EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0011

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/11/KE ta' l-14 ta' Frar 2001 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward kemm il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ikunu tajbin għat-triq — l-ittestjar dwar il-funzjonalità tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-veloċità tal-vetturi kummerċjaliTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 48, 17.2.2001, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 005 P. 374 - 375
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 008 P. 36 - 37
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 008 P. 36 - 37

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/11/oj

32001L0011



Official Journal L 048 , 17/02/2001 P. 0020 - 0021


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/11/KE

ta' l-14 ta' Frar 2001

li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward kemm il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ikunu tajbin għat-triq — l-ittestjar dwar il-funzjonalità tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-veloċità tal-vetturi kummerċjali

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/96/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li huma relatati mat-testijiet dwar kemm ikunu tajbin għat-triq il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/52/ KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1) L-iffittjar ta' sistemi għal-limitazzjoni tal-veloċità fit-triq (RSL) f'ċerti vetturi tal-kategoriji M3 u N3 kien mandatarju permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE ta' l-10 ta' Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' mekkaniżmi li jillimitaw il-veloċità fil-każ ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fil-Komunità [3] għal raġunijiet ta' ugwaljanza fis-sigurtà, fl-ambjent u fil-kompetittività. L-istallazzjoni fil-vetturi għall-finijiet tad-Direttiva ġiet implimentata sa l-1 ta' Jannar 1996.

(2) Id-Direttiva 96/96/KE ma tinkludix il-ħtieġa li ssir verifika dwar l-iffunzjonar tas-sistemi tal-RSL, jiġifieri l-kapaċità li l-mekkaniżmu effettivament jikkontrolla l-veloċità massima tal-vettura.

(3) Din id-Direttiva li temenda teħtieġ li l-awtoritajiet jagħmlu test biex jassiguraw li l-RSL jaħdem kif imiss.

(4) Illum sistemi sempliċi u komuni ta' dijanjosi huma disponibbli u dawn jistgħu jintużaw mill-organizzazzjonijiet li jittestjaw biex jiġu ttestjati l-biċċa l-kbira tal-limitaturi tal-veloċità li ġew armati. Fil-każ ta' dawk il-vetturi li ma jintlaħqux b'din l-għodda ta' dijanjosi komunement disponibbli, l-awtoritajiet ikollhom bżonn jew li jagħmlu użu mill-apparat li jkun sar disponibbli mill-manifatturier oriġinali tal-vettura jew jipprovdu għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikazzjoni addattata tat-test mill-manifatturier tal-vettura jew mill-organizzazzjoni li jkollha r-rappreżentanza tagħhom.

(5) Fil-futur, il-verifika ta' kull tant żmien ta' l-iffunzjonar korrett tal-limitatur tal-veloċità tiġi ffaċilitata fil-każ tal-vetturi li jkunu mgħammra b'apparat ġdid ta' l-irrekordjar (it-takografu diġitali) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98 ta' l-24 ta' Settembru 1998 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar l-apparat ta' l-irrekordjar fit-trasport bit-triq u d-Direttiva 88/599/KEE rigward l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 [4]. Il-vetturi l-ġodda għandhom ikunu mgħammra b'dak l-apparat mis-sena 2003.

(6) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta' l-addattazzjoni għall-progress tekniku skond id-Direttiva dwar it-testijiet rigward jekk il-vetturi bil-mutur u l-karrijiet ikunux tajbin għat-triq kif stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 96/96/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Ir-raba' inċiż qed jiżdied mal-punt 7.10 ta' l-Anness II mad-Direttiva 96/96/KE kif ġej:

"- iċċekkja fejn prattiku li l-veloċità ssettjata tal-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-veloċità tkun tikkonforma mal-limiti skond l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 92/6/KEE u li l-mekkaniżmu tal-limitazzjoni tal-veloċità jipprevieni lill-vetturi msemmija f'dawk l-istess Artikoli milli jeċċedu dawk il-valuri ffissati minn qabel."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

Loyola De Palacio

Viċi-President

[1] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 1.

[2] ĠU L 142, tal-5.6.1999, p. 26.

[3] ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 27.

[4] ĠU L 274, tad-9.10.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

Top