EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0050

Id-Direttiva Tal-Kunsill 96/50/KE tat-23 Lulju 1996 dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fil-Komunità

OJ L 235, 17.9.1996, p. 31–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 002 P. 297 - 304
Special edition in Bulgarian: Chapter 06 Volume 002 P. 208 - 215
Special edition in Romanian: Chapter 06 Volume 002 P. 208 - 215
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 007 P. 23 - 30

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/01/2022; Imħassar b' 32017L2397

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/50/oj

31996L0050



Official Journal L 235 , 17/09/1996 P. 0031 - 0038


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/50/KE

tat-23 ta' Lulju 1996

dwar l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes għat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni fil-Komunità

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Jaġixxi bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

Billi d-dispożizzjonijiet komuni dwar it-tbaħħir ta' bastimenti għall-passaġġi ta' l-ilma interni fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni tal-Komunità għandhom ikunu ntrodotti; billi l-ewwel pass għal dan il-għan sar bl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjesgħat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-passaġġi ta' l-ilma interni [4];

Billi, minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-kondizzjonijiet għall-akkwist taċ-ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjesgħan-navigazzjoni interna u l-bżonn li ħtiġiet tas-sigurtà fl-industrija tan-navigazzjoni interna jsiru gradwalment iktar stretti, regoli Komunitarji għall-ħruġ ta' dawn iċ-ċertifikati għandhom jiġu adottati sabiex jipprevjenu kull tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;

Billi, sabiex tiġi ggarantita l-uniformità u t-trasparenza meħtieġa, l-Komunità għandha tiddefenixxi mudell għal ċertifikat nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes, rikonoxxut reċiprokament mill-Istati Membri b'ebda obbligazzjoni ta' skambju, li r-responsabbiltà għall-għoti tiegħu tkun, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, huwa ta' l-Istati Membri;

Billi passaġġi nazzjonali navigabbli li mhumiex konnessi mal-qafasnavigabbli ta' Stat Membru ieħor mhumiex suġġetti għall-kompetizzjoni internazzjonali u għalhekk mhuwiex meħtieġ li jsiru obbligatorji, fuq dawk il-passaġġi d-dispożizzjonijiet komuni għall-għoti ta' ċertifikati tas-sidien tad-dgħajjesstabbiliti f'din id-Direttiva;

Billi l-objettiv ewlieni ta' dawn id-dispożizzjonijiet komuni għandu jkun li titjieb is-sigurtà tan-navigazzjoni u l-protezzjoni tal-ħajja umana; billi għalhekk jidher essenzjali li dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu l-ħtiġiet minimi li l-applikant għandu jilħaq sabiex jakkwista iċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjesgħan-navigazzjoni interna;

Billi l-ħtiġiet f'dan il-każ għandhom jikkonċernaw mill-inqas l-età meħtieġa biex jinnaviga bastiment, is-saħħa fiżika u mentali ta' l-applikanti, l-esperjenza professjonali u l-għarfien tagħhom dwar ċerti suġġetti li għandhom x'jaqsmu mat-tbaħħir ta' dgħajsa; billi, fl-interessi tas-sigurtà tal-bastiment u tal-persuni abbord, l-Istati Membri jistgħu jimponu ħtiġiet addizzjonali li għandhom x'jaqsmu b'mod partikolari l-għarfien ta' ċerti sitwazzjonijiet; billi għarfien professjonali addizzjonali hu meħtieġ biex wieħed jinnaviga bl-għajnuna ta' radar jew biex jinnaviga bastiment li jittrasporta l-passiġġieri;

Billi hu meħtieġ li jsir provvediment għal proċeduri xierqa biex jiġu adattati l-Annessi ta' din id-Direttiva; billi hu għalhekk xieraq li l-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/672/KEE għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-adattament ta' l-Annessi.

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-Istati Membri li joħorġu ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjesgħat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri bil-passaġġi ta' l-ilma interni, minn hawn' il quddiem magħruf bħala "iċ-ċertifikat" għandu jagħmel hekk skond il-mudell Komunitarju deskritt fl-Anness I, li jkun konformi ma' din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprekludu r-riskju li jiġu ffalsifikati ċ-ċertifikati.

3. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istati Membri skond din id-Direttiva. Għandu jieħu akkont tal-karatteristiċi speċjali tal-passaġġi u taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/672/KEE, jiġifieri:

- iċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjesvalidu għall-passaġġi kollha fl-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-passaġġi li għalihom japplika r-Regolament dwar il-ħruġ tal-liċenzi għan-navigazzjoni fuq ir-Rhine (Grupp A).

- iċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjesvalidu għall-passaġġi kollha fl-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-passaġġi ta' karattru marittimu msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 91/672/KEE, u bl-eċċezzjoni tal-passaġġi li għalihom japplika r-Regolament dwar il-ħruġ ta' liċenzji għan-navigazzjoni fuq ir-Rhine (Grupp B).

4. Iċ-ċertifikat tal-grupp A jew tal-Grupp B maħruġ mill-Istati Membri b'konformità ma' din id-Direttiva għandu jkun validu għall-passaġġi kollha tal-Grupp A jew tal-Grupp B fil-Komunità.

5. Suġġett għall-Artikolu 8(2), il-liċenzja tan-navigazzjoni fuq ir-Rhine, maħruġ skond il-Konvenzjoni rriveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine, għandha tkun valida għall-passaġġi kollha fil-Komunità.

6. Iċ-ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjesreċiprokament rikonoxxuti mid-Direttiva 91/672/KEE, li jidhru fl-Anness I ta' din id-Direttiva, li huma maħruġa sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jibqgħu validi bl-ebda obbligazzjoni ta' skambju.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "awtorità kompetenti" għandha tfisser l-awtorità maħtura minn Stat Membru biex toħroġ ċertifikati wara li tivverifika li l-applikanti jissodisfaw il-ħtiġiet;

(b) "sid tad-dgħajsa" għandu jfisser il-persuna li għandha d-dispożizzjoni u l-kwalifiki meħtieġa biex tbaħħar bastiment (dgħajsa) fil-passaġġi ta' l-Istati Membri u li għandha responsabbiltà nawtika abbord;

(ċ) "membru ta' l-ekwipaġġ" għandu jfisser persuna li pparteċipat regolarment fit-tbaħħir ta' bastiment f'navigazzjoni interna, inkluż fil-kontroll tat-tmun.

L-Artikolu 3

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għas-sidien tad-dgħajjeskollha ta' bastimenti tal-passaġġi ta' l-ilma interni: braken awtomatiċi, laneċ, bastimenti li jimbuttaw, convoys immexxija jew f'formazzjonijiet biswit xulxin, maħsuba għat-trasport ta' merkanzija jew ta' passiġġieri, ħlief għal:

- sidien tad-dgħajjes ta' bastimenti maħsuba għat-trasport tal-merkanzija li huma inqas minn 20 metru fit-tul,

- sidien tad-dgħajjes ta' bastimenti maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri, li ma jittrasportawx iktar minn 12-il persuna b'żieda ta' l-ekwipaġġ.

2. Kull Stat Membru jista', wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni, jeżenta mill-applikazzzjoni ta' din id-Direttiva s-sidien tad-dgħajjesli joperaw esklussivament fuq passaġġi ta' l-ilma interni mhux konnessi man-network navigabbli ta' Stat Membru ieħor u jtihom ċertifikati nazzjonali tas-sidien tad-dgħajjes, li l-kondizzjonijiet għall-akkwist tagħhom jistgħu ivarjaw minn dawk definiti f'din id-Direttiva. Il-validità ta' dawk iċ-ċertifikati nazzjonali għandha f'dak il-każ tkun illimitata għal dawk il-passaġġi.

L-Artikolu 4

1. Sabiex jakkwista ċertifikat, applikant għandu jissodisfa l-ħtiġiet minimi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 8. Iċ-ċertifikat għandu jsemmi jekk is-sid tad-dgħajsa għandux awtorizzazzjoni tal-Grupp A jew tal-Grupp B.

2. Iċ-ċertifikati maħruġa mill-Istati Membri li jilħqu l-ħtiġiet minimi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu reċiprokament rikonoxxuti.

L-Artikolu 5

Applikant għandu jkollu mill-inqas 21 sena biex jakkwista ċertifikat. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu xorta joħorġu ċertifikati lil persuni ta' 18-il sena jew iktar. L-għarfien minn Stat Membru ta' ċertifikat tal-Grupp A jew B maħruġ minn Stat Membru ieħor jista' jkun suġġett għall-istess kondizzjonijiet ta' l-età minima li huma meħtieġa f'dak l-Istat Membru għall-ħruġ ta' ċertifikat għall-istess Grupp.

L-Artikolu 6

1. L-applikant għandu jipprovdi xiehda ta' saħħa fiżika u mentali billi jgħaddi eżami mediku mwettaq minn tabib magħruf mill-awtorità kompetenti. Dak l-eżami għandu jkopri b'mod partikolari akutezza viżwali u awditorja, viżjoni ta' kulur, motriċità tad-dirgħajn u tar-riġlejn u l-istat newropsikjatriku u kardjovaskulari ta' l-applikant.

2. Malli jilħaq il-65 sena, it-titolari taċ-ċertifikat għandu, fit-tliet xhur ta' wara u sussegwentement kull sena, jgħaddi mill-eżami msemmi fil-paragrafu; l-awtorità kompetenti għandha tattesta fuq iċ-ċertifikat li s-sid tad-dgħajsa ikun issodisfa din l-obbligazzjoni.

L-Artikolu 7

1. Applikant għandu jforni prova ta' mill-inqas erba' snin esperjenza professjonali bħala membru ta' l-ekwipaġġ fuq bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni.

2. Biex jittieħed kont tagħha, l-esperjenza professjonali għandha tkun ivvalidata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru billi tiddaħħal f'rekord ta' servizz personali. Tista' tkun ġiet akkwistata fuq kwalunkwe mill-passaġġi ta' l-Istati Membri. Fil-każ ta' passaġġi li parti mill-mogħdijiet tagħhom huma fi ħdan it-territorju Komunitarju, bħad-Danubju, l-Elbe u l-Oder, l-esperjenza professjonali akkwistata fit-taqsimiet kollha ta' dawk il-passaġġi ta' l-ilma interni jittieħdu inkonsiderazzjoni.

3. It-tul minima ta' l-esperjenza professjonali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tkun imnaqqsa b'massimu ta' tliet snin:

(a) meta l-applikant ikollu diploma magħrufa mill-awtorità kompetenti li tikkonferma taħriġ speċjaliżżat f'navigazzjoni interna li tinkludi xogħol prattiku ta' navigazzjoni, it-tnaqqis ma jistax ikun akbar mit-tul tat-taħriġ speċjalizzat; jew

(b) meta l-applikant jista' jipprovdi xiehda ta' esperjenza professjonali akkwistata fuq bastiment bħala membru ta' l-ekwipaġġ; sabiex jakkwista t-tnaqqis massimu ta' tliet snin, l-applikant għandu jipprovdi xiehda ta' mill-inqas erba' snin esperjenza fin-navigazzjoni marittima.

4. It-tul minima ta' l-esperjenza professjonali prevista fil-paragrafu 1 tista' tkun imnaqqsa b'massimu ta' tliet snin meta l-applikant ikun għadda minn eżami prattiku f'bastiment tat-tbaħħir; iċ-ċertifikat għandu f'dak il-każ ikopri biss bastimenti b'karatteristiċi nawtiċi simili għal dawk tal-bastiment li fuqu jkun għadda l-eżami prattiku.

L-Artikolu 8

1. Applikant għandu jkun għadda eżami ta' għarfien professjonali; dak l-eżami għandu jinkludi mill-inqas is-suġġetti ġenerali mniżżla fil-Kapitolu A ta' l-Anness II.

2. Suġġett għall-konsultazzjoni mal-Kummissjoni, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sid tad-dgħajsa jissodisfa ħtiġiet addizzjonali li jikkonċernaw l-għarfien ta' sitwazzjoni lokali ta' ċerti passaġġi, bl-eċċezzjoni tal-passaġġi ta' karattru marittimu msemmija fl-Aness II tad-Diettiva 91/672/KEE.

Suġġett għall-istess riżerva, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sid tad-dgħajsa ta' bastiment tal-passiġġieri, f'ċerti żoni ta' trasport limitat, ikollu għarfien professjonali aktar iddettaljat tad-dispożizzjonijiet speċjali li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà tal-passiġġieri, b'mod partikolari fil-każ ta' inċidenti, nar jew nawfraġju.

L-Artikolu 9

1. Sabiex ikun awtorizzat jinnaviga bl-għajnuna ta' radar, is-sid tad-dgħajsa għandu jkollu attestazzjoni speċjali ikkunsinnjata mill-awtorità kompetenti bħala xiehda li għadda l-eżami li jkopri għarfien professjonali tas-suġġetti msemmija fil-Kapitolu B ta' l-Anness II.

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-kwalifika maħruġa permezz tar-regolament tal-ħruġ tal-kwalifiki biex ibaħħru bastiment bl-għajnuna ta' radar fuq ir-Rhine.

2. Applikant li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jkollu s-saħħa tiegħu jew tagħha biex j/tinnaviga b'radar attestat mill-awtorità kompetenti fil-forma ta' endorsement fuq iċ-ċertifikat.

L-Artikolu 10

Sabiex jitħallew ibaħħru dgħajsa li tittrasporta l-passiġġieri fuq il-passaġġi ta' l-Istati Membri, jew is-sid tad-dgħajsa jew membru ieħor ta' l-ekwipaġġ għandu jkollhom fil-pussess tagħhom ċertifikat speċjali maħruġ mill-awtorità kompetenti bħala xiehda ta' li hu/hi għaddew eżami ta' l-għarfien professjonali fis-suġġetti msemmija fil-Kapitolu Ċ ta' l-Anness II.

L-Artikolu 11

Il-Kummissjoni, f'azzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12, tista' tieħu l-passi neċessarja bil-għan li taddatta l-forma taċ-ċertifikat tas-sidien tad-dgħajjesfl-Anness I u fid-dawl ta' l-iżvilupp ta' l-għarfien professjonali neċessarju meħtieġ għall-ħruġ taċ-ċertifikat u speċifikat fl-Anness II.

L-Artikolu 12

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 mill-Kumitat stabbilit bl-Artkolu 7 tad-Direttiva 91/672/KEE.

2. Ir-rappreżentant tal-Kumissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fil-limitu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill hu meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati skond kif stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

3. a) Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri li japplikaw immedjatament;

(b) Madankollu, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tiddeferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet għal perjodu ta' mhux iktar minn xahar mid-data ta' din il-komunikazzjoni. Il-Kunsill, billi jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista jieħu deċiżjoni differenti fi ħdan l-istess limitu ta' żmien.

L-Artikolu 13

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarja biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

3. Meta neċessarju, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 14

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU C 280, tas-6.10.1994, p. 5.

[2] L-Opinjoni kkunsinnata fil-25 ta' Jannar 1995 (ĠU C 102, ta' l-24.4.1995, p. 5).

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Marzu 1995 (ĠU C 68, ta' l-20.3.1995, p. 41), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 1995 (ĠU C 356, tat-30.12.1995, p. 66) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 1996 (ĠU C 152, tas-27.5.1996, p. 46).

[4] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 29.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIDIEN TAD-DGĦAJJESGĦAN-NAVIGAZZJONI INTERNA

(85 mm × 54 mm — sfond ikħal ċar)

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

GĦARFIEN PROFESSJONALI MEĦTIEĠ BIEX JIĠI AKKWISTAT IĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SIDIEN TAD-DGĦAJJESGĦAN-NAVIGAZZJONI INTERNA

KAPITOLU A Suġġetti Ġenerali li għandhom x'jaqsmu mat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri

PARTI 1: ĊERTIFIKAT TAL-GRUPP A

1. In-Navigazzjoni

(a) L-għarfien eżatt dwar ir-regolamenti tat-traffiku tal-passaġġi ta' l-ilma interni u marittimi, b'mod partikolari tal-KEKI (Kodiċi Ewropej għall-Passaġġi ta' l-ilma interni) u tar-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, inkluż l-iffirmar nawtiku (deskrizzjoni u l-għawwiema tal-passaġġi);

(b) L-għarfien tal-karatteristiċi ġenerali ġeografiċi, idroloġiċi, metereoloġiċi u morfoloġiċi tal-passaġġi ta' l-ilma interni u marittimi ewlenija;

(ċ) Navigazzjoni terrestrijali b':

Determinazzjoni tar-rotta, l-linji ta' pożizzjoni u l-pożizzjoni tal-vapur, affarijiet u pubblikazzjonijiet nawtiċi stampati, xogħol fiċ-chart tal-baħar, marki nawtiċi u sistemi ta' għawwiema, l-eżami tal-kumpass u l-bażi tal-frugħ u l-mili tal-baħar.

2. L-immanuvrar u l-immaniġġar tal-Bastiment

(a) L-immaniġġar tal-bastiment tenut kont ta' l-effett tar-riħ, tal-kurrent, tat-tnaqqis u l-kurrent tal-ġibda għall-evalwazzjoni ta' buoyancy u stabbilità suffiċjenti;

(b) Ir-rwol u l-funzjonament tat-tmun u ta' l-iskrun;

(ċ) L-ankoraġġ u r-rimiġġ fil-kondizzjonijiet kollha;

(d) Il-manuvri fil-locks u fil-portijiet, il-manuvri meta jiltaqgħu ma' u jgħaddu bastimenti oħrajn.

3. Il-kostruzzjoni u l-istabbilità tal-bastiment

(a) L-għarfien tal-prinċipji bażiċi tal-kostruzzjoni tal-bastiment l-aktar fejn jirrigwarda s-sigurtà tal-persuni, ta' l-ekwipaġġ u tal-bastiment;

(b) L-għarfien bażiku tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta' l-4 ta' Ottubru 1982 dwar il-provvedimenti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi ta' l-ilma interni [1];

(ċ) L-għarfien bażiku tal-parti ewlenija ta' komponenti tal-bastiment;

(d) L-għarfien teoretiku dwar ir-regoli tal-buoyancy u l-istaBbilità u l-applikazzjoni prattika tagħhom, speċjalment kemm huma tajbin fuq il-baħar;

(e) Il-ħtiġiet addizzjonali u b'mod partikolari tagħmir addizzjonali, fuq passaġġi marittimi.

4. Inġenji

(a) L-għarfien bażiku dwar id-disinn u l-operazzjoni ta' l-inġenji sabiex ikun assigurat il-funzjonament kif suppost tagħhom;

(b) L-operazzjoni u l-ispezzjoni ta' l-inġenji ewlenija u awżiljari u l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każ ta' diżordni.

5. It-Tagħbija u l-Ħatt

(a) L-użu ta' indikaturi tal-kurrent;

(b) Id-determinazzjoni tal-piż tat-tagħbija bl-użu taċ-ċertifikat ta' miżura;

(ċ) It-tagħbija u l-ħatt, l-irfigħ tal-merkanzija (il-pjan ta' l-irfigħ).

6. L-Azzjoni f'ċirkostanzi speċjali

(a) Il-prinċipji dwar il-prevenzjoni ta' l-inċidenti;

(b) Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' ħsara, kolliżjoni u l-inkaljar inkluż is-siġillar ta' l-ixquq;

(ċ) L-użu ta' apparat u tagħmir ta' salvataġġ;

(d) L-ewwel għajnuna fil-każ ta' inċidenti;

(e) Il-prevenzjoni ta' nirien u l-użu ta' tagħmir għat-tifi tan-nar;

(f) Il-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-passaġġi;

(g) Miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mas-salvataġġ ta' persuni, bastimenti u merkanzija fuq rotot ta' bastimenti marittimi, l-għixien fil-perikolu.

PARTI 2: ĊERTIFIKAT TAL-GRUPP B

1. In-Navigazzjoni

(a) L-għarfien eżatt dwar ir-regolamenti tat-traffiku tal-passaġġi ta' l-ilma interni u marittimi, b'mod partikolari tal-KEKI (Kodiċi Ewropej għall-Passaġġi ta' l-ilma interni), inkluż l-iffirmar nawtiku (id-deskrizzjoni u l-għawwiema fil-passaġġi);

(b) L-għarfien tal-karatteristiċi ġenerali ġeografiċi, idroloġiċi, metereoloġiċi u morfoloġiċi tal-passaġġi ta' l-ilma interni ewlenija;

(ċ) Id-determinazzjoni tar-rotta, materji nawtiċi u pubblikazzjonijiet stampati, sistemi ta' l-għawwiema.

2. L-immanuvrar u l-immaniġġar tal-bastimenti

(a) L-immaniġġar tal-bastiment b'akkont meħud ta' l-effett tar-riħ, tal-kurrent, tat-tnaqqis u l-kurrent tal-ġibda għall-evalwazzjoni ta' buoyancy u stabilità suffiċjenti;

(b) Ir-rwol u l-funzjonament tat-tmun u ta' l-iskrun;

(ċ) L-ankoraġġ u l-rimiġġ fil-kondizzjonijiet kollha;

(d) Il-manuvri fil-locks u fil-portijiet, il-manuvri meta jiltaqgħu ma' u jgħaddu bastimenti oħrajn.

3. Il-kostruzzjoni u l-istabbilità tal-bastiment

(a) L-għarfien tal-prinċipji bażiċi tal-kostruzzjoni tal-bastiment l-aktar fejn jirrigwarda s-sigurtà tal-persuni, għall-ekwipaġġ u għall-bastiment;

(b) L-għarfien bażiku tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta' l-4 ta' Ottubru 1982 dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi ta' l-ilma interni;

(ċ) L-għarfien bażiku tal-partijiet ewlenija ta' komponenti tal-bastiment;

(d) L-għarfien teoretiku dwar ir-regoli tal-buoyancy u l-istabbilità u l-applikazzjoni prattika tagħhom.

4. L-Inġenji

(a) L-għarfien bażiku dwar id-disinn u l-operazzjoni ta' l-inġenji sabiex ikun assigurat il-funzjonament kif suppost tagħhom;

(b) L-operazzjoni u l-ispezzjoni ta' l-inġenji ewlenija u awżiljari u l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każ ta' diżordni.

5. It-Tagħbija u l-Ħatt

(a) L-użu ta' indikaturi tal-kurrent;

(b) Id-determinazzjoni tal-piż tat-tagħbija bl-użu taċ-ċertifikat ta' miżura;

(ċ) It-tagħbija u l-ħatt, l-irfigħ tal-merkanzija (il-pjan ta' l-irfigħ).

6. L-Azzjoni f'ċirkostanzi speċjali

(a) Il-prinċipji tal-prevenzjoni ta' l-inċidenti;

(b) Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' ħsara, kolliżjoni u l-inkaljar inkluż is-siġillar tax-xquq;

(ċ) L-użu ta' apparat u tagħmir ta' salvataġġ;

(d) L-ewwel għajnuna fil-każ ta' inċidenti;

(e) Il-prevenzjoni ta' nirien u l-użu ta' tagħmir għat-tifi tan-nar;

(f) Il-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-passaġġi;

IL-KAPITOLU B Suġġetti addizzjonali obbligatorji għan-navigazzjoni bir-radar

(a) L-għarfien tat-teorija tar-radar: l-għarfien ġenerali dwar mewġ radjuelettriku u l-prinċipji ta' l-operazzjoni tar-radar;

(b) L-abilità li jintuża tagħmir tar-radar, l-interpretazzjoni tad-display tar-radar, l-analiżi ta' l-informazzjoni fornita mit-tagħmir u l-għarfien tal-limiti ta' l-informazzjoni fornita mir-radar;

(ċ) L-użu ta' l-indikatur tad-dawrien;

(d) L-għarfien tar-regoli KEKI dwar in-navigazzjoni bir-radar.

IL-KAPITOLU Ċ L-għarfien addizzjonali obbligatorju għat-trasport tal-passiġġieri

1. L-għarfien bażiku tar-regolamenti tekniċi dwar: l-istabbilità tal-bastimenti tal-passiġġieri fil-każ ta' ħsara, id-diviżjoni f'kompartimenti ssiġillati kontra l-ilma, l-pjan tal-fond massimu.

2. L-ewwel għajnuna fil-każ ta' inċidenti.

3. Il-prevenzjoni tan-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar.

4. Il-metodi u tagħmir għas-salvataġġ.

5. Kif ikunu protetti l-passiġġieri inġenerali, speċjalment fil-każ ta' evakwazzjoni, ħsara, kolliżjoni, l-inkaljar, nar, splużjoni u sitwazzjonijiet oħrajn li jistgħu jikkawżaw paniku.

6. L-għarfien ta' l-istruzzjonijiet tas-sigurtà (ħruġ ta' emerġenza, passarella, l-użu tat-tmun ta' l-emerġenza).

[1] ĠU L 301, tat-28.10.1982, p. 1.

--------------------------------------------------

Top