EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994D0085

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 1994 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tat-tjur

OJ L 44, 17.2.1994, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 056 P. 52 - 53
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 056 P. 52 - 53
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 016 P. 24 - 26
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 014 P. 197 - 199
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 014 P. 197 - 199

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2007; Imħassar b' 32006D0696

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/85/oj

31994D0085



Official Journal L 044 , 17/02/1994 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0052


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta' Frar 1994

li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' laħam frisk tat-tjur

(94/85/KE)

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' laħam frisk tat-tjur [1], kif emendata bid-Direttiva 92/116/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi l-pajjiżi elenkati fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni li tradizzjonalment jissupplixxu lill-Istati Membri, ġew mitluba biex juri, permezz tal-provvista ta' assigurazzjonijiet bil-miktub sostnuti b'dokumentazzjoni xierqa jew bħala riżultat ta' spezzjonijiet fuq il-post, li huma jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Komunità;

Billi dawn l-assigurazzjonijiet għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat Permanenti Veterinarju;

Billi din il-lista tapplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE [3] li tippreskrivi l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-influwenza avjana u l-mard Newcastle;

Billi jista' jkun ukoll meħtieġ li f'ċerti każi jiġu speċifikati l-partijiet ta' pajjiżi li minnhom l-importazzjonijiet ikunu awtorizzati;

Billi din il-lista tista' tiġi emendata f'kull żmien biex tagħti kont ta' informazzjoni ġdida jew sitwazzjonijiet ġodda; billi l-elenkar ta' xi pajjiż jista' jiġi rivedut f'kull żmien meta aktar informazzjoni, b'mod partikolari li tirriżulta minn spezzjonijiet fuq il-post, tindika li l-kondizzjonijiet fil-pajjiż terz konċernat jistgħu jkunu nbidlu jew li informazzjoni riċevuta qabel kienet inkompleta, ineżatta jew inakkurata;

Billi, għalkemm il-lista ta' pajjiżi terzi tifforma l-bażi ta' l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi preskritta fid-Direttiva 91/494/KEE, miżuri oħra, partikolarment li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta' l-annimali, il-pjanijiet residwi u ċ-ċertifikazzjoni għandu jingħata kont tagħhom sabiuex tinkiseb armonizzazzjoni kompleta tal-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur;

Billi, sakemm tiġi adottata mill-Kummissjoni iċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur mill-pajjiżi speċifikati f'din il-lista, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw, ma' l-importazzjoni, il-ħtiġiet tagħhom tas-saħħa ta' l-annimali fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994;

Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur skond il-lista fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 1994.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Frar 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 35.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1.

[3] ĠU L 137, tat-8.6.1993, p. 24.

--------------------------------------------------

ANNESS

Kodiċi ISO | Pajjiż | Laħam frisk tat-tjur | Kummenti speċjali |

AR | Arġentina | x | |

AT | Awstrija | x | |

AU | Awstralja | x | |

BG | Bulgarija | x | |

BR | Brażil | x | |

CA | Kanada | x | |

CH | Żvizzera | x | |

CL | Cili | x | |

CY | Cipru | x | |

CZ | Repubblika Ceka | x | |

FI | Finlandja | x | |

HU | Ungerija | x | |

IL | Israel | x | |

MY | Malażja | x | Peninsular (Punent) Malażja biss |

NO | Norveġja | x | |

NZ | New Zealand | x | |

PL | Polonja | x | |

RO | Rumanija | x | |

SE | Sveżja | x | |

SK | Slovakja | x | |

TH | Tajlandja | x | |

US | Stati Uniti ta' l-Amerika | x | |

UY | Urugway | x | |

ZA | Afrika ta' Isfel | x | |

ZW | Zimbabwe | x | |

--------------------------------------------------

Top