EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0060

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru, 1995 dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju

OJ L 291, 6.12.1995, p. 46–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Estonian: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Latvian: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Lithuanian: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Hungarian Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Maltese: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Polish: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Slovak: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Slovene: Chapter 09 Volume 001 P. 289 - 290
Special edition in Bulgarian: Chapter 09 Volume 002 P. 11 - 12
Special edition in Romanian: Chapter 09 Volume 002 P. 11 - 12
Special edition in Croatian: Chapter 09 Volume 002 P. 44 - 45

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/60/oj

31995L0060



Official Journal L 291 , 06/12/1995 P. 0046 - 0047


Id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE

tas-27 ta' Novembru, 1995

dwar l-immarkar fiskali tan-nafta u tal-pitrolju

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropew, u partikolarment l-Artikolu 99 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-miżuri tal-Komunità kkuntemplati minn din id-Direttiva mhumiex biss neċessarji imma wkoll indispensabbli biex jinkisbu l-oġġettivi tas-suq intern; billi dawn l-oġġettivi ma jistgħux jiġu miksuba mill-Istati Membri individwalment; billi aktar dawn l-oġġetivi fil-livell tal-Komunità huma provduti diġà mid-Direttiva 92/81/KEE [4], u partikolarment l-Artikolu 9 tagħħa; billi din id-Direttiva hija konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà;

Billi d-Direttiva 92/82/KEE [5] tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar ir-rati minimi tat-taxxa tas-sisa applikabbli ghal ċerti żjut minerali partikolarment għal kategoriji differenti tan-nafta u pitrolju;

Billi il-funzjonijiet kif suppost tas-suq intern issa jirrikjedu li regoli komuni jiġu stabbiliti għall-immarkar fiskali taż-żjut bil-gas u pitrolju li ma jkunx tħallas dazju għar-rata sħiħa applikabbli għal dawn iż-żjut minerali użati biex imexxu l-magni;

Billi ċerti Istati Membri għandhom jitħallew biex jidderrogaw mill-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva minħabba ċirkustanzi nazzjonali speċjali;

Billi d-Direttiva 92/12/KEE [6] tistabbilixxi dispożizzjonijiet fuq l-arranġamenti ġenerali fuq il-prodotti li huma suġġetti għad-dazju w sisa w partikolarment l-Artikolu 24 tagħha jipprovdi għal-istabbiliment ta' Kumitat Tas-Sisa li jkunu jistgħu jeżaminaw l-oqsma dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq it-taxxa tas -sisa;

Billi huwa xieraq li ċerti materji tekniċi dwar l-ispeċifikazzjoni ta' prodotti biex jintuzaw għall-immarkar fiskali tan-nafta u pitrolju jkunu ittrattati taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu msemmi,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq l-immarkar fiskali, l-Istati Membri għandhom japplikaw immarkar fiskali skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva biex:

- in-nafta kollha li taqa' taħt il-Kodiċi NM 27100069 li kienet maħruġa għall-konsum skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/12/KEE u li kienet eżenti minn, jew suġġetta għad-dazju u sisa ta' rata oħra għajr dik imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 92/82/KEE;

- Il-pitrolju li jaqa' taħt id-kodiċi NM 27100055 li kienet maħruġa għall-konsum skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/12/KEE u li kienet eżenti minn, jew suġġetta għad-dazju w sisa oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 92/82/KEE.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu eċċezzjoniet għall-applikazzjoni tal-markatur fiskali stabbilit fil-paragrafu 1 fuq raġunijiet tas-saħħa pubblika jew sigurtà għar-raġunijiet tekniċi oħra, jekk jieħdu l-miżuri ta' sorveljanza fiskali xierqa.

Barra minn hekk, l-Irlanda tista' tiddeċidi li ma tużax jew tħalli l-użu ta' dan il-markatur skond l-Artikolu 21(4) tad-Direttiva 92/12/KEE. F'sitwazzjoni bħal din l-Irlanda għandha tinforma lill-Kummizzjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 2

1. L-immarkar għandu jikkonsiti f'taħlita tajba magħmula minn żidiet kimiċi li għandhom jiżdiedu taħt sorveljanza fiskali qabel ma ż-żjut minerali konċernati jiġu rilaxxjati għall-konsum.

Madankollu,

- fil-kaz ta' tqassim dirett minn Istat Membru ieħor taħt is-sospensjoni tat-taxxa l-arranġamenti barra l-maħżen tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-immarkar biex jiżdied qabel ma l-prodott jħalli l-maħzen minn fejn jintbagħat;

- L-Istati Membri li addottaw din il-miżura qabel l-1 ta' Jannar, 1996 jistgħu, f'ċerti każi jew sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jħallu l-immarkar biex jiżdied wara li ż-żjut minerali jiġu rilaxxjati għall-konsum taħt is-sorveljanza fiskali. Kull Istat Membru li japplika miżura bħal din għandu javża lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b' din il-miżura. Fil-kaz ta' l-aħħar, L-Istati Membri jistgħu jirrifondu d-dazju w sisa mħallsa meta l-prodott kien rilaxxjat għall-konsum;

- Id-Danimarka tista', basta li l-oġġetti jibqgħu suġġetti għall-kontroll fiskali, tittardja ż-żieda ta' l-immarkar, mhux aktar tard mill-ħin tal-bejgħ bl-imnut finali.

2. L-immarkar li għandu jintuża għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 92/12/KEE.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li l-użu mhux xieraq tal-prodotti mmarkati jiġi evitat u, li ż-żjut minerali n-kwisjoni ma jistgħux jintużaw għax-xgħil fil-magna ta' karozza li tintuża fit-triq jew miżmuma fit-tank karburanti kemm-il darba dan l-użu huwa permess f'każi speċifiċi stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-użu taż-żjut minerali n-kwistjoni fil-każi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi konsidrat bħala offiża taħt il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat. Kull Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jagħti effett sħiħ lid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandu, partikolarment, jiffissa l-penali li għandhom jiġu mposti fil-kaz tan-nuqqas ta' konformità ma' dawn il-miżuri; dawn il-penali għandhom jiġu proporzjonati ma' l-iskop tagħhom u għandu jkollhom effett adegwat u deterrenti.

Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu jżidu mmarkar nazzjonali jew kulurit flimkien ma' l-immarkar li hemm stipulat fl-Artikolu 1(1).

L-ebda persuna ma għandha żżid maż-żjut minerali konċernati ebda mmarkar jew kulur għajr dawk stabbiliti fil-liġi tal-Komunità jew fil-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva fid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet adottati skond il-proċedura li hemm stabbilita fl-Artikolu 2. Għandhom javżaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dan.

Meta L-Istati Membri jaddottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew jkollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi' Brussell, 27 ta' Novembru, 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes Mira

[1] ĠU C 15, 18.1.1994, p. 18.

[2] ĠU C 128, 9.5.1995, p. 178.

[3] ĠU C 133, 16.5.1994, p. 35.

[4] ĠU L 316, ta' l-31.10.1992, p. 2. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/74/KEE (ĠU L 365, tat-31.12.1994, p. 46).

[5] ĠU L 316, ta' l-31.10.1992, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/74/KEE (ĠU L 365, tat-31.12.1994, p. 46).

[6] ĠU L 76, ta' l-23.3.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/74/KEE (ĠU L 365, tat-31.12.1994, p. 46).

--------------------------------------------------

Top