EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998L0045

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/45/KE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodottita’ l-akwakultura

OJ L 189, 3.7.1998, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 023 P. 156 - 157
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 024 P. 198 - 199
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 024 P. 198 - 199

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32006L0088

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/45/oj

31998L0045



Official Journal L 189 , 03/07/1998 P. 0012 - 0013


Id-Direttiva tal-Kunsill 98/45/KE

ta’ l-24 ta’ Ġunju 1998

li temenda d-Direttiva 91/67/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u l-prodottita’ l-akwakultura

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 li joħroġ minn dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 91/67/KEE [4] stabbiliet ir-regoli tal-Komunità li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali ta’ l-akwakultura għall-iskop, b’mod partikolari, li jkunu evitati li jinfirex ċertu mard serju;

Billi l-mard imniżżel fil-lista III ta’ l-Anness A ta’ l-imsemmija Direttiva, inkluż il-ġirodaktilosi, jista’ jkollhom riperkussjonijiet ekonomiċi serji jekk joħorġu f’kull reġjun li qabel kien ħieles mill-mard;

Billi għalhekk hemm bżonn li jkun evitat li jinfirex dan il-mard billi jkunu msaħħa d-dispożizzjonijiet li jgħoddu bħalissa;

Billi hemm bżonn jiġi żgurat li t-tqegħid fis-suq tal-ħut minn żona mhux approvata ma jippreġudikax l-istat tas-saħħa ta’ irziezet mhux infettati li jinsabu f’żona mhux approvata; billi dan jista’ jintlaħaq minn ċertifikazzjoni tal-konsenji maħsuba għall-kummerċ fil-Komunità;

Billi hemm bżonn ikunu adattati ċertu disposizzjonijiet dwar il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet u l-ħtiġiet tat-teħid tal-kampjuni u l-eżamijiet għall-mard tal-ħut għal-livelli internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/67/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 13, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu mibdula b’dan li ġej:

"1. Fejn kull Stat Membru jikkonsidra li t-territorju jew parti mit-territorju tiegħu huwa ħieles minn wieħed mill-mard imniżżel fl-Anness A, il-kolonna 1, tal-Lista III, għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-ġustifikazzjonijiet xierqa li b’mod partikolari jagħti:

- l-isem tal-marda u l-istorja preċedenti ta’ kif ġrat f’dak l-Istat Membru,

- ir-riżultati ta’ l-eżami tas-sorveljanza bbażat fuq riżultati seroloġiċi, viroloġiċi, mikrobijoloġiċi jew patoloġiċi, jew l-identifikazzjoni tal-parassita, skond il-każ, u fuq il-fatt li l-marda trid bilfors tkun avżata lill-awtoritajiet kompetenti,

- il-perjodu li fuqu s-sorveljanza twettqet,

- l-arranġamenti ta’ kontroll biex ikun ivverifikat li l-qasam ikkonċernat jibqa’ ħieles mill-mard.

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, il-kriterji ġenerali biex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ġustifikazzjonijiet ikkomunikati mill-Istati Membri u, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, tiddefinixxi ż-żoni li għandhom ikunu meqjusa bħala ħielsa minn, u l-ispeċi li huma suxxettibli għal, il-mard in kwistjoni, u l-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa għall-introduzzjoni ta’ l-annimali u l-prodotti ta’ l-akwakultura f’dawk l-oqsma. Ħut ħaj, gandoffli jew krustaċeji u jekk ikun il-każ, il-bajd u l-gametes, introdotti f’dawn iż-żoni jridu jkunu akkumpanjati b’kull dokument ta’ moviment, li jaqbel ma’ kull mudell li jrid jitħejja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, li jiċċertifika li huma konformi ma’ dawn il-garanziji addizzjonali."

2. fl-Artikolu 16(1), is-sentenza li ġejja hija miżjuda:

"Magħduda ma’ dan, il-Kummissjoni, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, għandu jħejji kampjuni taċ-ċertifikati li għandhom jakkumpanjaw l-annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd u l-gametes fil-kummerċ ġewwa l-Komunità bejn żoni mhux approvati rigward il-mard li għalih saret referenza fil-lista II ta’ l-Anness A, u għandha tiddeċiedi fuq l-arranġamenti biex testendi s-sistema kompjuterizzata ta’ l-"ANIMO" li tgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti biex tkopri l-kummerċ fl-annimali u l-prodotti fuq imsemmija."

3. fl-Anness B:

(a) punt I. B., l-ewwel sentenza tal-punt 2 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"2) kull razzett fiż-żona kontinentali għandu jitqiegħed taħt is-sorveljanza tas-servizzi uffiċjali. Żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena għal sentejn iridu jkunu saru.";

(b) punt I. Ċ., il-punt 2 jkun mibdul b’dan li ġej:

"2) kull razzett irid joqgħod għal żewġ spezzjonijiet tas-saħħa fis-sena skond il-punt B.2, ħlief razzett mingħajr stokk ta’ qrejjaq li jrid jiġi spezzjonat darba kull sena. Madankollu, kampjuni għandhom jittieħdu b’rotazzjoni f’50 % ta’ l-irziezet tal-ħut fiż-żona kontinentali kull sena;".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1999. Huma minnufih għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom kull riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati bl-imsemmija riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir l-imsemmija riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta’ Ġunju 1998.

F’isem il-Kunsill

Il-President

J. Cunningham

[1] ĠU C 242, 21.8.1996, p. 9.

[2] ĠU C 362, 2.12.1996, p. 314.

[3] ĠU C 56, 24.2.1997, p. 28.

[4] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/79/KE (ĠU C 24, 30.1.1998, p. 31).

--------------------------------------------------

Top