EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0464

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 464/1999 tat-3 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ l-għajnuna għall-pruna

OJ L 56, 4.3.1999, p. 8–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 024 P. 408 - 414
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 026 P. 253 - 259
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 026 P. 253 - 259
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 026 P. 58 - 64

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 20/12/2003

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/464/oj

31999R0464



Official Journal L 056 , 04/03/1999 P. 0008 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 464/1999

tat-3 ta’ Marzu 1999

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward ta’ arranġamenti ta’ l-għajnuna għall-pruna

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2199/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4 (9) tiegħu

Billi t-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jintroduċi sistema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għal ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex; billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 504/97 tad-19 ta’ Marzu 1997 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 fir-rigward tas-sistema ta’ għajnuna ta’ produzzjoni għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1590/98 [4], jipprovdi regoli ġenerali applikabbli għal dik is-sistema; billi ċerti regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti speċifikament għall-pruni, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tar-Regolament (KE) Nru 504/97;

Billi l-frott jista’ jkun ta’ kwalità li tvarja; billi l-prezz minimu u l-għajnuna tal-produzzjoni għandhom ikunu ffissati għall-klassi speċifika ta’ tqegħid fis-suq, l-ammonti applikabbli għall-klassijiet l-oħra għandhom joħorġu minn dik il-klassi u dawk il-klassijiet għandhom ikunu definiti waqt li jingħata kont, għall-ammonti hekk maħruġa, għall-karatteristiċi tal-klassijiet differenti;

Billi l-għan tal-ħtiġiet minimi ta’ kwalità li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 huwa li tiġi evitata l-produzzjoni ta’ prodotti li ma teżisti l-ebda domanda għalihom jew prodotti li joħolqu tgħawwiġ tas-suq; billi dawk il-ħtiġiet għandhom ikunu bbażati fuq proċeduri ta’ manifattura tradizzjonali u ġusti; billi, biex ikun assigurat it-tħaris ta’ dawn id-disposizzjonijiet, il-karatteristiċi minimi meħtieġa ta’ għanbaqar imqadda mixtrija għall-ipproċessar u pruni li jikkwalifikaw għall-għajnuna għandhom jiġu definiti;

Billi dan ir-Regolament jinkorpora disposizzjonijiet speċifiċi għall-pruna fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1709/84 tad-19 ta’ Ġunju 1984 dwar il-prezzijiet minimi mħallsa lill-produtturi u l-ammonti ta’ għajnuna tal-produzzjoni għal ċerti frott u ħxejjex ipproċessati eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1591/98 [6], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2022/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ kwalità għall-għanbaqar imqadded u pruna eliġibbli għall-għajnuna tal-produzzjoni [7], l-aġġornar ta’ dawk id-disposizzjonijiet b’konformità ma’ l-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi u l-esperjenza miksuba; billi, għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2022/85 u l-Artikolu 3 ta’ u l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1709/84 għandhom jiġu mħassra;

Billi meta prodotti jitkabbru fi Stat Membru wieħed u jiġu pproċessati f’ieħor l-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu mkabbra għandu jipprovdi xhieda tal-ħlas tal-prezz minimu lill-Istat Membru li jħallas l-għajnuna;

Billi l-prezz minimu u l-għajnuna huma ffissati għall-prodotti mqadda fi stadju speċifiku fil-proċess tradizzjonali ta’ l-ipproċessar; billi għandha tingħata attenzjoni biex jiġi assigurat li l-pruna li tkun irċeviet l-għajnuna tkun attwalment ipproċessata fi prodotti mlestija biex jiġu offruti għall-konsum uman; billi, minħabba l-iżviluppi reċenti ta’ pruna semi-mqadda u l-potenzjal ekonomiku konsiderevoli tagħha, dawk il-prodotti li ma jgħaddux minn dak it-tnixxif bħala parti mill-ipproċessar tagħhom m’għandhomx għal dik ir-raġuni jiġu mċaħħda mid-dritt għall-għajnuna;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "prunes d’Ente’ tfisser għanbaqar frisk tal-varjetà prunes d’Ente li mmatura fiżjoloġikament, u ta’ l-ispeċi Prunus domestica L."

(b) "għanbaqar imqadded’ tfisser prodotti miksuba bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-prunes d’Ente;"

(ċ) "pruna niexfa’ tfisser pruna miksuba minn għanbaqar imqadded b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 23 %;"

(d) "pruna semi-niexfa’ tfisser pruna miksuba bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-prunes d’Ente sakemm il-kontenut ta’ l-ilma ta’ 30 sa 35 % jintlaħaq, mingħajr ebda proċess ta’ żieda ta’ ilma;"

(e) "lott’ tfisser numru ta’ kontenituri preżentati flimkien minn produttur jew grupp ta’ produtturi li għandhom dak l-għarfien għall-aċċettazzjoni minn proċessatur."

Artikolu 2

Biex tikkwalifika għall-ħlas ta’ l-għajnuna li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-pruna għandha tkun konformi mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness I(B) u tkun inkisbet minn għanbaqar imqadded li jkun konformi mal-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness I(A) li għaliha l-prezz minimu jkun tħallas kollu.

Artikolu 3

1. Il-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produtturi għall-għanbaqar imqadded u l-għajnuna tal-produzzjoni għall-pruna għandhom ikunu ffissati kull 100 kilogramma netta għall-prodotti b’kontenut massimu ta’ l-ilma ta’ 23 % fil-kategorija tad-daqs li tikkorrispondi ma’ 66 frotta kull 500 g.

Għall-kategorijiet tad-daqs l-ieħor il-prezz minimu u l-għajnuna għandhom jiġu mmoltiplikati b’wieħed mill-koeffiċjenti elenkati fl-Anness II.

2. Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni tal-prezz minimu u ta’ l-għajnuna tal-produzzjoni għall-pruna semi-niexfa, id-daqs u l-piż għandhom jittieħdu bħala d-daqs u l-piż ekwivalenti għall-għanbaqar imqadded u pruna niexfa, bid-daqs jiġi mmoltiplikat b’1,18461 u l-piż b’ 0,84416.

Artikolu 4

Meta l-ipproċessar isir barra mill-Istat Membru li fih ikun tkabbar il-prodott, dak l-Istat Membru għandu jagħti xhieda lill-Istat Membru li jħallas l-għajnuna tal-produzzjoni li l-prezz minimu li għandu jitħallas lill-produttur ikun tħallas.

Artikolu 5

1. Il-verifika tal-ħtiġiet tal-kwalità għall-pruna niexfa għandha titwettaq fuq il-bażi ta’ kampjuni meħuda mill-proċessatur minn lott, qabel l-għażla skond il-qisienu bi qbil mal-produttur. Il-kampjuni għandhom jiġu eżaminati kemm mill-proċessatur u wkoll mill-produttur u r-riżultati tal-verifika għandhom jiġu rekordjati.

2. Għall-pruna matul il-perjodu ta’ l-ipproċessar il-proċessatur għandu jivverifika billi jieħu kampjun ta’ kull lott li l-prodoti jilħqu l-ħtiġiet tal-kwalifika għall-għajnuna. Ir-riżultati tal-verifika għandhom jiġu rekordjati Il-piż minimu nett ta’ kull kampjun eżaminiat għandu jkun ta’ 1 kg.

Artikolu 6

L-Istati Membru għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jissodisfaw lilhom infushom, b’mod partikolari billi jivverifikaw ir-rekords tal-ħażna, li l-pruna li tkun irċeviet l-għajnuna tkun sussegwentement ipproċessata fil-prodotti kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 504/97.

Artikolu 7

L-Artikolu 3 ta’ u l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1709/84 u r-Regolament (KEE) Nru 2022/85 huma b’dan imħassra.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mis-sena tas-suq 1999/2000.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 303, 6.11.1997, p. 1.

[3] ĠU L 78, 20.3.1997, p. 14.

[4] ĠU L 208, 24.7.1998, p. 11.

[5] ĠU L 162, 20.6.1984, p. 8.

[6] ĠU L 208, 24.7.1998, p. 14.

[7] ĠU L 191, 23.7.1985, p. 31.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Parti A. Ħtiġiet minimi ta’ kwalità għall-għanbaqar imqadded

I. KARATTERISTIĊI MINIMI

1. L-għanbaqar imqadded għandu jkun ta’ kwalità tajba u ta’ kondizzjoni ġusta biex jitqiegħed għall-kummerċ u tajjeb għall-ipproċessar.

2. Għanbaqar imqadded għandu jkollu kontenut massimu ta’ l-ilma ta’ 23 %, apparti milli għall-frott intiż għall-produzzjoni ta’ pruna semi-niexfa, li għandu jkun fih kontenut ta’ l-ilma bejn 30 u 35 %.

3. L-għanbaqar imqadded għandu jkun ta’ daqs li jikkorrispondi għall-anqas minn 105 għanbaqra kull 500 g, apparti milli għall-produzzjoni ta’ pruna semi-niexfa li d-daqs tagħha għandu jikkorrispondi għall-anqas minn 81 għanbaqra kull 500 g.

4. Il-frott għandu jkun:

(a) imnixxef sewwa, tajjeb, jiġifieri, ħieles mill-moffa, tħassir, insetti, sew jekk ħajjin jew mejtin, u l-ħmieġ ta’ l-insetti;

(b) imlaħħam, nadif u ħieles mill-ħmieġ;

(ċ) ħieles minn irwejjaħ u minn togħmiet barranin;

(d) prattikament ħieles minn difetti u ħala.

II. TOLLERANZI

It-tolleranzi li ġejjin huma permissibbli

1. Għanbaqar imqadded għall-użu industrijali:

(a) 0,3 % skond il-piż ta’ ħala

(b) 100 % tal-frott b’difetti żgħar u/jew serji

(ċ) 10 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji ħafna

(d) 5 % tal-frott ta’ daqs li jikkorrispondi ma’ 105 għanbaqra jew aktar kull 500 g

2. Għanbaqar imqadded ieħor

(a) 0,2 % skond il-piż ta’ ħala

(b) 0,5 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji ħafna

(ċ) 7,5 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji jew serji ħafna

(d) 15 % skond il-piż tal-frott b’difetti

III. DIFETTI

Id-difetti jaqgħu fi tliet kategoriji:

- difetti żgħar, li huma difetti żgħar tal-qoxra,

- difetti serji, li huma prinċipalment difetti serji tal-qoxra,

- difetti serji ħafna, li huma prinċipalment difetti fejn il-polpa tkun saritilha ħsara,

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. Difetti żgħar

(a) Qsim jew xquq terminali

Xquq fil-qoxra aktar minn 10 mm iżda mhux aktar minn 15 mm fit-tul fit-tarf oppost għall-kavità taz-zokk.

(b) Toqob żgħar fil-qoxra

Qoxra mqatta’, bil-ħsara jew nieqsa, jew matul wiċċ egwali għal jew anqas minn 7 mm tul u aktar minn 3 mm wisa’ bil-polpa mhux ħierġa mit-tiċrita jew matul wiċċ aktar minn 7 mm twil iżda anqas minn 3 mm wisa’ bil-polpa tibqa’ tidher.

(ċ) Tiċrit minħabba s-silġ, tal-wiċċ miġmugħ li flimkien jeċċedu d-dijametru ta’ 3 mm

Tbajja’ kkawżati mis-silġ tal-wiċċ miġmugħ li flimkien ma jeċċedux dijametru ta’ 10 mm.

(d) Irqajja griżi, mil-lewn is-sadid jew skorċa, tal-wiċċ miġmugħ li flimkien jeċċedu d-dijametru ta’ 6 mm

Dan id-diffett jikkonsisti fi twebbis tal-qoxra, li jikkawża rqajja’ ta’ diversi forom tal-wiċċ li flimkien ma jeċċedux dijametru ta’ 20 mm.

2. Difetti serji

(a) Difett ta’ konsistenza

Dan l-effett huwa normalment dovut għall-maturità insuffiċjenti, li tirriżulta f’kulur difettuż bil-polpa ratba bil-qoxra kkaratterizzata b’diversi tikmix baxx.

(b) Qsim minħabba tfaqqiegħ

Qsim mhux terminali dovut minħabba t-tfaqqiegħ tal-frott, segwit bil-fejqan mil-polpa li tisbroffa li tibbies iżżejjed, f’tul li jeċċedi l-10 mm.

(ċ) Qsim terminali

Qsim fil-quċċata li jeċċedi t-tul ta’ 15 mm.

(d) Toqob

Tiċrit, ħsara jew qoxra nieqsa fil-wiċċ akbar minn dik indikata fil-klassifikazzjoni ndikata bħala difett żgħir.

(e) Frott parzjalment mgħaffeġ

Frott parzjalment mgħaffeġ, partijiet tal-frott jew frott serjament bla forma bil-polpa tidher.

(f) Tiċrit dovut għas-silġ

Tiċrit dovut għas-silġ, b’marki matul il-wiċċ li flimkien jeċċedu d-dijametru ta’ 10 mm.

(g) Irqajja’ griżi, mil-lewn is-sadid u qxur

Irqajja’ ħoxnin iebsin matul il-wiċċ li flimkien jeċċedu d-dijametru ta’ 20 mm.

(h) Xquq

Xquq ta’ aktar minn 15 mm fit-tul fin-naħa opposta taz-zokk jew xquq fondi li jikxfu l-għadma.

(i) Diformazzjoni minħabba tixwit tax-xemx

Diformazzjoni serji dovuti minħabba tixwit tax-xemx li prattikament jirriżultaw f’nuqqas ta’ polpa f’parti ta’ naħa waħda tal-frott, bil-qoxra mwaħħla bla tikmix ma’ l-għadma.

3. Difetti serji ħafna

(a) Frott karamelizzat

Frott karamelizzat bi sħana żejda, li juri kulur oskur tal-polpa jew ħofor bejn il-qoxra u l-polpa.

(b) Frott attakkat mill-monilja

Frott b’irqajja’ ċari kkawżati minn attakk tal-monilja, imwaqqaf bit-tnixxif, bil-ħsara fil-qoxra

(ċ) Frott maħmuġ

Frott imħammeġ bil-preżenza ta’ materja barranija (speċjalment ħamrija) li jista’ jitneħħa.

(d) Frott mgħaffeġ għal kollox

Frott mgħaffeġ għal kollox jew partijiet tal-frott

4. Skart

L-espressjoni "skart" hija użata biex tfisser kull materjal li ma jistax, minħabba n-natura jew il-kondizzjoni tiegħu, jiġi offrut għall-konsum uman jew li, jekk jibqa’ mħallat mal-frott l-ieħor ikun x’ikun l-użu finali tiegħu, jista’:

- inaqqas il-kwalitajiet tiegħu li jżomm fit-tul,

- ikerraħ id-dehra tiegħu,

- jittrasmetti togħma mhix aċċettabbli, jew riħa jew difetti oħra fih.

Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala "skart":

(a) frott li jkollu moffa attiva

Frott li jkollu moffa li tkun qiegħda tinxtered

(b) Frott moniljatat u mmummifikat

Frott individwali jew frott kompattat jew imwaħħal flimkien, bil-polpa tkun distrutta jew immummifikata bl-iżvilupp sħiħ tal-monilja.

(ċ) Frott imħassar

Frott li mhux tajjeb għall-ikel minħabba li huwa mħassar jew distrutt b’mikro-organiżmi (ħmira, moffa batterja).

(d) Frott infestat bl-insetti jew dud

Frott infettat b’perti ma’ dud ħajjin jew mejta (insetti u dud f’kull stadju taċ-ċiklu bijoloġiku tagħhom) jew bi ħmieġ ta’ l-insetti.

(e) Frott miksi bil-ħamrija jew kostitwenti oħra tal-ħamrija

(f) Frott maħruq

Frott maħruq bis-sħana żejda, li jikxef ħofor bejn il-polpa u l-għadma, jew tinfieħ karatteristiku li jagħti l-forma ta’ għanbaqar frisk.

(g) Materjal barrani

Partijiet individwali tal-frotta li mhux tajbin għall-ikel, għadam jew bċejjeċ tal-qoxra jew bċejjeċ jew materjal barrani bħal ma huma weraq, zkuk u xi materjal ieħor tal-pjanti, kostitwenti tal-ħamrija bħal ma hija l-ħamrija jew il-ġebel.

Parti B: Ħtiġiet minimi ta’ kwalità għall-pruna

I. KARATTERISTIĊI MINIMI

1. Il-pruna għandha tkun miksuba minn għanbaqar imqadded bil-karatteristiċi stabbiliti fil-Parti A.

2. Il-pruna għandha jkollha kontenut massimu ta’ l-ilma ta’ 23 %, apparti milli għall-pruna semi-niexfa, li għandha jkollha kontenut ta’ l-ilma ta’ bejn 30 u 35 %.

3. Il-pruna għandha tkun magħżula u ggradata skond il-qies sakemm ma tkunx intiża għall-użu industrijali.

4. Il-pruna għandha tkun:

- intatta, sħiħa, bil-polpa, nadifa, ħielsa mill-moffa, tħassir u skart,

- prattikament ħielsa minn tbajja’ li jistgħu jħassru l-kwalità jew id-dehra tal-prodott,

- ħielsa mill-insetti, sew ħajjin jew mejtin, u l-ħmieġ ta’ l-insetti,

- ħielsa minn kull riħa jew togħma mhux normali,

- ta’ daqs li jikkorrispondi għal anqas minn 105 pruna kull 500 g, bl-eċċezzjoni ta’ pruna semi-niexfa, li għaliha n-numru ta’ frott għandu jkun anqas minn 81 pruna kull 500 g.

II. IT-TOLLERANZI

1. Pruna għall-użu industrijali

(a) 100 % tal-frott b’difetti żgħar u/jew serji

(b) 10 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji ħafna

(ċ) 5 % tal-frott ta’ daqs li jikkorrispondi ma’ 105 pruna jew aktar kull 500 g

2. Pruna semi-niexfa

(a) 0,3 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji ħafna

(b) 5 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji jew serji ħafna

(ċ) 10 % skond il-piż tal-frott b’difetti

3. Pruna oħra

(a) 0,5 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji ħafna

(b) 7,5 % skond il-piż tal-frott b’difetti serji jew serji ħafna

(ċ) 15 % skond il-piż tal-frott b’difetti

III. DIFETTI

Il-Parti A hija applikabbli biex jiġi stabbilit kemm ikunu serji d-difetti.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Koeffiċjenti li hemm referenza għalihom fl Artikolu 3

Daqs | Numru ta' għanbaqar jew pruni mqadda kull 500 g | Koeffiċjenti |

104 | Minn 103 sa anqas minn 105 | 0,65458 |

102 | Minn 101 sa anqas minn 103 | 0,67276 |

100 | Minn 99 sa anqas minn 101 | 0,69094 |

98 | Minn 97 sa anqas minn 99 | 0,70912 |

96 | Minn 95 sa anqas minn 97 | 0,72730 |

94 | Minn 93 sa anqas minn 95 | 0,74548 |

92 | Minn 91 sa anqas minn 93 | 0,76366 |

90 | Minn 89 sa anqas minn 91 | 0,78184 |

88 | Minn 87 sa anqas minn 89 | 0,80002 |

86 | Minn 85 sa anqas minn 87 | 0,81820 |

84 | Minn 83 sa anqas minn 85 | 0,83638 |

82 | Minn 81 sa anqas minn 83 | 0,85456 |

80 | Minn 79 sa anqas minn 81 | 0,87274 |

78 | Minn 77 sa anqas minn 79 | 0,89092 |

76 | Minn 75 sa anqas minn 77 | 0,90910 |

74 | Minn 73 sa anqas minn 75 | 0,92728 |

72 | Minn 71 sa anqas minn 73 | 0,94546 |

70 | Minn 69 sa anqas minn 71 | 0,96364 |

68 | Minn 67 sa anqas minn 69 | 0,98182 |

66 | Minn 65 sa anqas minn 67 | 1,00000 |

64 | Minn 63 sa anqas minn 65 | 1,05881 |

62 | Minn 61 sa anqas minn 63 | 1,07771 |

60 | Minn 59 sa anqas minn 61 | 1,09662 |

58 | Minn 57 sa anqas minn 59 | 1,11552 |

56 | Minn 55 sa anqas minn 57 | 1,13443 |

54 | Minn 53 sa anqas minn 55 | 1,15333 |

52 | Minn 51 sa anqas minn 53 | 1,17224 |

50 | Minn 49 sa anqas minn 51 | 1,19114 |

48 | Minn 47 sa anqas minn 49 | 1,21005 |

46 | Minn 45 sa anqas minn 47 | 1,22895 |

44 | Minn 43 sa anqas minn 45 | 1,24786 |

42 | Minn 41 sa anqas minn 43 | 1,26676 |

40 | Minn 39 sa anqas minn 41 | 1,28567 |

38 | Minn 37 sa anqas minn 39 | 1,30458 |

36 | Minn 35 sa anqas minn 37 | 1,32348 |

34 | Minn 33 sa anqas minn 35 | 1,34239 |

32 | Anqas minn 33 | 1,36129 |

Għall-għanbaqar imqadded u pruna niexfa għall-użu industrijali irrispettivament mid-daqs tagħhom, il-koeffiċjent li għandu jkun applikat huwa 0,4000.

--------------------------------------------------

Top