EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0423

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew tixrid ta' fatti statistiċi miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar prospetti statistiċi inkonnessjoni mat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (innotifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1456)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 151, 7.6.2001, p. 41–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 005 P. 450 - 450
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 008 P. 87 - 87
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 008 P. 87 - 87
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 019 P. 35 - 35

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/423/oj

32001D0423



Official Journal L 151 , 07/06/2001 P. 0041 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta' Mejju 2001

dwar l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew tixrid ta' fatti statistiċi miġbura skond id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar prospetti statistiċi inkonnessjoni mat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2001) 1456)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2001/423/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi inkonnessjoni mat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar [1], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/363/KE [2], u b'mod partikulari l-Artikoli 9 u 12 tagħha,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/64/KE, il-Kummissjoni għandha xxerred fatti statistiċi xierqa b'perjodiċità li tista' titqabbel ma' dik tar-riżultati mibgħuta.

(2) It-tixrid ta' fatti magħrufa (data) għandu jieħu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità statistika skond kif stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1588/90 [3] u bir-Regolament (KE) Nru 322/97 [4].

(3) Il-miżuri imsemmija f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 89/382/KEE, Euratom [5],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Mira

L-għan tad-Deċiżjoni preżenti huwa li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew tixrid mill-Kummissjoni ta' fatti magħrufa miġbura skond id-Direttiva 95/64/KE fil-qafas tal-politika ġenerali tagħha għat-tixrid fil-qasam ta' l-istatistiki.

L-Artikolu 2

Perjodiċità

Il-perjodiċità tal-pubblikazzjoni jew tixrid għandu jkun jista' jitqabbel ma' dik tar-riżultati mibgħuta. Fatti magħrufa ta' kull tliet xhur għandhom jixxerrdu jew jiġu ppubblikati fi żmien ħames xhur minn meta l-fatti magħrufa jaslu mingħand l-Istati Membri. Fatti magħrufa ta' kull sena għandhom jixxerrdu jew jiġu ppubblikati fi żmien tmien xhur minn meta l-fatti magħrufa jaslu mingħand l-Istati Membri.

L-Artikolu 3

Kunfidenzjalità

It-tixrid jew il-pubblikazzjoni ta' fatti statistiċi miġbura skond id-Direttiva 95/64/KE għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1588/90 u r-Regolament (KE) Nru 322/97.

L-Artikolu 4

Livell tad-dettall tal-fatti magħrufa mxerrda

Sakemm il-Kummissjoni tadotta xi deċiżjoni oħra skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/64/KE, l-ogħla livell ta' dettall li bih il-fatti magħrufa jistgħu jiġu ppubblikati jew imxerrda huwa l-livell tal-port għall- jew mill-wesgħa kostali marittima. Iżda l-Kummissjoni tista' tippubblika livell aktar magħqud jekk il-kwalità u/jew il-kompletezza ta' l-informazzjoni m'humiex xierqa f'dettall ta' din ix-xorta.

L-Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

Pedro Solbes Mira

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 320, tat-30.12.1995, p. 25.

[2] ĠU L 132, tal-5.6.2000, p. 1.

[3] ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.

[4] ĠU L 52, tat-22.2.1997, p. 1.

[5] ĠU L 181, tat-8.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

Top