EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0436

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali

OJ L 172, 12.7.2000, p. 26–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 440
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 003 P. 438 - 439

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/02/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/436/oj

32000D0436



Official Journal L 172 , 12/07/2000 P. 0026 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tad-29 ta' Ġunju 2000

li tistabbilixxi Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali

(2000/436/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 202 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-komunikazzjoni tagħha "strateġija miftiehma għall-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali" ta' l-14 ta' Lulju 1999, il-Kummissjoni għamlet suġġerimenti għat-titjib tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali billi, fost ħwejjeġ oħra, jiġi stabbilit grupp ta' uffiċjali ta' livell għoli.

(2) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2000 dwar il-kommunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar strateġija miftiehma għall-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali, il-Parlament Ewropew laqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-ħolqien ta' dan il-grupp.

(3) Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni sabiex tiġi mmodernizzata u mtejba l-protezzjoni soċjali [1], il-Kunsill issottolinja l-ħtieġa tal-kooperazzjoni fil-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali, imsejsa fuq djalogu strutturali u permanenti, is-segwiment u l-iskambju tat-tagħrif, ta' l-esperjenza u tal-prattika t-tajba bejn l-Istati Membri.

(4) Il-Kunsill, fl-istess konklużjonijiet:

- appoġġa s-suġġerimenti tal-Kummissjoni li jiġi stabbilit mekkaniżmu għal kooperazzjoni mtejba miġjuba bix-xogħol tal-grupp ta' l-uffiċjali ta' livell għoli sabiex jimplimentaw din l-azzjoni,

- issottolinja illi din it-tip ta' kooperazzjoni għandha tkopri l-għamliet kollha tal-protezzjoni soċjali u tgħin lill-Istati Membri, fejn approprjat, sabiex itejbu u jsaħħu s-sistemi tagħhom tal-protezzjoni soċjali skond il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom, u reġgħet fakkret il-kompetenza ta' l-Istati Membri sabiex jorganizzaw u jiffinanzjaw il-protezzjoni soċjali,

- ikkunsidra illi huwa b'mod partikolari importanti li din il-kooperazzjoni ġdida lejn it-titjib u l-modernizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali għandha tkun azzjoni koerenti, parallela, u interattiva ma' l-istrateġija Ewropea tax-xogħol kif ukoll mad-djalogu makroekonomiku,

- endorsja l-erba' għanijiet wiesgħa kif identifikati mill-Kummissjoni, jiġifieri: li jagħmel xogħol iħallas u jipprovdi income ċert, li jissalvagwardja l-pensjonijiet u jagħmel is-sistema tal-pensjonijiet sostenibbli, li jippromwovi l-inklużjoni soċjali u li jiżgura servizzi tas-saħħa sostenibbli u ta' kwalità għolja; u għaraf illi l-aspetti li għandhom x' jaqsmu mal-finanzi huma komuni għall-għanijiet kollha,

- enfasizza illi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel trid titqiegħed fil-kurrent prinċipali fl-attivitajiet kollha li jimmiraw lejn il-erba' għanijiet, u

- issottolinja ir-rwol tas-sieħba soċjali fil-modernizzazzjoni tal-proċess tal-protezzjoni soċjali.

(5) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill li ħarġu mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000 għarfu u aċċettaw l-importanza tal-protezzjoni soċjali fl-iżvilupp u l-modernizzazzjoni ta' welfare state attiv u dinamiku fl-Ewropa, u stiednu lill-Kunsill sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri billi jiskambjaw esperjenzi u l-aħjar prattika dwar in-networks ta' informazzjoni mtejba, li huma l-għodda bażiċi f' dan is-settur.

(6) Sabiex jappoġġja din il-kooperazzjoni, il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona assenja ċerti xogħlijiet prinċipali lill-grupp ta' uffiċjali ta' livell għoli, b' mod partikolari, bħala prijorità ta' l-ewwel:

- li jipprepara studju dwar l-evoluzzjoni ġejjiena tal-protezzjoni soċjali mil-lat ta' veduta fuq skond fit-tul, li jagħti attenzjoni partikolari lis-sostenibbilità tas-sistemi tal-pensjoni, u

- li jiġi involut fil-pjanifikazzjoni ta' għanijiet adegwati u li jistabbilixxi indikaturi sabiex jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri u ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jippromwovu l-inklużjoni soċjali.

(7) Huwa approprjat illi jissokta x-xogħol li diġà nbeda mill-grupp temporanju ta' l-uffiċjali ta' livell għoli, stabbilit wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill imsemmi hawn fuq, billi dan jinbidel minn Kumitat konsultattiv skond din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

L-Artikolu 1

1. Kumitat Konsultattiv għall-Protezzjoni Soċjali huwa hawnhekk stabbilit (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-politiki ta' protezzjoni soċjali, b' ħarsien totali tat-Trattat u b'konsiderazzjoni xierqa lejn il-poteri ta' l-istituzzjonijiet u l-organi Komunitarji.

2. Ix-xogħlijiet tal-Kumitat għandhom ikunu:

- li jimmonitorja l-iżvilupp tal-politiki tal-protezzjoni soċjali fl-Istati Membri u fil-Komunità,

- li jippromwovi l-iskambji ta' tagħrif, ta' esperjenza u ta' prattika tajba bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni,

- li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 207 tat-Trattat, jipprepara rapport ta' kull sena dwar il-protezzjoni soċjali li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill, li jirrapporta dwar l-iżviluppi tal-politiki rigward il-kisba tal-għanijiet murija mill-Kunsill.

Il-Kumitat jista', fuq it-talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tiegħu, jipprepara rapporti jew opinjonijiet oħra jew jidħol għal xogħol ieħor fil-kompetenza tas-settur tiegħu.

3. Il-Kumitat għandu jaħdem, kif xieraq, b' kooperazzjoni ma' korpi u kumitati oħra rilevanti li jittrattaw materji ta' politika ekonomika u soċjali, bħalma hu l-Kumitat tax-Xogħol u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika.

4. Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jistabbilixxi l-kuntatti approprjati mas-sħab soċjali.

L-Artikolu 2

1. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn żewġ rappreżentanti maħtura minn kull Stat Membru u minn żewg rappreżentanti tal-Kummissjoni. Dawn ir-rappreżentanti jistgħu jiġu megħjuna minn żewg sostituti.

2. Il-Kumitat jista' jitlob l-għajnuna ta' esperti esterni fejn xieraq għall-aġenda tiegħu.

L-Artikolu 3

1. Il-Kumitat għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għal skond ta' sentejn li ma jistax jiġġedded.

2. Il-President għandu jkun megħjun minn erba' viċi-presidenti, li tnejn minnhom għandhom jiġu eletti mill-Kumitat minn fost il-membri tieghu għal skond ta' sentejn. It-tielet wieħed irid ikun rappreżentant mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill u r-raba' wieħed irid ikun rappreżentant mill-Istat Membru li jkollu f' idejh il-Presidenza li tkun tmiss.

3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi appoġġ analitiku u organizattiv lill-Kumitat. Għandha tinnomina membru mill-persunal tagħha bħala Segretarju, li jrid jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tal-Kumitat meta jgħin lill-Kumitat fit-twettiq tax-xogħol tiegħu. Il-Kummssjoni għandha tkun f' kuntatt mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill rigward iż-żamma tal-laqgħat.

4. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

5. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom jissejħu mill-President, fuq l-inizjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq it-talba ta' mill-inqas nofs il-membri tal-Kumitat.

L-Artikolu 4

Il-Kumitat jista' jafda l-istudju ta' kwistjonjiet speċifiċi f' idejn il-membri sostituti tiegħu jew jista' jistabbilixxi gruppi tax-xogħol għal dan il-għan. F' dawn il-każi, il-presidenza tittieħed jew minn membru jew minn membru sostitut tal-Kumitat jew minn uffiċjal tal-Kummisjoni, maħtur mill-Kumitat. Il-gruppi tax-xogħol jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' esperti.

L-Artikolu 5

Il-grupp tax-xogħol interim ta' uffiċjali ta' livell għoli, stabbilit wara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1999, għandu jtemm l-attività tiegħu fid-data ta' l-ewwel laqgħa tal-Kumitat stabbilit b' din id-Deċiżjoni. L-ewwel laqgħa tal-Kumitat għandha ssir mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-29 ta' Ġunju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Arcanjo

[1] ĠU C 8, tat-12.1.2000, p. 7.

--------------------------------------------------

Top