EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997D0199

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 1997 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi f’kontenituri ssiġillati ermetikament minn ċerti pajjiżi terzi li jużaw sistemi alternattivi ta’ trattament bis-sħana u li temenda d-Deċiżjoni 94/309/KETest b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 84, 26.3.1997, p. 44–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 020 P. 354 - 358
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 021 P. 15 - 20
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 021 P. 15 - 20
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 029 P. 161 - 165

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R0433

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/199/oj

31997D0199



Official Journal L 084 , 26/03/1997 P. 0044 - 0048


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Marzu 1997

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi f’kontenituri ssiġillati ermetikament minn ċerti pajjiżi terzi li jużaw sistemi alternattivi ta’ trattament bis-sħana u li temenda d-Deċiżjoni 94/309/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(97/199/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistabbilixxi ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi u importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ prodotti li mhumiex suġġetti għall-imsemmija ħtiġijiet stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward ta’ patoġeni, fid-Direttiva 90/425/KEE [1], u kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/90/KE (2), u partikolarment l-Artikolu 10 [2] (ċ) u [3] (a) tagħha,

Billi Kapitolu 4 ta’ l-Anness I tad-Direttiva 92/118/KEE tistabbilixxi ħtiġijiet għall-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi li fih materjali ta’ riskju baxx fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE (3), kif emendata bid-Direttiva 92/118/KEE;

Billi Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE [4], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/344/KE [5], stabbiliet lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi;

Billi Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/309/KE [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 96/106/KE [7], stabbiliet il-ħtiġijiet għall-importazzjoni ta’ ċerti ikel għall-annimali domestiċi u ċerti prodotti mhux ikkonzati li jittieklu għall-annimali domestiċi;

Billi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 94/309/KE kienet l-aħħar posposta bid-Deċiżjoni 96/106/KE għax l-applikazzjoni kienet se twassal għal diffikultajiet rigward l-importazzjoni ta’ l-ikel għall-annimali domestiċi f’kontenituri ssiġillati ermetikament li jista’ jkun fihom proteini proċessati ta’ l-annimali miksuba minn materjal ta’ riskju għoli li kien prodott bl-użu ta’ sistemi alternattivi ta’ trattament tas-sħana;

Billi huwa xieraq li tkun awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti ikel għal annimali domestiċi f’kontenituri ssiġillati ermetikament li jista’ jkun fihom proteini pproċessati ta’ l-annimali miksuba minn materjal ta’ riskju għoli bl-użu ta’ sistemi alternattivi ta’ trattament tas-sħana;

Billi Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/449/KE [8], fost oħrajn, teħtieġ li proteini ta’ annimali miksuba mill-fdalijiet tal-mammali jkunu suġġetti għal trattament tas-sħana ta’ mill-inqas 133 °C tul is-sustanza tagħhom għal minimu ta’ 20 minuta bi pressa ta’ 3 bar, b’daqs ta’ partiċella qabel il-proċess ta’ mhux iktar minn 5ċm; billi huwa għalhekk il-każ li tkun limitata l-importazzjoni ta’ l-ikel għal annimali domestiċi imsemmija hawn fuq, li fihom il-proteini ta’ l-annimali miksuba mill-fdalijiet ta’ mhux mammali biss;

Billi d-Deċiżjoni 94/309/KE trid tiġi għalhekk emendata;

Billi l-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Stati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi, minn pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness A, f’kontenituri ssiġillati ermetikament li jista’ jkun fihom proteini ta’ annimali miksuba minn materjal ta’ riskju għoli mhux maħsub għall-konsum uman, jekk ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa kif stabbilit fl-Anness B.

2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn paġna waħda u għandu jiġi komplut f’mill-inqas lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru li qed iwettaq il-kontrolli ta’ importazzjoni.

Artikolu 2

1. Proteini pproċessati ta’ l-annimali miksuba minn materjal ta’ riskju għoli u nklużi fi prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) jridu jkunu ġew prodotti skond l-istandards li ġejjin:

(a) - il-materja prima tissaħħan għal mill-inqas 133 °C tul is-sostanza tagħha għal minimu ta’ 20 minuta bi pressa ta’ tliet bars, bid-daqs ta’ partiċella qabel il-proċess ta’ mhux aktar minn 5 ċentimetri

jew

- jekk il-materja prima mhix ta’ oriġini tal-mammali, sistema jew kombinazzjoni ta’ sistemi deskritti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/562/KEE [9] jistgħu jintużaw. Tali sistemi jistgħu jintużaw taħt il-kondizzjoni li jittieħdu kampjuni mill-proċess kuljum fuq perjodu ta’ xahar u huma konformi mal-livelli mikrobijoloġiċi stabbiliti fl-Anness II, Kapitolu III (1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE [10];

(b) dettalji tal-punti kritiċi ta’ kontroll jitkejlu u jinżammu sabiex is-sid, l-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu u, kif neċessarju, l-awtorita’ kompetenti jistgħu jissorveljaw l-operazzjoni ta’ l-impjant. L-informazzjoni li għandha titkejjel u tkun sorveljata għandha tinkludi d-daqs tal-partiċella, it-temperatura kritika u, kif xieraq, il-ħin assolut, il-profil tal-pressa, ir-rata tat-tmigħ tal-materja prima u r-rata ta’ riċiklaġġ tax-xaħam.

2. Il-proteini pproċessati ta’ l-annimali miksuba minn materjal ta’ riskju għoli u nklużi fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) iridu jkunu ġew prodotti f’impjant li huwa approvat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru jew ta’ pajjiż terz imniżżel fl-Anness A biex jaderixxi mall-kondizzjonijiet mniżżla fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1. Il-pajjiżi terzi li jużaw iċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness B għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi:

(a) is-setgħa legali tas-servizzi veterinarji biex jispezzjonaw u japprovaw l-impjanti li jipproduċu l-proteini pproċessati ta’ l-annimali;

(b) il-proċeduri ta’ approvazzjoni li kienu ġew segwiti;

(ċ) il-lista ta’ l-impjanti approvati.

2. Il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjoni fil-pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness A biex tivverifika l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Deċiżjoni 94/309/KE hija emendata kif ġej:

(a) fl-Artikolu 1(1) il-kliem li ġejjin huma mdaħħla wara l-kliem "pajjiżi terzi": "mhux imniżżla fl-Anness A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/199/KE";

(b) fl-intestatura ta’ l-Anness A il-kliem li ġejjin huma mdaħħla wara l-kelma “Komunità’ ”: "minn pajjiżi terzi mhux imniżżla fl-Anness A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/199/KE".

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 1997.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Marzu 1997.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[2] ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 24.

[3] ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51.

[4] ĠU L 120, tal-11.5.1994, p. 44.

[5] ĠU L 133, ta’ l-4.6.1996, p. 28.

[6] ĠU L 137, ta’ l-1.6.1994, p. 62.

[7] ĠU L 24, tal-31.1.1996, p. 34.

[8] ĠU L 184, tat-18.7.1996, p. 43.

[9] ĠU L 359, tad-9.12.1992, p. 23.

[10] ĠU L 363, tas-27.12.1990, p. 51.

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

Il-pajjiżi terzi kollha mniżżla fil-Parti X ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top