EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0036

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta'April 1999 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli

OJ L 138, 1.6.1999, p. 20–56 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 004 P. 314 - 350
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 007 P. 37 - 73
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 007 P. 37 - 73

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2011; Imħassar b' 32010L0035

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/36/oj

31999L0036



Official Journal L 138 , 01/06/1999 P. 0020 - 0056


Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE

tad-29 ta'April 1999

dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 75(1)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Huwa u jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi fi ħdan il-qafas tal-politika tat-trasport komuni għandhom jiġu adottati miżuri oħra biex tiġi assigurata s-sigurtà tat-trasport;

(2) Billi kull Stat Membru jirrikjedi li t-tagħmir trasportabbli li ser jintuża fit-territorju tiegħu jkollu ċertifikat u ssirlu ispezzjoni, inklużi l-inspezzjonijiet perjodiċi, mill-korpi assenjati; billi din il-prattika, li tirrikjedi approvazzjonijiet multipli jekk it-tagħmir ser jintuża f'aktar minn Stat wieħed waqt l-operazzjoni tat-trasport, jikkonstitwixxi ostakolu għad-disposizzjoni tas-servizzi tat-trasport fi ħdan il-Komunità; billi l-azzjoni mill-Komunità biex jarmonizzaw il-proċeduri ta'approvazzjoni hija ġustifikata biex jiffaċilitaw l-użu ta' tagħmir tal-pressa trasportabbli fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fil-kuntest ta'operazzjoni ta' trasport;

(3) Billi għandhom jiġu adottati miżuri għall-istabbiliment progressiv ta'suq waħdieni fit-trasport u, b'mod partikolari, għall-moviment liberu ta' tagħmir tal-pressa trasportabbli;

(4) Billi l-azzjoni fuq livell Komunitarju huwa l-uniku mod possibbli li tintlaħaq din l-armonizzazzjoni, peress li l-Istati Membri kemm jekk qed jagixxu waħedhom u kemm jekk qed jaġixxu permezz ta' ftehim internazzjonali ma jistgħux jistabbilixxu l-istess grad ta' armonizzazzjoni fl-approvazzjoni ta' dan it-tagħmir; billi bħalissa, l-għarfien ta' l-approvazzjonijiet mogħtija fl-Istati Membri differenti m'huwiex sodisfaċenti minħabba l-element ta' diskrezzjoni;

(5) Billi Direttiva tal-Kunsill hija l-instrument legali xieraq biex tissaħħaħ is-sigurtà ta' dan it-tagħmir, peress li tipprovdi qafas għal applikazzjoni uniformi u obbligatorja tal-proċeduri ta' approvazzjoni mill-Istati Membri;

(6) Billi d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE [4] u 96/49/KE [5] tawlu l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta'ADR [6] u RID [7] biex jinkorporaw it-traffiku nazzjonali biex jarmonizzaw il-kondizzjonijiet fil-Komunità li jirregolaw it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq u bil-ferroviji;

(7) Billi d-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE ipprovdew li ssir għażla biex jiġu applikati proċeduri ta' konformità ta' stima bbażati fuq moduli skond id-Deċiżjoni 93/465/KEE [8] għal ċertu tagħmir tal-pressa trasportabbli ġodda; billi din l-għażla għandha tinbidel ma' obbligazzjoni estiża biex tkopri tagħmir tal-pressa trasportabbli ġdid użat għat-trasport ta' merkanzija perikoluża u li jaqaw fl-iskop ta' Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE;

(8) Billi d-Direttiva 97/23/KE [9] tniżżel il-ħtiġiet ġenerali għall-moviment liberu u sigurtà ta' tagħmir tal-pressa;

(9) Billi l-apparat ta' distribuzzjoni (dispensers) ta' l-aerosol u ċ-ċilindri tal-gass għat-tagħmir tan-nifs għandhom ikunu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva peress li l-moviment liberu u s-sigurtà tagħhom diġà jaqaw taħt id-Direttiva 75/324/KEE [10] u Direttiva 97/23/KE;

(10) Billi l-għarfien taċ-ċertifikati ta' approvazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ta' l-istima ta' konformità jew proċeduri ta' stima ripetuta u tal-proċeduri perjodiċi ta' spezzjoni jikkontribwixxi għat-tneħħija ta' ostakoli għall-libertà ta' provista ta' servizzi tat-trasport; billi, biex jeliminaw l-element ta' diskrezzjoni, huwa neċessarju li jistabbilixxu biċ-ċar liema proċeduri għandhom ikunu segwiti;

(11) Billi huwa neċessarju li jgħaddu regoli komuni biex ikun stabbilit l-għarfien ta' korpi ta' inspezzjoni li jassiguraw konformità mad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE; billi dawn ir-regoli komuni jkollhom l-effett li jeliminaw l-ispejjeż li mhumiex neċessarji u proċeduri amministrattivi rigward l-approvazzjoni tat-tagħmir u t-tneħħija ta' barrieri tekniċi għall-kummerċ;

(12) Billi, biex ma jfixklux l-operazzjoni tat-trasport bejn Stat Membru u pajjiż terz, din id-Direttiva m'għandhiex tiġi applikata lil tagħmir ta'pressa trasportabbli użat esklussivament għal operazzjonijiet ta' trasport ta' merkanzija perikoluża bejn it-territorju tal-Komunità u dak ta' pajjiżi terzi;

(13) Billi l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi ta' ispezzjoni li huma intitolati li jwettqu l-istima ta' konformità jew proċeduri ta' stima mill-ġdid u spezzjonijiet perjodiċi; billi għandhom ukoll jassiguraw li dawn il-korpi huma indipendenti u effiċjenti biżżejjed u kapaċi professjonalment li jwettqu x-xogħol mogħti lilhom;

(14) Billi għandhom jiġu introdotti proċeduri speċifiki biex tiġi valutata l-konformità tal-valvoli ġodda u ta' aċċesorji oħra użati għat-trasport;

(15) Billi għandhom jiġu introdotti disposizzjonijiet rigward l-istima mill-ġdid ta' tagħmir li diġà jeżisti, kif inhu definit fl-Anness IV, Parti II; sabiex din id-Direttiva tiġi applikata għal dan it-tagħmir;

(16) Billi konformità mad-disposizzjonijiet tekniċi ta' l-Anness tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE għal tagħmir ġdid għandu jintwera mill-proċeduri ta' stima ta' konformità mniżżla fl-Anness IV, Parti I; billi spezzjonijiet perjodiċi ta' tagħmir eżistenti għandhom iseħħu skond il-proċeduri mniżżla fl-Anness IV, Parti III;

(17) Billi t-tagħmir msemmi f'din id-Direttiva għandu jkollu marka li tindika l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet ta' Direttiva 94/55/KE jew 96/49/KE u ta' din id-Direttiva biex jitqiegħed fis-suq, biex ikunu mpoġġija fis-suq, mimlija, użati u mimlija mill-ġdid skond il-għan maħsub;

(18) Billi l-Istati Membri għandhom iħallu li tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li jkollu l-marka msemmijja fl-Anness VII jimxi bla xkiel fit-territorju tagħhom, jitqiegħed fis-suq, jintuża fi ħdan kwalunkwe operazzjoni ta' trasport jew li jintuża skond il-għan maħsub, mingħajr ma jsiru stimi oħra jew mingħajr ma jkollhom jaqblu ma ħtiġiet tekniċi oħra;

(19) Billi huwa xieraq li Stat Membru, sakemm jinforma lill-Kummissjoni, għandu jkun jista' jieħu miżuri biex jillimita jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tagħmir f'każijiet fejn jkun hemm riskju partikolari għas-sigurtà;

(20) Billi għandha tiġi segwita proċedura tal-kumitat għall-emenda ta' l-Annessi ta' din id-Direttiva u għall-postponiment tad-data ta' meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ għal ċertu tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli;

(21) Billi għandha ssir tħejjija għal arranġamenti transitorji biex it-tagħmir ta' pressa manifatturat skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq u jintużaw;

(22) Billi d-Direttivi 84/525/KEE [11] 84/526/KEE [12] u 84/527/KEE [13] fuq ċilindri tal-gass jistipulaw proċedura ta' konformità differenti minn dak stipulat minn din id-Direttiva; billi għandha tiġi stabbilita proċedura waħdanija għat-tagħmir kollu ta' pressa li huwa trasportabbli;

(23) Billi proċedura ta' ispezzjoni perjodika għandha tiġi stabbilita għall-ċilindri tal-gass eżistenti li huma skond id-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

1. Il-għan ta' din id-Direttiva għandu jkun li titjieb is-sigurtà rigward tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli approvat għat-trasport fl-intern ta' merkanzija perikoluża bit-triq u bil-ferrovija u biex jiġi assigurat il-moviment liberu ta' dan it-tagħmir fil-Komunità, inkluż it-tqegħid fis-suq u l-użu ripetut u l-aspetti ta' użu ripetuti.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika:

(a) bl-iskop li jitqiegħdu fis-suq: tagħmir tal-pressa trasportabbli ġdid kif definit fl-Artikolu 2;

(b) bl-iskop ta' stima mill-ġdid ta' konformità: ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li diġà jeżisti kif iddefinit fl-Artikolu 2 li jilħaq mal-ħtiġiet tekniċi stabbiliti fid-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE;

(ċ) għal użu ripetut u spezzjonijiet perjodiċi:

- għat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li semma' f'(a) u (b),

- għal ċilindri tal-gass li jeżistu li jħaddnu l-marka ta' konformità stabbilita f'Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE.

3. Tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li tqiegħed fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2001 jew, fil-każ ta' l-Artikolu 18, fi żmien sentejn minn dik id-data u li ma saritlux stima mill-ġdid rigward il-konformità tiegħu mal-ħtiġiet tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE, għandhom ikunu barra l-iskop ta' din id-Direttiva.

4. Tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li huwa użat esklusivament għat-trasport ta' merkanzija perikoluża bejn it-territorju tal-Komunità u t-territorju ta' pajjiż terz, li jseħħ skond l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/55/KE jew l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) u (2) tad-Direttiva 96/49/KE, għandu jkun barra l-iskop ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. "Tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli" tfisser:

- reċipjenti (ċilindri, tubi, drums tal-pressa, reċipjenti krioġeniċi, qatta ċilindri kif definit fl-Anness A tad-Direttiva 94/55/KE),

- it-tankijiet kollha, inklużi dawk li ma jiżżarmawx, kontenituri tat-tankijiet (tankijiet li jistgħu jiġu mċaqalqa), tankijiet tal-vaguni tat-tankijiet, tankijiet jew reċipjenti ta' vetturi bil-batterija jew vaguni bil-batterija, tankijiet tal-vetturi tat-tankijiet,

użati għat-trasport ta' gassijiet ta' Klassi 2 skond l-Annessi tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE u għat-trasport ta' ċerti sustanzi perikolużi ta' klassijiet oħra indikati fl-Anness VI ta' din id-Direttiva, inklużi l-valvoli u aċċessorji oħra użati għat-trasport.

Din id-definizzjoni teskludi tagħmir soġġett għall-prinċipji ġenerali ta' eżenzjoni applikabbli għal kwantitajiet żgħar u għal każijiet speċjali msemmijja fl-Anness ta' Direttiva 94/55/KE u l-Anness ta' Direttiva 96/49/KE kif ukoll l- apparat ta' distribuzzjoni ta' l-aerosol (NU numru 1950) u ċilindri tal-gass għal strumenti li jintużaw biex jittieħed in-nifs;

2. "marka" tfisser is-simbolu msemmi fl-Artikolu 10;

3. "proċeduri ta' konformità ta' stima" tfisser dawk il-proċeduri mniżżla fl-Anness IV, Parti I;

4. "stima mill-ġdid ta' konformità" tfisser il-proċedura għal stima li tiġi wara, fuq it-talba tas-sid jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew ta' dak tal-possessur, tal-konformità tat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li diġà ġie mmanifatturat u li ġie mqiegħed fis-servizz qabel l-1 ta' Lulju jew, fil-każ ta' l-Artikolu 18, fi żmien sentejn minn dik id-data;

5. "il-korp innotifikat" tfisser korp ta' spezzjoni nominat mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru skond l-Artikolu 8 u li jilħaq il-kriterji ta' l-Annessi I u II;

6. "il-korp approvat" tfisser korp ta' spezzjoni nominat mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru skond l-Artikolu 9 u li jilħaq il-kriterji ta' l-Annessi I u III;

L-Artikolu 3

L-istima ta' konformità jew it-tqegħid fis-suq tal-Komunità ta' tagħmir ġdid tal-pressa li huwa trasportabbli

1. Reċipjenti ġodda u tankijiet ġodda għandhom jilħqu mad-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 94/55/KE u 96/49/KE. Il-konformità ta' dan it-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli ma dawn id-disposizzjonijiet għandu jiġi stabbilit minn korp innotifikat esklussivament skond il-proċeduri ta' stima ta' konformità mniżżla fl-Anness IV, Parti I, u speċifikati fl-Anness V.

2. Valvoli ġodda u aċċessorji oħra użati għat-trasport għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Annessi tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE.

3. Valvoli u aċċessorji oħra li għandhom funzjoni ta' sigurtà diretta f'tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli, b'mod partikolari valvoli tas-sigurtà, valvoli użati għall-mili u żvojtar u valvoli taċ-ċilindri, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri ta' l-istima tal-konformità ta' l-inqas stretti bħal dawk ikunu saru għar-reċipjent jew tank li jkunu mehmużin miegħu.

Dawn il-valvoli u aċċessorji oħra użati għat-trasport jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura ta' l-istima tal-konformità differenti u separata minn dik użata għar-reċipjent jew għat-tank.

4. Jekk id-Direttiva 94/55/KE u 96/49/KE ma jinkludux disposizzjonijiet tekniċi dettaljati għall-valvoli u aċċessorji msemmijja fil-paragrafu 3, dawn il-vavoli u aċċessorji għandhom iħarsu il-ħtiġiet tad-Direttiva 97/23/KE u, bis-saħħa ta' dik id-Direttiva, ikunu soġġetti għal kategorija II, III jew IV tal-proċedura ta' l-istima tal-konformità kif imniżżel fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 97/23/KE skond jekk ir-reċipjent jew it-tank jappartjeni għal kategorija 1, 2 jew 3 kif inhu mniżżel fl-Anness V ta' din id-Direttiva.

5. L-ebda Stat Membru m'għandu jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jimpedixxi t-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli msemmi fl-Artikolu1(2)(a) li jaqbel ma' din id-Direttiva u li jħaddan il-marka relevanti msemmija fl-Artikolu 10(1) u (2).

L-Artikolu 4

L-istima ta' konformità għat-tqegħid fis-suq nazzjonali tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli

1. Bħala deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw fuq it-territorju tagħhom it-tqegħid fis-suq, it-trasport u l-użu mill-utenti, tar-reċipjenti- inklużi l-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra użati għat-trasport - li jaqaw taħt l-Artikolu 1(2)(a), li l-konformità tagħhom diġà ġiet stimata minn korp approvat.

2. It-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli u li l-konformità tiegħu ġiet stmata minn korp approvat ma jistax ikollu l-marka deskritta fl-Artikolu 10(1).

3. Il-korp approvat għandu jaħdem esklussivament għall-grupp li tiegħu huwa membru.

4. Il-proċeduri applikabbli għall-istima ta' konformità minn korpi approvati għandhom ikunu moduli A1, Ċ1, F u G, kif deskritti fl-Anness IV, Parti I.

5. L-effetti ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni u vvalutati mill-1 ta' Lulju 2004. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni relevanti ma' l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Jekk hu neċessarju l-valutazzjoni għandha tkun akkompanjata minn proposta għall-emenda ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 5

L-istima mill-ġdid ta' konformità għat-tagħmir tal-pressa eżistenti li huwa trasportabbli

1. Il-konformità tat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli msemmi fl-Artikolu 1(2)(b) bid-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Annessi ta' Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE għandhom jiġu stabbiliti minn korp innotifikat skond proċedura ta' stima mill-ġdid ta' konformità mniżżel fl-Anness IV, Parti II, ta' din id-Direttiva.

Billi dan it-tagħmir ġie mmanifatturat f'serje, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-istima mill-ġdid ta' konformità rigward ir-reċipjenti, inklużi l-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra użati għat-trasport, li jsiru minn korp approvat sakemm il-konformità tat-tip huwa stmat mill-ġdid minn korp innotifikat.

2. L-ebda Stat Membru m'għandu jipprojbixxi, jirrestrinġi jew jimpedixxi t-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli msemmi fl-Artikolu1(2)(b) li jaqbel ma' din id-Direttiva u li jħaddan il-marka relevanti msemmijja fl-Artikolu 10(1).

L-Artikolu 6

Spezzjoni perjodika u użu ripetut

1. Spezzjonijiet perjodiċi tar-reċipjenti, inklużi l-vavoli u l-aċċessorji użati għat-trasport, imsemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) għandhom isiru minn korp innotifikat jew approvat skond il-proċedura mniżżla fl-Anness IV, Parti III. L-ispezzjonijiet perjodiċi tat-tankijiet, inklużi l-valvoli u l-aċċessorji tagħhom użati għat-trasport, għandhom isiru minn korp innotifikat skond il-proċedura mniżżla fl-Anness IV, Parti III, modulu 1.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jippermettu spezzjonijiet perjodiċi ta' tankijiet li jseħħu fit-territorju tagħhom isiru ukoll minn korpi approvati li ġew irrikonoxxuti biex jagħmlu l-ispezzjonijiet perjodiċi ta' tankijiet u li jaġixxu taħt is-sorveljanza ta' korp innotifikat skond il-proċedura mogħtija fl-Anness IV, Parti III, Modulu 2 rigward spezzjonijiet perjodiċi minn assigurazzjoni tal-kwalità.

2. It-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli msemmi fl-Artikolu 1(2) jista' jkun soġġett għal spezzjoni perjodika f'kwalunkwe Stat Membru.

3. L-ebda Stat Membru ma jista', fuq raġunijiet rigward tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli, jipprojbixxi, jirristrinġi jew jimpedixxi l-użu (inkluż il-mili, ħażna, l-iżvojtar u l-mili mill-ġdid) fit-territorju tiegħu tat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li ġej:

- it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) u l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 1(2)(ċ), li jissodisfa d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li jħaddan il-marka li tikkorrispondi,

- ċilindri tal-gass eżistenti li jħaddnu l-marka li tikkorrispondi msemmija f'Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE u l-marka u n-numru ta' identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(3) ta' din id-Direttiva li jindikaw li saret l-ispezzjoni perjodika.

4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ħtiġiet nazzjonali għall-ħażna jew għall-użu ta' tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli, iżda mhux għat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli nnifsu jew għall-aċċessorji li hemm bżonn matul it-trasport. L-Istati Membri jistgħu, iżda, skond l-Artikolu 7, iżommu l-ħtiġiet nazzjonali għall-mekkaniżmi li jġonġu, għall-kodiċijiet tal-kuluri u għat-temperaturi li hemm riferenza għalihom.

L-Artikolu 7

Disposizzjonijiet nazzjonali

1. Stat Membru jista' jżomm id-disposizzjonijiet nazzjonali tiegħu rigward mekkaniżmi maħsuba biex iġonġu ma' tagħmir ieħor u kodiċijiet tal-kuluri li japplikaw għat-tagħmir tal-pressa li huma trasportabbli saż-żmien meta l-istandards Ewropej għall-użu jiżdiedu ma' l-Annessi ta' Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE.

Iżda, fejn jinqalaw problemi ta' sigurtà bit-trasport jew bl-użu ta' ċerti tipi ta' gass, jista' jiġi mogħti perjodu transitorju qasir, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu d-disposizzjonijiet nazzjonali tagħhom anke wara li jiżdiedu l-istandards Ewropej ma' l-Annessi tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE.

2. Stat Membru fejn it-temperatura ta' l-ambjent hija regolarment aktar baxxa minn − 20 °C jista' jimponi standards aktar stretti rigward it-temperatura ta' l-operazzjoni ta' materjal maħsub għall-użu fit-trasport nazzjonali ta' merkanzija perikoluża fit-territorju tiegħu sakemm jiġu inkorporati disposizzjonijiet fuq it-temperaturi ta' riferenza xierqa għaż-żoni klimatiċi mogħtija fl-Annessi tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE.

L-Artikolu 8

Korpi Notifikati

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta' korpi notifikati stabbiliti fi ħdan il-Komunità li huma nnominaw biex japplikaw il-proċeduri ġodda ta' konformità ta' stima għal ċertu tagħmir tal-pressa trasportabbli skond l-Anness IV, Parti I, biex issir stima mill-ġdid tal-konformità ta' tipi eżistenti jew tagħmir bil-għanijiet ta' l-Annessi ta' Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE skond l-Anness IV, Parti II, u/jew li jwettqu l-ispezzjonijiet perjodiċi skond l-Anness IV, Parti III, modulu 1 u/jew li jwettqu x-xogħol ta' sorveljanza skond l-Anness IV, Parti III, modulu 2. Għandhom ukoll jikkomunikaw in-numri ta' identifikazzjoni mogħtija lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi nnotifikati, bin-numri ta' identifikazzjoni tagħhom u x-xogħol li għalih kienu assenjati. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-lista tinżamm aġġornata.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Annessi I u II għan-nomina ta' korpi nnotifikati. Kull korp għandu jagħti lill-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jinnominah informazzjoni kompleta rigward, u prova ta', konformità mal-kriterji fl-Annessi I u II.

3. Stat Membru li jkun nnotifika korp għandu jieħu lura din in-notifikazzjoni jekk jintebaħ li l-korp m'għadux iżomm mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

Għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan l-irtirar ta' notifikazzjoni.

L-Artikolu 9

Korpi approvati

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta' korpi approvati stabbiliti fi ħdan il-Komunità, li huma għarfu skond il-kriterji tal-paragrafu 2, bil-għan li jagħmlu spezzjonijiet perjodiċi ta' reċipjenti - inklużi l-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra użati għat-trasport - li jikkonformaw ma' tip stimati mill-ġdid minn korp innotifikat, biex jassiguraw konformità kontinwa mad-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE skond il-proċeduri mniżżla fl-Anness IV, Parti III, modulu 1. Għandhom ukoll jikkomunikaw in-numri ta' identifikazzjoni mogħtija lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri meta jagħmlu użu mill-għażla mogħtija fl-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-lista ta' korpi approvati stabbiliti fil-Komunità, li huma irrikonoxxew bil-għan li jsiru spezzjonijiet perjodiċi tat-tankijiet.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi approvati rikonoxxuti, bin-numri ta' identifikazzjoni tagħhom u x-xogħol li għalih huma kienu magħrufa. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-lista tinżamm aġġornata.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla fl-Annessi I u III għall-għarfien ta' korpi approvati. Kull korp għandu jagħti lill-Istat Membru li għandu l-intenzjoni li jagħrfu informazzjoni kompleta rigward, u prova ta', konformità mal-kriterji f'dawk l-Annessi.

3. Stat Membru li jkun għaraf korp għandu jieħu lura din l-approvazzjoni jekk jintebaħ li l-korp m'għadux iżomm mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

Għandu minnufih jinforma lil-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan l-irtirar ta' l-approvazzjoni.

L-Artikolu 10

L-immarkar

1. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta' l-immarkar tar-reċipjenti u tat-tankijiet imniżżla fid-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE, ir-reċipjenti u t-tankijiet li jissodisfaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(1) u ta' l-Artikolu 5(1) għandhom ikollhom marka skond l-Anness IV, Parti I. Il-forma tal-marka li għandha tintuża hija mniżżla fl-Anness VII. Din il-marka għandha titqiegħed b'mod viżibbli u li ma tinqalax u għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat li jkun għamel il-proċedura ta' l-istima tal-konformità fuq ir-reċipjenti u fuq it-tankijiet. Fil-każ ta' stima mill-ġdid, din il-marka għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat jew approvat.

Għal tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li jaqbel ma' l-Artikolu 7(2), in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat jew approvat għandu jiġi segwit minn "− 40 °C".

2. Valvoli ġodda u aċċessorji oħra li għandhom funzjoni ta' sigurtà diretta għandu jkollhom jew il-marka msemmija fl-Anness VII miġjub hawn jew dak previst fl-Anness VI ta' Direttiva 97/23/KE. Dawn il-marki m'għandhomx għalfejn ikunu akkompanjati minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat li għamel l-istima ta' konformità fuq il-valvoli u l-aċċessorji l-oħra użati għat-trasport.

Il-valvoli u l-aċċessorji l-oħra m'għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda ħtiġiet ta' immarkar speċjali.

3. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet għall-immarkar tar-reċipjenti u tat-tankijiet imniżżla fid-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE, għall-għanijiet ta' spezzjonijiet perjodiċi, it-tagħmir kollu tal-pressa li huwa trasportabbli msemmi fl-Artikolu 6(1) għandu jkollu n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp li għamel l-ispezzjonijiet perjodiċi tat-tagħmir biex jindika li jista' jkompli jiġi użat.

Rigward iċ-ċilindri tal-gass li jaqaw taħt id-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE, meta ssir l-ewwel spezzjoni perjodika skond din id-Direttiva, in-numru ta' identifikazzjoni msemmi qabel għandu jiġi qabel il-marka deskritta fl-Anness VII.

4. Kemm għall-istima ta' konformità kif ukoll għall-istima mill-ġdid u għall-ispezzjonijiet perjodiċi, in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat jew approvat għandu jitqiegħed b'mod viżibbli u li ma jistax jiġi mċaqlaq taħt responsabbiltà tiegħu jew mill-fabbrikant, jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, jew mis-sid jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, jew mill-possessur.

5. It-tqegħid tal-marki fuq it-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li għandu mnejn ifixkel il-partijiet terzi rigward it-tifsira jew il-grafika tal-marka msemmija f'din id-Direttiva huwa projbit. Kwalunkwe marka oħra tista' titwaħħal mat-tagħmir sakemm il-viżibbiltà u l-leġibbiltà tal-marka fl-Anness VII ma jitnaqqsux.

L-Artikolu 11

Klawsola ta' salvagwardja

1. Fejn Stat Membru jintebaħ li t-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli, meta jinżamm tajjeb u meta ġie użat għall-għan maħsub, jista' jipperikola s-saħħa u/jew is-sigurtà ta' persuni u, fejn hu xieraq, annimali domestiċi jew propjetà, matul it-trasport u/jew l-użu, minkejja l-fatt li għandu marka, jista' jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq, it-trasport jew l-użu tat-tagħmir imsemmi jew jitneħħa mis-suq u miċ-ċirkolazzjoni. Għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni b'tali miżura, waqt li jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tibda l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati minnufih. Fejn il-Kumissjoni tikkunsidra, wara din il-konsultazzjoni, li l-miżura hija ġustifikata, għandha immedjatament tinforma l-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u l-Istati Membri l-oħra.

Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra, wara din il-konsultazzjoni, li l-miżura m'hijiex ġustifikata, għandha minnufih tinforma l-Istat Membru li jkun ħa l-inizjattiva u s-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-pussessur, jew il-fabrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità.

3. Fejn it-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li ma jaqbilx ikollu l-marka msemmija fl-Artikolu 10, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni kontra l-persuna(i) li jkunu waħħlu l-marka u għandu ukoll jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra.

4. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri jinżammu infurmati bil-progress u bir-riżultati ta' din il-proċedura.

L-Artikolu 12

Immarkar mhux mistħoqq

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-immarkar deskritt fl-Anness VII kien mehmuż meta mhux suppost, is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-pussessur, jew il-fabrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel it-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli konformi rigward id-disposizzjonijiet rigward l-immarkar u biex iwaqqfu l-ksur ta' dan skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

Jekk in-non-konformità tippersisti, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih u għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq, it-trasport jew l-użu tat-tagħmir jekk biex jassigura li dan jiġi mneħħi mis-suq jew miċ-ċirkolazzjoni skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 11.

L-Artikolu 13

Deċiżjonijiet li jwasslu għar-rifjut jew għar-restrizzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skond din id-Direttiva li għandha l-effett li tirristrinġi t-tqegħid fis-suq, it-trasport jew l-użu jew li tirrikjedi t-tneħħija mis-suq jew miċ-ċirkolazzjoni ta' tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli għandha ssemmi r-raġunijiet eżatti li fuqhom hi bbażata. Din id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata minnufih lill-parti kkonċernata, li fl-istess ħin tkun infurmata bir-rimedji legali disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fl-Istat Membru kkonċernat u tal-limiti taż-żmien li għalihom huma soġġetti dawn ir-rimedji.

L-Artikolu 14

Il-Kumitat

L-emendi neċessarji biex jiġu addattati l-Annessi ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15.

L-Artikolu 15

1. Meta ssir referenza għall-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tat-trasport ta' merkanzija perikoluża mwaqqfa skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE, minn issa 'l quddiem msejjaħ "il-Kumitat", kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu taż-żmien li l-President tiegħu jippreskrivi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tiġi kkonsenjata mill-maġġoranza mnizzla fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri ġewwa l-Komunità għandhom jitwieżnu fil-manjiera dikjarata f'dan l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri previsti jekk ikunu bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat.

Jekk il-miżuri previsti mhumiex bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill mingħajr dewmien proposta li jkollha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data meta ssir referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 16

L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Diċembru 2000. Għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir referenza bħal din għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 17

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw qabel l-1 ta' Lulju 2001 id-disposizzjonijiet li jkunu adottaw biex jaqblu ma' din id-Direttiva lit-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli.

2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi diferita għal ċertu tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li għalih m'hemmx speċifikazzjonijiet tekniċi jew li għalih ma ġietx miżjuda referenza adegwata għall-istandards Ewropej relevanti ma' l-Annessi tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE.

It-tagħmir li huwa affettwat minn din id-definizzjoni u d-data meta din id-Direttiva ssir applikabbli għalih għandha tiġi ddeterminata skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 15.

L-Artikolu 18

Arranġamenti transitorji

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li jaqbel mar-regoli fis-seħħ fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 2001 sa 24 xhar mid-data u għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-servizz ta' dan it-tagħmir li jkun tpoġġa fis-suq qabel dik id-data.

L-Artikolu 19

Penali

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu sistema ta' penali għal kontravvenzjonijiet tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu nota tad-disposizzjonijiet relevanti għall-Kummissjoni mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2000 u għandhom jinfurmawha b'kwalunkwe bidliet li jiġu wara mill-aktar fis possibbli.

L-Artikolu 20

L-applikabbiltà tad-disposizzjonijiet ta' Direttivi oħra

Mill-1 ta' Lulju 2001 jew, fil-każ ta' l-Artikolu 18, fi żmien sentejn minn dik id-data, l-uniċi disposizzjonijiet ta' Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE li għandhom jibqgħu applikabbli għandhom ikunu dawk ta' l-Artikolu 1 u dawk ta' l-Anness I Parti 1 sa 3, ta' kull wieħed minn dawk id-Direttivi.

Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 76/767/KEE [14] ma jibqgħux japplikaw mill-1 ta' Lulju 2001 jew, fil-każ ta' l-Artikolu 18, fi żmien sentejn minn dik id-data, għal tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli li jaqa' fl-iskop ta' din id-Direttiva.

Iżda, ċertifikati ta' approvazzjoni mill-KEE għal ċilindri, maħruġa skond id-Direttivi 84/525/KEE, 84/526/KEE u 84/527/KEE għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti maċ-ċertifikati tat-type-examinations tal-KE msemmija f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 21

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula l-Lussemburgu, fid-29 ta' April 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Müller

[1] ĠU Ċ 95, 24.3.1997, p. 2, u ĠU Ċ 186, 16.6.1998, p. 11.

[2] ĠU Ċ 296, 29.9.1997, p. 6.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 1998 (ĠU Ċ 80, 16.3.1998, p. 217), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1998 (ĠU Ċ 18, 22.1.1999, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 1999 (għadha mhix ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7).

[5] Direttiva tal-Kunsill 94/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-linja tal-ferrovija (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25).

[6] FPT: Ftehim Ewropew rigward il-Ġarr Internazzjonali ta' Merkanzija perikoluża bit-Triq.

[7] RIP: Regolamenti rigward il-Ġarr Internazzjonali ta' Merkanzija perikoluża bil-Ferroviji kif imniżżel fl-Anness I ta' l-Appendiċi B tal-verżjoni emenda tal-Konvenzjoni rigward il-ġarr internazzjonali ta' merkanzija bil-ferroviji (COTIF).

[8] Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 li tikkonċerna l-moduli tal-fażijiet varji tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu tal-marka ta' konformità CE, li huma maħsuba biex jintużaw fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23).

[9] Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward tagħmir ta' pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).

[10] Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta' l-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-apparat li minnu joħroġ l-aerosol (ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/1/KE (ĠU L 23, 28.1.1994, p. 28).

[11] Direttiva tal-Kunsill 84/525/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward iċ-ċilindri tal-gass tal-azzar, mingħajr ġonot (ĠU L 300,1 9.11.1984, p. 1).

[12] Direttiva tal-Kunsill 84/526/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward iċ-ċilindri tal-gass ta' l-aluminju bla lega u ta' l-alumiju bil-lega, mingħajr ġonot (ĠU L 300,1 9.11.1984, p. 20).

[13] Direttiva tal-Kunsill 84/527/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward iċ-ċilindri tal-gas ta' l-azzar iwweldjati u mingħajr legi (ĠU L 300,1 9.11.1984, p. 48).

[14] Direttiva ta' Qafas tal-Kunsill 76/767/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward id-disposizzjonijiet komuni għall-kontenituri ta' pressa u metodi biex dawn jiġu spezzjonati (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 153). Direttiva kif emendata bl-Att tas-Sħubija 1994.

--------------------------------------------------

ANNESS I

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JINTLAĦQU MINN KORPI NOTIFIKATI JEW APPROVATI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 8 U 9

1. Korp ta' spezzjoni nnotifikat jew korp ta' spezzjoni approvat li huwa parti minn organizzazzjoni involuta f'funzjonijiet oħra minnbarra spezzjoni għandhom ikunu identifikabbli fi ħdan l-organizzazzjoni.

2. Il-korp ta' spezzjoni u l-impjegati tiegħu m'għandhomx jieħdu sehem f'attivitajiet li jistgħu jkunu f'kunflitt ma' l-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom u ma' l-integrità tagħhom rigward l-attivitajiet ta' spezzjoni tagħhom. B'mod partikolari l-impjegati tal-korp ta' spezzjoni jridu jkunu ħielsa minn kwalunkwe pressjonijiet kummerċjali, finanzjarji u oħrajn li għandhom imnejn jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom, b'mod partikolari minn nies jew organizzazzjonijiet esterni mill-korp ta' spezzjoni b'interess fir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet li jkunu saru. L-imparzjalità ta' l-impjegati li jagħmlu l-ispezzjonijiet għandha tkun garantita.

3. Il-korp ta' spezzjoni għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-impjegati neċessarji u għandu jippossjedi l-faċilitajiet neċessarji biex ikun jista' jagħmel x-xogħol tekniku u amministrattiv konness ma' l-ispezzjoni u ma' l-operazzjonijiet ivverifikati kif suppost. Għandu jkollu aċċess ukoll għat-tagħmir meħtieġ biex jwettaq verifikazzjonijiet speċjali.

4. L-impjegati tal-korp ta' spezzjoni li huma responsabbli għall-ispezzjoni jrid ikollhom il-kwalifiċi xierqa, stħarriġ tekniku u professjonali sod u tagħrif sodisfaċenti tal-ħtiġiet ta' l-ispezzjonijiet li jridu jsiru u esperjenza adekwata ta' dawn l-operazzjonijiet. Biex ikun garantit livell għoli ta' sigurtà l-korp ta' spezzjoni għandu jkun f'pożizzjoni biex jipprovdi għarfien espert fil-qasam ta' sigurtà ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli. L-impjegati jridu jkunu kapaċi li jagħmlu ġudizzji professjonali konformi mal-ħtiġiet ġenerali bl-użu tar-riżultati ta' l-eżamijiet u biex jagħmlu rapport fuq dan. Irid ikollhom ukoll l-abilità li hemm bżonn biex jagħmlu ċ-ċertifikati, iżżommu r-rekords u r-rapporti biex juru li l-ispezzjonijiet jkunu saru.

5. Irid ikollhom ukoll it-tagħrif relevanti tat-teknoloġija użata għall-manifattura tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli, inklużi l-aċċessorji, li huma jispezzjonaw, il-mod li bih it-tagħmir mogħti lilhom għall-ispezzjoni huwa użat jew huwa intiż li jiġi użat, u tad-difetti li jistgħu jiġru matul l-użu jew meta qed isir servizz.

6. Il-korp ta' spezzjoni u l-impjegati tiegħu jridu jwettqu stimi u verifikazzjonijiet bl-għola digriet ta' integrità professjonali u kompetenza teknika. Il-korp ta' spezzjoni jrid jassigura l-konfidenzjalità ta' l-informazzjoni miksuba waqt l-attivitajiet ta' spezzjoni. Id-drittijiet tal-propjetà jridu jkunu protetti.

7. Ir-remunerazzjoni tal-persuni mqabbda f'attivitajiet ta' spezzjoni m'għandhomx jiddependu direttament fuq in-numru ta' spezzjonijiet li jkunu saru u fl-ebda każ fuq ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet.

8. Il-korp ta' spezzjoni jrid ikollu assigurazzjoni ta' responsabbiltà adekwata sakemm ir-responsabbiltà tiegħu mhijiex preżunta mill-Istat skond il-liġijiet nazzjonali jew mill-organizzazzjonijiet li minnhom tagħmel parti.

9. Il-korp ta' spezzjoni jrid normalment jagħmel l-ispezzjonijiet li jikkontratta li jagħmel. Meta korp ta' spezzjoni jissubkuntratta xi parti ta' l-ispezzjoni, għandu jassigura u jrid ikun kapaċi li juri li s-sub-kuntrattur huwa kompetenti li jwettaq is-servizz imsemmi u jrid jieħu responsabbiltà kompleta għal dak il-kuntratt.

--------------------------------------------------

ANNESS II

KRITERJI SUPPLIMENTARJI LI JRIDU JINTLAĦQU MILL-KORPI NOTIFIKATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8

1. Korp innotifikat għandu jkun indipendenti mill-partijiet involuti u għalhekk għandu servizzi ta' spezzjoni minn "parti terza".

Il-korp innotifikat u l-impjegati responsabbli biex jagħmlu l-ispezzjoni ma jistgħux ikunu d-diżenjatur, il-fabbrikant, il-provveditur, ix-xerrej, is-sid, il-possessur, l-utent jew dak li jmantni t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli, inklużi l-aċċessorji, li l-korp jagħmel spezzjoni fuqhom, lanqas ir-rapprezentant awtorizzat ta' kwalunkwe minn dawn il-partijiet. M'għandhomx ikunu involuti direttament fl-iddesinjar, fil-manifattura, fil-bejgħ fis-suq jew fil-manutenzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli, inklużi l-aċċessorji, u l-anqas ma jirrappreżentaw il-partijiet involuti f'dawn l-attivitajiet. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta' skambji ta' informazzjoni teknika bejn il-fabbrikant ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u l-korp ta' spezzjoni.

2. Il-partijiet kollha interessati jrid ikollhom aċċess għas-servizzi tal-korp ta' spezzjoni. M'għandux ikun hemm kondizzjonijiet finanzjarji b'lura jew kondizzjonijiet oħra. Il-proċeduri li l-korp irid isegwi biex jopera għandhom ikunu amministrati b'mod mhux deskriminatorju.

--------------------------------------------------

ANNESS III

KRITERJI SUPPLIMENTARJI LI JRIDU JINTLAĦQU MILL-KORPI APPROVATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9

1. Il-korp approvat għandu jifforma parti separata u li tista' tiġi identifikata ta' organizzazzjoni li hija involuta fl-iddisinjar, fil-manifattura, fil-fornitura, fl-użu jew fil-manutenzjoni ta' l-oġġetti li jagħmlu spezzjoni tagħhom.

2. Il-korp approvat m'għandux jinvolvi ruħu direttament fl-iddisinjar, fil-manifattura, fil-fornitura jew fl-użu ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli, inklużi l-aċċessorji taħt spezzjoni, jew oġġetti oħra simili li huma f'kompetizzjoni.

3. Għandu jkun hemm separazzjoni ċara tar-responsabbilitajiet ta' l-impjegati ta' spezzjoni minn dawk ta' l-impjegati li jagħmlu xogħol ieħor, li għandhom jiġu stabbiliti minn identifikazzjoni ta' organizzazzjoni u mill-metodi ta' rapportaġġ tal-korp ta' spezzjoni fi ħdan l-organizzazzjoni prinċipali.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

PARTI I

PROĊEDURI TA' STIMA TA' KONFORMITÀ

Modulu A (kontroll ta' produzzjoni interna)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità li jwettaq l-obbligi imsemmija fil-punt 2, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka Π mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità.

2. Il-fabbrikant għandu jfassal id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3 u jew il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jżommha għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ġie mmanifatturat. Meta la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huma stabbiliti fi ħdan il-Komunità, l-obbligazzjoni li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm disponibbli hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli fis-suq tal-Komunità.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm huwa relevanti għal din l-istima, tinkludi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli,

- desinn konċettwali u tpinġijiet u disinni ta' manifattura tal-komponenti, sub-assemblaggi, ċirkwiti, etċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għal ftehim tat-tpinġijiet u disinni msemmija u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva,

- riżultati tal-kalkoli ta' desinn, eżamijiet li saru, eċċ.,

- rapporti tat-testijiet.

4. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità mad-dokumentazzjoni teknika.

5. Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jassigura li l-proċess ta' manifattura jirrikjedi li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli manifatturat jaqbel mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

Modulu A1 (spezzjonijiet interni ta' manifattura bl-immonitorjar ta' l-istima finali)

Flimkien mal-ħtiġiet ta' modulu A, japplika dan li ġej.

L-istima finali għandha ssir mill-fabbrikant u mmonitorjata b'viżiti mhux mistennija minn korp innotifikat magħżul mill-fabbrikant.

Matul viżiti bħal dawn, il-korp innotifikat għandu:

- jassigura li l-fabbrikant jagħmel stima finali,

- jieħu kampjun ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli fil-post ta' manifattura jew ta' ħażna biex isiru l-ispezzjonijiet. Il-korp innotifikat jeżamina n-numru ta' oġġetti ta' tagħmir li għandu bħala kampjun u jekk huwiex neċessarju jagħmel, jew li jġiegħel li jsir, l-istima finali kollha jew parti minnha tal-kampjuni tat-tagħmir.

Jekk wieħed jew aktar mill-oġġetti ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ma jaqbilx, il-korp innotifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Dwar ir-risponsabbiltà tal-korp innotifikat, il-fabbrikant għandu jehmeż in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp ma' kull biċċa tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

Modulu B (eżami tat-tip KE)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-parti tal-proċedura li biha korp innotifikat jassigura u jiċċertifika li eżempju rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba jissodisfa d-disposizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

2. L-applikazzjoni għall-type-examination tal-KE għandha titqiegħed mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità ma korp innotifikat wieħed ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk l-applikazzjoni tiġi mqiegħda mir-rappreżentant awtorizzat stabbilit fi ħdan il-Komunità, ismu u l-indirizz tiegħu ukoll,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx iddepożitata ma korp innotifikat ieħor,

- Id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-disposizzjoni tal-korp innotifikat xempju rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, minn issa 'l quddiem imsejħa "tip". Il-korp innotifikat jista' jitlob għal kampjuni oħra jekk il-programm ta' testjar jirrikjedi dan.

Tip jista' jkopri bosta verżjonijiet ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli sakemm id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta' sigurtà.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm huwa relevanti għal din l-istima, tinkludi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

- disinn konċettwali u tpinġijiet u disinni ta' manifattura tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għal ftehim tat-tpinġijiet u disinni msemmija u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva,

- riżultati tal-kalkoli ta' disinn li jkunu seħħew, eżamijiet li saru, etċ.,

- rapporti tat-testijiet,

- informazzjoni rigward it-testijiet użati fil-manifattura,

- informazzjoni rigward il-kwalifiki jew l-approvazzjonijiet.

4. Il-korp innotifikat għandu:

4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika, jivverifika li t-tip ġie mmanifatturat b'konformità miegħu u jidentifika l-komponenti disinjati skond id-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva.

B'mod partikolari, il-korp innotifikat għandu:

- jeżamina d-dokumentazzjoni teknika b'rispett għad-disinn u l-proċeduri ta' manifattura,

- jagħmel stima tal-materjali użati fejn dawn ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva u jiċċekjaw iċ-ċertifikat maħruġ mill-fabbrikant tal-materjali,

- japprovaw il-proċeduri għall-għaqda permanenti partijiet ta' tagħmir ta' pressa jew jiċċekkjaw li dawn ġew approvati minn qabel,

- jivverifikaw li l-impjegati li ser jagħmlu dan it-tagħqid permanenti ta' partijiet ta' tagħmir ta' pressa u t-testijiet mhux distruttivi huma kwalifikati jew approvati,

4.2. jagħmlu jew għamlu l-eżamijiet xierqa u t-testijiet neċessarji biex jistabbilixxu jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-fabbrikant jilħqux il-ħtiġiet tad-Direttiva;

4.3. jagħmlu jew għamlu l-eżamijiet xierqa u t-testijiet neċessarji biex jistabbilixxu jekk id-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva ġewx applikati;

4.4. jiftiehmu ma' l-applikant fejn ser isiru l-eżamijiet u t-testijiet neċessarji.

5. Meta t-tip jissodisfa d-disposizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat tat-type-examination tal-KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat, li għandu jkun validu għal-10 snin u li jista' jiġġeded, għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant, il-konklużjonijiet ta' l-eżami u l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp innotifikat.

Jekk il-korp innotifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat type-examination tal-KE lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan il-Komunità, dak il-korp għandu jipprovdi raġunijiet iddettaljati ta' dan. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

6. L-applikant għandu jinforma lill-korp innotifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika rigward iċ-ċertifikat type-examination tal-KE b'kwalunkwe bidla li ssir lit-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li jkun ġie approvat; dawn huma soġġetti għal approvazzjoni addizzjonali fejn jistgħu jaffetwaw il-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva jew il-kondizzjonijiet preskritti għall-użu ta' tagħmir. Din l-approvazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta' addizzjoni maċ-ċertifikat type-examination tal-KE oriġinali.

7. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward iċ-ċerifikati type-examination tal-KE li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika ukoll lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward iċ-ċertifikati type-examination tal-KE li rtira jew irrifjuta.

8. Il-korpi notifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati type-examination tal-KE u/jew addizzjonijiet tagħhom. L-annessi taċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-disposizzjoni tal-korpi notifikati l-oħra.

9. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandhom iżommu mal-kopji tad-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikati type-examination tal-KE u ż-żidiet tagħhom għal perjodu ta' 10 snin wara li jiġi mmanifatturat l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

Meta la l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huma stabbiliti fi ħdan il-Komunità, l-obbligazzjoni li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm disponibbli hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

Modulu B1 (KE eżami tad-disinn)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-parti tal-proċedura li biha korp innotifikat jassigura u jiċċertifika li d-disinn ta' oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jissodisfa d-disposizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

2. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandhom jissottomettu applikazzjoni għal eżami tad-desinn tal-KE ma' korp innotifikat wieħed.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk l-applikazzjoni tiġi mqiegħda mir-rappreżentant awtorizzat stabbilit fi ħdan il-Komunità, ismu u l-indirizz tiegħu ukoll,

- dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx iddepożitata ma' korp innotifikat ieħor,

- Id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 3.

L-applikazzjoni tista' tkopri bosta verżjonijiet ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli sakemm id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta' sigurtà.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm huwa relevanti għal din l-istima, tinkludi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir msemmi,

- desinn konċettwali u tpinġijiet u disinni ta' manifattura tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għal ftehim tat-tpinġijiet u disinni msemmija u l-operazzjoni tat-tagħmir,

- deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva,

- ix-xhieda xierqa ta' appoġġ għall-adegwatezza tas-soluzzjoni tad-disinn; din ix-xiehda ta' appoġġ għandha tinkludi r-riżultati ta' testijiet li jkunu saru mil-laboratorji xierqa tal-fabbrikant jew f'ismu,

- riżultati tal-kalkoli ta' disinn li jkunu seħħew, eżamijiet li saru, etċ.,

- informazzjoni rigward il-kwalifiki jew l-approvazzjonijiet.

4. Il-korp innotifikat għandu:

4.1. jeżamina d-dokumentazzjoni teknika u jidentifika l-komponenti li ġew imfassla skond id-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva.

B'mod partikolari, il-korp innotifikat għandu:

- jagħmel stima tal-materjali użati fejn dawn mhumiex b'konformità mad-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva,

- japprova l-proċeduri għall-għaqda permanenti partijiet ta' tagħmir ta' pressa jew jiċċekkjaw li dawn ġew approvati minn qabel,

- jivverifika li l-personal li jieħdu ħsieb ta' l-għaqda permanenti ta' partijiet ta' tagħmir tal-pressa u testijiet mhux distruttivi huma kkwalifikati jew approvati;

4.2. jagħmel l-eżamijiet neċessarji biex jistabbilixxi jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-fabbrikant humiex skond il-ħtiġiet tad-Direttiva;

4.3. jagħmel l-eżamijiet neċessarji biex jistabbilixxi jekk ġewx applikati d-disposizzjonijiet tad-Direttiva.

5. Meta d-disinn huwa skond d-disposizzjonijiet tad-Direttiva li japplikaw għalih, il-korp innotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn tal-KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih l-isem u l-indirizz ta' l-applikant, il-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet, il-kondizzjonijiet għal-validità tiegħu u l-fatti magħrufa neċessarji għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat.

Lista tal-partijiet relevanti tad-dokumentazzjoni teknika għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat u għandha tinżamm kopja mill-korp innotifikat.

Jekk il-korp innotifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' eżami tad-disinn tal-KE lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fi ħdan il-Komunità, dak il-korp għandu jipprovdi raġunijiet iddettaljati ta' dan. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

6. L-applikant għandu jinforma lill-korp innotifikat li għandu d-dokumentazzjoni teknika rigward iċ-ċertifikat ta' eżami tad-disinn tal-KE bi kwalunkwe bidla li ssir lid-disinn li jkun ġie approvat; dawn huma soġġetti għal approvazzjoni addizzjonali fejn jistgħu jaffetwaw il-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva jew il-kondizzjonijiet preskritti għall-użu tat-tagħmir. Din l-approvazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat ta' eżami tad-disinn tal-KE oriġinali.

7. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward iċ-ċerifikati ta' l-ezami tad-disinn tal-KE li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika ukoll lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni relevanti rigward iċ-ċertifikati ta' eżami tad-disinn tal-KE li rtira jew irrifjuta.

8. Il-korpi notifikati l-oħra jistgħu jagħmlu talba biex jottjenu l-informazzjoni relevanti rigward:

- iċ-ċertifikati ta' l-ezami tad-disinn tal-KE u ż-żidiet mogħtijin,

- iċ-ċertifikati ta' l-ezami tad-disinn tal-KE u ż-żidiet irtirati,

9. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandhom iżommu mal-kopji tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3 taċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tad-disinn tal-KE u ż-żidiet tagħhom għal perjodu ta' 10 snin wara li jiġi mmanifatturat l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

Meta la l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huma stabbiliti fi ħdan il-Komunità, l-obbigazzjoni li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm disponibbli hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

Modulu C1 (konformità tat-tip)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li biha l-fabbrikant, jew ir-rappresentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jikkonforma mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-type-examination tal-KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka Π mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità.

2. Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jassigura li l-proċess ta' manifattura jirrikjedi li t-tagħmir ta' pressa li huwa mmanifatturat trasportabbli jaqbel mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-type-examination tal-KE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

3. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandhom iżommu kopji tad-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' 10 snin wara li jiġi mmanifatturat l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

Meta la l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huma stabbiliti ġewwa l-Komunità, l-obbligazzjoni li d-dokumentazzjoni teknika tinżamm disponibbli hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli fis-suq tal-Komunità.

4. L-istima finali għandha tkun soġġetta għall-immonitorjar fl-għamla ta' viżiti mhux mistennija minn korp innotifikat magħżul mill-fabbrikant.

Matul viżiti bħal dawn, il-korp innotifikat għandu:

- jassigura li l-fabbrikant jagħmel stima finali,

- jieħu kampjun ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli fil-post ta' manifattura jew ta' ħażna biex isiru l-ispezzjonijiet. Il-korp innotifikat jeżamina n-numru ta' oġġetti ta' tagħmir li għandu bħala kampjun u jekk huwiex neċessarju jagħmel, jew li jġiegħel li jsir, l-istima finali kollha jew parti minnha tal-kampjuni tat-tagħmir.

Jekk wieħed jew aktar mill-oġġetti ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ma jaqbilx, il-korp innotifikat għandu jieħu l-miżuri xierqa.

Dwar ir-risponsabbiltà tal-korp innotifikat, il-fabbrikant għandu jehmeż in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp ma' kull biċċa tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

Modulu D (assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi ta' punt 2 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jikkonforma mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-type-examination tal-KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka Π mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità. Il-marka Π għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-Komunità kif inhu speċifikat fil-punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni finali u ttestjar kif inhu speċifikat fil-punt 3 u jkun soġġett għal sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jissottometti applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu ma' korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha fuq it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat,

- id-dokumentazzjoni rigward is-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika għat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat type-examination tal-KE.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tassigura l-konformità tat-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat type-examination tal-KE u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha.

L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat u għandhom jieħdu l-għamla ta' policies miktuba, proċeduri u instruzzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Għandha tinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbilitajiet u s-saħħa ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- il-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u t-tekniċi ta' assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-miżuri sistematiki li jintużaw, b'mod partikolari l-proċeduri użati,

- l-eżamijiet u t-testijiet li jseħħu qabel, matul jew wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi jew approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati,

- il-mezz ta' monitorjar tal-kisba tal-kwalità meħtieġa u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex ikun jista' jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3.2.

Il-grupp li jagħmel ir-reviżjonijiet għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza li jistma t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi viżita ta' spezzjoni fil-lok tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

3.4. Il-fabbrikant għandu jwettaq l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif ġiet approvata u għandu jassigura li din tibqa' sodisfaċenti u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jinforma l-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe aġġustament maħsub għas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità emendata tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3.2 jew jekk hemmx bżonn stima mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

4. Sorveljanza skond ir-responsabbilità tal-korp innotifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa biex jiġi assigurat li l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li jiġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-fabbrikant għandu jippermetti l-aċċess lill-korp innotifikat għall-għanijiet ta' spezzjoni għall-postijiet ta' manifattura, spezzjoni, testjar u ħażna u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja, b'mod partikolari:

- dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi tal-persuni kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel reviżjonijiet perjodiċi biex jassigura li l-fabbrikant imantni u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi lill-fabbrikant bir-rapport tar-reviżjoni. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet perjodiċi għandha ssir b'tali mod li ssir stima mill-ġdid u kompleta kull tliet snin.

4.4. Flimkien ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżiti mhux mistennija lill-fabbrikant. Il-bżonn għal dawn il-viżiti żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati skond sistema ta' kontroll tal-viżiti mmexxija mill-korp innotifikat. B'mod partikolari, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' kontroll tal-viżiti:

- il-kategorija tat-tagħmir,

- ir-riżultati tal-viżiti ta' sorveljanza li jkunu diġà saru,

- il-bżonn li tkun segwita azzjoni korrettiva li tkun saret,

- fejn hu applikabbli, kondizzjonijiet speċjali konnessi mas-sistema ta' approvazzjoni,

- bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-manifattura, politika jew metodi ta' teknika.

Matul dawn il-viżiti l-korp innotifikat jista', jekk hu neċessarju, jagħmel it-testijiet, jew jassigura li jsiru, biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed taħdem kif suppost. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżita u, jekk isir test, bir-rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trassportabbli ġie manifatturat, iżżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' 3.1,

- l-aġġustamenti msemmija fit-tieni paragrafu ta' 3,4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma msemmija fl-aħħar paragrafu ta' 3.3, fl-aħħar paragrafu ta' 3.4, u f'4.3 u 4.4.

6. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika ukoll lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun rtira jew irrifjuta.

Modulu D1 (assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi ta' punt 3 jassigura u jiddikjara li l-oġġetti ta' tagħmir ta' pressa li huma trasportabbli kkonċernat jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka Π mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità. Il-marka Π għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-Komunità kif inhu speċifikat fil-punt 5.

2. Il-fabbrikant għandu jagħmel il-dokumentazzjoni teknika deskritta hawn taħt.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm huwa relevanti għal din l-istima, tinkludi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir msemmi,

- disinn konċettwali u tpinġijiet u disinni ta' manifattura tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għal ftehim tat-tpinġijiet u disinni msemmija u l-operazzjoni tat-tagħmir,

- deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva,

- riżultati tal-kalkoli ta' disinn li jkunu seħħew, eżamijiet li saru, etċ.;

- rapporti tat-testijiet.

3. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni finali u testjar kif inhu speċifikat fil-punt 4 u jkun soġġett għal sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 5.

4. Sistema ta' kwalità

4.1. Il-fabbrikant għandu jissottometti applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu ma' korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha fuq it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat,

- id-dokumentazzjoni rigward is-sistema ta' kwalità.

4.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tassigura l-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat u għandhom jieħdu l-għamla ta' policies miktuba, proċeduri u instruzzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Għandha tinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbilitajiet u s-saħħa ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- il-manifattura, il-kontroll tal-kwalità u t-tekniki ta' assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-miżuri sistematiki li jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li jseħħu qabel, matul jew wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati,

- il-mezz ta' monitorjar tal-kisba tal-kwalità meħtieġa u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità.

4.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex ikun jista' jistabbilixxi din tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'4,2.

Il-grupp li jagħmel il-verifika għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza li jistma t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi viżita ta' spezzjoni fil-lok tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

4.4. Il-fabbrikant għandu jwettaq l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif ġiet approvata u għandu jassigura li din tibqa' sodisfaċenti u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jinforma l-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe aġġustament maħsub għas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċidi jekk is-sistema ta' kwalità emendata tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'4,2 jew jekk hemmx bżonn stima mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

5. Sorveljanza skond ir-responsabbiltà al-korp innotifikat

5.1. L-għan tas-sorveljanza huwa biex jiġi assigurat li l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li jiġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

5.2. Il-fabbrikant għandu jħalli aċċess lill-korp innotifikat għall-għanijiet ta' spezzjoni għal-lokazzjonijiet ta' manifattura, spezzjoni, testjar u ħażna u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

- dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi tal-persuni kkonċernati, eċċ.

5.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel reviżjonijiet perjodiċi biex jassigura li l-fabbrikant imantni u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi lill-fabbrikant bir-rapport tar-reviżjoni. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet perjodiċi għandha ssir b'tali mod li ssir stima mill-ġdid u kompleta kull tliet snin.

5.4. Flimkien ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżiti mhux mistennija lill-fabbrikant. Il-bżonn għal dawn il-viżiti żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati skond sistema ta' kontroll tal-viżiti mmexxija mill-korp innotifikat. B'mod partikolari, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' kontroll tal-viżiti:

- il-kategorija tat-tagħmir,

- ir-riżultati tal-viżiti ta' sorveljanza li jkunu diġà saru,

- il-bżonn li tkun segwita azzjoni korrettiva li tkun saret,

- fejn hu applikabbli, kondizzjonijiet speċjali konnessi mas-sistema ta' approvazzjoni,

- bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-manifattura, politika jew metodi ta' teknika.

Matul dawn il-viżiti l-korp innotifikat jista', jekk hu neċessarju, jagħmel it-testijiet, jew jassigura li jsiru, biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed taħdem kif suppost. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżita u, jekk isir test, bir-rapport tat-test.

6. Il-fabbrikant għandu, għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trassportabbli ġie mmanifatturat, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fil-punt 2,

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' 4,1,

- l-aġġustamenti msemmija fit-tieni paragrafu ta' 4,4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma msemmija fl-aħħar paragrafu ta' 4,3, fl-aħħar paragrafu ta' 4,4, u f'5,3 u 5,4.

7. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira jew irrifjuta.

Modulu E (assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi ta' punt 2 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jikkonforma mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tat-type-examination tal-KE u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka Π ma' kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità. Il-marka Π għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-Komunità kif inhu speċifikat fil-punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni finali u testjar kif inhu speċifikat fil-punt 3 u jkun soġġett għal sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jissottometti applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu ma' korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha fuq it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat,

- id-dokumentazzjoni rigward is-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika għat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat type-examination tal-KE.

3.2. Skond is-sistema ta' kwalità, kull oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru t-testijiet xierqa biex jassiguraw il-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat u għandhom jieħdu l-għamla ta' policies miktuba, proċeduri u instruzzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Għandha tinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni adekwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-saħħa ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom isiru mill-fabbrikant,

- il-mezz ta' monitorjar ta' l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi jew approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati,

3.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex ikun jista' jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3.2.

Il-grupp li jagħmel il-verifiki għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza li jistma t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi viżita ta' spezzjoni fil-lok tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

3.4. Il-fabbrikant għandu jwettaq l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif ġiet approvata u għandu jassigura li din tibqa' sodisfaċenti u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jinforma l-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe aġġustament maħsub għas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità emendata tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3.2 jew jekk hemmx bżonn stima mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

4. Sorveljanza skond ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa biex jiġi assigurat li l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li jiġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-fabbrikant għandu jħalli aċċess lill-korp innotifikat għall-għanijiet ta' spezzjoni għal-lokazzjonijiet ta' manifattura, spezzjoni, testjar u ħażna u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

- dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward l-kwalifiċi tal-persuni kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel reviżjonijiet perjodiċi biex jassigura li l-fabbrikant imantni u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi lill-fabbrikant bir-rapport tar-reviżjoni. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet perjodiċi għandha ssir b'tali mod li ssir stima mill-ġdid u kompleta kull tliet snin.

4.4. Flimkien ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżiti mhux mistennija lill-fabbrikant. Il-bżonn għal dawn il-viżiti żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati skond sistema ta' kontroll tal-viżiti mmexxija mill-korp innotifikat. B'mod partikolari, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' kontroll tal-viżiti:

- il-kategorija tat-tagħmir,

- ir-riżultati tal-viżiti ta' sorveljanza li jkunu diġà saru,

- il-bżonn li tiġi segwita azzjoni korrettiva li tkun saret,

- fejn hu applikabbli, kondizzjonijiet speċjali konnessi mas-sistema ta' approvazzjoni,

- bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-manifattura, politika jew metodi ta' teknika.

Matul dawn il-viżiti l-korp innotifikat jista', jekk hu neċessarju, jagħmel it-testijiet, jew jassigura li jsiru, biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed taħdem kif suppost. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżita u, jekk isir test, bir-rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ġie mmanifatturat, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' 3.1,

- l-aġġustamenti msemmija fit-tieni paragrafu ta' 3,4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma msemmija fl-aħħar paragrafu ta' 3.3, fl-aħħar paragrafu ta' 3.4, u f'4.3 u 4.4.

6. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika ukoll lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun rtira jew irrifjuta.

Modulu E1 (assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott)

1. Dan il-modulu jiddiskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi ta' punt 3 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka II mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità. Il-marka II għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza tal-Komunità kif inhu speċifikat fil-punt 5.

2. Il-fabbrikant għandu jagħmel il-dokumentazzjoni teknika deskritta hawn taħt.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tippermetti li ssir stima tal-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha. Għandha, sakemm huwa relevanti għal din l-istima, tinkludi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir msemmi,

- disinn konċettwali u tpinġijiet u disinni ta' manifattura tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għal ftehim tat-tpinġijiet u disinni msemmija u l-operazzjoni tat-tagħmir,

- deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva,

- riżultati tal-kalkoli ta' disinn li jkunu seħħew, eżamijiet li saru, etċ.;

- rapporti tat-testijiet.

3. Il-fabbrikant għandu jħaddem sistema ta' kwalità għall-produzzjoni, spezzjoni finali tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u testjar kif inhu speċifikat fil-punt 4 u jkun soġġett għal sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 5.

4. Sistema ta' kwalità

4.1. Il-fabbrikant għandu jissottometti applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu ma' korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha fuq it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat,

- id-dokumentazzjoni rigward is-sistema ta' kwalità.

4.2. Skond is-sistema ta' kwalità, kull oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru t-testijiet xierqa biex jassiguraw il-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat u għandhom jieħdu x-xejra ta' policies miktuba, proċeduri u instruzzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Għandha tinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni adekwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura orgaizzjonali, ir-responsabbiltajiet u s-saħħa ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- il-proċeduri użati għat-tagħqid tal-partijiet,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom isiru mill-fabbrikant,

- il-mezz ta' monitorjar ta' l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiki jew approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati,

4.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex ikun jista' jistabbilixxi jekk din tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'4,2.

Il-grupp li jagħmel ir-reviżjonijiet għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza li jistma t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi viżita ta' spezzjoni fil-lok tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

4.4. Il-fabbrikant għandu jimpenja ruħu li jadempjixxi l-obbligi li ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif ġiet approvata u għandu jassigura li din tibqa' sodisfaċenti u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jinforma l-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe aġġustament maħsub għas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità modifikata tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'4,2 jew jekk hemmx bżonn stima mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

5. Sorveljanza skond ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

5.1. L-għan tas-sorveljanza huwa biex jiġi assigurat li l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li jiġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

5.2. Il-fabbrikant għandu jħalli aċċess lill-korp innotifikat għall-għanijiet ta' spezzjoni għal-lokazzjonijiet ta' manifattura, spezzjoni, testjar u ħażna u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

- dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi tal-persuni kkonċernati, eċċ.

5.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel reviżjonijiet perjodiċi biex jassigura li l-fabbrikant imantni u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi lill-fabbrikant bir-rapport tar-reviżjoni. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet perjodiċi għandha ssir b'tali mod li ssir stima mill-ġdid u kompleta kull tliet snin.

5.4. Flimkien ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżiti mhux mistennija lill-fabbrikant. Il-bżonn għal dawn il-viżiti żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati skond sistema ta' kontroll tal-viżiti mmexxija mill-korp innotifikat. B'mod partikolari, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' kontroll tal-viżiti:

- il-kategorija tat-tagħmir,

- ir-riżultati tal-viżiti ta' sorveljanza li jkunu diġà saru,

- il-bżonn li tkun segwita azzjoni korrettiva li tkun saret,

- fejn hu applikabbli, kondizzjonijiet speċjali konnessi mas-sistema ta' approvazzjoni,

- bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-manifattura, politika jew metodi ta' teknika.

Matul dawn il-viżiti l-korp innotifikat jista', jekk hu neċessarju, jagħmel it-testijiet, jew jassigura li jsiru, biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed taħdem kif suppost. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżita u, jekk isir test, bir-rapport tat-test.

6. Il-fabbrikant għandu, għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ġie manifatturat, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-taqsima 2,

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet inċiż ta' 4,1,

- l-aġġustamenti msemmija fit-tieni paragrafu ta' 4,4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma msemmija fl-aħħar paragrafu ta' 4,3, fl-aħħar paragrafu ta' 4,4, u f'5,3 u 5,4.

7. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun rtira jew irrifjuta.

Modulu F (verifika tal-prodott)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li jaqa' taħt id-disposizzjonijiet ta' punt 3, jikkonforma mat-tip deskritt:

- fiċ-ċertifikat tat-type-examination tal-KE, jew

- fiċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tad-disinn tal-KE,

u jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

2. Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jassigura li l-proċess ta' manifattura jirrikjedi li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jaqbel mat-tip desritt:

- fiċ-ċertifikat tat-type-examination tal-KE, jew

- fiċ-ċertifikati ta' l-eżamijiet tad-disinn tal-KE, jew

u bil-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka II mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità.

3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel l-eżamijiet xierqa u testijiet biex jassiguraw il-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva billi jeżaminaw u jittestjaw kull prodott skond il-punt 4.

Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandhom iżommu kopji tad-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' 10 snin wara li jiġi mmanifatturat l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

4. Verifika mill-ezami u testjar ta' kull oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli

4.1. Kull oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli għandu jiġi eżaminat individwalment u għandhom isirulu l-eżamijiet xierqa u testijiet biex jivverifikaw li jikkonformaw mat-tip u mal-ħtiġiet tad-Direttiva li tapplika għalih.

B'mod partikolari, il-korp innotifikat għandu:

- jivverifika li l-impjegati li ser jagħmlu dan it-tagħqid permanenti ta' partijiet u t-testijiet mhux distruttivi huma kkwalifikati jew approvati,

- jiċċekkja ċ-ċertifikati maħruġa mill-fabbrikant tal-materjali,

- jagħmel l-ispezzjoni finali u test ta' prova jew jassigura li dan isir u, fejn hu xieraq, jeżamina t-tagħmir ta' sigurtà.

4.2. Il-korp innotifikat għandu jehmeż in-numru ta' identifikazzjoni jew jassigura li dan jiġi mehmuż ma' kull oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u joħroġ ċertifikat bil-miktub ta' konformità rigward it-testijiet li jkunu saru.

4.3. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jassigura li ċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-korp innotifikat jistgħu jitqiegħdu għad-disposizzjoni jekk issir it-talba.

Modulu Ġ (lok ta' verifika tal-KE)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura fejn il-fabbrikant jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li ngħatalu ċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 4.1 jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka Π mat-tagħmir u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità.

2. Il-fabbrikant għandu japplika lill-korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu bl-għażla tiegħu ta' lok ta' verifika. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u l-post fejn jinżamm it-tagħmir tal-pressa li huwa trasportabbli,

- dikjarazzjoni bil-miktub li ma ġietx iddepożitata applikazzjoni simili ma' korp innotifikat ieħor,

- dokumentazzjoni teknika.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tgħin il-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għaliha li jiġu stimati u li jiġu miftiehma d-disinn, manifattura u l-operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi:

- deskrizzjoni ġenerali tat-tagħmir msemmi,

- disinn konċettwali u tpinġijiet u disinni ta' manifattura tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, etċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji għal ftehim tat-tpinġijiet u disinni msemmija u l-operazzjoni tat-tagħmir,

- riżultati tal-kalkoli ta' disinn li jkunu seħħew, eżamijiet li saru, etċ.,

- rapporti tat-testijiet,

- dettalji xierqa rigward l-approvazzjoni tal-proċeduri ta' manifattura u tat-testijiet u tal-kwalifiċi jew approvazzjonijiet ta' l-impjegati kkonċernati.

4. Il-korp innotifikat għandu jeżamina d-disinn u l-konstruzzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u matul il-manifattura jagħmel it-testijiet xierqa biex jassigura l-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

4.1. Il-korp innotifikat għandu jehmeż in-numru ta' identifikazzjoni jew jassigura li dan jiġi mehmuż mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u joħroġ ċertifikat bil-miktub ta' konformità rigward it-testijiet li jkunu saru. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm għal perjodu ta' 10 snin.

4.2. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità, għandu jassigura li d-dikjarazzjoni ta' konformità u ċ-ċertifikati ta' konformità maħruġa mill-korp innotifikat jistgħu jitqiegħdu għad-disposizzjoni jekk issir it-talba.

B'mod partikolari, il-korp innotifikat għandu:

- jeżamina d-dokumentazzjoni teknika b'rispett għad-disinn u l-proċeduri ta' manifattura,

- jagħmel stima tal-materjali użati fejn dawn ma jikkonformawx mad-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva u jiċċekjaw iċ-ċertifikat maħruġ mill-fabbrikant tal-materjali,

- approvazzjoni tal-proċeduri għall-għaqda permanenti ta' partijiet tat-tagħmir tal-pressa,

- jivverifika l-kwalifiċi jew l-approvazzjonijiet meħtieġa,

- jagħmel l-ispezzjoni finali, it-testijiet ta' prova jew jassigura li dawn isiru u jeżamina t-tagħmir ta' sigurtà jekk dan japplika.

Modulu H (assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi ta' punt 2 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih. Il-fabbrikant, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jehmeż il-marka II mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità. Il-marka II għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza msemmija fil-punt 4.

2. Il-fabbrikant għandu jimplimenta sistema ta' kwalità approvata għal disinn, għall-produzzjoni, spezzjoni finali u testjar kif inhu speċifikat fil-punt 3 u jkun soġġett għal sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-fabbrikant għandu jissottometti applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu ma' korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha rigward it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat,

- id-dokumentazzjoni rigward is-sistema ta' kwalità.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tassigura l-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mal-ħtiġiet tad-Direttiva li japplikaw għalih.

L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat u għandhom jieħdu x-xejra ta' policies miktuba, proċeduri u instruzzjonijiet. Id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-miżuri ta' proċedura u ta' kwalità bħal programmi, pjanijiet, manwali u reġistri.

Għandha tinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni adekwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-saħħa ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tad-disinn u tal-kwalità tal-prodott,

- is-speċifikazzjonijiet tekniki tad-disinn, inklużi l-istandards, li għadhom jiġu appplikati,

- il-kontroll tad-disinn u tekniki għall-verifikazzjoni tad-disinn, proċessi u miżuri sistematiki li għandhom jintużaw meta jkun qed jiġi ddisinjat it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- il-manifattura korrispondenti, il-kontroll tal-kwalità u t-tekniki ta' assigurazzjoni tal-kwalità, il-proċessi u l-miżuri sistematiki li jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li jseħħu qabel, matul jew wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi jew approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati,

- il-mezz ta' monitorjar tal-kisba tal-kwalità meħtieġa fit-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex ikun jista' jistabbilixxi din tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3.2.

Il-grupp li jagħmel ir-reviżjonijiet għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza li jistma t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi viżita ta' spezzjoni fil-lok tal-fabbrikant.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa. Għandha ssir disposizzjoni għal proċedura ta' appell.

3.4. Il-fabbrikant għandu jwettaq l-obbligi ġejjin mis-sistema ta' kwalità kif ġiet approvata u għandu jassigura li din tibqa sodisfaċenti u effiċjenti.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità, għandu jinforma l-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe aġġustament maħsub għas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mmodifikata tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3,2 jew jekk hemmx bżonn stima mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-fabbrikant. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

4. Sorveljanza skond ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa biex jiġi assigurat li l-fabbrikant iwettaq l-obbligi li jiġu mis-sistema ta' kwalità approvata.

4.2. Il-fabbrikant għandu jħalli aċċess lill-korp innotifikat għall-għanijiet ta' spezzjoni għal-lokazzjonijiet ta' disinn, manifattura, spezzjoni, testjar u ħażna u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

- dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- ir-records ta' kwalità msemmija fil-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità, bħal riżultati ta' analiżi, kalkoli, testijiet, eċċ.,

- ir-records ta' kwalità msemmija fil-parti tal-manifattura tas-sistema ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward il-kwalifiċi ta' l-impjegati kkonċernati eċċ.

4.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel reviżjonijiet perjodiċi biex jassigura li l-fabbrikant imantni u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi lill-fabbrikant bir-rapport tar-reviżjoni. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet perjodiċi għandha ssir b'tali mod li ssir stima mill-ġdid u kompleta kull tliet snin.

4.4. Flimkien ma' dan, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżiti mhux mistennija lill-fabbrikant. Il-bżonn għal dawn il-viżiti żejda, u l-frekwenza tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati skond sistema ta' kontroll tal-viżiti mmexxija mill-korp innotifikat. B'mod partikolari, il-fatturi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fis-sistema ta' kontroll tal-viżiti:

- il-kategorija tat-tagħmir,

- ir-riżultati tal-viżiti ta' sorveljanza li jkunu diġà saru,

- il-bżonn li tkun segwita azzjoni korrettiva li tkun saret,

- fejn hu applikabbli, kondizzjonijiet speċjali konnessi mas-sistema ta' approvazzjoni,

- bidliet sinifikanti fl-organizzazzjoni tal-manifattura, politika jew metodi ta' teknika.

Matul dawn il-viżiti l-korp innotifikat jista', jekk hu neċessarju, jagħmel it-testijiet, jew jassigura li jsiru, biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed taħdem kif suppost. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lill-fabbrikant b'rapport tal-viżita u, jekk isir test, bir-rapport tat-test.

5. Il-fabbrikant għandu, għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ġie manifatturat, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta' 3.1,

- l-aġġustamenti msemmija fit-tieni paragrafu ta' 3,4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma msemmija fl-aħħar paragrafu ta' 3.3, fl-aħħar paragrafu ta' 3.4, u f'4.3 u 4.4.

6. Kull korp innotifikat għandu jikkomunika lill-Istati Membri l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira, u, meta dan jiġi mitlub, dawk li jkun ħareġ.

Kull korp innotifikat għandu jikkomunika ukoll lill-korpi notifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward l-approvazzjonijiet tas-sistema ta' kwalità li jkun irtira jew irrifjuta.

Modulu H1 (assigurazzjoni ta' kwalità sħiħa b'eżami ta' disinn u sorveljanza speċjali tat-test finali)

1. Flimkien mal-ħtiġiet ta' modulu H, japplika dan li ġej.

(a) il-fabbrikant għandu japplika għall-ezami tad-disinn ma' korp innotifikat;

(b) l-applikazzjoni għandha tippermetti li d-disinn, manifattura u operazzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jiftiehem, u jippermetti konformità mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva

Għandha tinkludi:

- l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-disinn, inklużi l-istandards, li ġew applikati,

- ix-xhieda ta' appoġġ neċessarja għall-adekwatezza tagħhom. Din ix-xiehda għandha tinkludi r-riżultati tat-testijiet li jkunu saru mil-laboratorju xieraq tal-fabbrikant jew f'ismu;

(ċ) il-korp innotifikat għandu jeżamina l-applikazzjoni u meta d-disinni jaqblu mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva li jaqblu magħha joħorġu ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn tal-KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkun fih il-konklużjonijiet ta' l-eżami, il-kondizzjonijiet għall-validità tiegħu, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tad-disinn approvat u, jekk hu relevanti, deskrizzjoni ta' kif jaħdem it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli;

(d) l-applikant għandu jinforma lill-korp innotifikat li ħareġ iċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn tal-KE bil-modifikazzjonijiet kollha tad-disinn approvat. Il-modifikazzjonijiet li jsiru lid-disinn li jkun ġie approvat iridu jiġu approvati mill-ġdid mill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn tal-KE fejn dawn il-bidliet jaffettwaw il-ħtiġiet tad-Direttiva jew il-kondizjonijiet preskritti għall-użu ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli. Din l-approvazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta' żieda maċ-ċertifikat ta' l-eżami tad-disinn tal-KE oriġinali.

(e) kull korp innotifikat għandu jikkomunika ukoll lill-korpi nnotifikati oħra l-informazzjoni relevanti rigward iċ-ċertifikati ta' l-eżami tad-disinn tal-KE li rtira jew irrifjuta.

2. L-istima finali hija soġġetta għal sorveljanza miżjuda fil-forma ta' viżiti mhux mistenija mill-korp innotifikat. Matul viżiti bħal dawn, il-korp innotifikat għandu jagħmel eżamijiet lit-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli.

PARTI II

PROĊEDURA GĦAL STIMA MILL-ĠDID TAL-KONFORMITÀ

1. Din il-proċedura tiddeskrivi l-metodu użat biex jiġi assigurat li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mqiegħed fis-suq kif inhu deskritt fl-Aritkolu 1(2)(b) jaqbel mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva 94/55/KE u 96/49/KE.

2. L-utent għandu jqiegħed għad-disposizzjoni ta' korp innotifikat l-informazzjoni rigward tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mqiegħed fis-suq li tippermetti li dak il-korp jidentifika t-tagħmir preċisament (oriġini, regoli ta' disinn u, għal ċilindri ta' l-aċitilena, detalji tal-massa poruża). L-utent għandu, fejn hu xieraq, jgħarraf bi kwalunkwe restrizzjonijiet preskritti dwar l-użu, u jagħti kwalunkwe noti dwar danni possibbli jew tiswijiet li jkunu saru.

Il-korp innotifikat jiċċekkja ukoll li valvoli u aċċessorji oħra li għandhom funzjoni ta' sigurtà diretta jassiguraw livell ta' sigurtà skond dak iddefinit fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

3. Il-korp innotifikat għandu jiċċekkja jekk it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li tqiegħed fis-suq għandux bżonn ta' l-inqas l-istess digriet ta' sigurtà bħat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli msemmi fid-Direttiva 94/55/KE u 96/49/KE. L-ispezzjoni għandha ssir skond id-dokumenti ipprovduti skond il-punt 2 u, fejn hu xieraq, ta' spezzjonijiet oħra.

4. Jekk ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet msemmija hawn fuq huma sodisfaċenti, it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli għandu jkun soġġett għal spezzjoni perjodika msemmija fl-Anness IV, Parti III.

5. Għal reċipjenti li huma mmanifatturati f'serje, inklużi l-valvoli tagħhom u aċċessorji oħra użati għat-trasport, l-operazzjonijiet relevanti ta' stima tal-konformità rigward spezzjonijiet ta' tagħmir individwali, kif inhu indikat fil-punti 3 u 4 hawn fuq, jistgħu jsiru minn korp approvat sakemm korp innotifikat ikun diġà għamel operazzjonijiet ta' stima relevanti ta' konformità indikati fil-punt 3.

PARTI III

PROĊEDURI GĦAL SPEZZJONIJIET PERJODIĊI

Modulu 1 (spezzjonijiet perjodiċi tal-prodotti)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura meta s-sid jew ir-rappreżantant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jew il-possessur jassigura li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli soġġett għal punt 3 jkompli jilħaq il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

2. Biex jissodisfa l-ħtiġiet imsemmija fil-punt 1 is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jew il-possessur għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jassiguraw li l-kondizzjonijiet ta' użu u ta' manutenzjoni jassiguraw il-konformità kontinwa tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex:

- it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli huwa użat kif inhu maħsub,

- jiġi mimli f'ċentri ta' mili xierqa,

- jseħħu xogħolijiet ta' manutenzjoni jew tiswija,

- l-ispezzjonijiet perjodiċi neċessarji jseħħu.

Il-miżuri li jittieħu għandhom jiġu mniżżla f'dokumenti u jinżammu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali mis-sid jew mir-rappreżantant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jew mill-possessur.

3. Il-korp ta' spezzjoni għandu jagħmel l-eżamijiet xierqa u testijiet biex jassiguraw il-konformità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli mal-ħtiġiet relevanti tad-Direttiva billi jeżaminaw u jittestjaw kull prodott skond punt 4.

3.1. It-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kollu għandu jiġi eżaminat individwalment u testijiet xierqa, kif inhu mniżżel fid-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE, għandhom isiru biex jiċċekkjaw li huma skond il-ħtiġiet ta' dawk id-Direttivi.

3.2. Il-korp ta' spezzjoni għandu jwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni tiegħu jew jara li dan iseħħ ma' kull prodott li jkun qed jiġi spezzjonat perjodikament immedjatament wara d-data ta' l-ispezzjonijiet perjodiċi u mniżżla f'ċertifikat ta' spezzjoni perjodika miktub. Dak iċ-ċertifikat jista' jinkludi numru ta' oġġetti ta' tagħmir (ċertifikat tal-grupp).

3.3. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur għandu jżomm iċ-ċertifikat ta' spezzjoni perjodika mitlub skond taqsima 3.2, u d-dokumenti meħtieġa skond il-punt 2 ta' l-inqas sa l-ispezzjoni perjodika ta' wara.

Modulu 2 (spezzjoni perjodika minn assigurazzjoni ta' kwalità)

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċeduri li ġejjin:

- il-proċedura li biha s-sid jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jew il-possessur, li jissodisfaw l-obbligi ta' punt 2, jassiguraw u jiddikjaraw li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jkompli jilħaq il-ħtiġiet tad-Direttiva. Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur, għandu jwaħħal id-data ta' spezzjoni perjodika mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli u jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità. Id-data ta' spezzjoni perjodika għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp innotifikat responsabbli għas-sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 4,

- il-proċedura li biha, fil-każ ta' spezzjoni perjodika ta' tankijiet li ssir mill-korp approvat skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 6(1), il-korp approvat jissodisfa l-obbligi ta' l-aħħar paragrafu ta' punt 2, jiċċertifika li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jkompli jaqbel mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. Il-korp approvat għandu jwaħħal il-data ta' l-ispezzjoni perjodika mat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kollu u jagħmel ċertifikat ta' spezzjoni perjodika.

Id-data ta' l-ispezzjoni perjodika għandha tkun akkompanjata minn numru ta' identifikazzjoni tal-korp approvat.

2. Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jassiguraw li l-kondizzjonijiet ta' użu u ta' manutenzjoni huma magħmula b'tali mod li jippermettu li t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli jaqbel b'mod permanenti mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari li:

- it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli huwa użat kif inhu maħsub,

- jiġi mimli f'ċentri ta' mili xierqa,

- jseħħu xogħolijiet ta' manutenzjoni jew tiswija,

- isiru l-ispezzjonijiet perjodiċi neċessarji.

Il-miżuri li jittieħdu għandhom jiġu mniżżla f'dokumenti u jinżammu għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali mis-sid jew mir-rappreżantant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew mill-possessur.

Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur għandhom jassiguraw li l-impjegati kkwalifikati u l-faċilitajiet neċessarji fi ħdan it-tifsira ta' l-Anness I, punti 3 u 6, huma disponibbli għall-għan ta' l-ispezzjonijiet perjodiċi.

Is-sid jew ir-rappreżantant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat għandu jopera sistema ta' kwalità approvata għall-ispezzjonijiet perjodiċi u testijiet tat-tagħmir kif inhu speċifikat fil-punt 3, u jkun soġġett għal sorveljanza kif inhu speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Is-sid jew ir-rappreżantant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat għandu jagħmel applikazzjoni għall-istima tas-sistema ta' kwalità tiegħu għal tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli ma' korp innotifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- l-informazzjoni relevanti kollha dwar it-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli li jkun ingħata għall-ispezzjoni perjodika,

- id-dokumentazzjoni rigward is-sistema ta' kwalità.

3.2. Skond is-sistema ta' kwalità, kull oġġett ta' tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru t-testijiet xierqa biex jassiguraw il-konformità mal-ħtiġiet imniżżla fl-Annessi tad-Direttivi 94/55/KE u 96/49/KE. L-elementi kollha, il-ħtiġiet u d-disposizzjonijiet adottati mill-fabbrikant għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat u għandhom jieħdu l-għamla ta' policies miktuba, proċeduri u instruzzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità għandha tippermetti interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

Għandha tinkludi b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta':

- l-oġġettivi ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-saħħa ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom isiru għall-ispezzjoni perjodika,

- il-mezz ta' monitorjar ta' l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, informazzjoni mill-proċedura ta' kalibrazzjoni, rapporti rigward l-kwalifiċi jew approvazzjonijiet tal-persuni kkonċernati,

3.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tas-sistema ta' kwalità biex ikun jista' jistabbilixxi din tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3.2.

Il-grupp li jagħmel il-verifiki għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza li jistma t-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi viżita ta' spezzjoni fil-bini tas-sid jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew tal-possessur jew tal-korp approvat.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-sid jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew lill-possessur jew lill-korp approvat. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

3.4. Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat għandu jaċċetta li jwettaq l-obbligi li jiġu mis-sistema ta' kwalità kif ġiet approvata u jassiguraw li tibqa' sodisfaċenti u effiċjenti.

Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat, għandu jinforma l-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità bi kwalunkwe aġġustament maħsub għas-sistema ta' kwalità.

Il-korp innotifikat għandu jagħmel stima tal-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità mmodifikata tissodisfax il-ħtiġiet imsemmija f'3,2 jew jekk hemmx bżonn stima mill-ġdid.

Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-sid jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew lill-possessur jew lill-korp approvat. In-notifikazzjoni għandha tinkludi l-konklużjonijiet ta' l-eżamijiet u d-deċiżjoni ta' l-istima milħuqa.

4. Sorveljanza skond ir-responsabbiltà tal-korp innotifikat

4.1. L-iskop tas-sorveljanza huwa biex tassigura li s-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat iwettqu l-obbligi li joħorġu mis-sistema approvata ta' kwalità.

4.2. Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat għandu jippermetti lill-korp innotifikat aċċess għall-għanijiet ta' spezzjoni għal postijiet ta' spezzjoni, testjar u ħażna u jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

- dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

- id-dokumentazzjoni teknika,

- ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u informazzjoni mit-testijiet, rapporti rigward l-kwalifiċi tal-persuni kkonċernati, eċċ.

4.3. Il-korp innotifikat għandu jagħmel verifiki perjodiċi biex jassigura li s-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat imantni u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi s-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat b'rapport ta' verifika.

4.4. Kif ukoll, il-korp innotifikat jista' jagħmel viżiti mingħajr tagħrif lis-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew lill-possessur jew lill-korp approvat. Matul dawn il-viżiti l-korp innotifikat jista' jekk hu neċessarju jagħmel it-testijiet jew jassigura li jsiru biex jivverifika li s-sistema ta' kwalità qed taħdem kif suppost. Il-korp innotifikat għandu jipprovdi lis-sid jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew lill-possessur jew lill-korp approvat b'rapport tal-viżita u, jekk ikun sar test, b'rapport tat-test.

5. Is-sid jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità jew il-possessur jew il-korp approvat għandu, għal perjodu ta' 10 snin mid-data ta' l-aħħar perjodu ta' spezzjoni tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli, jżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż tat-tieni paragrafu ta' 3.1,

- l-aġġustamenti msemmija fit-tieni paragrafu ta' 3,4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp innotifikat li huma msemmija fl-aħħar paragrafu ta' 3.3, fl-aħħar paragrafu ta' 3.4, u f'4.3 u 4.4.

--------------------------------------------------

ANNESS V

MODULI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI GĦAL STIMA TA' KONFORMITÀ

It-tabella li ġejja tindika liema moduli ta' stima ta' konformità kif inhu deskritt fl-Anness IV, Parti I, għandhom jiġu segwiti għal tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli deskritt fl-Artikolu 2(1).

Kategorija tat-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli | Moduli |

1. Reċipjenti li għalihom il-prodott tal-pressa ta' test u l-kapaċità mhumiex aktar minn 100 MPa × litru 1000 bar × litru) | A1, jew B flimkien ma' Ċ1 |

2. Reċipjenti li għalihom il-prodott tal-pressa ta' test u l-kapaċità hija aktar minn 100 u mhux aktar minn 300 MPa × litru 1000 u 3000 bar × litru rispettivament) | H, jew B flimkien ma E, jew B flimkien ma' Ċ1 |

3. Reċipjenti li għalihom il-prodott tal-pressa ta' test u l-kapaċità hi aktar minn 300 MPa × litru 3000 bar × litru), u tankijiet | Ġ, jew H1, jew B flimkien ma' D, jew B flimkien ma' F |

1. It-tagħmir ta' pressa li huwa trasportabbli għandu jkun soġġett għal, fl-għażla tal-fabbrikant, wieħed mill-proċeduri ta' stima tal-konformità mniżżla għall-kategorija li fiha hi kklassifikata. Fil-każ ta' reċipjenti jew il-valvoli tagħhom jew aċċessorji oħra użati għat-trasport, il-fabbrikant jista' jagħżel li japplika wieħed mill-proċeduri mniżżla għall-kategoriji aktar għoljin.

2. Bħala parti mill-proċeduri ta' assigurazzjoni tal-kwalità, il-korp innotifikat għandu, meta jagħmel viżiti mhux annunċati, jieħu kampjun tat-tagħmir fil-post ta' manifattura jew ħażna għall-għanijiet li jagħmel spezzjoni, jew li jassigura li ssir spezzjoni, b'konformità mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. Għal dan l-iskop il-fabbrikant għandu jinforma lill-korp innotifikat bil-programm ta' produzzjoni li jkun ippjanat. Il-korp innotifikat għandu jagħmel ta' l-inqas żewġ viżiti matul l-ewwel sena ta' manifattura. Il-frekwenza tal-viżiti suċċessivi għandha tiġi ddeterminata mill-korp innotifikat fuq il-bażi tal-kriterji mniżżla fil-punt 4.4 tal-moduli relevanti fl-Anness IV, Parti I.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

LISTA TA' SUSTANZI PERIKOLUŻI MINBARRA DAWK F'KLASSI 2 MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Numru NU | Klassi | figuri ADR/RID | Sustanzi perikolużi |

1051 | 6.1 | 1 | idrogenu ċjanur stabbilizzat |

1052 | 8 | 6 | Idroġenu fluworidu anidru |

1790 | 8 | 6 | Aċidu idrofuworiku |

--------------------------------------------------

ANNESS VII

MARKA TA' KONFORMITÀ

Il-marka ta' konformità għandha tieħu l-għamla li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk il-marka tiġi ridotta jew imkabbra, il-proporzjonijiet tat-tpinġija ta' hawn fuq għandhom jiġu rrispettati.

Il-komponenti varji tal-marka għandhom ikollhom sostanzjalment l-istess dimenzjonijiet vertikali, li ma jistgħux ikunu inqas minn 5 mm.

Din id-dimenzjoni minima tista' tiġi rinunzjata għal apparati żgħar.

--------------------------------------------------

Top