EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997R0543

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 543/97 tas-17 ta' Marzu 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni

OJ L 84, 26.3.1997, p. 6–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 003 P. 25 - 26
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 004 P. 163 - 164
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 004 P. 163 - 164

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32007R1370

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/543/oj

31997R0543



Official Journal L 084 , 26/03/1997 P. 0006 - 0007


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 543/97

tas-17 ta' Marzu 1997

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1107/70 dwar l-għoti ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 75 u 94 ta' dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li aġixxa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

(1) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għotjiet ta' għajnuna għat-trasport bil-ferrovija, it-triq u l-passaġġi fuq l-ilma interni [4], jipprovdi lill-Istati Membri bill-possibilità li jiżviluppaw it-trasport ikkombinat permezz ta' l-għotja ta' għajnuna li tittratta l-investimenti fl-infrastruttura, fit-tagħmir meħtieġ iffissat u mobbli għat-trasportar u fit-tagħmir tat-trasport iddisinjat għat-trasport ikkombinat u wżat biss fit-trasport ikkombinat jew l-għajnuna li tikkonċerna l-ispejjeż fit-tmexxija ta' servizz ta' trasport ikkombinat ta' ġewwa l-Komunità li jgħaddi mit-territorju ta' pajjiżi terzi;

(2) Billi il-ħtieġa li tikber għall-mobbilità qiegħda tpoġġi rikjesti li dejjem jiżdiedu u pressjoni fuq il-persuni u l-ambjent; billi, sabiex tkun ikkunsidrata l-firxa verament mhux uniformi preżenti ta' l-ispejjeż u l-pressjonijiet bejn il-mezzi differenti ta' trasport, il-possibbilità għandha tinħoloq għall-appoġġ ta' forom li ma jagħmlux ħsara fl-ambjent tat-trasport;

(3) Billi l-politika tat-trasport ġenerali korrenti għada ma kelliex suċċess fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni b'saħħitha bejn il-mezzi varji tat-trasport; billi għadu ma ntlaħaqx l-ebda ekwilibriju finanzjali fi ħdan il-kumpanniji tal-ferroviji;

(4) Billi l-iżvilupp ta' trasport ikkombinat jiżvela illi l-fażi tax-xeħta ta' din it-teknika għada ma ġietx ikkompletata fir-reġjuni kollha tal-Komunità; billi l-arranġamenti tal-għajnuna għandhom ikunu estiżi għalhekk;

(5) Billi, konsegwentement, huwa xieraq li arranġamenti ta' għajnuna korrenti jinżammu fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1997; billi l-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni, taħt il-kondizzjonijiet provduti għalhekk fit-Trattat, dwar l-arranġamenti li għandhom ikunu applikati wara dak jew, jekk meħtieġ, dwar il-kondizzjonijiet li taħthom dawn l-għajnuniet għandhom jieqfu;

(6) Billi l-possibilità li tingħata għajnuna għall-ispejjeż ta' tmexxija tas-servizzi tat-trasport ikkombinat li jgħaddu minn territorju ta' pajjiżi terzi għandha tinżamm biss għall-Isvizzera u l-Istati ta' l-ex Jugoslavja;

(7) Billi d-Deċiżjoni 75/327/KEE [5], lil liema jirreferi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70, ġiet imħassra bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità [6]; billi l-Artikolu 4 għandu għalhekk jitħassar;

(8) Billi l-kategoriji ta' għajnuna awtorizzata għat-trasport ikkombinat intwerew li joperaw b'mod sodisfaċenti u illi huwa possibbli, konsegwentement, li jkunu simplikati spezzjonijiet fuq dawn billi jkunu eżentati mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat;

(9) Billi li jitniżżlu regoli li jittrattaw l-għajnuna allokata mill-Istati Membri għat-trasport hija materja ta' kompetenza esklużiva tal-Komunità u għandha tieħu l-forma ta' regolament;

(10) Billi huwa xieraq li jkun emendat ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 għalhekk,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 3, oġġett 1 (e), għandu jkun emendat kif ġej:

- fl-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-31 ta' Diċembru 1995 għandu jkun mibdul bil-31 ta' Diċembru 1997,

- fir-raba' daħla ta' l-ewwel subparagrafu, l-kliem "minn naħa għall-oħra ta" l-Awstrija' se jkunu mħassrin;

2. L-Artikolu 4 se jkun imħassar;

3. L-Artikolu 5(2) se jkun mibdul b'dan li ġej:

"2. L-għajnuna msmemija fl-Artikolu 3, oġġett 1 (e) se tkun eżenti mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat; se tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni fuq bażi ta' estimu fil-bidu ta' kull sena, u, sussegwentement, fil-forma ta' rapport, wara t-tmiem tas-sena finanzjarja."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VAN AARTSEN

[1] ĠU C 253, tad-29.9.1995, p. 22.

[2] ĠU C 39, tat-12.2.1996, p. 102.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 1996 (ĠU C 78, tat-18.3.1996, p. 25), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1996 (ĠU C 372, tad-9.12.1996, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropej tad-19 ta' Frar 1997 (ĠU C 85, tas-17.3.1997).

[4] ĠU L 130, tal-15.6.1970, p. 1. Regolament kif emendat ta' l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3578/92 (ĠU L 364, tat-12.12.1992, p. 11).

[5] Deċiżjoni tal-Kunsill 75/327/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar it-titjib fis-sitwazzjoni ta' l-impriżi tal-ferrovija u l-armonizzazzjoni tar-regoli li jiggvernaw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn dawn l-impriżi u l-Istati (ĠU L 152, tat-12.6.1975, p. 3).

[6] ĠU L 237, ta' l-24.8.1991, p. 25.

--------------------------------------------------

Top