EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0789

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi

OJ L 116, 26.4.2001, p. 2–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 99 - 101
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 118 - 120
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 118 - 120

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/04/2010; Imħassar b' 32009R0810

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/789/oj

32001R0789



Official Journal L 116 , 26/04/2001 P. 0002 - 0004


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001

ta' l-24 ta' April 2001

li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-punti 2 u 3 ta' l-Artikolu 62 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tal-Finlandja [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (is-CCI) dwar il-Viżi għall-Missjonijiet Diplomatiċi u l-Postijiet Konsulari, elenkati taħt ir-referenza SCH/Com-ex (99) 13 fl-Artikolu 1 ta' l-Anness A mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/435/KE tal-20 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda d-definizzjoni ta' l-acquis ta' Schengen bil-għan li jiġi stabbilit, skond id-disposizzjonijiet rilevanti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-disposizzjonijiet jew deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis, [3] kienu stabbiliti bil-ħsieb li jimplimentaw id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III tat-Titolu II tal-Konvenzjoni, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990, li timplimena l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża, dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, minn issa "l quddiem imsejħa" il-Konvenzjoni.

(2) Ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għal viża fil-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazoni iktar mill-qrib riferita fl-Artkolu 1 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen ġewwa l-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, minn issa' l-quddiem imsejjaħ "il-Protokoll", li jinsab fis-CCI u l-Annessi ta' miegħu, għanduu iġu adottati u emendati u aġġornati b'mod regolari sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet operattivi ta' l-awtoritajiet konsulari rilevanti.

(3) B'żieda ma' dan, ġie stabbilit skond l-Anness 11 tas-CCI manwal ta' dokument li miegħu tista' tiġi mwaħħla viża, elenkat skond ir-referenza SCH/Com-ex (98) 56 u SCH/Com-ex (99) 14 fl-Anness A mad-Deċiżjoni 1999/435/KE. Huwa meħtieġ li d-disposizzjonijiet ta' dan il-manwal jiġu adottati u emendati u aġġornati regolarment sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet operattivi ta' l-awtoritajiet konsulari rilevanti.

(4) Minbarra dan, ġie stabbilit manwal li jirrigwarda l-ħruġ ta' viżi ta' Schengen fl-Istati terzi fejn ma jkunux irrappreżentati l-Istati kollha ta' Schengen bħala d-Dokument SCH/II (95) 16 (id-19-il reviżjoni), elenkat taħt ir-referenza SCH/Com-ex (99) 13 fl-Anness A mad-Deċiżjoni 1999/435/KE. Huwa meħtieġ ukoll illi d-disposizzjonijiet ta' dan il-manwal jiġu adottati u emendati u aġġornati regolarment.

(5) Fl-aħħarnett, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/645/KE tas-17 ta' Ottubru 2000 li tikkorreġi l-acquis ta' Schengen kif ikkontenut fix-SCH/Com-ex (94) 15 (rev. 4) tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen, id-Dokument SCH/II-Vision(99) 5 (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "in-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi)" li, fost ħwejjeġ oħra, jistabbilixxi l-prinċipji li skondhom trid tiġi applikata l-proċedura kkomputerizzata tal-konsultazzjoni, għall-għanijiet tal-ħruġ tal-viżi, ta' l-awtoritajiet ċentrali riferiti fl-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni, huwa anness mad-deċiżjoni SCH/Com-ex (9(4) 15 rev. [4] tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen. Huwa wkoll meħtieġ illi jiġu adottati u emendati u aġġornati regolarment id-disposizzjonijiet tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi).

(6) Disposizzjonijiet varji tal-Kapitolu III tat-Titolu II tal-Konvenzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha, u tas-CCI, jipprovdu sabiex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-Kumitat Eżekuttiv, stabbilit bil-ftehimijiet ta' Schengen adottati qabel l-1 ta' Mejju 1999, li għalihom il-Kunsill issostitwixxa lilu nnifsu, skond l-Artikolu 2 tal-Protokoll. Skond l-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-koperazzjoni il-kuntest ta' l-acquis ta' Schengen għandu jiġi kondott ġewwa l-qafas istituzzjonali u legali ta' l-Unjoni Ewropea u rigward id-disposizzjonijit rilevanti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilkixxi l-Komunità Ewropea,

(7) Huwa għalhekk approprjat li tiġi ddikjarata f'att Komunitarju l-proċedura li biha għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet ta' l-implimentazzjoni.

(8) Ġaladarba l-Istati Membri għandhom rwol imtejjeb rigward l-iżvilupp tal-politika dwar il-viżi, li tirrifleti s-sensittività f'din iż-żona, b'mod partikolari li tinvolvi r-relazzjonijiet politiċi mal-pajjiżi terzi, il-Kunsill jirriserva d-dritt, matul il-perjodu transitorju taż-żmien ta' ħames snin riferit fl-Artikolu 67(1) tat-Trattat, li jadotta, jemenda u jaġġorna d-disposizzjonijiet dettaljati u l-proċeduri prattiċi riferiti hawn fuq bl-unanimità, sakemm issir rivista mill-Kunsill tal-kondizzjonijiet li bihom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni dawn il-poteri ta' implimentazzjoni wara t-tmiem ta' dan il-perjodu transitorju taż-żmien.

(9) Uħud minn dawn id-disposizzjonijiet u proċeduri jeħtieġu trattament kunfidenzali sabiex jiġi pprevenut ir-riskju ta' abbuż.

(10) Huwa wkoll meħtieġ li tiġi pprovvduta proċedura li biha l-membri tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jiġu mgħarrfa mingħajr dewmien bl-emendi kollha lill-manwal tad-dokumenti li miegħu trid titwaħħal il-viża, bil-manwali li jirrigwarda l-ħruġ tal-viżi ta' Schengen fejn mhux l-Istati kollha ta' Schengen jkunu rrappreżentati, bl-Annessi 6 u 9 tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi), u b'dawk l-Annessi mas-CCI li jikkonsistu, fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom, fil-listi tat-tagħrif fattwali li għandu jiġi pprovdut minn kull wieħed mill-Istati Membri skond ir-regoli li korrentement japplikaw, u li għalhekk ma jidħlux f'li jridu jiġu adottat, emendati jew aġġornati b'att tal-Kunsill.

(11) Dawn id-dokumenti tas-CCI u l-Annessi ta' magħhom li mhumiex bla ħsara għal emenda minn kull waħda miż-żewġ proċeduri pprovvduti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu emendati skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari il-punti 2 u 3 ta' l-Artikolu 62 u l-Artikolu 67 tiegħu.

(12) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan l-istrument u għalhekk mhix marbuta bih jew bla ħsara għall-applikazzjoni tiegħu. Mogħti l-fatt illi dan l-istrument huwa att li jimmira li jibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu 4 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, japplika l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, fuq l-inizjattiva ta' wieħed mill-membri tiegħu jew fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jemenda, kif meħtieġ, il-Partijiet II, III, IV, V, VI, VII u VIII tas-CCI, kif ukoll l-Anness 2 (bl-eċċezzjoni ta' l-Iskeda B u minbarra l-ħtiġiet tal-viżi li għandhom x'jaqsmu ta' dawk il-pajjiżi msemmija fl-Iskeda A li ma għandhomx għalfejn ikunu bla ħsara għall-konsultazzjonijiet minn qabel) u l-Partijiet I u III ta' l-Anness 3 kif ukoll l-Annessi 6, 10, 11, 12, 13, 14 u 15 tiegħu.

2. Il-Kunsilli, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu, fuq l-inizjattiva ta' wieħed mill-membri tiegħu jew fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jemenda, kif meħtieġ, id-daħla u l-Partijiet I, II u III tan-Network tal-Konsultazzjoni ta' Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi), kif ukoll l-Annessi 2, 2A, 3, 4, 5, 7 u 8 tiegħu.

3. Safejn u sakemm dawn l-emendi jirrigwardaw disposizzjonijiet u preċeduri kunfidenzjali, it-tagħrif li jinsab fihom għandhu jintgħamel disponibbli biss lill-awtoritajiet innominati mill-Istati Membri u lill-persuni awtorizzati kif mistħoqq minn kull wieħed mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej, jew intitolati xorta oħra li jiksbu aċċess għal dan it-tagħrif.

Artikolu 2

1. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jikkomunika lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dawk l-emendi li jixtieq jagħmel lis-CCI li jirrigwardaw il-Parti III ta' l-Anness I ta' miegħu, l-Iskeda A ta' l-Anness 2 ta' miegħu (bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet tal-viża li għandhom x'jaqsmu mal-pajjiżi msemmija f'din l-Iskeda li trid tkun bla ħsara għall-konsultazzjoni minn qabel) u l-Iskeda B ta' l-Anness 2, il-Parti II ta' l-Anness 3, u l-Annessi 4, 5, 7 u 9 ta' miegħu, il-manwal tad-dokumenti li magħhom tista' tiġi mwaħħla viża fl-Istati terzi fejn mhux l-Istati kollha ta' Schengen huma rrappreżentati, u l-Annessi 6 u 9 tan-Network tal-Konultazzjoni ta' Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi).

2. Kull Stat Membru li jixtieq jagħmel emenda għall-Annessi 4, 5B, 5C, 7 jew 9 mas-CCI għandu l-ewwel jissottimetti proposta għal emenda lill-Istati Membri l-oħra u joffrilhom opportunità li jikkummentaw dwar il-proposta.

3. L-emendi magħmula skond il-paragrafi1 u 2 għandhom jitqiesu li jidħlu fl-effett mid-data li fiha s-Segretarju Ġenerali jikkomunika dawn l-emendi lill-membri tal-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jkun responsabbli mit-tħejjija tar-verżjonijiet irriveduti tas-CCI u ta' l-Annessi ta' miegħu, tal-manwal tad-dokumenti li miegħu tista' titwaħħal viża, tal-manwal li jirrigwarda l-ħruġ tal-viżi ta' Schengen fi Stati terzi fejn mhux l-Istati kollha ta' Schengen huma rrappreżentati, u tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen (Speċifikazzjonijiet Tekniċi), sabiex jinkorpora l-emendi magħmula skond l-Artikoli 1 u 2. Għandu jittrasmetti dawn il-verżjonijiet lill-Istati Membri kif meħtieġ.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-24 ta' April 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU C 164, ta' l-14.6.2000, p. 7.

[2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Marzu 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 1.

[4] ĠU L 272, tal-25.10.2000, p. 4.

--------------------------------------------------

Top