EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0847

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1999 li tistabilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni ċivili

OJ L 327, 21.12.1999, p. 53–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 004 P. 372 - 376
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 004 P. 371 - 375
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 005 P. 215 - 219
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 005 P. 215 - 219

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/847/oj

31999D0847



Official Journal L 327 , 21/12/1999 P. 0053 - 0057


ID-Deċiżjoni tal-kunsill

tad-9 ta' Diċembru 1999

li tistabilixxi programm ta' azzjoni Komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni ċivili

(1999/847/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) L-azzjonijiet meħuda mill-Komunità f'dan il-qasam sa mill-1985 għandhom ikomplu bil-għan li jsaħħu l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri; ir-riżoluzzjonijiet adottati sa mill-1987 [5] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/22/KE tad-19 ta' Diċembru 1997 li twaqqaf Programm ta' Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-Protezzjoni Ċivili [6] jikkostitwixxu l-bażi għal din il-koperazzjoni;

(2) L-azzjonijiet individwali meħudin mill-Komunità biex jiġi implimentat il-programm jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-persuni, ta' l-ambjent u tal-proprjetà f'każ ta' diżastri naturali jew teknoloġiċi, u għal tagħrif akbar dwar l-inter-relazzjoni bejn l-attivitajiet tal-bniedem u n-natura, li fil-futur jistgħu jagħmluha possibbli li wieħed jipprevjeni ħafna diżastri, fosthom l-għargħar;

(3) Il-programm ta' politika u azzjoni tal-Komunità relatat ma' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli [7] ippreżentat mill-Kummissjoni jipprevedi li l-attivitajiet tal-Komunità jiżdiedu, partikolarment fil-qasam ta' emerġenzi ambjentali; l-istess programm jistieden li dawn l-attivitajiet jieħdu in konsiderazzjoni r-riċerka xjentifika u l-iżvilupp teknoloġiku;

(4) Il-Programm ta' Azzjoni tal-Komunità għandu jkompli jgħin biex tiġi żviluppata koperazzjoni f'dan il-qasam b'mod aktar effettiv; il-programm għandu jkun bażat fil-parti l-kbira tiegħu fuq l-esperjenza diġà akkwistata f'dan il-qasam;

(5) Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-koperazzjoni tal-Komunità tgħin u tissupplimenta l-politika nazzjonali fil-qasam tal-Protezzjoni Ċivili bil-għan li tagħmilha aktar effettiva; il-ġabra flimkien tal-varji esperjenzi u l-assistenza reċiproka tgħin biex tnaqqas it-telf ta' ħajjiet umani, korrimenti, ħsara materjali u ħsara ekonomika u ambjentali fil-Komunità kollha, b'hekk l-oġġettivi ta' l-għaqda soċjali u s-solidarjetà jsiru aktar tanġibbli;

(6) Ir-reġjuni iżolati u tat-truf ta' l-Unjoni għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-ġeografija tagħhom, it-terren, u l-kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi li għandhom effett kuntrarju u li jagħmluha diffiċli biex titqassam l-għajnuna u l-assistenza f'kaz ta' xi periklu gravi;

(7) Il-Programm ta' Azzjoni Komunitarju għandu jipprovdi trasparenza kif ukoll għandu jikkonsolida u jsaħħaħ l-azzjonijiet differenti f'insegwiment kontinwat tal-għanijiet tat-Trattat;

(8) Azzjoni biex wieħed jipprevjeni riskji u ħsarat kif ukoll biex tkun ipprovduta informazzjoni u tipprepara lil dawk responsabbli għal u li huma involuti fil-Protezzjoni Ċivili fl-Istati Membri hija importanti u b'hekk wieħed ikun preparat aktar għal inċidenti; huwa importanti wkoll li tittieħed azzjoni tal-Komunità biex jiġu mtejba t-tekniċi u l-metodi ta' rispons u kif wieħed għandu jikkura u jieħu ħsieb wara xi emerġenza;

(9) Huwa wkoll importanti li tittieħed azzjoni li tkun immirata lejn il-pubbliku in ġenerali bil-għan li tgħin ċittadini Ewropej jipproteġu lilhom infushom aħjar;

(10) In-Network Permanenti tal-Korrispondenti Nazzjonali dwar il-Protezzjoni Ċivili għandhom ikomplu jieħdu rwol attiv f'materji relatati mal-protezzjoni ċivili;

(11) Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [8];

(12) Id-disposizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jibdew jgħoddu mill-1 ta' Jannar 2000, wara l-programm ta' azzjoni mwaqqaf bid-Deċiżjoni 98/22/KE li jasal fi tmiemu fil-31 ta' Diċembru 1999;

(13) Ammont finanzjarju ta' referenza, skond it-tifsira ta' punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina finanzjarja (ta' budget) u titjib tal-proċedura finanzjarja (ta' budget) [9], huwa inkluż f'din id-Deċiżjoni għad-durata kollha tal-programm, mingħajr ma jaffettwa l-poteri ta' l-awtorità ta' budget kif definiti skond it-Trattat;

(14) It-Trattat ma jipprovdix, għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, poteri barra minn dawk ta' Artikolu 308,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni ċivili (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ dan il-"programm") qiegħed jiġi mwaqqaf għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Diċembru 2004.

2. Dan il-programm huwa intiż biex jgħin u jissupplimenta l-isforzi ta' l-Istati Membri fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali għall-protezzjoni tal-persuni, propjetà u għalhekk l-ambjent, f'każ ta' diżastri naturali u teknoloġiċi, mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni interna ta' kompetenza fl-Istati Membri. L-għan huwa wkoll li jiffaċilita l-koperazzjoni, bdil ta' esperjenzi u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam.

3. Dan il-programm jeskludi kull miżura intenzjonata biex tarmonizza l-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri jew l-organizzazzjoni ta' kemm Stat Membru jkun preparat fuq bażi nazzjonali.

Artikolu 2

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjonijiet taħt dan il-programm.

2. Ghandu jiġi adottat rolling plan mifrux fuq tliet snin biex jiġi implimentat dan il-programm. Dan il-pjan, revedibbli kull sena, għandu jiġi adottat skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 4(2).

3. L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm ser ikun ta' 7,5 miljun EUR.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità finanzjarja (tal-budget), fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

4. Azzjonijiet taħt dan il-programm u arranġamenti finanzjarji għall-kontribuzzjoni tal-Komunità huma enunċjati fl-Anness.

Artikolu 3

1. Il-pjan biex jiġi implimentat dan il-programm għandu jkun fih azzjonijiet individwali li għandhom jittieħdu.

2. Azzjonijiet individwali għandhom jiġu magħżula primarjament fuq il-bażi ta' dawn il-kriterji:

(a) kontribuzzjoni biex wieħed jipprevjeni r-riskji u d-danni lil persuni, proprjetà, u għalhekk l-ambjent, f'każ ta' diżastri naturali u teknoloġiċi;

(b) kontribuzzjoni biex wieħed iżid l-istat ta' preparazzjoni ta' dawk involuti fil-protezzjoni ċivili fl-Istati Membri, bil-għan li tiżdied l-abiltà tagħhom biex jirrispondu għal xi emerġenza;

(ċ) kontribuzzjoni biex wieħed jindividwa u jistudja kawżi ta' diżastri;

(d) kontribuzzjoni biex wieħed itejjeb il-mezzi u l-metodi ta' tbassir, it-teknika u l-metodi ta' rispons u kif wieħed għandu jieħu ħsieb eżatt wara xi emerġenża;

(e) kontribuzzjoni għall-informazzjoni tal-pubbliku, l-edukazzjoni, u awareness bil-għan li ċ-ċittadini jiġu megħjuna jipproteġu lilhom infushom b'mod aktar effettiv.

3. Kull azzjoni individwali għandha tiġi implimentata f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri.

4. Fejn huwa rilevanti, azzjonijiet taħt dan il-programm għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu

- għall-integrazzjoni ta' l-oġġettivi dwar il-protezzjoni ċivili fil-politika u azzjonijiet tal-Komunità u Stati Membri, partikolarment fil-qasam ta' l-evalwazzjoni tar-riskji meta wieħed ikun qiegħed iqis l-impatt ta' impjanti u attivitajiet,

- kif ukoll għall-konsistenza ta' dan il-programm ma' azzjonijiet oħra tal-Komunità.

5. Kull azzjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni r-riżultati tar-riċerki nazzjonali u tal-Komunità fl-oqsma rilevanti.

Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit li jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' dan il-programm f'nofs id-durata tiegħu u qabel ma jiġi fi tmiemu, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Settembru 2002 u l-31 ta' Marzu 2004.

Artikolu 6

Din id-deċiżjoni għandha tapplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2000.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

O. Heinonen

[1] ĠU C 28, tat-3.2.1999, p. 29.

[2] ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 210.

[3] ĠU C 169, tas-16.6.1999, p. 14.

[4] ĠU C 293, tat-13.10.1999, p. 53.

[5] ĠU C 176, ta' l-4.7.1987, p. 1; ĠU C 44, tat-23.2.1989, p. 3; ĠU C 315, ta' l-14.12.1990, p. 1; ĠU C 313, ta' l-10.11.1994, p. 1.

[6] ĠU L 8, ta' l-14.1.1998, p. 20.

[7] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 5.

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[9] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Azzjoni | Arranġamenti finanzjarji |

A.Proġetti ewlenin ta' interess ġenerali

Proġetti ewlenin ta' interess ġenerali għall-Istati Membri kollha jew numru minnhom li jkunu jinvolvu proċess biex jiġu msaħħa l-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili li jittrattaw diżastri f'ċerti aspetti sinjifikanti, bħal: prevenzjoni,kemm wieħed ikun ippreparat,rispons,kif wieħed jieħu ħsieb eżatt wara xi diżastru,individwar u studju tal-kawżi ta' diżastri (analiżi ta' riskji u vulnerabilità),analiżi ta' l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi ta' diżastri,titjib tal-mezzi u l-metodi ta' tbassir. | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità: 75 % mill-ispiża totali ta' l-azzjoni |

B.Taħriġ

1.Workshops u korsijiet

Organizzazzjoni ta' workshops jew korsijiet ta' taħriġ li jġibu flimkien esperti, tekniċi speċjalisti u technicians mill-Istati Membri, li jippermettu, f'kull dixxiplina, il-qsim ta' esperjenzi permezz ta' diskussjonijiet f'termini speċifiċi dwar il-metodi u t-tekniċi tagħhom bil-għan li: jiżdied il-livell ta' kemm ikunu ppreparatijinħolqu l-kondizzjonijiet għat-twaqqif ta' network uman li jippermetti koperazzjoni aktar effettiva bejn l-Istati Membri f'każ ta' emerġenza. | Kontribuzzjoni Finanzjarja Massima tal-Komunità: 75 % ta' l-ispiża totali ta' l-azzjoni, b'massimu ta' 75000 EUR għalkull azzjoni. |

2.Bdil ta' esperti u nies tekniċi (technicians)

Organizzazzjoni tas-sekondiment ta' esperti għas-servizzi ta' emerġenza jew entitajiet oħra rilevanti fi Stati Membri oħra bil-għan li l-esperti jakkwistaw esperjenza jew japprezzaw tekniki differenti użati jew biex jistudjaw l-approaches meħuda minn servizzi ta' emerġenza jew entitajiet rilevanti oħra. Organizzazzjoni ta' eżerċizzji ta' skambjar ta' esperti, speċjalisti u nies tekniċi (technicians) mill-Istati Membri, bil-għan li jippreżentaw jew isegwu korsijiet qosra ta' taħriġ. | Massimu ta' 75 % mill-ispiża ta' l-ivjaġġar u ta' l-għixien ta' l-esperti u 100 % ta' l-ispejjeż tal-kordinazzjoni tas-sistema. |

3.Eżerċizzji

L-eżerċizzji huma intenzjonati biex jiġu mqabbla metodi, biex tiġi stimulata koperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex isostnu l-progress fil-kordinazzjoni tas-servizzi ta' protezzjoni ċivili nazzjonali, bil-għan li jiġi mtejjeb, fost affarijiet oħrajn, il-grad ta' kemm rispons f'każ ta' emerġenza jkun effettiv u mgħaġġel. | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità: 50 % mill-ispejjeż ta' l-osservaturi parteċipanti minn Stati Membri oħra u għall-organizzazzjoni ta' workshops assoċjati, għall-preparazzjoni ta' l-eżerċizzju u r-rapport finali, eċċ. |

Ċ.Azzjonijiet oħra

1.Proġetti Pilota

Proġetti mfassla biex tiżdied il-kapaċità għal, u l-ħeffa ta' rispons fl-istadji inizjali ta' kriżijiet f'reġjuni differenti ta' l-Istati Membri. Dawn il-proġetti huma mmirati primarjament biex jiġu mtejjba mezzi, tekniċi u proċeduri anke fir-reġjuni iżolati u fuq in-naħa ta' barra, jew gżejjer. L-għan u l-kontenut tagħhom għandu jkun tali li jinteressa lill-Istati Membri kollha jew għadd minnhom, u huma ntenzjonati biex joffrulhom disseminazzjoni u dimostrazzjoni massima madwar l-Unjoni kollha, għall-implimentazzjoni tagħhom. L-akbar inkoraġġiment possibbli għandu jingħata lil proġetti multi-nazzjonali. | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità: 50 % mill-ispiża totali ta' kull proġett pilota, sa massimu ta' 200000 EUR għal kull proġett. |

2.Azzjonijiet ta' sostenn

Azzjonijiet ta' sostenn bħal xogħol preparattiv relatat ma' oqsma oħra jew xi azzjoni li ssegwi ta' darba għal proġetti oħrajn, workshops jew eżerċizzji. | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità: 50 % mill-ispiża totali ta' kull azzjoni, sa massimu ta' 30000 EUR għal kull azzjoni. |

3.Konferenzi u attivitajiet

Konferenzi u attivitajiet oħra dwar protezzjoni ċivili, li jinvolvu għadd ta' Stati Membri. | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità: 30 % mill-ispiża totali ta' l-arranġament sa massimu ta' 50000 EUR għal kull azzjoni. |

4.Informazzjoni

- Azzjonijiet biex titjieb l-informazzjoni pubblika, l-edukazzjoni u awareness, bil-għan li ċ-ċittadini jiġu megħjuna jipproteġu lilhom infushom b'mod aktar effettiv, kull fejn jistgħu jkunu fil-Komunità kif ukoll biex jikkontribwixxu għas-sigurtà taċ-ċittadini fi ħdan il-Komunità | Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità: 75 % ta' l-ispiża totali ta' l-azzjoni. |

- Distribuzzjoni ta' informazzjoni, pubblikazzjonijiet u produzzjoni ta' materjal għall-esebizzjonijiet dwar il-koperazzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. | Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità: 100 % ta' l-ispejjeż. |

5.Azzjonijiet oħrajn

Azzjonijiet oħra mmirati għal apprezzament aħjar tar-riżultati ta' attivitajiet dwar protezzjoni ċivili, bħal statistiċi, analiżi ekonomiċiEvalwazzjoni tal-programmĊirkolazzjoni ta' informazzjoni dwar azzjonijiet deċiżi, bil-lingwa ta' l-Istati Membri kkonċernati skond is-suġġett ta' dawn l-azzjonijiet. | Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità: 100 % ta' l-ispejjeż. |

D.Mobilizzazzjoni ta' esperti

Mobilizzazzjoni ta' esperti biex jintervjenu f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza biex jirrinforzaw is-sistema mwaqqfa mill-awtoritajiet ta' Stat Membru jew xi pajjiż terz li jkun qed jiffaċċja diżastri naturali jew teknoloġiċi. | Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità: 100 % ta' l-ispejjez għall-missjoni ta' l-esperti. |

--------------------------------------------------

Top