EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0048

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2000 li tadotta pogramm Komunitarju multi-annwu sabiex jistimula l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew dwar in-networks globali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà ta' l-informazzjoni

OJ L 14, 18.1.2001, p. 32–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 026 P. 125 - 134

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/48(1)/oj

32001D0048



Official Journal L 014 , 18/01/2001 P. 0032 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2000

li tadotta pogramm Komunitarju multi-annwu sabiex jistimula l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew dwar in-networks globali u sabiex jippromwovi d-diversità lingwistika fis-soċjetà ta' l-informazzjoni

(2001/48/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEJA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) Billi l-evoluzzjoni lejn soċjetà ta' l-informazzjoni u tal-għerf għandha tinfluwenza l-ħajja ta' kull ċittadin fl-Unjoni Ewropea billi, fost ħwejjeġ oħra, għandha mnejn toffri mezz ġdid sabiex jinkiseb aċċess għall-għerf u metodi ġodda għall-kisba tal-għerf.

(2) Billi l-Laqgħa Għolja ta' Lisbona enfasizzat il-ħtieġa li jinbena pont sabiex jegħleb il-qasma diġitali fis-soċjeta emerġenti ta' l-informazzjoni u sabiex issaħħaħ il-koeżjoni soċjali.

(3) Il-kontenut diġitali għandu rwol predominanti f'din l-evoluzzjoni. Erba’ miljun Ewropew jaħdmu korrentement fis-settur tal-kontenut. Il-produzzjoni tal-kontenut ġabet magħha l-ħolqien bil-ħeffa ta' ħafna impjiegi f'dawn l-aħħar snin u tissokta tagħmel dan. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-impiegi jinħolqu f'kumpaniji żgħar emerġenti. Dan ser jibdel b'mod serju l-kondizzjonijiet ta' l-aċċess għall-għerf jew għall-kisba tiegħu, u għalhekk jikkostitwixxi gwadann essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, għall-intrapriża u x-xogħol, u jtejjeb l-iżvilupp pofessjonali, soċjali u kulturali u l-kapaċità kreattiva u innovattiva taċ-ċittadini Ewropej tal-lum u tal-ġejjieni.

(4) Il-potenzjal ekonomiku u soċjali ta' l-iżvilupp tal-kontenut diġitali jestendi għas-setturi tal-kultura, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-mogħdija taż-żmien.

(5) L-ambjent ta' l-istrutturi u tan-negozju ta' l-industriji tal-kontenut qiegħed jinbidel bil-ħeffa.

(6) Ir-rispett għall-proprjetà intellettwali u t-tikkettjar tax-xogħlijiet huma pre-kondizzjonijiet għad-distribuzzjoni u l-isfruttament miżjuda tal-kontenut diġitali fuq in-networks globali.

(7) Jeżistu ostakoli numerużi għall-iżvilupp sħiħ ta' l-industriji u s-swieq Ewropej tal-kontenut.

(8) Id-dikjarazzjoni ministerjali ta' Bonn, maħruġa fil-konferenza tas-6 sat-8 ta' Lulju 1997 dwar ir-rwol tan-networks globali għas-soċjetà ta' l-informazzjoni, tiddedika interess speċjali għall-iżviluppi kummerċjali ta' l-Internet, biex b'hekk tifforma s-sies tad-diskussjonijiet li jissoktaw dwar il-kontenut ta' l-Internet, dwar kwistjonijiet tal-ġestjoni u dwar il-kummerċ elettroniku.

(9) Fit-8 ta' Diċembru 1999 il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva ta' l-Ewropa-elettronika li kienet sussegwentement milqugħa b'merħba mill-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew ta' Helsinki tal-10 u l-11 ta' Diċembru 1999.

(10) Il-Kunsill issottolinea, fil-konklużjonijiet tiegħu adottati fis-17 ta' Diċembru 1999 [5] dwar l-industriji tal-kultura u x-xogħol fl-Ewropea, illi l-progress fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni u tas-soċjetà ta' l-informazzjoni żied sostanzjalment in-numru tal-kanali tad-distribuzzjoni, li qawwa d-domanda għall-kontenut fil-programmi l-ġodda.

(11) Fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000 il-Kunsill Ewropew f'Lisbona speċifikament irrikonoxxa r-rwol ta' l-industriji tal-kontenut fil-ħolqien tal-valur miżjud bl-isfruttament u x-xogħol bin-networks tad-diversità kulturali Ewropea.

(12) L-azzjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw il-kontenut ta' l-informazzjoni għadhom jirrispettaw il-karattru multilingwu u multikulturali Ewropew u jinkoraġġixxi l-inizjattivi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-informazzjoni diġitali fl-ilsna tal-pajjiżi preżenti u dawk kandidati.

(13) Il-valutazzjonijiet interim tal-programm INFO2000 stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/339/KE [6] u l-inizjattiva tas-soċjetà multilingwa ta' l-informazzjoni (SMLI) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/664/KE) [7] isejħu għal segwiment vigoruż ta' l-azzjonijiet fiż-żona tal-kontenut diġitali u tad-diversità lingwistika u kulturali.

(14) Għandhom jitieħdu miżuri sabiex jinkoraġġixxu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fl-iżviluppi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni.

(15) Ir-rati differenti ta' l-iżvilupp dwar il-provvediment u l-użu tas-servizzi ta' l-informazzjoni kif ukoll il-metodi tat-teknika l-ġodda tal-komunikazzjoni u tal-kontenut li għandhom x'jaqsam magħhom fl-Istati Membri preżenti u fil-pajjiżi kandidati jixirqilhom konsiderazzjoni speċjali, filwaqt li titqies il-koeżjoni interna fil-Komunità u r-riskji assoċjati ma’ soċjetà ta' l-informazzjoni fuq żewġ indani. Il-preżenza tal-kontenut fl-ilsna differenti jippromwovi l-egwalità ta' l-aċċess taċ-ċittadini għas-soċjetà ta' l-informazzjoni u tnaqqas id-diskriminazzjoni.

(16) Il-Kummissjoni ppubblikat f'Jannar 1999 Green Paper dwar l-informazzjoni fis-settur pubbliku fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, billi varat dibattitu Ewropew dwar din it-tema.

(17) L-aċċess għall-informazzjoni fis-settur pubbliku għandu jirrispetta l-obbligi partikolari ta' dawn l-awtoritajiet u l-ħtieġa li tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni personali kif ipprovvdut fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [8].

(18) L-użu ta' l-informazzjoni tas-settur pubbliku għandu jirrispetta d-disposizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri dwar id-drittijiet tal-proprjetà tal-materjal iddiġitalizzat.

(19) It-tneħħija ta' l-ostakoli għall-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tiġi inkoraġġita, fost ħwejjeġ oħra, billi jiġu inkoraġġiti l-iskambji ta' l-aħjar prattiċi.

(20) Ġaladarba l-miri ta' l-azzjonijiet proposti ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba l-karattru transnazzjonali tal-kwistonijiet fir-riskju u jistgħu, għalhekk, għar-raġuni ta' l-iskop u l-effetti Ewropej ta' l-azzjonijiet jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f'dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hemm minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn il-miri,

(21) Kull azzjoni dwar il-politika tal-kontenut għandha tkun kumplimentarja għall-inizjattivi l-oħra Komunitarji għaddejjin, u jiġu mwettqa f'sinerġija ma’ l-azzjonijiet taħt il-ħames programm ta' riċerka u iżvilupp, il-programm qafas tal-kultura, il-programmi għall-medja tal-komunikazzjoni, ma’ l-azzjonijiet Komunitarji dwar l-edukazzjoni, l-azzjonijiet għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs), mal-Fondi Strutturali, mal-pjan ta' azzjoni għal Ewropa-elettronika, u mal-pjan ta' azzjoni dwar ir-riskju tal-kapital.

(22) Il-kumplimentarjetà u s-sinerġija ma’ l-inizjattivi u l-programmi Komunitarji li għandhom x'jaqsmu magħhom għandhom jiġu żgurati mill-Kummissjoni permezz ta' mekkaniżmi approprjati ta' kordinament.

(23) Il-progress ta' dan il-programm għandu jkun immonitorjat kontinwament u sistematikament bil-ħsieb li jiġi addattat, meta approprjat, ma’ l-iżviluppi fis-suq tal-kontenut diġitali. Meta jasal iż-żmien għandu jkun hemm stima indipendenti tal-progress tal-programm sabiex jiġi pprovvdut it-tagħrif ta' sfond meħtieġ sabiex jistabbilixxi l-miri għall-azzjonijiet sossegwenti tal-politika dwar il-kontenut. Dan ir-rapport interim ta' stima għandu jiġi ssottomess fi żmien xieraq sabiex jippermetti l-azzjonijiet korrettivi fit-tieni fażi tal-programm. Fit-tmiem ta' dan il-programm għandu jkun hemm stima finali tar-riżultati miksuba u rapport lill-Parlament Ewropew dwar il-politika futura rigward il-kontenut u s-suċċess/impatt ta' dan il-programm fil-kisba tal-miri ddikjarati f'din id-Deċiżjoni.

(24) Jista’ jkun approprjat li jiġu midħula għalihom attivitjiet ta' koperazzjoni internazzjonali ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi bil-għan li jiġi implimentat dan il-programm.

(25) Ammont finanzjarju ta' referenza fit-tifsira tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [9] huwa inkluż f'din id-Deċiżjoni għat-tul taż-żmien intier ta' dan il-programm, mingħajr b'daqshekk ma jiġu affettwati l-poteri ta' l-awtorità ta' l-estimi finanzjarji kif iddefiniti bit-Trattat.

(26) Dawn il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [10].

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk adottat programm multiannwu "Il-kontenut diġitali Ewropew għan-networks globali" (minn issa "l quddiem imsejjaħ" eKontenut)

Il-programm għandu dawn il-miri:

(a) li jgħin jistimula l-użu ta' l-Internet u l-aċċess għaliha minn kulħadd billi jżid id-disponibbiltà tal-kontenut diġitali Ewopew fuq in-networks globali sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali, soċjali u kulturali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u jiffaċilitaw l-integrazzjoni ekonomika u kulturali taċ-ċittadini tal-pajjiżi applikanti fis-soċjetà ta' l-informazzjoni;

(b) li jistimula l-aċċess għall-potenzjal tal-kontenut diġitali Ewropew u għall-użu tiegħu u b'mod speċjali jippromwovi l-użu iktar effettiv ta' l-informazzjoni miżmuma għand is-settur pubbliku;

(ċ) li jippromwovi d-diversità kulturali u l-multilingwiżmu, b'mod speċjali fl-ilsna ta' l-Unjoni Ewropea, fil-kontenut diġitali fuq in-networks globali u jżid l-opportunitjiet ta' l-esportazzjoni tad-ditti Ewropej tal-kontenut, u b'mod partikolari l-SMEs permezz tat-tixrid tad-drawwa kulturali u lingwistika;

(d) li joħloq il-kondizzjonijiet favorevoli sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-swieq u għall-marketing, id-distribuzzjoni u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-networks globali sabiex jistimulaw l-attività ekonomika u jtejjbu l-prospetti tax-xogħol.

Artikolu 2

Sabiex jinkisbu l-miri riferiti fl-Artikolu 1, għandhom ikunu midħula għalihom l-azzjonijiet li ġejjin taħt il-gwida tal-Kummissjoni, skond il-linji ta' azzjoni ddikjarati fl-Anness I u l-mezzi sabiex jimplimentaw il-pogramm iddikjarati fl-Anness III:

(a) titjib ta' l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-użu dejjem jikber tiegħu;

(b) titjib tal-produzzjoni tal-kontenut f'ambjent multilingwu u multikulturali;

(ċ) żieda tad-dinamiżmu tas-suq tal-kontenut diġitali.

Artikolu 3

1. Il-programm għandi jinfirex fuq il-perjodu taż-żmien ta' erba’ snin mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Ir-riferiment finanzjarju sabiex jiġi implimentat il-programm għall-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' 100 miljun EUR.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità ta' l-estimi fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

It-tqassim wieħed wieħed indikattiv tan-nefqa huwa mogħti fl-Anness II.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm u l-kordinament tiegħu ma’ programmi oħra Komunitarji. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm tax-xogħol kull sentejn fuq il-bażi ta' din id-Deċiżjoni.

2. Fl-implimentazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha, b'koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza u l-kumplimentarjetà ġenerali mal-politiki, il-programmi u l-azzjonijiet l-oħra rilevanti li għandhom effett fuq l-iżvilupp u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika f'soċjetà ta' l-informazzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-poċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) għall-għanijiet li ġejjin:

(a) li jiġi adottat il-programm tax-xogħol;

(b) li jiġu stabbiliti l-kriterji u l-kontenut tas-sejħiet għall-proposti, f'linja mal-miri deskritti fil-qosor fl-Artikolu 1;

(ċ) li jistmaw il-proġetti proposti fis-sejħiet għall-proposti għall-finanzjament Komunitarju ta' l-ammont stmat tal-kontribuzzjoni Komunitarja egwali għal jew iktar minn EUR 700000;

(d) li tiddevja mir-regoli ddikjarati fl-Anness III;

(e) li taċċetta l-parteċipazzjoni ta' kull proġett minn entitajiet legali minn pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 7(1) u (2).

4. Meta l-ammont tal-proġetti riferit fil-punt 3(ċ) ikun inqas minn EUR 700000, il-Kummissjoni għandha kemm biss tgħarraf lill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 5(1) bil-proġetti u bir-riżultat ta' l-istima tagħhom. Din l-għatba tista’ tiġi rriveduta fid-dawl ta' l-esperjenza fit-tmiem ta' sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-kumitat bil-progress dwar l-implimentazzjoni tal-programm kollu mill-inqas fuq il-bażi ta' kull nofs sena.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

Artikolu 6

1. Sabiex jiġi żgurat illi l-għajnuna Komunitarja tintuża b'mod effiċjenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura illi l-azzjonijiet f'din id-Deċiżjoni jkunu bla ħsara għall-istima minn qabel, is-segwiment u l-valutazzjoni sossegwenti effettivi.

2. Matul l-implimentazzjoni tal-proġetti u wara t-tlestija tagħhom il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-manjiera li fiha jkunu twettqu u l-impatt ta' l-implimentazzjoni tagħhom sabiex tistma jekk inkisbux il-miri oriġinali.

3. Il-benefiċjarji magħżula għandhom jissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni.

4. Wara sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u fit-tmiem tal-programm, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Eropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta' valutazzjoni dwar ir-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-linji ta' azzjoni riferiti fl-Artikolu 2. Il-Kummissjoni tista’ tissottometti, fuq il-bażi ta' dawn ir-riżultati, proposti sabiex jiġi aġġustat l-orjentament tal-programm.

Artikolu 7

1. Il-parteċipazzjoni fil-programm tista’ tiġi miftuħa għall-entitajiet legali stabbiliti fl-Istati ta' l-EFTA li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2. Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi applikanti fuq il-bażi li ġej:

(a) dawk mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (CEEC) skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'kull Ftehim Ewropej, fil-protokolli miżjuda magħhom u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni rispettivi;

(b) Ċipru, Malta u t-Turkija, skond il-ftehim bilaterali li ser jiġu konklużi.

3. Il-parteċipazzjoni tista’ tiġi miftuħa, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2), mingħajr l-appoġġ finanzjarju Komunitarju mill-programm, għall-entitajiet pubbliċi stabbiliti f'pajjiżi terzi u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, meta din il-parteċipazzjoni tikkontribwixxi effettivament sabiex jiġi implimentat il-pogramm u billi jitqies il-prinċipju tal-benefiċċju reċiproku.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Pierret

[1] ĠU C 337E, tat-28.11.2000, p. 31

[2] Opinjoni mogħtija fl- 14.12.2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] Opinjoni mogħtija fid- 29.11.2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] Opinjoni mogħtija fl- 14.12.2000 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU C 8, tat-12.1.2000, p. 10.

[6] ĠU L 129, tat-30.5.1996, p. 24.

[7] ĠU L 306, tat-28.11.1996, p. 40.

[8] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[9] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

[10] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-LINJI TA' AZZJONI

Il-linji ta' azzjoni huma mezz sabiex jiġi implimentat l-approċ Ewropew għall-iżvilupp ta' l-industriji tal-kontenut diġitali. Huma ser jikkontribwixxu għall-miri strateġiċi tal-programm Ewropa-elettronika, li ġew iddefiniti kif ġej:

- sabiex jgħinu li jistimulaw l-użu ta' l-Internet u l-aċċess għaliha minn kulħadd billi jżidu d-disponibbiltà tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-networks globali sabiex jappoġġjaw l-iżvilupp professjonali, soċjali u kulturali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u jiffaċilitaw l-integrazzjoni ekonomika u kulturali taċ-ċittadini tal-pajjiżi applikanti fis-soċjetà ta' l-informazzjoni;

- sabiex jistimulaw l-aċċess għall-potenzjal tal-kontenut diġitali Ewropew u għall-użu tiegħu u b'mod speċjali jippromwovi l-użu iktar effettiv ta' l-informazzjoni miżmuma għand is-settur pubbliku;

- sabiex jippromwovu d-diversità kulturali u l-multilingwiżmu, b'mod speċjali fl-ilsna ta' l-Unjoni Ewropea, fil-kontenut diġitali fuq in-networks globali u jżidu l-opportunitjiet ta' l-esportazzjoni tad-ditti Ewropej tal-kontenut, u b'mod partikolari l-SMEs permezz tat-tixrid tad-drawwa kulturali u lingwistika;

- sabiex joħolqu l-kondizzjonijiet favorevoli sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-swieq u għall-marketing, id-distribuzzjoni u l-użu tal-kontenut diġitali Ewropew fuq in-networks globali sabiex jistimulaw l-attività ekonomika u jtejjbu l-prospetti tax-xogħol.

It-tliet linji ta' azzjoni tal-programm il-ġdid huma marbuta ma' xulxin bil-qawwi għalhekk, l-aspetti lingwistiċi huma essenzjali għall-isfruttament li jaqsam il-fruntieri tas-settur pubbliku ta' l-informazzjoni, li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital permezz tat-tħaddim tal-bidu ta' l-Internet huwa fundamentali għall-industriji ta' l-ilsna, l-informazzjoni tas-settur pubbliku hija opportunità li ser tintuża mid-ditti ta' l-Internet b'kollaborazzjoni mal-korpi tas-settur pubbliku, il-veduti strateġiċi li ser jiġu elaborati f'kollaborazzjoni mill-qrib bejn is-settur pubbliku u dak privat ser jgħinu sabiex jiġu identifikati ż-żoni emerġenti ta' prijorità, eċċ.

Il-programm eKontenut jimmira li jappoġġja l-proġetti li jwettqu l-għanijiet espressi hawn fuq u jippreżentaw ċerti karatteristiċi komuni. Dawn għandhom ikunu:

- strument kontra l-ostakoli li jipprevjienu, fil-livell Ewropew, milli jiġi stabbliti u milli jiffunzjona s-suq waħdieni fiż-żoni li dawn jindirizzaw,

- proġetti ta' riskji għolja - gwadanji għolja,

- settorjalment inkroċjati u transnazzjonali, u

- li jistgħu jegħlbuhom magħhom u jaġixxu bħala moltiplikaturi,

- orjentati lejn l-utent.

L-applikazzjoni tat-teknoloġija eżistenti (l-istat tal-mestier) ser tinħtieġ għall-proġetti.

1. IT-TITJIB FL-AĊĊESS TA' L-INFORMAZZJONI FIS-SETTUR PUBBLIKU U SABIEX JIĠI ESTIŻ L-UŻU TIEGĦU

Il-Green Paper dwar l-informazzjoni tas-settur pubbliku fis-soċjetà ta' l-informazzjoni, ippubblikata f'Jannar 1999, tat bidu għal diskussjoni fil-livell Ewropew dwar il-kwistjonijiet ta' l-aċċess u l-isfruttament ta' l-informazzjoni tas-settur pubbliku. Din id-diskussjoni kkontribwiet sabiex tqajjem kuxjenza f'dan il-qasam fost il-partijiet pubbliċi u privati u tista’ ssarraf ta' sies important sabiex jittejjbu l-kondizzjonijiet ta' l-isfruttament fl-Ewropa tal-kontenut b'valur miżjud qawwi f'termini edukattivi, kulturali, soċjali u professjonali u għall-iżvilupp ta' oġġetti u servizzi multimedji ġodda, filwaqt li jiġi ssalvagwardat l-aċċess wiesa’ għalih. Fl-istess waqt, esperimenti dwar il-partnerships pubbliċi-privati msejsa fuq il-prinċipju tal-benefiċċju reċiproku, mibdija taħt il-programm INFO2000, għandhom jiġu aċċellerati u mwessgħa. Iktar minn hekk, il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi applikanti ta' l-Unjoni Ewropea fl-inizjattivi ta' din l-azzjoni ser jiffaċilitaw l-integrazzjoni ġejjiena. Ġestjoni aħjar ta' l-informazzjoni (per eżempju fil-qasam tar-reġistri ta' l-art, il-wirta kulturali, jew l-aċċess multilingwu għall-informazzjoni għand is-settur pubbliku) hija ta' importanza vitali għal dawn il-pajjiżi sabiex toħloq qafas legali trasparenti kif ukoll għall-funzjonament tas-suq intern wara l-adeżjoni.

1.1. L-esperimenti fi proġetti konkreti

Is-settur pubbliku jiġbor u jipprodiċi ammonti vasti ta' informazzjoni, li ħafna minnhom huma ta' interess għall-individwi u għan-negozji u li jistgħu iservu ta' materja prima għas-servizzi tal-valur miżjud ta' l-informazzjoni prodotta mill-industriji tal-kontenut. Madankollu, jeżistu ħafna ostakoli sabiex dan il-potenzjal jiġi ttrasformat fi prodotti u servizzi li jistgħu jintużaw. Dawn l-ostakoli jwasslu għal inċertezzi, li min-naħa tagħhom jirriżultaw f'nuqqas ta' investiment kemm mis-settur pubbliku u kemm minn dak privat, filwaqt li jbaxxu l-grad tal-livell tas-servizzi għall-utenti. Il-proġetti li jistgħu jintużaw bħala eżempji tal-prattiċi t-tajba u li ser jippermettu li jiġu identifikati l-problemi prattiċi fil-partnerships pubbliċi/privati, ser jgħinu sabiex isewwu din is-sitwazzjoni. Dawn il-proġetti, filwaqt li jissalvagwardjaw l-aċċess wiesa' għall-informazzjoni f'multipliċità ta' ilsna fuq in-networks globali, ser jieħdu ħsieb partnerships pubbliċi/privati, billi jservu ta' katalisti għal iktar żviluppi f'dan il-qasam.

Inbdew l-azzjonijiet preliminarji taħt in-programm INFO2000, illi appoġġjaw numru limitat ta' proġetti pilota u tal-wiri. Mogħti l-potenzjal enormi ta' dan id-dominju, ser jissoktaw l-esperimenti fis-partnerships pubbliċi/privati, immirati li jisfruttaw l-informazzjoni tas-settur pubbliku b'interess Ewropew. Ġewwa din il-linja ta' azzjoni, l-użi ta' l-applikazzjonijiet tat-teknoloġiji ta' l-ilsna ser jitmexxew ‘il quddiem fost l-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej.

Il-proġetti ser jindirizzaw l-ostakoli prinċipali li jfixklu l-iżvilupp ta' suq waħdieni fl-informazzjoni tas-settur pubbliku, bħalma hija l-ħtieġa possibbli għal standards komuni (per eżempju fil-metodi tal-ġbir), jew il-ħtieġa tal-fissar tal-prezzijiet b'mod trasparenti għall-aċċess ta' l-informazzjoni pubblika u l-użi fl-Istati Membri varji. Dan ser jinkiseb fiż-żoni ta' interess pubbliku, bħalma huma l-applikazzjonijiet fil-wirta kulturali, is-saħħa jew l-edukazzjoni, imma wkoll ta' interessi iktar kummerċjali, bħalma huma l-informazzjoni ġeografika, in-negozju, l-ambjent u t-turiżmu.

Ser tiġi inkoraġġita l-applikazzjoni tat-teknoloġiji differenti u emerġenti (p.e. l-applikazzjonijiet mobbli).

Iktar minn hekk, ser ikun hemm spazju ġewwa din il-linja ta' azzjoni għal proġetti li joħolqu rabtiet bejn l-industriji tal-kontenut u l-korpi tas-settur pubbliku fil-pajjiżi kandidati, billi jżidu d-disponibbiltà ta' informazzjoni ta' min joqgħod fuqha fis-settur pubbliku għan-negozji u ċ-ċittadini.

1.2. Il-mod kif jiġu stabbiliti ġabriet Ewropej ta' l-informazzjoni diġitali

Il-proġetti-pilota kif deskritti fil-punt 1.1 is-soltu jkopru żona ġeografika limitata ġewwa l-Ewropa. Il-preżenza fuq in-networks globali ta' l-informazzjoni miġbura u miżmuma mis-settur pubbliku fil-għamla ta' datasets konsistenti mqassma bejn numru kbir ta' pajjiżi Ewropej ser tiġi stimulata. In-nuqqas ta' datasets kompluti fil-livell Ewropew jikkostitwixxi tassew wieħed mill-ostakoli għall-isfruttament tal-potenzjal tal-kontenut. Għalhekk, b'żieda mal-proġetti sperimentali, ser jiġi stimulat il-mod kif jiġu stabbiliti l-ġabriet Ewropej ta' l-informazzjoni, permezz ta' appoġġ finanzjarju, sabiex jaħdmu fuq il-metadata pan-Ewropea għall-informazzjoni tas-settur pubbliku u permezz ta' proġetti tal-ġbir ta' l-informazzjoni li tkopri numru sinifikanti ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Dan x-xogħol ser jitmexxa skond id-disposizzjonijiet tal-liġijiet Komunitarji li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' l-informazzjoni.

Eżempju jkun proġett li jgħaqqad u jarmonizza l-formati tar-ripositorji ta' l-aġenziji nazzjonali tal-mapep.

L-interess u l-impenn tal-partijiet pubbliċi u dawk privati ser jkunu deċisivi sabiex jingħażlu t-tip ta' l-informazzjoni u ż-żoni li ser jiġu koperti, kif ukoll il-kontribuzzjoni ta' dawn il-proġetti għall-kisba tal-miri ta' l-interess pubbliku, fost ħwejjeġ oħra, fl-oqsma kulturali, edukattivi u soċjali.

2. IT-TITJIB FIL-PRODUZZJONI TAL-KONTENUT F'AMBJENT MULTILINGWU U MULTIKULTURALI

L-appoġġ adegwat għall-provvediment ta' l-informazzjoni multilingwa u multikulturali u l-aċċess għalih huwa mod ċavetta biex jgħin l-iżvilupp ta' suq tal-massa Ewropew għall-prodotti u s-servizzi fuq il-linji, u għal skjerament iktar wiesa' tal-kontenut Ewropew f'reġjuni oħra. L-aspetti teknoloġiċi ta' dan il-proċess huma koperti sewwa ġewwa l-ħames programm qafas. L-attivitajiet ta' RTŻ (Riċerka, Taħriġ, Żvilupp), madankollu, ma jindirizzawx il-kwistjoni fundamentali dwar kif l-avvanzi teknoloġiċi jiddawru f'kapabbiltajiet imtejjba tan-negozji u l-penetrazzjoni tas-swieq, inklużi l-opportunitajiet ġodda għall-esportazzjoni.

Il-programm ser jippromwovi u jappoġġja l-azzjonijiet immirati sabiex jinkoraġġixxi l-koperazzjoni fl-industriji tal-kontenut u l-ilsna Ewropej, biex b'hekk jgħinu jmexxu ‘l quddiem il-posizzjonijiet kompetittivi taż-żewġ setturi. Dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu segwiment naturali ta' l-azzjonijiet imwettqa taħt il-programm prekursur MLIS, addattat għall-ħtiġiet ta' ambjent diġitali u globali dejjem jiżdied. Ser tingħata attenzjoni speċjali lill-SMEs u lill-ftuħ ta' negozji ġodda, lill-aspetti ta' l-utenti u lill-ilsna ta' l-Unjoni Ewropea u ta' dawk tal-pajjiżi ta' l-adeżjoni.

Il-proġetti tal-wiri u ta' l-infrastruttura ser jiġu kkumplimentati minn azzjonijiet immirati għalihom sabiex jakkumpanjaw l-aħjar prattika tad-dokumentazzjoni, jippromwovu l-iskambji u jżidu l-konoxxenza, u li jiksbu l-fertilizzazzjoni inkroċjata ta' l-attivitajiet industrijali, professjonali u nazzjonali fil-qasam.

2.1. It-tħeġġiġ ta' partnerships ġodda u l-adozzjoni ta' strateġiji multilingwi u multikulturali

Il-għan ġenerali ta' din is-sublinja huwa li jħeġġeġ il-kompetittività u jipprovdi opportunitajiet imtejjba tas-suq għan-negozji tal-kontenut u l-ilsna Ewropej, b'mod partikolari għall-SMEs u l-ftuħ ta' negozji ġodda innovattivi, biex b'hekk tittejjeb il-preżenza multilingwa u multikulturali Ewropea fuq in-networks globali. Il-parteċipanti f'dawn l-attivitajiet jistgħu jkunu:

- dawk li jieħdu parti fil-kontenut kummerċjali (il-kreaturi, id-disinjaturi, il-pakkeġġjaturi u d-distributuri) li jkun beħsiebhom itejjbu dak li joffru (p.e. il-web portals, is-servizzi mobbli) u jippenetraw swieq ġodda,

- dawk li jieħdu parti fil-kontenut ta' korporazzjonijiet li jkun beħsiebhom jistabbilixxu jew isaħħu l-pesenza tagħhom fix-xena tal-kummerċ elettroniku (p.e. il-marketing u l-bejgħ bl-imnut bil-web).

Dawn l-azzjonijiet huma mistennija li jiinkludu, per eżempju:

- proġetti li jindirizzaw l-isfruttament multilingwu tas-settur pubbliku ta' l-informazzjoni, f'kontinwità mal-linja ta' azzjoni Nru 1,

- proġetti li jikkonnettjaw il-għerf fl-oqsma tal-kreazzjoni kulturali, l-edukazzjoni, il-marketing u t-teknoloġija.

Il-provvedituri u d-distributuri tal-kontenut tas-settur pubbliku u dak privat ser jiġi stimulati sabiex jagħmlu l-prodotti u s-servizzi tagħhom disponibbli f'firxa iktar wiesgħa' ta' l-ilsna tul il-katina kollha tad-disinn, l-awtorjar u l-pubblikazzjoni. Il-bejjiegħa tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni (TI) u l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet ser jiġu inkoraġġiti li jipprovdu pjattaformi u kanali tal-kunsinna li jgħinu l-aċċess għall-informazzjoni multilingwa u l-kunsinna tal-kontenut sabiex jilħqu l-ħtiġiet kulturali tal-komunitajiet immirati lejhom. Il-provvedituri tas-sevizzi ta' l-ilsna ser jiġu inkoraġġiti li jaddattaw dak li joffru hekk illi jkun jista' jitqabbel ma' bażi dejjem jespandi ta' klijenti fl-industriji tal-kontenut.

Għandu jiġi nnotat illi l-kwistjoinijiet ta' l-ilsna huma rilevanti b'mod partikolari meta titqies l-espansjoni fil-kopertura ġeografika tal-programm fil-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

2.2. It-tisħiħ ta' l-infrastruttura lingwistika

Id-disponibbiltà ta' infrastruttura adegwata lingwistika hija prerekwiżit għall-ħolqien f'waqtu u effettiv għall-ispejjeż, il-kostumizzazzjoni u l-isfruttament tal-kontenut multilingwu. Huwa l-bażi ta' kull sforz sostenut ta' l-internazzjonalizzazzjoni u l-lokalizzazzjoni, b'mod speċjali għall-ilsna inqas mitkellma fil-wisa' fejn il-forzi tas-suq spiss jippovdu inċentivi insuffiċjenti.It-tisħiħ ta' l-infrastruttura lingwistika Ewropea timplika li jiġi stabbilit qafas miftuħ li jikkomprendi riżorsi multilingwi interoperabbli li jikkomprendu per eżempju glossarji u ontoloġiji miltilingwi, memorji tad-traduzzjoni u kollezzjonijiet tat-terminoloġija, u l-għodda assoċjata magħhom bħalma hija t-traduzzjoni bil-għajnuna tal-kompjuter. Dawn ir-riżorsi ser jinġiebu flimkien sabiex jipproduċu repożitorji aċċessibbli fil-wisa' li jistgħu mbagħad jiġu sfruttati mill-provvedituri u d-distributuri tal-kontenut, u mill-fornituri tas-servizzi ta' l-ilsna.

Din is-sublinja għandha tinkludi sforzi msejsa fil-wisa' ingranati lejn:

- iċ-ċentri ta' l-ilsna: in-networking taċ-ċentri reġjonali, nazzjonali u dawk ta' l-informazzjoni speċifiċi għas-suġġett/dixxiplina, imżewġa ma' mezzi tat-tiftix li huma ħfief għall-utent, servizzi tar-referenza jew tas-senserija fuq il-linji, pariri lill-utent u l-għodod tat-testijiet ta' l-ilsna, ftehim qafas u standards tekniċi li jgħinu lil dawk imdaħħla fix-xogħol li jaqsmu bejniethom u jużaw mill-ġdid ir-riżorsi eżistenti jew li jkunu sejrin jinħolqu,

- l-esperimentazzjoni bil-għodod tat-TI: l-integrazzjoni u t-testijiet fuq il-lant tax-xogħol tal-għodod tas-software imsejsa fuq l-Internet fiż-żoni tal-ġestjoni u l-mixi tax-xogħol tal-lokalizzazzjoni tal-kontenut; il-produzzjoni kollaborattiva, l-użu u ż-żamma fl-ordni t-tajba tar-repożitorji mqassma ta' l-ilsna; u t-tiftix inkroċjat ta' l-ilsna u l-ġbir tal-kontenut diġitali,

- ir-riżorsi l-ġodda: il-ħolqien u d-distribuzzjoni transnazzjonali ta' datasets ġodda għal dawk l-ilsna u ż-żoni tas-suġġetti fejn ma jeżistu l-ebda riżorsi xierqa u l-forzi tas-suq ipprovdew inċentivi insuffiċjenti sabiex jindirizzaw il-kwistjoni.

Il-proġetti u l-azzjonijiet l-oħra stabbiliti fl-aħħar pint ser jindirizzaw bħala materja ta' prijorità l-ilsna ta' l-Unjoni Ewropea mitkellma f'inqas wisa' u l-ilsna tal-pajjiżi ta' l-adeżjoni. Jistgħi jiġi midħula għalihom azzjonijiet speċifiċi ngranati lejn l-ilsna ta' l-imsieħba kummerċjali maġġuri ta' l-Unjoni Ewropea meta ġġustifikat f'termini ta' l-interess Kominitarju u l-potenzjal ta' l-esportazzjoni. B'żieda ma' dan, ser jiġi pprovvdut appoġġ adegwat għat-taħriġ industrijali kollaborattiv, bil-ħsieb li jiġi indirizzat in-nuqqas korrenti u previst tal-ħiliet ta' l-ispeċjalisti.

3. IŻ-ŻIEDA FID-DINAMIŻMU TAS-SUQ TAL-KONTENUT DIĠITALI

Il-frammentazzjoni fis-suq diġitali u l-inċertezzi li jirriżiltaw lil min jieħu sehem fix-xogħol tas-swieq x'aktarx li jwasslu għall-inerzja u għal investiment baxx. Dan għandu impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku u x-xogħol. Għalhekk huma meħtieġa appoġġ għall-iżvilupp ta' viżjoni komuni, aċċess għall-għamliet disponibbli tal-kapital għall-investiment u avviċinament unifikat Ewropew rigward id-drittijiet kummerċjali fuq il-linji għall-produzzjoni tal-multimedja, sabiex jaċċelleraw l-inizjattivi l-ġodda u l-investimenti u sabiex jippromwovu l-ambjent ġenerali għal dawk li jieħdu sehem fis-swieq tal-kontenut diġitali.

3.1. Il-mili tal-vojt bejn l-industriji tal-kontenut diġitali u s-swieq tal-kapital

L-industriji tal-kontenut jesperjenzjaw diffikultajiet speċifiċi meta jistmaw il-kapital ta' l-investiment meħtieġ sabiex jiżviluppaw applikazzjoniet ġodda tal-kontenut diġitali u jżidu l-kapaċità innovattiva tagħhom. Jinħtieġu azzjonijiet korrettivi sabiex jittejjeb l-aċċess għall-kapital ta' investiment sabiex jinħareġ il-potenzjal sħiħ u jittejjbu l-opportunitajiet tan-negozju ta' l-industriji Ewropej tal-kontenut diġitali f'termini tal-valorizzazzjoni tal-wirta kulturali Ewropea, il-mudelli tan-negozju, l-applikazzjonijiet innovattivi, il-multimedja mobbli, eċċ. Dawn l-azzjonijiet ser jikkumplimentaw programmi oħra Komunitarji kif ukoll inizjattivi nazzjonali skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Sabiex jiġu inkoraġġiti l-iskambju ta' l-informazzjoni u l-aħjar prattika, il-punt fokali ta' dawn l-azzjonijiet ser ikun li jiġi appoġġjat it-tixrid tal-kompetenza preżenti fl-universitajiet tat-tagħlim dwar in-negozju u fiċ-ċentri tat-taħriġ u fl-ekonomija l-ġdida f'materji bħalma huma l-ħiliet maniġerjali u amministrattivi, kif ukoll l-iskjerament tal-faċilitajiet tat-tagħlim mill-bogħod. L-attivitajiet ser ikollhom karattru sperimentali, bit-tiftix għal toroq ġodda li jġibu flimkien l-ideat u l-fondi.

3.2. Id-drittijiet kummerċjali bejn dawk li jieħdu sehem jaħdmu fil-kontenut diġitali

Id-drittijiet kummerċjali bejn il-pussessuri tad-drittijiet, il-produtturi tas-servizzi l-ġodda diġitali u dawk li jieħdu sehem fix-xogħol minn partijiet oħra tal-katina tal-valuri huma essenzjali għall-iżvilupp ta' l-industriji tal-kontenut. L-effettività u l-effiċjenza tal-clearance tad-drittijiet tal-multimedja għandhom impatt qawwi u dirett fuq il-funzjonament ta' l-industriji tal-kontenut. L-integrazzjoni u l-interoperazzjoni tas-servizzi mqassma u speċjalizzati tal-clearance fil-livell Ewropew kienu stimulati taħt l-INFO2000 permezz ta' l-istudji dwar il-probabbiltà tas-suċċess, il-prototip, l-i standards u l-iżvilupp ta' sistemi pilota. Jeħtieġ appoġġ iktar sabiex naslu għall-approċċ Ewropew tal-clearance tad-drittijiet.

Il-punt fokali ta' l-azzjonijiet tal-futur ser jkunu billi jiġu estiżi piloti tal-clearance tad-drittijiet tal-multimedja, billi jiġi appoġġjat il-ħolqien ta' ċentri tal-clearance tad-drittijiet tal-multimedja fl-Ewropa u fuq miżuri speċifiċi ta' appoġġ lill-pajjiżi kandidati, lil setturi inqas avvanzati u l-applikazzjonijet speċifiċi fis-settur pubbliku.

3.3. L-iżvilupp u t-tqassim bejn xulxin ta' viżjoni komuni

Il-viżjoni ta' l-iżviluppi ġejjiena li fihom jieħdu sehem kemm il-partijiet privati u kemm dawk pubbliċi ser tnaqqas l-inċertezzi u taċċellera l-inizjattivi konkreti u l-investimenti. L-interazzjoni kontinwa bejn dawk li jieħdu sehem u jaħdmu fis-swieq u l-partijiet pubbliċi ser tkun ta' importanza dejjem tiżdied bħala mekkaniżmu ċavetta sabiex jgħajjex l-evoluzzjoni tal-proċess tal-bini tal-viżjoni. L-osservazzjoni rregolata u kostanti tal-kontenut konverġenti u ta' l-iżviluppi tas-swieq ta' l-ilsna f'kuntatt mill-qrib ma' dawk li jieħdu sehem u jaħdmu fis-suq ser tikkostitwixxi s-sies ta' l-informazzjoni meħtieġa sabiex taġġorna l-proċess tal-bini tal-viżjoni.

Il-punt fokali ta' l-azzjonijiet ser ikun id-definizzjoni u l-ġbir ta' l-informazzjoni statistika rilevanti dwar l-identifikazzjoni u l-promozzjoni ta' l-aħjar prattiċi Ewropej u li jiġi żviluppat u aggornat l-ilħuq u l-markar tal-livelli ma’ pajjiżi terzi.

It-twettiq tal-pogramm ser jiġi appoġġjat b'azzjonijiet li jimmiraw lejn it-tixrid tal-programm (p.e. bil-pubblikazzjonijiet, b'websites mad-dinja kollha, b'konferenzi, bil-wiri ta' proġetti bħala promozzjoni) u bi studji strateġiċi li jagħtu enfasi fuq il-fenomena emerġenti tas-suq.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IT-TQASSIM WIEĦED WIEĦED TAN-NEFQA

1.Titjib ta' l-aċċess għall-informazzjoni tas-settur pubbliku u l-użu dejjem jikber tagħha; | 40 % sa 45 % |

2.Titjib tal-produzzjoni tal-kontenut f'ambjent multilingwu u multikulturali; | 40 % sa 45 % |

3.Żieda tad-dinamiżmu tas-suq tal-kontenut diġitali. | 10 % sa 15 % |

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-MEZZI SPEĊIFIĊI SABIEX JIĠI IMPLIMENTAT IL-PROGRAMM

1. Il-Kummissjoni ser timplimenta l-programm skond il-kontenut tekniku speċifikat fl-Anness I.

2. Il-programm ser jiġi mwettaq permezz ta' azzjonijiet indiretti u fejn possibbli fuq il-bażi tan-nefqa maqsuma bejn l-imsieħba.

3. Il-għażla tal-proġetti bin-nefqa maqsuma bejn l-imsieħba ser tkun normalment imsejsa fuq is-sejħiet għal proċedura tal-proposti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-kontenut tas-sejħiet għal proposti ser jiġi ddefinit f’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-esperti rilevanti u skond il-proċeduri riferiti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni. Il-kriterju ewlieni sabiex jappoġġja l-proġetti permezz tas-sejħiet għall-proposti ser ikun il-kontribuzzjoni potenzjali sabiex jinkisbu l-miri tal-programm.

4. L-applikazzjonijiet għall-appoġġ Kominitarju għandhom jipprovdu, meta approprjat, pjan finanzjarju li jelenka l-komponenti kollha tal-provvediment tal-fondi għall-proġetti, inklużi l-appoġġ finanzjarju mitlub minn għand il-Komunità, u b'kull talba oħra għal għotjiet ta' appoġġ minn sorsi oħra.

5. Il-Kummissjoni tista’ timplimenta wkoll skemi oħra iktar flessibbli dwar il-provvediment tal-fondi mis-sejħa għal poposti sabiex tipprovdi għall-ħolqien ta' partnerships, b'mod partikolari li jinvolvi l-SMEs u l-organizzazzjonijiet f'reġjuni inqas favoriti, jew għal attivitajiet oħra esploratorji f'segmenti differenti tas-suq tal-kontenut multimedju. Dawn l-iskemi jistgħu jitħaddmu fuq bażi permanenti.

6. L-arranġamenti ddettaljati għall-proċeduri riferiti fil-punt 3 ser jiġu implimentati wara konsultazzjoni mal-kumitat riferit fl-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni, billi jiġu segwiti r-regoli ta' l-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni, skond ir-Regolamenti Finanzjarji. Dawn ser jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej

7. Il-proġetti ffinanzjati għal kollox mill-Kummissjoni ġewwa l-qafas tal-kuntratti għall-istudji u għas-servizzi ser jiġu implimentati permezz ta' sejħiet għall-offerti skond id-disposizzjonijiet finanzjarji fis-seħħ. It-trasparenza ser tinkiseb billi jiġi ppubblikat il-programm tax-xogħol u jiġi ċċirkolat lill-korpi interessati.

8. Sabiex jiġi implimentat il-programm, il-Kummissjoni ser ukoll tindaħal għall-attivitjiet preparatorji, ta' akkumpanjament u ta' appoġġ iddisinjati sabiex jiksbu l-miri ġenerali tal-programm u l-għanijiet speċifiċi ta' kull linja ta' azzjoni. Dan jinkludi attivitajiet bħal: studji u konsulenza b'appoġġ għall-programm; azzjonijiet preliminarji bi tħejjija għall-attivitjiet futuri; miżuri mmirati sabiex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fil-programm kif ukoll sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għar-riżultati prodotti mill-programm; pubblikazzjonijiet u attivitajiet għat-tixrid, il-promozzjoni u l-isfruttament tar-riżiltati; fuljetti, pubblikazzjonijiet bl-elettronika (CD-ROMs, DVD, il-preżenza fuq il-webs, eċċ.), il-parteċipazzjoni f'esibizzjonijiet, it-tħejjija ta' materjal li għandu x'jaqsam ma’ l-istampa, eċċ.; l-analiżi tal-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi possibbli assoċjati mal-programm; u attivitajiet ta' appoġġ bħalma huma li jitferrxu l-i standards tal-kontenut diġitali u li jiġi inkoraġġit l-iżvilupp tal-ħiliet fil-livell Ewropew.

9. Il-proġetti kollha li jirċievu appoġġ finanzjarju fil-programm ser jeħtieġu li jesponu għall-wiri għarfien ta' l-appoġġ irċevut dwar il-prodotti.

--------------------------------------------------

Top