EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995L0043

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/43/KE ta' l-20 ta' Lulju 1995 għad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissupplementa d-Direttiva 89/48/KEETest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 184, 3.8.1995, p. 21–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 002 P. 246 - 258
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 003 P. 121 - 133
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 003 P. 121 - 133

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/10/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/43/oj

31995L0043



Official Journal L 184 , 03/08/1995 P. 0021 - 0033


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/43/KE

ta' l-20 ta' Lulju 1995

għad-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissupplementa d-Direttiva 89/48/KEE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/51/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar it-tieni sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali sabiex tissupplementa d-Direttiva 89/48/KEE [1], kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 94/38/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 15 tagħha,

Billi, meta wieħed jeżamina talba rraġunata għaż-żieda ta' kors ta' edukazzjoni u taħriġ mal-lista fl-Anness Ċ jew D, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 92/51/KEE, hija meħtieġa li tivverifika partikolarment jekk il-kwalifika li toħroġ mill-kors tagħtix lid-detentur livell ta' edukazzjoni jew taħriġ professjonali ta' livell għoli ta' paragun mal-kors post-sekondarju imsemmi f'punt (i) tat-tieni inċiż ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 1(a) u livell simili ta' responsabbiltà u attività;

Billi l-Gvern Olandiż għamel talbiet irraġunati għall-emendar ta' l-Annessi Ċ u D għad-Direttiva 92/51/KEE u l-Gvern Awstrijak għamel talba rraġunata għall-emendar ta' l-Anness D;

Billi, partikolarment, il-korsijiet ta' taħriġ li għandhom jiżdiedu mal-lista fl-Anness Ċ tad-Direttiva 92/51/KEE fir-rigward ta' l-Olanda huma kumparabbli fl-istruttura u fit-tul, kif ukoll fil-livell ta' responabbiltà u ta' l-attività li huma jagħtu ma dawk diġà mniżżla fl-Anness;

Billi skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/51/KEE id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m' humiex applikabbli għall-attivitajiet koperti minn xi waħda mid-Direttivi mniżżla fl-Anness tagħha, inklużi d-Direttivi li saru applikabbli għas-segwiment bħala persuna impjegata ta' l-attivitajiet imniżżla fl-Anness B, anke jekk persuna ta' nazzjonalità ta' Stat Membru tkun temmet wieħed mill-"korsijiet li għandhom struttura speċjali" li hemm referenza għalihom fl-Anness D;

Billi, partikolarment, il-korsijiet ta' taħriġ li għandhom jiżdiedu mal-lista fl-Anness D għad-Direttiva 92/51/KEE fir-rigward ta' l-Olanda u l-Awstrija huma kumparabbli fl-istruttura u fit-tul ma ċerti korsijiet ta' taħriġ fl-Anness Ċ u ma ċerti korsijiet ta' taħriġ li diġa qegħdin fl-Anness D u invarjabilment fihom tul totali ta' 13-il sena jew aktar;

Billi, skond l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 92/51/KEE u sabiex titkabbar l-effettività tas-sistema ġenerali, dawk l-Istati Membri li l-korsijiet ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom huma mniżżla fl-Anness D għandhom jibagħtu lista tad-diplomi kkonċernati lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istati Membri l-oħra;

Billi, sabiex l-Annessi Ċ u D tad-Direttiva 92/51/KEE jsiru aktar faċli biex jinqraw, il-listi kif emendati għandhom jiġu ppubblikati;

Billi l-miżuri pprovduti mid-Direttiva preżenti huma konformi ma' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15 tad-Direttiva 92/51/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi Ċ u D għad-Direttiva 92/51/KEE qegħdin hawn jiġu emendati kif jidher fl-Anness I preżenti.

L-Artikolu 2

Il-lista emendata ta' korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ li jidhru fl-Annessi Ċ u D għad-Direttiva 92/51/KEE qed jidhru fl-Anness II għal din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex dawn ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel il-31 ta' Ottubru 1995. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni immedjatament b' dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Lulju 1995.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 209, ta’ l-24.7.1992, p. 25.

[2] ĠU L 217, tat-23.8.1994, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS 1

A. L-Anness Ċ huwa emendat kif ġej:

1. (a)Fi "1. Korsijiet ta' taħriġ paramediku u tal-kura tat-tfal", taħt l-intestatura "fil-Lussemburgu", l-aħħar inċiż "ħaddiem tal-kura tat-tfal (éducateur/trice)" l-intestatura segwenti u l-inċiż segwenti huma miżjuda:

"fl-Olanda:

— assistent veterinarju ("dierenartassistent")"

.

(b) Fi

"1. Korsijiet ta' taħriġ paramediku u tal-kura tat-tfal"

, taħt l-intestatura

"li jirrappreżentaw korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas 13-il sena, li fihom:"

, l-aħħar inċiż, l-inċiż segwenti huwa miżjud:

"— jew fil-każ ta' assistent veterinarju ("dierenartassisten") fl-Olanda, tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata (skema-"MBO") jew alternattivament tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fis-sistema ta' l-apprentistat doppju ("LLW"), li t-tnejn li huma jwasslu għal eżami."

2. "— uffiċjal VTS ("VTS-functionaris)"."

(b) Fi

"3. Settur tat-tbaħħir (a) trasport bil-baħar"

, taħt l-intestatura

"li jirrappreżenta taħriġ:"

l-inċiż

"— fl-Olanda, li jinvolvi kors ta' 14-il sena, li mill-anqas sentejn minnu iseħħu fi stabbiliment ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, miżjuda b' kors ta' taħriġ ta' tnax il-xahar,"

hu mibdul mill-inċiż segwenti:

"— fl-Olanda:

- għall-uffiċjal ewlieni (bastiment ta' mal-kosta) (b'taħriġ supplimentari) ("stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)"), u għal inġinier ta' mal-kosta (bid-diploma) ("diploma motordrijver"), li tinvolvi kors ta' 14-il sena, li mill-anqas sentejn minnhom iseħħu fi stabbiliment għat-taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, miżjuda b' kors ta' taħriġ ta' tnax il-xahar,

- għall-uffiċjal VTS ("VTS-functionaris"), ta' tul totali ta' mill-anqas 15-il sena, li fihom mill-anqas tliet snin ta' Edukazzjoni Vokazzjonali Għolja ("HBO") jew Edukazzjoni Vokazzjonali Intermedjarja ("MBO"), li jkunu segwiti minn korsijiet ta' speċjalizzazzjoni nazzjonali u reġjonali, li jkun fihom mill-anqas tnax-il ġimgħa ta' taħriġ teoretiku kull wieħed u li jwasslu għal eżami kull wieħed."

3. "— dak li jagħmel il-prostesi dentali ("tandprotheticus")"

.

(b) Fi

"4. Settur tekniku"

taħt l-intestatura

"fl-Olanda"

il-paragrafu li bħalissa isegwi l-inċiż

"marixxall tal-qorti"

, huwa mibdul mis-segwenti:

"li jirrapreżenta kors ta studju u taħriġ vokazzjonali

- fil-każ ta' marixxal tal-qorti ("gerechtsdeurwaarder"), li jwassal għal 19-il sena, li fihom tmien snin ta' skola mandatorja segwiti minn tmien snin ta' edukazzjoni sekondarja inkluzi erba' snin ta' edukazzjoni teknika li jwasslu għal eżami ta' l-Istat u miżjuda minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali teoretiku u prattiku,

- fil-każ ta' dak li jagħmel il-prostesi dentali ("tandprotheticus") idum totalment mill-anqas 15-il sena ta' taħriġ full time u tliet snin ta' taħriġ part time, li jkun fih tmien snin ta' edukazzjoni primarja, erba' snin ta' edukazzjoni sekondarja ġenerali, it-tkomplija ta' tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali, li jinvolvu taħriġ teoretiku u prattiku bħala tekniku tas-snien, miżjuda bi tliet snin ta' taħriġ part-time bħala wieħed li jagħmel il-prostesi dentali, li jwasslu għal eżami."

B. "Fl-Olanda:

Il-korsijiet irregolati segwenti:

- Korsijiet ta' taħriġ irregolati ta' tul totali ta' mhux anqas minn 15-il sena, li l-prerekwiżit tagħhom huwa t-tkomplija b' suċċess ta' tmien snin ta' edukazzjoni primarja flimkien ma' erba' snin ta' jew edukazzjoni sekondarja generali intermedjarja ("MAVO") jew Edukazzjoni Vokazzjonali Preparatorja ("VBO") jew edukazzjoni sekondarja ġenerali ta' livell ogħla, u li jeħtieġu t-tkomplija ta' kors ta' tliet snin jew erba' snin f'kulleġġ għat-taħriġ vokazzjonali intermedjarju ("MBO"), li jwasslu għal eżami,

- korsijiet ta' taħriġ irregolati ta' tul totali ta' mhux anqas minn 16-il sena, li l-prerekwiżit tagħhom hija t-tkomplija b' suċċess ta' tmien snin ta' edukazzjoni primarja flimkien ma' erba' snin mill-anqas ta' edukazzjoni vokazzjonali preparatorja ("VBO") jew livell ogħla ta' edukazzjoni sekondarja ġenerali, u li jeħtieġu t-tkomplija ta' mill-anqas erba' snin ta' taħriġ vokazzjonali fis-sistema ta' l-apprentistat li jkun fihom mill-anqas ġurnata waħda kull ġimgħa ta' struzzjoni teoretika f'kulleġġ u fil-ġranet l-oħra taħriġ prattiku f'ċentru ta' taħriġ prattiku jew f'kumpanija, u li jwasslu għal eżami ta' livell sekondarju jew terzjarju.

L-awtoritajiet Olandiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness."

"Fl-Awstrija:

- Korsijiet fi skejjel vokazzjonali għolja ("Berufsbildende Höhere Schulen") u stabbilimenti għall-edukazzjoni għolja fl-agrikoltura u l-imsaġar ("Höhere Land- und Forstwirtschaftliche Lehranstalten"), inklużi it-tipi speċjali ("einschließlich der Sonderformen"), li l-istruttura u l-livell tagħhom huma stabbiliti b'liġi, b'regolamenti u b' dispożizzjonijiet amministrattivi.

Dawn il-korsjijiet għandhom tul totali ta' mhux anqas minn 13-il sena u fihom ħames snin ta' taħriġ vokazzjonali, li jwasslu għal eżami finali, li jekk wieħed jgħaddi minnu jkollu prova tal-kompetenza professjonali.

- Korsijiet fi skejjel ta' l-imgħallma (master schools) ("Meisterschulen"), klassijiet ta' l-imgħallma ("Meisterklassen"), skejjel ta' l-imgħallma industrijali ("Werkmeisterschulen") jew skejjel tan-nies tas-sengħa tal-bini ("Bauhandwerkerschulen"), li l-istruttura u l-livell tagħhom huma stabbiliti b'liġi, b'regolamenti jew b' dispożizzjonijiet amministrattivi.

Dawn il-korsijiet għandhom tul totali ta' mhux anqas minn 13-il sena, li fihom disa' snin ta' edukazzjoni obbligatorja, segwiti minn jew mill-anqas tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata jew mill-anqas tliet snin ta' taħriġ f'kumpanija jew b'mod paralleli fi skola ta' taħriġ vokazzjonali ("Berufsschule"), li t-tnejn li huma jwasslu għal eżami, u li huma miżjuda bit-tkomplija b'suċċess ta' kors ta' taħriġ ta' mill-anqas sena fi skola ta' l-imgħallma ("Meisterschule"), klassijiet ta' l-imgħallma ("Meisterklassen"), skola ta' l-imgħallma industrijali ("Werkmeisterschule") jew skola tan-nies tas-sengħa tal-bini ("Bauhandwerkerschule"). Fil-maġġoranza tal-każijiet it-tul totali huwa ta' mill-anqas 15-il sena, li jkun fihom perjodi ta' esperjenza tax-xogħol, li jew ikunu qabel il-korsijiet ta' taħriġ f'dawn l-istabbilimenti jew ikunu akkompanjati minn korsijiet part-time (mill-anqas 960 siegħa).

L-awtoritajiet Awstrijaċi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness."

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"LISTA TA KORSIJIET LI GĦANDHOM STRUTTURA SPEĊJALI KIF HEMM REFERENZA DWARHOM FIL-PUNT (II) TAT-TIENI INĊIŻ TA' L-EWWEL SOTTOPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 1(A)

(L-ANNESS Ċ GĦAD-DIRETTIVA 92/51/KEE)

1. Korsijiet ta' taħriġ paramediku u tal-kura tat-tfal

Taħriġ għas-segwenti:

fil-Ġermanja:

- infermiera pedjatrika ("Kinderkrankenschwester/Kinderkrankenpfleger"),

- fiżjoterapista ("Krankengymnast(in)/Physiotherapeut(in)") [1],

- terapista tax-xogħol ("Beschäftigungs-und Arbeitstherapeut(in)"),

- speech therapist ("Logopäde/Logopädin"),

- ortopista ("Orthoptist(in)"),

- ħaddiem għall-kura tat-tfal rikonoxxut mill-Istat ("Staatlich anerkannte(r) Erzieher(in"),

- għalliem rimedjarju rikonoxxut mill-Istat ("Staatlich anerkannte(r) Heilpädagoge(-in)"),

- tekniku tal-laboratorju mediku ("medizinisch-technische(r) Laboratoriums-Assistent(in)"),

- tekniku tar-raġġi-X mediċinali ("medizinisch-technische(r) Radiologie-Assistent(in)"),

- tekniku tad-dijanjosi medika funzjonali ("medizinisch-technische(r) Assistent(in) für Funktionsdiagnostik"),

- tekniku veterinarju ("veterinärmedizinisch-technische(r) Assistent(in)"),

- djetista ("Diätassistent(in)"),

- tekniku tal-farmaċija ("Pharmazieingenieur") irċevut qabel il-31 ta' Marzu 1994 f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Germanja jew fit-territorju tal-Länder il-ġdid,

- infermiera psikjatrika ("Psychiatrische(r) Krankenschwester/Krankenpfleger"),

- speech therapist ("Sprachtherapeut(in)"),

fl-Italja:

- tekniku dentali ("odontotecnico"),

- ottiku ("ottico"),

- kiropodista ("podologo"),

fil-Lussemburgu:

- tekniku tar-raġġi-X mediċinali (assistant(e) technique médical(e) en radiologie),

- tekniku tal-laboratorju kimiku (assistant(e) technique médical(e) de laboratoire),

- infermiera psikjatrika (infirmier/ière psychiatrique),

- tekniku mediku — operazzjonijiet (assistant(e) technique médical(e) en chirurgie),

- infermiera pedjatrika (infirmier/ière puériculteur/trice),

- infermiera — anestetista (infirmier/ière anesthésiste),

- wieħed/waħda kwalifikat/a li /jtagħmel il-massaġġi (masseur/euse diplômé(e)),

- ħaddiem għal kura tat-tfal (éducateur/trice),

fl-Olanda:

- assistent veterinarju ("dierenartassistent"),

(i) jew mill-anqas tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jwasslu għal eżami, f'xi każijiet miżjuda b'kors ta' sena jew sentejn ta' speċjalizzazzjoni li jwassal għal eżami,

(ii) jew mill-anqas sentejn u nofs ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jwasslu għal eżami u miżjuda bl-esperjenza fuq ix-xogħol ta' mhux anqas minn sitt xhur jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat,

(iii) jew mill-anqas sentejn ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata li jwasslu għal eżami u miżjuda bl-esperjenza fuq ix-xogħol ta' mhux anqas minn sena jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sena fi stabbiliment approvat,

(iv) jew fil-każ ta' assistent veterinarju ("dierenartassisten") fl-Olanda tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata (skema-"MBO") jew alternattivament tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fis-sistema ta' l-apprentistat doppju ("LLW"), li t-tnejn li huma jwasslu għal eżami.

It-taħriġ għas-segwenti:

fl-Awstrija:

- ottiku tal-lenti tal-kuntatt ("Kontaktlinsenoptiker"),

- pedikurista ("Fusspfleger"),

- tekniku ta' l-għajnuna għas-smigħ ("Hörgeräteakustiker"),

- bejjiegħ tal-mediċini ("Drogist"),

li jirrappreżentaw korsijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas erbatax-il sena, inklużi ħames snin ta' taħriġ segwiti f'qafas ta' taħriġ stutturat, imqassma f'apprentistat ta' mill-anqas tliet snin tul, li jkun fih taħriġ parzjalment akkwistat fuq il-post tax-xogħol u parzjalment ipprovdut minn stabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali, u perjodu ta' prattika professjonali u taħriġ, li jwasslu għal eżami professjonali li jagħti d-dritt ta' l-eżerċitar tal-professjoni u li wieħed iħarreġ lill-apprentisti,

- wieħed/waħda li /jtagħmel il-massaġġi ("Masseur"),

li jirrappreżenta korsijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas erbatax-il sena, inklużi ħames snin ta' taħriġ f'qafas ta' taħriġ stutturat, li jkun jkun fihom apprentistat ta' tul ta' sentejn, perjodu ta' prattika professjonali u taħriġ ta' sentejn u kors ta' taħriġ ta' sena li jwassal għal eżami professjonali li jagħti d-drittijiet ta' l-eżerċitar tal-professjoni u li wieħed iħarreġ lill-apprentisti,

- ħaddiem tal-kindergarten ("Kindergärtner/in"),

- ħaddiem tal-kura tat-tfal ("Erzieher"),

li jirrapreżenta korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' tul totali ta' tlettax-il sena, inklużi ħames snin ta' taħriġ professjonali fi skola speċjalizzata, li jwasslu għal-eżami.

2. Is-settur ta' l-imgħallem tas-sengħa ("Mester/Meister/Maître"), li jirrappreżenta l-korsijiet ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fir-rigward ta' ħiliet mhux koperti mid-Direttivi stabbilita fl-Anness A

Taħriġ għas-segwenti:

fid-Danimarka:

- ottiku ("optometrist"),

dan il-kors huwa ta' tul totali ta' 14-il sena, inklużi l-ħames snin ta' taħriġ vokazzjonali mqassma f'sentejn u nofs ta' taħriġ teoretiku ipprovduti mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali u sentejn u nofs taħriġ prattiku miksub fuq il-post tax-xogħol, u li jwassal għal eżami rikonoxxut fir-rigward ta' dik is-sengħa u li jagħti d-dritt ta' l-użu tat-titolu ta' "Mester",

- tekniku ortopediku ("ortopädimekaniker"),

dan il-kors huwa ta' tul totali ta' 12,5-il sena, inklużi t-tliet snin u nofs ta' taħriġ vokazzjonali mqassma f'sitt xhur ta' taħriġ teoretiku ipprovduti mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali u tliet snin ta' taħriġ prattiku miksub fuq il-post tax-xogħol, u li jwassal għal eżami rikonoxxut fir-rigward ta' dik is-sengħa u li jagħti d-dritt ta' l-użu tat-titolu ta' "Mester",

- skarpan ta' l-istivali u ż-żraben ortopediċi ("orthopädiskomager"),

dan il-kors huwa ta' tul totali ta' 13,5-il sena, inklużi l-erba' snin u nofs ta' taħriġ vokazzjonali mqassma f'sentejn taħriġ teoretiku ipprovduti mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali u sentejn u nofs taħriġ prattiku miksub fuq il-post tax-xogħol, u li jwassal għal eżami rikonoxxut fir-rigward ta' dik is-sengħa u li jagħti d-dritt ta' l-użu tat-titolu ta'"Mester."

fil-Ġermanja:

- ottiku ("Augenoptiker"),

- tekniku dentali ("Zahntechniker"),

- manifattur ta' l-irfid għall-operazzjonijiet ("Bandagist"),

- manifattur tal-hearing-aids ("Hörgeräteakustiker"),

- tekniku ortopediku ("Orthopädiemechaniker"),

- skarpan ta' l-istivali ortopediċi ("Orthopädieschuhmacher"),

fil-Lussemburgu:

- bejjiegħ ottiku ("opticien"),

- tekniku dentali ("mécanicien dentaire"),

- manifattur tal-hearing-aids ("audioprothésiste"),

- tekniku ortopediku/manifattur ta' l-irfid għall-operazzjonijiet ("mécanicien orthopédiste/bandagiste"),

- skarpan ta' l-istivali ortopediċi ("orthopédiste-cordonnier"),

dawn il-korsijiet huma ta' tul totali ta' 14-il sena, inklużi mill-anqas ħames snin ta' taħriġ segwiti ġewwa qafas ta' taħriġ strutturat, parzjalment miksuba fuq il-post tax-xogħol u l-parti l-oħra miksuba mill-istabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali, u li jwassal għal eżami li minnu wieħed irid jgħaddi sabiex jipprattika kull attività meqjusa bħala tas-sengħa/ta' ħila jew indipendentement jew bħala impjegat b'livell ta' responsabbilità komparabbli.

fl-Awstrija:

- fabbrikant ta' l-irfid għall-operazzjonijiet ("Bandagist"),

- fabbrikant tal-kriepet ("Miederwarenerzeuger"),

- ottiku ("Optiker"),

- skarpan taż-żraben ortopediċi ("Orthopädieschuhmacher"),

- tekniku ortopediku ("Orthopädietechniker"),

- tekniku dentali ("Zahntechniker"),

- ortolan (ġardinar) ("Gärtner"),

li jirrappreżentaw edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas erbatax-il sena, inklużi ħames snin ta' taħriġ f'qafas ta' taħriġ stutturat, imqassma f'apprentistat ta' mill-anqas tliet snin tul, li jkun fih taħriġ parzjalment akkwistat fuq il-post tax-xogħol u parzjalment ipprovdut minn stabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali, u perjodu ta' prattika professjonali u taħriġ ta' mill-anqas sentejn li jwasslu għal eżami professjonali li jagħti d-drittijiet ta' l-eżerċitar tal-professjoni, li wieħed iħarreġ lill-apprentisti u li juża t-titolu "Meister",

it-taħriġ għall-imgħallmin tas-sengħa fil-qasam ta' l-agrikoltura u l-imsaġar, bażikament,

- imgħallem fl-agrikoltura ("Meister in der Landwirtschaft"),

- imgħallem fl-ekonomija rurali ("Meister in der ländlichen Hauswirtschaft"),

- imgħallem fl-ortikultura ("Meister im Gartenbau"),

- imgħallem fil-ġardinaġġ tas-suq ("Meister im Feldgemüsebau"),

- imgħallem fil-pomoloġija u l-ipproċessar tal-frott ("Meister im Obstbau und in der Obstverwertung"),

- imgħallem fil-vinikultura u l-produzzjoni ta' l-inbid ("Meister im Weinbau und in der Kellerwirtschaft"),

- imgħallem fil-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib ("Meister in der Molkerei- und Käsereiwirtschaft"),

- imgħallem fil-kura taż-żwiemel ("Meister in der Pferdewirtschaft"),

- imgħallem fis-sajd ("Meister in der Fischereiwirtschaft"),

- imgħallem fit-trobbija tat-tjur ("Meister in der Geflügelwirtschaft"),

- imgħallem fl-apikultura ("Meister in der Bienenwirtschaft"),

- imgħallem fl-imsaġar ("Meister in der Forstwirtschaft"),

- imgħallem fiż-żrigħ ta' l-imsaġar u t-tmexxija ta' l-imsaġar ("Meister in der Forstgarten- und Forstpflegewirtschaft"),

- imgħallem fiż-żamma ta' l-imħażen agrikoli ("Meister in der landwirtschaftlichen Lagerhaltung"),

li jirrapreżentaw edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas ħmistax-il sena, inklużi mill-anqas sitt snin ta' taħriġ segwiti f'qafas ta' taħriġ stutturat, imqassma f'apprentistat ta' mill-anqas tliet snin tul, li jkun fih taħriġ parzjalment akkwistat fuq il-post tax-xogħol u parzjalment ipprovdut minn stabbiliment tat-taħriġ vokazzjonali, u perjodu ta' tliet snin ta' prattika professjonali u taħriġ li jwasslu għal eżami professjonali fir-rigward tal-professjoni li jagħti d-drittijiet li wieħed iħarreġ lill-apprentisti u li juża t-titolu "Meister".

3. Settur tat-tbaħħir fuq il-baħar

(a) Taħriġ tat-trasport għas-segwenti

fid-Danimarka:

- kaptan tal-vapur ("skibsfører"),

- l-uffiċjal ewlieni ("overstyrmand"),

- quartermaster, uffiċjal tal-gverta ("enestyrmand, vagthavende styrmand"),

- uffiċjal tal-gverta ("vagthavende styrmand"),

- inġinier ("maskinchef"),

- l-inġinier ewlieni ("l. maskinmester"),

- l-inġinier ewlieni/inġinier tar-ronda ("l. maskinmester/vagthavende maskinmester"),

fil-Ġermanja:

- kaptan, bastiment kbir ta' mal-kosta ("Kapitän AM"),

- kaptan, bastiment ta' mal-kosta ("Kapitän AK"),

- uffiċjal tal-gverta, bastiment kbir ta' mal-kosta ("Nautischer Schiffsoffizier AMW"),

- uffiċjal tal-gverta, bastiment ta' mal-kosta ("Nautischer Schiffsoffizier AKW"),

- kap inġinier, grad Ċ ("Schiffsbetriebstechniker CT — Leiter von Maschinenanlagen"),

- il-mekkaniku tal-vapur, grad Ċ ("Schiffsmaschinist CMa -Leiter von Maschinenanlagen"),

- l-inġinier tal-vapur, grad Ċ ("Schiffsbetriebstechniker CTW"),

- il-mekkaniku tal-vapur, grad Ċ — uffiċjal waħdieni ta inġinerija ("Schiffsmaschinist CMaW — Technischer Alleinoffizier"),

fl-Italja:

- uffiċjal tal-gverta ("ufficiale di coperta"),

- uffiċjal ta' l-inġinerija ("ufficiale di macchina"),

fl-Olanda:

- l-uffiċjal ewlieni (bastiment ta mal-kosta) (b taħriġ addizzjonali) ("stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)"),

- inġinier ta' bastiment li jbaħħar mal-kosta (bid-diploma) ("diploma motordrijver"),

- uffiċjal VTS ("VTS-functionaris"),

- fid-Danimarka, ta' disa' snin ta' skola primarja segwita minn kors ta' taħriġ bażiku u/jew servizz fuq il-baħar ta' bejn 17 u 36 xahar, isupplementati minn:

(i) l-uffiċjali tal-gverta, sena ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat,

(ii) għall-oħrajn, tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat,

- fil-Ġermanja, ta' tul totali ta' bejn 14 u 18-il sena, inkluż kors ta' tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali bażiku u sena ta' servizz fuq il-baħar, segwiti minn sena jew sentejn ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, isupplementat, fejn xieraq, b' sentejn esperjenza ta' xogħol fin-navigazzjoni,

- fl-Italja, ta' tul totali ta' 13-il sena, li minnhom mill-anqas ħames snin jikkonsistu minn taħriġ professjonali li jwassal għal eżami u li huma miżjuda, fejn xieraq, minn kors ta' taħriġ,

- fl-Olanda:

(i) għall-uffiċjal ewlieni (bastiment ta' mal-kosta) (b'taħriġ supplementari) ("stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)"), u inġinier ta' bastiment li jbaħħar mal-kosta (bid-diploma) ("diploma motordrijver"), li tinvolvi kors ta' 14-il sena, li mill-anqas sentejn minnhom iseħħu fi stabbiliment għat-taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, issupplementati b'kors ta' taħriġ ta' tnax-il xahar,

(ii) għall-uffiċjal-VTS ("VTS-functionaris"), ta' tul totali ta' mill-anqas 15-il sena, li fihom mill-anqas tliet snin ta' Edukazzjoni Vokazzjonali Għolja ("HBO") jew Taħriġ Vokazzjonali Intermedjarju ("MBO"), li jkunu segwiti minn korsijiet ta' speċjalizzazzjoni nazzjonali u reġjonali, li jkun fihom mill-anqas tnax-il ġimgħa ta' taħriġ teoretiku kull wieħed u li jwasslu għal eżami kull wieħed,

u li huma rikonoxxuti taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali STCW (Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u l-Għassa għall-Baħħara, 1978).

b) Sajd fil-baħar

It-taħriġ għas-segwenti:

fil-Ġermanja:

- kaptan, sajd fil-baħar fond ("Kapitän BG/Fischerei"),

- kaptan, sajd mal-kosta ("Kapitän BLK/Fischerei"),

- uffiċjal tal-gverta, bastiment għal baħar fond ("Nautischer Schiffsoffizier BGW/Fischerei"),

- uffiċjal tal-gverta, bastiment tat-tbaħħir mal-kosta ("Nautischer Schiffsoffizier BK/Fischerei"),

fl-Olanda:

- l-uffiċjal ewlieni/inġinier V ("stuurman werktuigkundige V"),

- inġinier IV (bastiment tas-sajd) ("werktuigkundige IV visvaart"),

- l-uffiċjal ewlieni IV (bastiment tas-sajd) ("stuurman IV visvaart"),

- l-uffiċjal ewlieni/inġinier VI ("stuurman werktuigkundige VI"),

- fil-Ġermanja, ta' tul totali ta' bejn 14 u 18-il sena, inkluż kors ta' tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali bażiku u sena ta' servizz fuq il-baħar, segwiti minn sena jew sentejn ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, issupplementati, fejn xieraq, b'sentejn esperjenza ta' xogħol fin-navigazzjoni,

- fl-Olanda, li jinvolvi kors li jvarja fit-tul bejn it-13 u l-14-il sena, li mill-anqas sentejn minnhom jiġu pprovduti fi skola ta' taħriġ vokazzjonali speċjalizzat, issupplementati b'perjodu ta' tnax-il xahar ta' esperjenza fuq ix-xogħol,

u li huma rikonoxxuti taħt il-Konvenzjoni Terrimolinos (Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Bastimenti tas-Sajd - 1977).

4. Settur tekniku

It-taħriġ għas-segwenti:

fl-Italja:

- surveyor tal-bini ("geometra"),

- surveyor ta' l-art ("perito agrario"),

(i) għall-surveyors tal-bini minn: jew kors ta' taħriġ li jdum mill-anqas sentejn f'uffiċċju professjonali, jew ħames snin ta' esperjenza fuq ix-xogħol,

(ii) għall-surveyors ta' l-art, bit-tkomplija ta' kors ta' taħriġ li jdum mill-anqas sentejn,

segwiti mill-Eżami ta' l-Istat.

fl-Olanda:

- marixxal tal-qorti ("gerechtsdeurwaarder"),

- dak li jagħmel il-prostesi dentali ("tandprotheticus"),

(i) fil-każ ta' marixxal tal-qorti ("gerechtsdeurwaarder"), li jwassal għal 19-il sena, li fihom tmien snin ta' skola obbligatorja segwiti minn tmien snin ta' edukazzjoni sekondarja inklużi erba' snin ta' edukazzjoni teknika li jwasslu għal eżami ta' l-Istat u ssupplementati minn tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali teoretiku u prattiku,

(ii) fil-każ ta' dak li jagħmel il-prostesi dentali ("tandprotheticus") idum totalment mill-anqas 15-il sena f' taħriġ full time u tliet snin f''taħriġ part time, li jkun fih tmien snin ta' edukazzjoni primarja, erba' snin ta' edukazzjoni sekondarja ġenerali, it-tkomplija ta' tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali, li jinvolvu taħriġ teoretiku u prattiku bħala tekniku dentali, issupplementati bi tliet snin ta' taħriġ part-time bħala wieħed li jagħmel il-prostesi dentali, li jwasslu għal eżami.

fl-Awstrija:

- dak li jindokra l-foresti ("Förster"),

- konsultazzjoni teknika ("Technisches Büro"),

- kiri ta' ħaddiema ("Überlassung von Arbeitskräften — Arbeitsleihe"),

- agent ta' l-impjiegi ("Arbeitsvermittlung"),

- konsulent dwar l-investiment ("Vermögensberater"),

- investigatur privat ("Berufsdetektiv"),

- għasssies tas-sigurtà ("Bewachungsgewerbe"),

- agent immobiljari ("Immobilienmakler"),

- mexxej immobiljari ("Immobilienverwalter"),

- agenzija tar-reklamar u l-promozzjoni ("Werbeagentur"),

- organizzatur ta' proġetti ta' bini ("Bauträger, Bauorganisator, Baubetreuer"),

- istitut tal-ġbir tad-dejn ("Inkassoinstitut"),

li jirrappreżentaw edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas 15-il sena, li jkun fihom tmien snin ta' skola obbligatorja segwiti minn minimu ta' ħames snin ta' studju sekondarju tekniku jew kummerċjali, li jwasslu għal eżami ta' maturità teknika jew kummerċjali, isupplementati b'mill-anqas sentejn ta' edukazzjoni u taħriġ fuq il-post tax-xogħol li jwasslu għależami,

- kunsulent ta' l-assigurazzjoni ("Berater in Versicherungsangelegenheiten"),

li jirrappreżenta edukazzjoni u taħriġ ta' total ta' 15-il sena, inklużi sitt snin ta' taħriġ segwiti ġo qafas ta' taħriġ strutturat, maqsum f'apprentistat ta' tliet snin tul u perjodu ta' tliet snin ta' prattika u taħriġ professjonali, li jwasslu għal eżami,

- mgħallem tas-sengħa tal-bini/kalkolazzjoni ta' l-ippjanar u teknika ("Planender Baumeister"),

- mgħallem tas-sena tal-bini bl-injam/kalkolazzjoni ta' l-ippjanar u teknika ("Planender Zimmermeister"),

li jirrappreżentaw edukazzjoni u taħriġ ta' tul totali ta' mill-anqas 18-il sena, inklużi mill-anqas disa' snin ta' taħriġ vokazzjonali maqsuma f'erba' snin ta' studju sekondarju tekniku u ħames snin ta' prattika u taħriġ professjonali li jwasslu għal eżami professjonali li jagħti d-drittijiet għall-eżerċitar tal-professjoni u li wieħed iħarreġ lill-apprentisti, sakemm dan it-taħriġ jirrigwarda d-dritt li jippjana l-bini, li jagħmel kalkolazzjonijiet tekniċi u li jissorvelja x-xogħol tal-kostruzzjoni ("il-privileġġ Maria Tereżjan").

5. Korsijiet tar-Renju Unit akkreditati bħala Kwalifiki Nazzjonali Professjonali jew Kwalifiki Skoċċiżi Professjonali

Taħriġ għal:

- "uffiċjal xjentifiku tal-laboratorju mediku" ("medical laboratory scientific officer"),

- "inġinier ta" l-elettriku tal-minjieri' ("mine electrical engineer"),

- "inġinier tal-mekkanika tal-minjieri" ("mine mechanical engineer"),

- "assistent soċjali approvat — saħħa mentali" ("approved social worker — mental health"),

- "uffiċjal tal-libertà kondizzjonata" ("probation officer"),

- "terapista dentali" ("dental therapist"),

- "iġjenista tas-snien" ("dental hygienist"),

- "bejjiegħ ta" l-ottika' ("dispensing optician"),

- "deputat tal-minieri" ("mine deputy"),

- "prattikant fil-fallimenti" (insolvency practitioner),

- "wieħed liċenzjat li jipprepara t-trasferimenti" ("licensed conveyancer"),

- "prostesista" ("prosthesist"),

- "l-uffiċjal ewlieni — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri ("first mate — freight/passenger ships") — bla restrizzjoni",

- "it-tieni uffiċjal — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri ("second mate — freight/passenger ships") — bla restrizzjoni",

- "it-tielet uffiċjal — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri ("third mate — freight passenger ships") bla restrizzjoni",

- "uffiċjal tal-gverta — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri ("deck officer — freight/passenger ships") — bla restrizzjoni,"

- "uffiċjal inġinier — vapuri tal-merkanzija/passiġġieri ("engineer officer — freight/passenger ships") — żona ta negozju bla limitu,"

- "aġent ta" l-isem tad-ditta' ("trade mark agent"),

li jwasslu għal kwalifiki akkreditati bħala Kwalifiki Nazzjonali Professjonali (KNP) jew approvati jew rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Professjonali jew, fl-Iskozja, akkreditati bħala Kwalifiki Skoċċiżi Professjonali, fil-livelli 3 u 4 fl-Istruttura Nazzjonali tal-Kwalifiki Professjonali tar-Renju Unit.

Dawn il-livelli huma definiti kif ġej

Livell 3 : kompetenza f'medda vasta ta' attivitajiet ta' xogħol imwettqa f'varjetà wiesgħa ta' kuntesti u li l-maġġor parti tagħhom huma komplessi u mhux ta' rutina. Hemm responsabbiltà u awtonomija konsiderevoli, u l-kontroll u l-iggwidar ta' l-oħrajn huwa meħtieġ ta' sikwit.

Livell 4 : Kompetenza f'medda vasta ta' attivitajiet ta' xogħlijiet kumplessi tekniċi jew professjonali mwettqa f'medda wiesgħa ta' kuntesti u bi grad sostanzjali ta' responsabbiltà u awtonomija personali. Responsabbiltà għax-xogħol ta' l-oħrajn u l-allokazzjoni tar-riżorsi hija preżenti ta' sikwit.

LISTA TA' KORSIJIET LI GĦANDHOM STRUTTURA SPEĊJALI KIF HEMM REFERENZA GĦALIHOM FIT-TIELET INĊIŻ TAL-PUNT (B) TA' L-EWWEL SOTTOPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 3

(L-ANNESS D GĦAD-DIRETTIVA 92/51/KEE)

Fir-Renju Unit:

Korsijiet irregolati li jwasslu għal kwalifiki akkreditati bħala Kwalifiki Nazzjonali Professjonali (KNP) mill-Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Professjonali jew, fl-Iskozja, akkreditati bħala Kwalifiki Skoċċiżi Professjonali, fil-livelli 3 u 4 fl-Istruttura Nazzjonali tal-Kwalifiki Professjonali tar-Renju Unit.

Dawn il-livelli qegħdin jiġu definiti kif ġej:

Livell 3 : kompetenza f'medda vasta ta' attivitajiet ta' xogħol imwettqa f'varjetà wiesgħa ta' kuntesti u li l-maġġor parti tagħhom huma komplessi u mhux ta' rutina. Hemm responsabbiltà u awtonomija konsiderevoli, u l-kontroll u l-iggwidar ta' l-oħrajn huwa meħtieġ ta' sikwit,

Livell 4 : Kompetenza f'medda vasta ta' attivitajiet ta' xogħol kumplessi tekniċi jew professjonali mwettqa f'varjeta wiesgħa ta' kuntesti u bi grad sostanzjali ta' responsabbiltà u awtonomija personali. Responsabbiltà għax-xogħol ta' l-oħrajn u l-allokazzjoni tar-riżorsi hija preżenti ta' sikwit.

Fil-Ġermanja:

Is-segwenti korsijiet irregolati:

- Korsijiet irregolati ta' preparazzjoni għat-twettiq tal-professjonijiet ta' assistent tekniku ("technische(r) Assistent(in)"), assistent kummerċjali ("kaufmännische(r) Assistent(in)"), professjonijiet soċjali ("soziale Berufe") u ċertifikat mill-istat tal-professjoni ta' għalliem tar-respirazzjoni u l-elokuzzjoni ("staatlich geprüfte(r) Atem-, Sprech- und Stimmlehrer(in)"), ta' tul totali ta' mill-anqas 13-il sena, li jenħtieġu it-tmiem b'suċċess tal-kors sekondarju ta' edukazzjoni ("mittlerer Bildungsabschluß") u li fihom:

(i) mill-anqas tliet snin [2] ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u, fejn applikabbli, miżjuda b' kors ta' sena jew sentejn ta' speċjalizzazzjoni li ukoll iwassal għal eżami;

(ii) jew mill-anqas sentejn u nofs fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u ssupplementati bl-esperjenza fuq ix-xogħol li jdum mhux anqas minn sitt xhur jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sitt xhur fi stabbiliment approvat;

(iii) jew mill-anqas sentejn fi skola speċjalizzata ("Fachschule") li jwasslu għal eżami u ssupplementati bl-esperjenza fuq ix-xogħol li jdum mhux anqas minn sena jew kors ta' taħriġ ta' mhux anqas minn sena fi stabbiliment approvat,

- Korsijiet irregolati għall-professjonijiet ta' ċertifikazzjoni mill-Istat ("staatlich geprüfte(r)") tekniku ("Techniker(in)"), ekonomista kummerċjali ("Betriebswirt(in)"), disinjatur ("Gestalter(in)") u assistent tal-familja ("Familienpfleger(in)"), ta' tul totali ta' mhux anqas minn 16-il sena, li bħala prerekwiżit jeħtieġu t-tkomplija b'suċċess ta' attendenza ta' skola obbligatorja jew edukazzjoni u taħriġ ekwivalenti (ta' tul ta' mhux anqas minn disa' snin) u t-tkomplija b' suċċess ta' kors fi skola tas-snajja' ("Berufsschule") ta' mhux anqas minn tliet snin, u li jkun fihom, mat-tmiem, mill-anqas sentejn ta' esperjenza ta' xogħol, edukazzjoni u taħriġ full-time li ma jdumux anqas minn sentejn jew edukazzjoni u taħriġ part-time ta' tul ekwivalenti,

- Korsijiet irregolati u taħriġ irregolat fis-servizz, ta' tul ta' mhux anqas minn 15-il sena, li bħala prerekwiżit ikun, ġeneralment, it-tkomplija b'suċċess ta' l-iskola obbligatorja (ta' tul ta' mhux anqas minn disa' snin) u tat-taħriġ vokazzjonali (normalment tliet snin) u li ġeneralment ikun fih mill-anqas sentejn ta' esperjenza ta' xogħol (tliet snin fil-maġġoranza tal-każijiet) u eżami fil-kuntest tat-taħriġ f'servizz, li l-preparazzjoni għalih ġeneralment tinvolvi kors ta' taħriġ li jew ikun għaddej kontemporanjament ma' l-esperjenza (mill-anqas 1000 siegħa) jew l-attendenza għalih tkun fuq bażi full-time (mill-anqas sena).

L-awtoritajiet Ġermaniżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness.

Fl-Olanda:

- Korsijiet ta' taħriġ irregolati ta' tul totali ta' mhux anqas minn 15-il sena, li bħala prerekwiżit tagħhom huwa t-tkomplija b' suċċess ta' tmien snin ta' edukazzjoni primarja flimkien ma' erba' snin ta' jew edukazzjoni sekondarja generali intermedjarja ("MAVO") jew Edukazzjoni Vokazzjonali Preparatorja ("VBO") jew edukazzjoni sekondarja ġenerali ta' livell ogħla, u li jeħtieġu t-tkomplija ta' kors ta' tliet snin jew erba' snin f'kulleġġ għat-taħriġ vokazzjonali intermedjarju ("MBO"), li jwasslu għal eżami,

- Korsijiet ta' taħriġ irregolati ta' tul totali ta' mhux anqas minn 16-il sena, li bħala prerekwiżit tagħhom hija t-tkomplija b'suċċess ta' tmien snin ta' edukazzjoni primarja flimkien ma' erba' snin mill-anqas ta' edukazzjoni vokazzjonali preparatorja ("VBO") jew livell ogħla ta' edukazzjoni sekondarja ġenerali, u li jeħtieġu t-tkomplija ta' mill-anqas erba' snin ta' taħriġ vokazzjonali fis-sistema ta' l-apprentistat, li jkun fihom mill-anqas ġurnata waħda ta' struzzjoni teoretika f'kulleġġ kull ġimgħa u fil-ġranet l-oħra taħriġ prattiku f'ċentru ta' taħriġ prattiku jew ġo kumpanija, u li jwasslu għal eżami ta' livell sekondarju jew terzjarju.

L-awtoritajiet Olandiżi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness.

Fl-Awstrija:

- Korsijiet fi skejjel vokazzjonali għolja ("Berufsbildende Höhere Schulen") u stabbilimenti għall-edukazzjoni għolja fl-agrikoltura u l-imsaġar ("Höhere Land- und Forstwirtschaftliche Lehranstalten"), inklużi it-tipi speċjali ("einschließlich der Sonderformen"), li l-livell ta' l-istruttura tagħhom huwa stabbilit bil-liġi, b'regolamenti u b'dispożizzjonijiet amministrattivi.

Dawn il-korsijiet għandhom tul totali ta' mhux anqas minn 13-il sena u fihom ħames snin ta' taħriġ vokazzjonali, li jwasslu għal eżami finali, li jekk wieħed jgħaddi minnu jkollu prova tal-kompetenza professjonali,

- Korsijiet fi skejjel ta' l-imgħallma tas-sengħa (master schools) ("Meisterschulen"), klassijiet ta' l-imgħallma tas-sengħa ("Meisterklassen"), skejjel ta' l-imgħallma tas-sengħa industrijali ("Werkmeisterschulen") jew skejjel tan-nies tas-sengħa tal-bini ("Bauhandwerkerschulen"), li l-istruttura u l-livell tagħhom huma stabbiliti b'liġi, b'regolamenti jew b'dispożizzjonijiet amministrattivi.

Dawn il-korsijiet għandhom tul totali ta' mhux anqas minn 13-il sena, li fihom disa' snin ta' edukazzjoni obbligatorja, segwiti minn jew mill-anqas tliet snin ta' taħriġ vokazzjonali fi skola speċjalizzata jew mill-anqas tliet snin ta' taħriġ f'kumpanija jew b'mod paralleli fi skola ta' taħriġ vokazzjonali ("Berufsschule"), li t-tnejn li huma jwasslu għal eżami, u li huma ssupplementati bit-tkomplija b' suċċess ta' kors ta' taħriġ ta' mill-anqas sena fi skola ta' l-imgħallma tas-sengħa ("Meisterschule"), klassijiet ta' l-imgħallma tas-sengħa ("Meisterklassen"), skola ta' l-imgħallma tas-sengħa industrijali ("Werkmeisterschule") jew skola tan-nies tas-sengħa tal-bini ("Bauhandwerkerschule"). Fil-maġġoranza tal-każijiet it-tul totali huwa ta' mill-anqas 15-il sena, li jkun fihom perjodi ta' esperjenza tax-xogħol, li jew jippreċedu l-korsijiet ta' taħriġ f'dawn l-istabbilimenti jew ikunu akkompanjati minn korsijiet part-time (mill-anqas 960 siegħa).

L-awtoritajiet Awstrijaċi għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta' korsijiet ta' taħriġ koperti minn dan l-Anness"

[1] Mill-1 ta' Ġunju 1994, it-titolu professjonali "Krankengymnast(in)" għandu jinbidel b'dak ta' "Physiotherapeut(in)". Madankollu, il-membri tal-professjoni li kisbu d-diplomi tagħhom qabel din id-data, jekk jixtiequ, jistgħu jibqgħu jużaw it-titolu ta' qabel "Krankengymnast(in)".

[2] It-tul minimu jista' jitnaqqas minn tliet snin għal sentejn jekk il-persuna kkonċernata għandha l-kwalifiki meħtieġa sabiex tidħol l-Università ("Abitur"), i.e. tlettax-il sena ta' edukazzjoni u taħriġ preċedenti, jew il-kwalifika meħtieġa sabiex wieħed jidħol f''Fachhochschule ("Fachhochschulreife"), i.e. 12-il sena ta' edukazzjoni u taħriġ preċedenti.

--------------------------------------------------

Top