mejju 2001 li jemenda Regolament (KEE) Nru 3911/92 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali

OJ L 137, 19.5.2001, p. 10–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 011 P. 276 - 277
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 013 P. 269 - 270
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 013 P. 269 - 270

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/03/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0116

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/974/oj

32001R0974



Official Journal L 137 , 19/05/2001 P. 0010 - 0011


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/2001

ta' l-14 ta' Mejju 2001

li jemenda Regolament (KEE) Nru 3911/92 dwar l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) It-twaqqif t'Ekonomija u Unjoni Monetarja u l-bdil għall-euro għandu effett fuq l-aħħar sotto paragrafu skond intestatura B ta' l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru No 3911/92 [4] li juri l-valuri, espressi f'eku, ta' oġġetti kulturali suġġetti għall-applikazzjoni tar-Regolament. Dak is-sotto paragrafu jgħid li d-data għall-bdil tal-valuri msejħa f'muniti nazzjonali għandha tkun l-1 ta' Jannar 1993.

(2) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-dħul tal-Euro [5], kull referenza għall-ecu fi strumenti legali saret, mill-1 ta' Jannar 1999, referenza għall-euro, wara l-bidla bir-rata ta' wieħed għal wieħed. Mingħajr emendar għar-Regolament (KEE) Nru 3911/92, u għalhekk li tiġi ffissata rata ta' bdil li taqbel mar-rata mdaħħla fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 1993, l-Istati Membri li għandhom il-euro bħala l-munita tagħhom għandhom ikomplu jkomplu jibdlu fuq il-bażi ta' rati ta' bdil tal-1993, u mhux ir-rati ta' bdil irrevokabbli ffissati fl-1 ta' Jannar 1999, u din is-sitwazzjoni tkompli sakemm ir-regola ta' konverżjoni baqgħet parti integrali tar-Regolament.

(3) L-aħħar sotto paragrafu skond intestatura B tal-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3911/92 għandha għalhekk tiġi emendata b'mod, li mill-1 ta' Jannar 2002, l-Istati Membri li għandhom il-euro bħala munita tagħhom japplikaw il-valuri mqiegħda fil-leġiżlattiva tal-Komunità. Għall-Istati l-oħra Membri, li se jkomplu jikkonvertu dawn l-ishma f'muniti nazzjonali, rata ta' bdil għandha tiġi addottata fuq data addattata qabel l-1 ta' Jannar 2002, u trid issir dispożizzjoni għal dawk l-Istati sabiex tiġi adattata rata awtomatikament u perjodikament sabiex tikkumpensa għall-varjazzjonijiet fir-rata ta' bdil bejn il-munita nazzjonali u l-euro.

(4) Jidher li l-valur 0 (żero) taħt l-intestatura B tal-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3911/92, applikabbli bħala sehem finanzjarju għall-ċerti kategoriji ta' oġġetti kulturali, jistgħu jkunu interpretati b'ċertu mod li jipperikola l-effett tal-applikazzjoni tar-Regolament. Billi dan il-valur 0 (żero) jfisser li l-oġġetti li huma tal-kategoriji diskussi, ikun xi jkun il-valur tagħhom — anke jekk ikun negliġibbli jew żero — għandhom jiġu kkunsidrati "oġġetti kulturali" fi ħdan it-tifsira ta' dak li jgħid ir-Regolament, ċerti awtoritajiet interpretawha b'ċertu mod li l-oġġett kulturali diskuss m'għandu l-ebda valur, għalhekk tnaqqas dawk il-kategoriji ta' oġġetti mill-protezzjoni mgħotija mir-Regolament.

(5) Sabiex tiġi evitata kull konfużjoni f'dan ir-rispett, għalhekk, il-figura żero tista' tinbidel b'espressjoni aktar ċara li ma tħalli l-ebda dubju għall-ħtieġa li tipproteġi l-oġġetti diskussi,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3911/92, it-test taħt l-intestatura B hu hawnhekk emendat kif ġej:

1. It-titolu

"VALUR: 0 (żero)"

għandha tiġi mibdula minn:

"VALUR:

Hu x'inhu l-valur."

2. L-aħħar sotto paragrafu li jitratta l-konverżjoni f'muniti nazzjonali tal-valuri espressi f'ecu, hu mibdul kif ġej:

"Għall-Istati Membri li m'għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom, il-valuri espressi f'euro fl-Anness għandhom jiġu konvertiti u espressi f'muniti nazzjonali bir-rata ta' bdil fil-31 ta' Diċembru 2001 pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan il-valur f'muniti nazzjonali għandu jiġi revedut kull sentejn b'effett mill-31 ta' Diċembru 2001. Kalkulazzjoni ta' dan il-valur għandu jiġi bbażat fuq medja ta' valur ta' kull ġurnata ta' dawk il-muniti, espressi f'ecu, matul l-24 xahar fl-ewwel ġurnata t'Awissu qabel ir-reviżjoni li tibda b'effett mill-31 ta' Diċembru. Dan il-metodu ta' kalkulazzjoni għandu jiġi revedut, fuq proposta mill-Kummissjoni, mill-Kumitat Konsultattiv fuq Oġġetti Kulturali, fil-bidu ta' sentejn wara l-ewwel applikazzjoni. Għal kull reviżjoni, il-valuri espressi f'euro u l-valuri tagħhom f'muniti nazzjonali għandhom jiġu pubblikati perjodikalment fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fl-ewwel ġranet tax-xahar ta' Novembru qabel id-data li fiha tibda r-reviżjoni."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih jiġi pubblikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Rekke

[1] ĠU C 120 E, ta' l-24.4.2001, p. 184.

[2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Frar 2001 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fil-25 t'April 2001 (għad mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 395, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2469/96 (ĠU L 335, ta' l-24.12.1996, p. 9).

[5] ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1.

--------------------------------------------------

Top