EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0036

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista

OJ L 199, 9.8.1993, p. 1–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 06 Volume 004 P. 126 - 176
Special edition in Swedish: Chapter 06 Volume 004 P. 126 - 176
Special edition in Czech: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Estonian: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Latvian: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Lithuanian: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Hungarian Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Maltese: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Polish: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Slovak: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162
Special edition in Slovene: Chapter 06 Volume 002 P. 110 - 162

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/01/2006; Imħassar b' 32004L0018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/36/oj

31993L0036



Official Journal L 199 , 09/08/1993 P. 0001 - 0053
Finnish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0126
Swedish special edition: Chapter 6 Volume 4 P. 0126


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE

ta' l-14 ta' Ġunju 1993

li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/62/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tikkonċerna l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista [4] ġiet emendata diversi drabi; billi, fl-okkażjoni ta' emendi oħrajn, id-Direttiva msemmija, għandha għal raġunijiet ta' luċidità, terġa' tinkiteb mill-ġdid;

Billi jidher li huwa mportanti, b'mod partikolari, li wieħed jibbaża l-abbozz tad-Direttiva preżenti, kemm jista' jkun fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-akkwist pubbliku kif jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE li tikkonċerna l-koordinazzjoni tal-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista [5] u d-Direttiva 92/50/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni tal-proċeduri ta' l-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' servizz [6];

Billi l-allinjamenti li għandhom jiġu introdotti huma relatati, b'mod partikolari, ma' l-introduzzjoni tad-definizjoni funzjonali ta' l-awtoritajiet kontraenti, l-għażla li wieħed idur għall-proċedura miftuħa jew ristretta, il-kundizzjoni li jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta' kandidati jew ta' dawk li jitfghu l-offerti, ir-regoli biex jinkitbu r-rapporti fuq l-eżekuzzjoni tal-proċeduri differenti ta' għotja, il-kundizzjonijiet li jkun hemm referenza għar-regoli komuni fil-qasam tekniku, il-pubblikazzjoni u l-parteċipazzjoni, il-kjarifiki li jikkonċernaw il-kriterji ta' għotja u l-introduzzjoni tal-proċedura tal-Kumitat Konsultattiv;

Billi huwa wkoll meħtieġ li jiġu introdotti xi bidliet ta' abbozz maħsuba biex tiġi mtejba l-luċidità tad-dispożizzjonijiet eżistenti;

Billi l-kisba tal-libertà tal-moviment tal-merkanzija fir-rigward ta' kuntratti ta' provvista pubblika li jingħataw fi Stati Membri f'isem l-Istat, jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpijiet oħrajn irrregolati mil-liġi pubblika, tinvolvi, mhux biss l-abolizzjoni ta' restrizzjonijiet, imma wkoll il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista;

Billi koordinazzjoni bħal din għandha kemm jista' jkun tikkunsidra l-proċeduri u l-prattika amministrattiva fis-seħħ f'kull Stat Membru;

Billi l-Komunità hija Parti mill-Ftehim fuq l-akkwist mill-gvern [7], minn hawn’ il quddiem imsejjaħ il-Ftehim tal-GATT’;

Billi l-Anness I ta' din id-Direttiva jistabbilixxi l-listi ta' awtoritajiet kontraenti suġġetti għall-Ftehim tal-GATT; billi, huwa meħtieġ li dan l-Anness jiġi aġġornat skond l-emendi sottomessi mill-Istati Membri;

Billi din id-Direttiva ma tapplikax għal ċerti kuntratti ta' provvista li jingħataw fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni koperti bid-Direttiva 90/531/KEE [8];

Billi mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-limitu stabbilit għall-kuntratti ta' provvista suġġetti għall-Ftehim tal-GATT, il-kuntratti ta' provvista ta' anqas minn ECU 200000 jistgħu jiġu eżentati mill-kompetizzjoni kif hemm ipprovdut f'din id-Direttiva u jkun xieraq li wieħed jaħseb għall-eżenzjoni tagħhom mill-miżuri ta' koordinazzjoni;

Billi trid issir dispożizzjoni għall-każijiet eċċezzjonali fejn il-miżuri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta' proċeduri mhux neċessarjament għandhom jiġu applikati, imma fejn każijiet bħal dawn għandhom jiġu limitati espressivament;

Billi l-proċedura nnegozjata trid tiġi kkunsidrata bħala eċċezzjonali u għaldaqsant applikata biss f'każijiet limitati;

Billi, huwa meħtieġ li wieħed jipprovdi regoli komuni fil-qasam tekniku li jikkunsidraw il-politika tal-Komunità fuq standards u speċifikazzjonijiet;

Billi, biex jiġi assigurat l-iżvilupp ta' kompetizzjoni effetiva fil-qasam ta' kuntratti pubbliċi, huwa meħtieġ li l-avviżi tal-kuntratti miktuba mill-awtoritajiet kontraenti ta' l-Istati Membri jiġu rreklamati f'kull parti tal-Komunità; billi l-informazzjoni li jkun hemm f'dawn l-avviżi trid tippermetti lill-fornituri stabbiliti fil-Komunità li jiddeterminaw jekk il-kuntratti proposti jinteressawhomx jew le; billi, għal dan il-għan, ikun xieraq li tingħatalhom informazzjoni addattata dwar l-oġġetti li għandhom jiġu fornuti u l-kundizzjonijiet marbuta mal-forniment tagħhom; billi, b'mod partikolari, fi proċeduri ristretti, ir-reklamar huwa maħsub biex jippermetti lill-fornituri ta' l-Istati Membri li jesprimu l-interess tagħhom f'kuntratti, billi jfittxu mill-awtoritajiet kontraenti, stediniet biex jitfgħu offerti skond il-kundizzjonijiet meħtieġa;

Billi, skond id-drawwa fl-Istati Membri, trid tingħata informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna l-kuntratti fid-dokumenti tal-kuntratt għal kull kuntratt, jew inkella f'dokument ekwivalenti;

Billi, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti regoli komuni għall-parteċipazzjoni f'kuntratti pubbliċi ta' provvista, li jinkludu kemm kriterji għas-selezzjoni kwalitattiva kif ukoll kriterji għall-għoti tal-kuntratti;

Billi, ikun xieraq li ċerti kundizzjonijiet tekniċi li jikkonċernaw l-avviżi u r-rapporti statistiċi mitluba minn din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu addattati skond il-bidliet fil-kundizzjonijiet tekniċi; filwaqt li l-Anness II ta' din id-Direttiva jirreferi għan-nomenklatura, fejn il-Kumunità tista', skond il-bżonn, tirrevedi jew tibdel in-nomenklatura komuni tagħha, u fejn ikun hemm bżonn tagħmel dispożizzjoni għall-possibbiltà li r-referenza magħmula għan-nomenklatura tiġi għalhekk addattata.

Billi, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw id-deadlines għat-traspożizzjoni f'liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni indikata fl-Anness V,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(a) "kuntratti pubbliċi ta' provvista" huma kuntratti għall-interess fi flus konklużi bil-kitba li jinvolvu x-xiri, il-kera jew xiri bin-nifs, bi jew mingħajr l-għażla tax-xiri, ta' prodotti bejn fornitur (persuna naturali jew legali) u waħda mill-awtoritajiet kontraenti definiti f'(b) hawn taħt. Il-kunsinna ta' prodotti bħal dawn tista wkoll tinkludi operazzjonijiet ta' bini u installazzjoni;

(b) "awtoritajiet kontraenti" għandhom ikunu l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, korpijiet amministrati mil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn waħda minn awtoritajiet bħal dawn jew korpijiet amministrati mil-liġi pubblika;

"korp amministrat mil-liġi pubblika" tfisser:

- stabbilit għall-għan speċifiku li jilħaq il-bżonnijiet ta' l-interess ġenerali, li m'għandux karattru industrijali jew kummerċjali, u

- li għandu personalità legali, u

- iffinanzjat, għal maġġur parti, mill-Istat, jew minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew korpi oħra amministrati mil-liġi pubblika, jew suġġett għas-sorveljanza tat-tmexxija minn dawn il-korpi, li għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew ta' sorveljanza, li aktar minn nofs il-membri tiegħu huma appuntati mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra amministrati mil-liġi pubblika;

il-listi tal-korpi jew ta' kategoriji ta' korpi bħal dawn amministrati mil-liġi pubblika li jissodisfaw il-kriterji li hemm referenza għalihom fit-tieni subparagrafu huma murija fl-Anness I tad-Direttiva 93/37KEE. Dawn il-listi għandhom ikunu kemm jista' jkun eżawrjenti u jistgħu jiġu riveduti skond il-proċedura kif stabbilità bl-Artikolu 35 tad-Direttiva 93/37/KEE.

(ċ) - fornitur li jissottometti offertagħandu jiġi indikat bit-terminu "dak li jagħmel l-offerta", u wieħed li jkun fittex stedina li jieħu sehem fi proċedura ristretta bit-terminu "kandidat";

(d) "proċeduri miftuħa" huma dawk il-proċeduri nazzjonali fejn il-fornituri interessati kollha jistgħu jissottomettu offerti;

(e) "proċeduri ristretti" huma dawk il-proċeduri nazzjonali fejn il-fornituri biss li jkunu mistiedna mill-awtoritajiet kontraenti jistgħu jissottomettu offerti;

(e) "proċeduri nnegozjati" huma dawk il-proċeduri nazzjonali fejn l-awtoritajiet kontraenti jikkonsultaw il-fornituri bl-għażla tagħhom u jinnegozjaw it-termini tal-kuntratt ma' wieħed minnhom jew aktar.

L-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a) kuntratti mogħtija fl-oqsma li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2,7,8 u 9 tad-Direttiva 90/531/KEE jew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) ta' dik id-Direttiva;

(b) kuntratti ta' provvista li huma ddikjarati sigrieti jew li l-eżekuzzjoni tagħhom trid tiġi akkumpanjata b'miżuri ta' sigurtà speċjali skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fl-Istati Membri kkonċernati jew meta l-protezzjoni ta' l-interessi bażiċi tas-sigurtà ta' l-Istat Membru titlob dan.

2. Meta awtorità kontraenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(b) tikkonċedi lil korp barra l-awtorità kontraenti — mingħajr ma wieħed jagħti kas ta' l-istatut legali tiegħu — drittijiet speċjali jew esklussivi f'attività ta' servizz pubbliku, l-istrument li jikkonċedi dan id-dritt għandu jistipula li l-korp ikkonċernat irid josserva l-prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bin-nazzjonalità meta jagħti kuntratti pubbliċi ta' provvista lil partijiet terzi.

L-Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2, 4 u 5(1), din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti kollha li jirralata għalihom l-Artikolu 1(a), li jinkludu dawk koperti b'kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti fil-qasam tad-difiża barra l-prodotti li għalihom japplika l-Artikolu 223(1)(b) tat-Trattat tal-KEE.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi ta' provvista amministrati minn regoli proċedurali differenti u mogħtija:

(a) b'segwiment ta' ftehim internazzjonali konkluż b'konformità mat-Trattat, bejn Stat Membru u wieħed mill-pajjiżi li mhumiex membri jew aktar u li jkopri provvisti intenzjonati għall-implimentazzjoni jew l-esplojtazzjoni magħquda ta' proġett mill-Istati firmatarji; il-ftehim kollu għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, li tista' tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni 71/306/KEE [9];

(b) b'xogħlijiet fi Stat Membru jew pajjiż li mhux membru waqt ftehim internazzjonali relatat ma' l-istazzjonar ta' truppi;

(ċ) skond il-proċedura partikolari ta' l-organizzazzjoni internazzjonali.

L-Artikolu 5

1. (a) It-Titoli II, III u IV u l-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal kuntratti pubbliċi ta' provvista:

- mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(b), li jinkludu kuntratti mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Anness I fil-qasam tad-difiża sakemm ma jkunux ikkonċernati l-prodotti mhux koperti bl-Anness II, sakemm il-valur nett stmat ta' VAT mhux inqas minn ECU 200000,

- mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Anness I u li l-valur nett stmat ta' VAT tagħhom mhux inqas mil-limitu stabbilit skond il-Ftehim tal-GATT; fil-każ ta' awtoritajiet kontraenti fil-qasam tad-difiża, dan għandu japplika biss għal kuntratti li jinvolvu prodotti koperti bl-Anness II;

(b) din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti pubbliċi ta' provvista li għalihom il-valur stmat huwa ugwali għal jew jaqbeż il-limitu kkonċernat fil-mument tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż skond l-Artikolu 9(2);

(ċ) il-valur tal-limiti f'muniti nazzjonali u l-limitu tal-Ftehim tal-GATT espress f'ecus għandu fil-prinċipju jiġi rrevedut kull sentejn b'effett mill-1 ta' Jannar 1988. Il-kalkolu ta' dawn il-valuri għandu jkun ibbażat fuq il-valuri medji kwotidjani ta' dawn il-muniti espressi f'ecus u ta' l-ecus espressi f'SDRs fuq 24 xahar li jintemmu fl-aħħar jum ta' Awissu immedjatament qabel ir-reviżjoni ta' l-1 ta' Jannar;

il-metodu tal-kalkolu preskritt fis-subparagrafu preżenti għandu jiġi revedut, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, fil-prinċipju sentejn wara l-applikazzjoni inizjali tiegħu;

(d) il-limitu preskritt fis-subparagrafu (ċ) u l-valur tal-limitu f'muniti nazzjonali u, f'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu stabbilit bil-Ftehim tal-GATT, il-limitu tiegħu stabbilit f'ecus għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-bidu tax-xahar ta' Novembru ta' wara r-reviżjoni preskritta fl-ewwel parti tas-subparagrafu (ċ).

2. Fil-każ ta' kuntratti fuq lokazzjoni, kera jew xiri bin-nifs ta' prodotti, il-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun:

- fil-każ ta' kuntratti ta' perjodu fiss, meta l-perjodu tagħhom huwa 12-il xahar jew inqas il-valur totali tal-kuntratt għat-tul tiegħu, jew, jekk il-perjodu jaqbeż it-12-il xahar, il-valur totali tiegħu li jinkludi l-valur residwu kif stmat;

- fil-każ ta' kuntratti għal perjodu indefinit jew f'każijiet fejn hemm dubju dwar it-tul tal-kuntratti, il-valur ta' xahar immultiplikat bi 48.

3. Fil-każ ta' kuntratti regolari jew ta' kuntratti li huma mġedda fi żmien stipulat, il-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta':

- jew il-valur attwali kollu ta' kuntratti simili konlużi matul is-sena fiskali ta' qabel jew 12-il xahar, aġġustati fejn possibbli, għall-bidliet antiċipati fil-kwantità jew valur fuq 12-il xahar wara l-kuntratt inizjali;

- jew il-valur stmat kollu matul it-12-il xahar ta' wara l-ewwel kunsinna jew matul il-perjodu tal-kuntratt meta dan huwa aktar minn 12-il xahar.

Is-selezzjoni tal-metodu ta' valutazzjoni m'għandhiex tintuża bl-intenzjoni li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

4. Jekk l-akkwist propost ta' provvisti ta' l-istess tip tista' twassal li jingħataw kuntratti fl-istess ħin, f'partijiet separati, il-valur stmat tas-somma totali ta' dawn il-partijiet trid tittieħed bħala l-bażi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.

5. Fil-każ fejn akkwist propost jispeċifika klawsoli ta' għażla, il-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun it-total l-aktar għoli possibbli tax-xirja, lease, kera jew xirja bin-nifs permissibbli, li tinkludi l-klawsoli ta' għażla.

6. L-ebda kundizzjoni ta' akkwist għal kwantità stipulata ta' provvisti ma tista' tinqasam bl-intenzjoni li tiġi evitata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 6

1. Fl-għotja ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri definiti fl-Artikolu 1(d), (e) u (f), fil-każi mogħtija hawn taħt.

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu l-kuntratti ta' provvista' tagħhom bi proċedura negozjata fil-każ ta' offerti irregolari b'reazzjoni għal proċedura miftuħa jew ristretta jew fil-każ ta' offerti li huma inaċċettabbli taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt mhumiex immodifikati sostanzjalment. L-awtoritajiet kontraenti għandhom f'każijiet bħal dawn jippubblikaw avviż għall-offerti sakemm jinkludu fi proċeduri negozjati bħal dawn, l-intrapriżi kollha li jissodisfaw il-kriterji ta' l-Artikoli 20 sa 24 li, matul il-proċedura miftuħa jew ristretta ta' qabel, issottomettew offertiskond il-kundizzjonijiet formali tal-proċedura tal-offerti.

3. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu l-kuntratti ta' provvista tagħhom bil-proċedura negozjata mingħajr ma l-avviż għall-offerti jiġi ppubblikat minn qabel, fil-każijiet li ġejjin:

(a) fin-nuqqas ta' offerti jew ta' dawk li jippreżentaw l-offerti addattati b'reazzjoni għal proċedura miftuħa jew ristretta sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jiġux immodifikati sostanzjalment u jekk ir-rapport ikun ikkomunikat lill-Kummissjoni;

(b) meta l-prodotti nvoluti huma ffabbrikati purament għall-għan ta' riċerka, esperiment, studju jew żvilupp, din id-dispożizzjoni mhiex estiża għall-produzzjoni ta' kwantitàbiex tiġi stabbilita l-vijabbiltà kummerċjali jew biex jiġu irkuprati spejjeż ta' riċerka u żvilupp;

(ċ) meta, għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta' drittijiet esklussivi, il-prodotti fornuti jistgħu jiġu ffabbrikati jew mibgħuta biss minn fornitur partikolari;

(d) sa fejn hu strettament meħtieġ, għal raġunijiet ta' urġenza estrema li seħħew minn ċirkustanzi imprevedibbli mill-awtoritajiet kontraenti kkonċernati, il-limitu ta' żmien preskritt għal proċeduri miftuħa, ristretti jew negozjati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 ma jistgħux jinżammu. Iċ-ċirkostanzi invokati biex jiġġustifikaw l-urġenza estrema ma jridu fl-ebda każ ikunu attribwibbli għall-awtoritajiet kontraenti;

(e) għal kunsinni addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma intenzjonati jew bħala sostituzzjoni parzjali tal-provvisti jew stallazzjonijiet normali jew bħala l-estensjoni tal-provvisti jew estensjonijiet eżistenti fejn bidla fil-fornitur tobbliga lill-awtorità kontraenti li takkwista materjal li għandu karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f' inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi disproporzjonati fit-tħaddim u l-manteniment. It-tul ta' kuntratti bħal dawn kif ukoll dak ta' kuntratti rikurrenti jista, bħala regola ġenerali, ma jaqbiżx it-tliet snin.

4. Fil-każijiet kollha l-oħra, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu l-kuntratti ta' provvista tagħhom bi proċedura miftuħa jew bi proċedura ristretta.

L-Artikolu 7

1. L-awtorità kontraenti għandha, fi żmien 15-il jum mid-data li fiha tiġi rċevuta t-talba, tinforma kull kandidat jew min jippreżenta l-offerta li jkun eliminat li jitlob dan, bir-raġunijiet għar-rifjut ta' l-applikazzjoni tiegħu jew tal-offerta tiegħu, u, fil-każ ta' offerta, l-isem ta' min ikun għamel l-offerta li jkun irnexxa.

2. L-awtorità kontraenti għandha tinforma l-kandidati jew lill-dawk li jippreżentaw offerti li jitolbu dan, bir-raġunijiet li fuqhom hi ddeċidiet li ma tagħtix il-kuntratt, fir-rigward ta' liema, tkun saret sejħa għall-kompetizzjoni qabel, jew li terġa tinbeda l-proċedura. Għandha wkoll tinforma l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej b'dik id-deċiżjoni.

3. Għal kull kuntratt mogħti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiktbu rapport li għandu jinkludi ta' l-anqas dan li ġej:

- l-isem u l-indirizz ta' l-awtorità kontraenti, is-suġġett u l-valur tal-kuntratt,

- l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li jippreżentaw offerti imdaħħla u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom,

- l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li jippreżentaw offerti irrifjutati u r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom,

- l-isem ta' dak li jkun ippreżenta offerta li jkun irnexxa u r-raġunijiet li wasslu li tintgħażel l-offerta tiegħu u, jekk dan ikun magħruf, kull parti mill-kuntratt li dak li jkun ippreżenta l-offerta li tkun irnexxiet jkollu l-intenzjoni li jissottokuntratta ma' terza parti,

- għal proċeduri negozjati, ċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6 li jiġġustifikaw l-użu ta' dawn il-proċeduri.

Dan ir-rapport, jew il-karatteristiċi prinċipali tiegħu, għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumissjoni fuq talba tagħha.

IT-TITOLU II

REGOLI KOMUNI FIL-QASAM TEKNIKU

L-Artikolu 8

1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti fl-Anness III għandhom jingħataw fid-dokumenti ġenerali jew kuntrattwali relatati ma' kull kuntratt.

2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali li jorbtu b'mod legali, sakemm dawn huma kompatibbli mal-liġi tal-Komunita, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu definiti mill-awtoritajiet kontraenti b'referenza għall-istandards nazzjonali li jimplimentaw l-istandards Ewropej, jew b'referenza għall-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni.

3. Awtorità kontraenti tista' titbiegħed mill-paragrafu 2 jekk:

(a) l-istandards, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni ma jinkludux xi dispożizzjoni biex tiġi stabbilita l-konformità jew ma jeżistux mezzi tekniċi biex tiġi stabbilita b'mod sodisfaċenti l-konformità ta' prodott ma' dawn l-istandards, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni;

(b) l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 tippreġudika l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/361/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-istadju inizjali tar-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjoni tat-tip għal tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni [10] jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam ta' l-informazzjoni teknoloġika u t-telekomunikazzjonjiet [11] jew strumenti oħra tal-Komunità f'oqsma speċifiċi ta' servizzi jew prodotti;

(ċ) l-użu ta' ċerti standards, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew speċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali jobbligaw l-awtorità kontraenti li tikseb provvisti inkompatibbli mit-tagħmir li diġà qed jintuża jew twassal għal infiq sproporzjonat jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati, imma biss bħala parti minn strateġija definità u rreġistrata b'mod ċar bil-ħsieb li jkun hemm bidla, fi żmien perjodu stipulat, għal stadards Ewropej, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew speċifikazzjonijiet tekniċi komuni;

(d) il-proġett ikkonċernat huwa ta' natura innovattiva awtentika li għalih l-użu ta' standards Ewropej, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew speċifikazzjonijiet tekniċi komuni ma jkunx addattat.

4. L-awtoritajiet kontraenti invokati fil-paragrafu 2 għandhom jirreġistraw, fejn hu possibbli, ir-raġunijiet għalfejn għamlu dan fl-avviż ta' l-offerta ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew fid-dokumenti tal-kuntratt u fil-każijiet kollha għandhom jirreġistraw dawn ir-raġunijiet fid-dokumentazzjoni interna u għandhom ifornu informazzjoni bħal din fuq talba ta' l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni.

5. Fin-nuqqas ta' standards Ewropej, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi:

(a) għandhom ikunu definiti b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali rikonoxxuti bħala li huma konformi mal-kundizzjonijiet bażiċi elenkati fid-direttivi tal-Komunità fuq l-armonizzazzjoni teknika, skond il-proċeduri preskritti f'dawk id-direttivi, u b'mod partikolari skond il-proċeduri preskritti fid-Direttiva 89/106/KEE [12];

(b) jistgħu jiġu definiti b'referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn u l-metodu ta' kalkolu u l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u l-użu ta' materjali;

(ċ) jistgħu jiġu definiti b'referenza għal dokumenti oħrajn. F'dan il-każ, ikun xieraq li ssir referenza b'ordni ta' preferenza għal:

(i) l-istandards nazzjonali li jimplimentaw l-istandards internazzjonali aċċettati mill-pajjiż ta' l-awtorità kontraenti;

(ii) l-istandards nazzjonali u l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali oħra tal-pajjiż ta' l-awtorità kontraenti;

(iii) kull standard ieħor.

6. Sakemm speċifikazzjonijiet bħal dawn ma jkunux iġġustifikati bis-suġġett tal-kuntratt, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni fil-kuntratt ta' klawsoli li huma relatati ma' kuntratt stipulat ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li jsemmi oġġetti ta' mudell jew sors speċifika jew ta' proċess partikolari u li għaldaqstant jiffavorixxi jew jelimina ċerti fornituri jew prodotti. B'mod partikolari, l-indikazzjoni ta' trade marks, privattivi, tipi jew ta' oriġini jew produzzjoni speċifika għandha tiġi pprojbita. Madankollu, jekk indikazzjoni bħal din tkun akkumpanjata bil-kliem "jew ekwivalenti" din għandha tkun awtorizzata f'każijiet fejn l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jagħtu deskrizzjoni tas-suġġett tal-kuntratt li juża speċifikazzjonijiet li huma preċiżi biżżejjed u kompletament intelliġibbli għall-partijiet ikkonċernati.

IT-TITOLU III

REGOLI KOMUNI TA' REKLAMAR

L-Artikolu 9

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu, kemm jista' jkun malajr wara l-bidu tas-sena tal-budget tagħhom, permezz ta' avviż indikattiv, l-akkwist totali għal kull żona ta' prodott li huma għandhom il-ħsieb li jagħtu matul it-12-il xahar ta' wara, fejn il-valur totali stmat, meta wieħed jikkonsidra d-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 5, huwa ugwali jew akbar minn ECU 750000.

Iż-żona tal-prodott għandha tiġi stabbilità mill-awtoritajiet kontraenti permezz ta' referenza għan-nomenklatura "Klassifika ta' Prodotti Skond l-Attivitajiet (CPA)". Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet ta' referenza fl-avviż ta' pożizzjonijiet partikolari tan-nomenklatura skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 32(2).

2. L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu kuntratt pubbliku ta' provvista permezz ta' proċedura miftuħa, ristretta jew innegozjata fil-każijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(2), għandhom jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom permezz ta' avviż.

3. L-awtoritajiet kontraenti li jkunu taw kuntratt għandhom jgħarrfu lir-riżultat permezz ta' avviż. Madankollu, ċerta informazzjoni fuq l-għotja tal-kuntratt tista', f'ċerti każijiet, ma tiġix ippubblikata meta l-ħruġ ta' informazzjoni bħal din jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew b'mod ieħor imur kontra l-interess pubbliku, tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' impiriżi partikolari, pubbliċi jew privati, jew tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri.

4. L-avviżi għandhom jinkitbu skond il-mudelli mogħtija fl-Anness IV u għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni rikjesta f'dawn il-mudelli. L-awtoritajiet kontraenti jista' ma jkollhomx bżonn kundizzjonijiet oħra barra dawk speċifikati fl-Artikolu 22 u 23 meta jitolbu nformazzjoni li tikkonċerna l-istandards ekonomiċi u tekniċi li huma jkollhom bżonn mill-fornituri għas-selezzjoni tagħhom (It-Taqsima 11 ta' l-Anness IV B, it-Taqsima 9 ta' l-Anness IV Ċ u t-Taqsima 8 ta' l-Anness IV D).

5. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu l-avviżi malajr kemm jista' jkun u bil-mezzi l-aktar addattati lill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Fil-każ tal-proċedura mgħaġġla li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 12, l-avviż għandu jintbagħat b'telex, telegramm jew telefax.

L-avviż li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat malajr kemm jista' jkun fil-bidu ta' kull sena tal-budget.

L-avviż li hemm referenza għalih fil-paragrafu 3 għandu jintbagħat sa l-aktar tard 48 jum wara l-għotja tal-kuntratt ikkonċernat.

6. L-avviżi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jiġu ppubblikati fit-totalità tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fil-bank tad-data TED fil-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet, fejn it-test fil-lingwa oriġinali jkun l-uniku wieħed awtentiku.

7. L-avviż li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jiġi ppubblikat fit-totalità tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fil-bank tad-data TED fil-lingwi oriġinali tagħhom. Sommarju ta' l-elementi importanti ta' kull avviż għandu jiġi ppubblikat bil-lingwi uffiċjali tal-Komunitajiet, fejn it-test fil-lingwa oriġinali jkun l-unika wieħed awtentiku.

8. L-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandu jippubblika l-avviżi sa mhux aktar tard minn 12-il jum minn meta jintbagħtu. Fil-każ tal-proċedura mħaffa li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 12, dan il-perjodu għandu jitnaqqas għal ħamest ijiem.

9. L-avviżi m'għandhomx jiġu ppubblikati fil-Ġurnali Uffiċjali jew fil-ġurnali tal-pajjiż ta' l-awtorità kontraenti qabel id-data li fiha jintbagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; huma għandhom isemmu din id-data. Huma ma jridx ikun fihom informazzjoni barra dik ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

10. L-awtoritajiet kontraenti jridu jkunu jistgħu jipprovdu prova tal-jum li fih ikunu ntbagħtu.

11. In-nefqa tal-pubblikazzjoni ta' l-avviżi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha tinġarr mill-Komunitajiet. It-tul ta' l-avviż ma jridx ikun ta' aktar minn paġna tal-Ġurnal, jew bejn wieħed u ieħor 650 kelma. Kull edizzjoni tal-Ġurnal li jkun fiha avviż wieħed jew aktar għandha tirriproduċi l-mudell ta' l-avviz jew avviżi li fuqhom huma bbażati l-avviż jew avviżi ppubblikati.

L-Artikolu 10

1. Fil-proċeduri miftuħa, il-limitu ta' żmien li fih ikunu rċevuti l-offerti, stabbilit mill-awtoritajiet kontraenti, m'għandux ikun aktar minn 52 ġurnata mid-data li fiha jintbagħat l-avviż.

2. Sakemm dawn ikunu mitluba fi żmien xieraq, id-dokumenti tal-kuntratt u d-dokumenti sekondarji jridu jintbagħtu lill-fornituri mill-awtoritajiet kontraenti jew mid-dipartimenti kompetenti fi żmien sitt ijiem minn meta dawn jirċievu l-applikazzjoni tagħhom.

3. Sakemm din tkun mitluba fi żmien xieraq, xi informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti tal-kuntratt trid tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kontraenti sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-aħħar data ffissata li fiha jistgħu jiġu aċċettati l-offerti .

4. Meta d-dokumenti tal-kuntratt, id-dokumenti sekondarji jew l-informazzjoni addizzjonali tkun voluminuża wisq biex tiġi pprovduta fil-limitu ta' żmien preskritt fil-paragrafu 2 jew 3, jew meta l-offertijistgħu jsiru biss wara żjara tas-sit jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti sekondarji tad-dokumenti tal-kuntratt, il-limitu ta' żmien preskritt fil-paragrafu 1 għandu għalhekk jiġi mtawwal.

L-Artikolu 11

1. Fil-proċeduri ristretti u fil-proċeduri nnegozjati kif deskritti fl-Artikolu 6(2), il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu it-talbiet biex wieħed jipparteċipa stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti m'għandux ikun inqas minn 37 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom fl-istess ħin u bil-miktub jistiednu lill-kandidati magħżula biex jissottomettu l-offertitagħhom. L-ittra ta' stedina għandu jkollha magħha d-dokumenti tal-kuntratt u d-dokumenti sekondarji. Għandha tinkludi ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) fejn xieraq, l-indirizz tas-servizz minn fejn jistgħu jintalbu d-dokumenti tal-kuntratt u d-dokumenti sekondarji u d-data finali sa meta wieħed jista' jagħmel talba bħal din; ukoll, l-ammont u t-termini ta' pagament ta' kull somma li għandha titħallas għal dokumenti bħal dawn;

(b) id-data finali li fiha jistgħu ikunu ppreżentati l-offerti, l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu u l-lingwa jew lingwi li fihom jridu jinkitbu;

(ċ) referenza għall-avviż ippubblikat tal-kuntratt;

(d) indikazzjoni ta' xi dokumenti li jridu jiġu annessi, jew biex jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet verifikabbli mill-kandidat skond l-Artikolu 9(4), jew biex jissupplimentaw l-informazzjoni pprovduta f'dak l-Artikolu taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 22 u 23;

(e) il-kriterji ta' l-għoti tal-kuntratt jekk dawn ma jkunux mogħtija fl-avviż.

3. Fil-proċeduri ristretti, il-limitu ta' żmien biex jiġu ppreżentati l-offerti, stabbilit mill-awtoritajiet kontraenti, ma jistax ikun anqas minn 40 ġurnata mid-data li fiha tintbagħat l-istedina bil-miktub.

4. It-talbiet għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti jistgħu jsiru b'ittra, telegramm, telex, telefax jew bit-telefon. Jekk b'wieħed minn dawn l-aħħar erbgħa, għandhom jiġu kkonfermati b'ittra mibgħuta qabel it-tmiem tal-perjodu preskritt fil-paragrafu 1.

5. Sakemm din tkun mitluba fi żmien xieraq, xi informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti tal-kuntratt trid tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kontraenti sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-aħħar data stabbilita għall-wasla ta' l-offerti.

6. Meta l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara tas-sit jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti li jsostnu d-dokumenti tal-kuntratt, il-limitu ta' żmien preskritt fil-paragrafu 3 għandu għalhekk jiġi mtawwal.

L-Artikolu 12

1. F'każijiet meta l-urġenza twassal li l-limiti ta' żmien preskritti fl-Artikolu 11 ikunu imprattikabbli, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu l-limiti ta' żmien li ġejjin:

(a) limitu ta' żmien għall-wasla tat-talbiet għall-parteċipazzjoni li m'għandux ikun inqas minn 15-il ġurnata mid-data li fiha jintbagħat l-avviż;

(b) limitu ta' żmien li fih jistgħu ikunu ppreżentati l-offerti li m'għandux ikun inqas minn għaxart ijiem mid-data ta' l-istedina biex jintefgħu l-offerti;

2. Sakemm din tkun mitluba fi żmien xieraq, xi informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti tal-kuntratt trid tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kontraenti sa mhux aktar tard minn erbat ijiem qabel l-aħħar data stabbilita li fiha jistgħu jiġu ppreżentati l-offerti .

3. It-talbiet għall-parteċipazzjoni fil-kuntratti u l-istediniet biex tintefa' offerta għandhom isiru bil-mezzi ta' komunikazzjoni l-aktar rapidi. Meta t-talbiet għall-parteċipazzjoni jsiru b'telegramm, telex, telefax jew telefon, dawn għandhom jiġu kkonfermati b'ittra mibgħuta qabel it-tmiem tal-limitu ta' żmien li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 13

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirranġaw biex avviżi li jħabbru kuntratti pubbliċi ta' provvista li mhumiex suġġetti għall-kundizzjoni ta' pubblikazzjoni preskritta f'din id-Direttiva jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 14

Il-kundizzjonijiet biex jinkitbu, għat-trasmissjoni, l-akkwist, għat-traduzzjoni, għall-ġbir u għad-distribuzzjoni ta' l-avviżi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 u r-rapporti statistiċi pprovduti fl-Artikolu 31 kif ukoll in-nomenklatura kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 9 u fl-Annessi II u IV jistgħu jiġu mmodifikati skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 32(2). Il-kundizzjonijiet biex fl-avviżi jkun hemm referenza għall-pożizzjonijiet partikolari fin-nomenklatura jistgħu jiġu ddeterminati skond l-istess proċedura.

IT-TITOLU IV

Il-Kapitolu 1

Regoli komuni għall-parteċipazzjoni

L-Artikolu 15

1. Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji preskritti fil-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu, b'kunsiderazzjoni ta' l-Artikolu 16, wara li tkun ġiet aċċertata l-addattabilità tal-fornituri mhux esklużi permezz tal-Artikolu 20 tkun ġiet ivverifikata mill-awtoritajiet kontraenti bi qbil mal-kriterja ekonomika u l-qagħda finanzjarja u tal-kapaċità teknika li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 22, 23 u 24.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispettaw in-natura konfidenzjali ta' kull informazzjoni mogħtija mill-fornituri.

L-Artikolu 16

1. Meta l-kriterju għall-għotja tal-kuntratt ikun dak ta' l-offertaekonomikament l-aktar vantaġġuża, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkunsidraw il-varjanti li huma ppreżentati minn dak li jagħmel l-offerta u li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet minimi mitluba mill-awtoritajiet kontraenti.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddikjaraw fid-dokumenti tal-kuntratt l-ispeċifikazzjonijiet minimi li għandhom jiġu rrispettati mill-varjanti u kull kundizzjoni speċifika għall-preżentazzjoni tagħhom. Għandhom jindikaw fl-avviż ta' l-offertajekk humiex permessibbli l-varjanti.

L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jirrifjutaw is-sottomissjoni ta' varjant fuq raġunijiet biss li ġie miktub bi speċifikazzjonijiet tekniċi definiti b'referenza għal standards nazzjonali li joqogħdu flok standards Ewropej, għal approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8(2), jew b`referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8(5)(a) u (b).

2. L-awtoritajiet kontraenti li jkunu daħħlu varjanti skond il-paragrafu 1 ma jistgħux jirrifjutaw varjant fuq raġunijiet biss li dan jista' jwassal, jekk jirnexxi, għal kuntratt ta' servizz aktar milli għal kuntratt pubbliku ta' provvista fit-tifsira ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 17

Fid-dokumenti tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista' titlob lil dak li jagħmel l-offertabiex jindika fl-offertatiegħu kull qasam mill-kuntratt li hu bi ħsiebu jissottokuntratta lil partijiet terzi.

Din l-indikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni tar-responsabbiltà prinċipali tal-fornitur.

L-Artikolu 18

Offertijistgħu jiġu ppreżentati minn grupp ta' fornituri. Dawn il-gruppi ma jistgħux jintalbu jassumu forma legali speċifika sabiex jippreżentaw l-offerta, madankollu, l-grupp magħżul jista' jkun mitlub jagħmel dan jekk ikun mogħti l-kuntratt, safejn din il-bidla tkun meħtieġa għall-eżekuzzjoni sodisfaċenti tal-kuntratt.

L-Artikolu 19

1. Fil-proċeduri ristretti u n-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija relatata mal-pożizzjoni personali tal-fornitur kif ukoll l-informazzjoni u l-formalitajiet meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet minimi ta' natura ekonomika u teknika li trid titwettaq minnu, jagħżlu mill-kandidati li għandhom il-kwalifiki mitluba bl-Artikoli 20 sa 24 dawk li huma jistiednu biex jippreżentaw offerta jew biex jinnegozjaw.

2. Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħtu kuntratt bi proċedura ristretta, jistgħu jippreskrivu medda li fiha jidħlu n-numru ta' fornituri li huma għandhom l-intenzjoni li jistiednu. F'dan il-każ il-medda għandha tiġi indikata fuq l-avviż tal-kuntratt. Il-medda għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tan-natura tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti. Il-medda għandha tennumera ta' l-anqas ħames fornituri u tista' tkun sa 20.

F'kull każ, in-numru ta' kandidati mistiedna biex jitfgħu offertajrid ikun biżżejjed biex jassigura kompetizzjoni ġenwina.

3. Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħtu kuntratt bi proċedura nnegozjata kif hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(2), in-numru ta' kandidati ammessi biex jinnegozjaw ma jistax ikun inqas minn tlieta sakemm hemm numru biżżejjed ta' kandidati addattati.

4. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtoritajiet kontraenti joħorġu stediniet mingħajr diskriminazzjoni lejn dawk iċ-ċittadini ta' Stati Membri oħrajn li jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa u taħt l-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tiegħu.

Il-Kapitolu 2

Kriterji għal selezzjoni kwalitattiva

L-Artikolu 20

1. Kull fornitur jista' jiġi eskluż milli jipparteċipa fil-kuntratt jekk:

(a) hu fallut jew qed jagħlaq, li n-negozju tiegħu qed jiġi amministrat mill-qorti, li daħal fi ftehim mal-kredituri tiegħu, li ssospenda l-attivitajiet ta' negozju tiegħu jew li qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regoli nazzjonali;

(b) hu suġġett għal proċeduri minħabba dikjarazzjoni ta' fallimenti, għal ordni obbligatorja li jagħlaq jew amministrazzjoni mill-qorti jew għal arranġament mal-kredituri jew għal xi proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regoli nazzjonali;

(ċ) ġie kkundannat għal offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tiegħu b'sentenza li għandha s-saħħa ta' res judicata;

(d) kien ħati ta' kondotta ħażina gravi pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiġġustifikaw;

(e) ma ssodisfax l-obbligi relatati mal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skond id-dispożizzjonijiet legali fil-pajjiż fejn hu stabbilit jew skond dawk tal-pajjiż ta' l-awtorità kontraenti;

(f) ma ssodisfax l-obbligi relatati mal-ħlas ta' taxxi skond id-dispożizzjonijiet legali fil-pajjiż fejn hu stabbilit jew skond dawk tal-pajjiż ta' l-awtorità kontraenti;

(g) huwa ħati ta' rappreżentazzjoni ħażina fil-forniment ta' informazzjoni mitluba taħt dan il-Kapitolu.

2. Meta l-awtorità kontraenti jkollha bżonn mingħand il-fornitur prova li l-ebda wieħed mill-każijiet ikkwotati f'(a), (b), (ċ), (e) jew (f) tal-paragrafu 1 ma japplika għalih, għandha taċċetta bħala evidenza suffiċjenti:

- għall-punti (a), (b) jew (ċ), il-produzzjoni ta' estratt mir-"reġistru ġudizzjarju", jew fin-nuqqas ta' dan, ta' dokument ekwivalenti maħruġ minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti fil-pajjiż ta' oriġini fil-pajjiż minn fejn il-persuna tiġi, li turi li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati,

- għall-punti (e) jew (f), ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

3. Meta l-pajjiż ikkonċernat ma joħroġx id-dokumenti jew iċ-ċertifikati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 jew meta dawn ma jkoprux il-każijiet kollha kkwotati f'(a), (b) jew (ċ) tal-paragrafu 1, minnflokhom jista' jkun hemm dikjarazzjoni b'ġurament, jew fl-Istati Membri fejn m'hemmx dispożizzjoni għal dikjarazzjonijiet b'ġurament, b'dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna kkonċernata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti, nutar jew korp professjonali jew kummerċjali kompetenti, fil-pajjiż ta' oriġini fil-pajjiż minn fejn tkun ġejja dik il-persuna.

4. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti biex joħorġu d-dokumenti, iċ-ċertifikati jew id-dikjarazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 u għandhom jinfurmaw b'dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni minnufih.

L-Artikolu 21

1. Kull fornitur li jixtieq jieħu sehem f'kuntratt pubbliku ta' provvista jista' jintalab juri prova tar-reġistrazzjoni tiegħu, kif preskritt fil-pajjiż ta' stabbiliment, f'wieħed mir-reġistri professjonali jew kummerċjali jew li jipprovdi dikjarazzjoni fuq ġurament jew ċertifikat kif deskritt fil-paragrafu 2 hawn taħt.

2. Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali jew id-dikjarazzjonijiet jew iċ-ċertifikati relevanti huma:

- fil-Belġju: "Registre du commerce/Handelsregister",

- fid-Danimarka: "Aktieselskabsregistret", "Foreningsregistret" and "Handelsregistret",

- fil-Ġermanja: "Handelsregister" u "Handwerksrolle",

- fil-Greċja: "Βιοτεχνικό ή Βιομηχανικό ή Εμπορικό Επιμελητήριο",

- fi Spanja: "Registro Mercantil", jew fil-każ ta' individwi mhux reġistrati, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata ddikjarat fuq ġurament li hi rreġistrata fil-professjoni kkonċernata,

- fi Franza: "Registre du commerce" u "répertoire des métiers",

- fl-Italja: "Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato", u "Registro delle Commissioni provinciali per l'artigianato",

- fil-Lussemburgu: "Registre aux firmes" u "Rôle de la chambre des métiers",

- fl-Olanda: "Handelsregister",

- fil-Portugall: "Registo Nacional das Pessoas Colectivas",

- fir-Renju Unit u fl-Irlanda, il-fornitur jista’ jiġi mitlub jipprovdi ċertifikat mir-Registrar of Companies jew ir-Registrar of Friendly Societies, li hu ċċertifikat bħala inkorporat jew irreġistrat jew, jekk ma jkunx iċċertifikat hekk, ċertifikat li jiddikjara li l-persuna kkonċernata ddikjarat fuq ġurament li hi rreġistrata fil-professjoni kkonċernata fil-pajjiż fejn hi stabbilita, f'post speċifiku, taħt isem ta' negozju speċifiku u taħt isem kummerċjali speċifiku.

L-Artikolu 22

1. L-evidenza tal-pożizzjoni finanzjarja u ekonomika tal-fornitur, tista’ bħala regola ġenerali, tingħata minn waħda jew aktar mir-referenzi li ġejjin:

(a) dikjarazzjonijiet xierqa minn bankiera;

(b) il-preżentazzjoni tal-balance sheets tal-fornitur jew estratti mill-balance sheets meta l-pubblikazzjoni tal-balance sheet hija mitluba skond il-liġi tal-pajjiż fejn huwa stabbilit il-fornitur;

(ċ) dikjarazzjoni tad-dħul ġenerali tal-fornitur u d-dħul tiegħu fir-rigward tal-prodotti li magħhom huwa relatat il-kuntratt għat-tliet snin ta' qabel.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw fl-avviż jew fl-istedina biex tintefa’ offerta liema referenza jew referenzi msemmija fil-paragrafu 1 huma jkunu għażlu u liema referenzi oħra barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jridu jiġu pprovduti.

3. Jekk, għal xi raġuni valida, il-fornitur ma jkunx jista’ jipprovdi r-referenzi mitluba mill-awtoritajiet kontraenti, hu jista jagħti prova tal-pożizzjoni eknomika u finanzjarja tiegħu b'kull dokument ieħor li l-awtorità kontraenti tikkunsidra bħala addattata.

L-Artikolu 23

1. L-evidenza għall-kapaċità teknika tal-fornitur tista’ tingħata b'wieħed jew aktar mill-mezzi li ġejjin, skond in-natura, il-kwantità u l-intenzjoni tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti:

(a) lista tal-kunsinni prinċipali effettwati fl-aħħar tliet snin, bis-somom, dati u reċipjenti, pubbliċi jew privati, involuti:

- meta effettwati għal awtoritajiet pubbliċi, evidenza li tkun fil-forma ta' ċertifikati maħruġa jew ikkontrafirmati mill-awtorità kompetenti;

- meta effettwati għal xerrejja privati, kunsinna li trid tkun iċċertifikata mix-xerrej jew, fin-nuqqas ta' dan, sempliċiment iddikjarata mill-fornitur li tkun ġiet effettwata;

(b) deskrizzjoni tal-faċilitajiet tekniċi tal-fornitur, il-miżuri tiegħu biex tiġi assigurata l-kwalità u l-faċilitajiet ta' studju u riċerka tiegħu;

(ċ) indikazzjoni tat-tekniċi jew korpijiet tekniċi involuti, kemm jekk dawn huma direttament tal-fornitur jew le, speċjlament dawk responsabbli mill-kontroll tal-kwalita;

(d) kampjuni, deskrizzjoni u/jew ritratti tal-prodotti li jridu jiġu fornuti, li l-awtentiċità tagħhom trid tkun iċċertifikata jekk l-awtorità kontraenti titlob dan;

(e) ċertifikati miktuba mill-istituti uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità jew aġenziji ta' kompetenza rikonoxxuta li jattestaw il-konformità għal ċerti speċifikazzjonijiet jew standards tal-prodotti identifikati b'mod ċar b'referenzi għal speċifikazzjonijiet jew standards;

(f) meta l-prodotti li jridu jiġu fornuti huma kumplessi jew, b'mod eċċezzjonali, huma mitluba għal għan speċjali, għandha ssir verifika mill-awtoritajiet kontraenti jew f'isimhom minn korp uffiċjali kompetenti tal-pajjiż fejn ikun stabbilit il-fornitur, suġġett għal qbil ta' dan il-korp, fuq il-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-fornitur u jekk ikun hemm bżonn fuq l-istudju tiegħu u l-faċilitajiet ta' riċerka u l-miżuri tal-kontroll tal-kwalità.

2. L-awtorità kontraenti għandha tispeċifika, fl-avviż jew fl-istedina biex tintefa’ offerta, liema referenzi hi tixtieq tirċievi.

3. L-estent ta' l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 22 u fil-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu trid tkun limitata għas-suġġett tal-kuntratt; l-awtorità kontraenti għandha tikkunsidra l-interessi leġittimi tal-fornituri f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tas-sigrieti tekniċi jew kummerċjali tagħhom.

L-Artikolu 24

Fil-limiti ta' l-Artikoli 20 sa 23 l-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-fornituri biex jissupplimentaw iċ-ċertifikati jew id-dokumenti ppreżentati jew biex jikkjarifikawhom.

L-Artikolu 25

1. L-Istati Membri li għandhom listi uffiċjali ta' fornituri rikonoxxuti jridu jaddattawhom għad-dispożizzjonjiet tal-punti (a) sa (d) u (g) ta' l-Artikolu 20(1) u ta' l-Artikoli 21, 22 u 23.

2. Il-fornituri rreġistrati fil-listi uffiċjali jistgħu, għal kull kuntratt, jissottomettu għall-awtoritajiet kontraenti ċertifikat ta' reġistrazzjoni maħruġ mill-awtorità kontraenti. Dan iċ-ċertifikat għandu jiddikjara r-referenza li ppermettiet li huma jiġu rreġistrati fil-lista u l-klassifikazzjoni mogħtija f'dik il-lista.

3. Ir-reġistrazzjoni ċċertifikata fil-listi uffiċjali ta' fornituri mill-korpijiet kompetenti għandha, għall-awtoritajiet kontraenti ta' l-Istati Membri, tikkonstitwixxi presunzjoni ta' konvenjenza li tikkorrispondi mal-klassifikazzjoni tal-fornituri biss f'dak li għandu x’jaqsma ma l-Artikolu 20(1)(a) sa (d) u (g), l-Artikolu 21, l-Artikolu 22(1)(b) (e) l-Artikolu 23(1)(a).

L-informazzjoni li tista’ toħroġ mir-reġistrazzjoni fil-listi uffiċjali ma tistax tiġi diskussa. Madankollu, fir-rigward tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jista jkun hemm bżonn ċertifikat addizzjonali ta' xi fornituri rreġistrati kull meta jiġi offrut kuntratt.

L-awtoritajiet kontraenti ta' l-Istati Membri l-oħra għandhom japplikaw biss l-ewwel u t-tieni subparagrafu favur il-fornituri stabbiliti fl-Istati Membri li jkollhom il-lista uffiċjali.

4. Għar-reġistrazzjoni ta' fornituri ta' Stati Membri oħra f'lista uffiċjali, ma jistax ikun hemm bżonn ta' provi jew dikjarazzjonijiet oħra barra dawk mitluba mill-fornituri uffiċjali, f'kull każ, dawk biss li hemm provdiment dwarhom fl-Artikoli 20 sa 23.

5. L-Istati Membri li għandhom lista uffiċjali għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-korp li lilu jistgħu jsiru t-talbiet għar-reġistrazzjoni, lejn l-Istati Membri l-oħra u lejn il-Kummissjoni li għandhom jassiguraw id-distribuzzjoni.

Il-Kapitolu 3

Kriterji għall-għotja ta' kuntratti

L-Artikolu 26

1. Il-kriterji li fuqhom l-awtorità kontraenti għandha tibbaża l-għotja ta' kuntratti għandhom ikunu:

(a) jew l-inqas prezz biss;

(b) jew, meta ssir għotja lil dak li jagħmel l-offerta ekonomikamentl-aktar vantaġġuża, kriterji varji skond il-kuntratt ikkonċernat: eż. prezz, data tal-kunsinna, spejjeż kurrenti, profitti, kwalità, estetika u karatteristiċi funzjonali, mertu tekniku, servizz wara l-bejgħ u assistenza teknika.

2. Fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tiddikjara fid-dokumenti tal-kuntratt jew fl-avviż tal-kuntratt il-kriterji kollha li huma għandhom il-ħsieb li japplikaw, fejn possibbli, f'ordni ta' importanza li tonqos.

L-Artikolu 27

Jekk, għal kuntratt partikolari, l-offertijidhru li huma baxxi b'mod anormali inrelazzjoni ma’ l-oġġetti li jridu jiġu pprovduti, l-awtorità kontraenti għandha, qabel tirrifjuta dawk l-offerti, titlob bil-miktub dettalji ta' l-elementi kostitwenti ta' l-offerta li hi tikkunsidra bħala relevanti u għandha tivverifika dawk l-elementi kostitwenti billi tikkunsidra l-ispjegazzjonijiet li tirċievi.

L-awtorità kontraenti tista’ tikkunsidra l-ispjegazzjonijiet relatati ma l-ekonomija tal-proċess ta' fabbrikazzjoni, jew mas-soluzzjonijiet tekniċi magħżula, jew mal-kundizzjonijiet favorevoli b’mod eċċezzjonali disponibbli għal dak li jagħmel l-offerta għall-provvista ta' l-oġġetti, jew ma l-oriġinalità tal-fornituri proposti minn dak li jagħmel l-offerta

Jekk id-dokumenti relatati mal-kuntratt jipprovdu għall-għotja tiegħu fil-prezz l-aktar baxx offrut, l-awtorità kontraenti trid tikkomunika lill-Kummissjoni r-rifjut ta' l-offertili hi tikkunsidra li huma baxxi wisq.

IT-TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

L-Artikolu 28

Għall-finijiet ta' l-għotja ta' kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti li hemm referenza għalihom fl-Anness I, u safejn ma jkunux saru rettifikazzjonijiet, modifikazzjonijiet u emendi għalih mill-awtoritajiet suċċessuri, l-Istati Membri għandhom japplikaw fir-relazzjonijiet tagħhom, kundizzjonijiet li huma favorevoli daqs dawk li huma jagħtu lill pajjiżi terzi fl-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-GATT, b'mod partikolari dawk fl-Artikoli V u VI ta' dak il-Ftehim, fuq il-proċedura ristretta, l-informazzjoni u l-analiżi. L-Istati Membri għandhom għal dan il-għan jikkonsultaw wieħed lill-ieħor fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu skond dan il-Ftehim.

L-Artikolu 29

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi u fejn adattat għandha tissottometti proposti ġodda lill-Kunsill bil-għan, b'mod partikolari, li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu armonizzati.

2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva u kull miżuri ġodda li jistgħu jiġu adottati bħala riżultat tal-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tar-riżultati ta' negozjati oħra pprovduti fl-Artikolu IX (6) tal-Ftehim tal-GATT u għandha, jekk ikun hemm bżonn tissottometti proposti adattati lill-Kunsill.

3. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness I fuq il-bażi ta' xi rettifikazzjonijiet, modifiki jew emendi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 28 u għandu jkollha l-verżjoni aġġornata ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 30

Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien għandu jsir skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-perjodi, dati u limiti ta' żmien [13].

L-Artikolu 31

1. Sabiex jippermettu li jsiru valutazzjonijiet tar-riżultati ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni rapport statistiku relattiv ma’ l-għoti ta' kuntratti pubbliċi:

(a) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena għas-sena preċedenti fir-rigward ta' l-awtoritajiet kontraenti elenkati fl-Anness I;

(b) sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 1991 u għar-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża il-31 ta' Ottubru 1995 u minn hemm ’il quddiem il-31 ta' Ottubru ta' kull tieni sena għas-sena preċedenti fir-rigward ta' l-awtoritajiet kontraenti fit-tifsira ta' l-Artikolu 1.

2. Ir-rapport statistiku għandu jagħti dettal dwar ta' l-anqas:

(a) in-numru u l-valur ta' kuntratti mogħtija minn kull awtorità kontraenti’ l fuq mil-limitu u, fil-każ ta' l-awtoritajiet kontraenti msemmija fl-Anness I, il-valur taħt il-limitu;

(b) in-numru u l-valur ta' kuntratti mogħtija minn kull awtorità kontraenti’ l fuq mil-limitu, maqsuma skond il-proċedura, l-prodott u n-nazzjonalità tal-fornitur li jkun ġie mogħti l-kuntratt, u fil-każ ta' proċeduri nnegozjati, maqsuma skond l-Artikolu 6, fejn jiġu elenkati n-numru u l-valuri tal-kuntratti mogħtija lil kull Stat Membru u lil pajjiżi terzi, u fil-każ ta' l-awtoritajiet kontraenti li hemm referenza għalihom fl-Anness I, in-numru u l-valur tal-kuntratti mogħtija lil kull firmatarju tal-Ftehim tal-GATT.

3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 32(2) in-natura ta' kull informazzjoni statistika addizzjonali, li hi meħtieġa skond din id-Direttiva.

L-Artikolu 32

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi stabbilit bid-Deċiżjoni 71/306/KEE.

2. Meta ssir referenza għall-proċedura preskritta b'dan il-paragrafu, ir-rappreżentattiv tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’terminu ta' żmien li l-President jista jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ, jekk ikun hemm bżonn billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha tiġi rreġistrata fil-minuti; barra minn hekk, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jsaqsi li jkollu l-pożizzjoni tiegħu rreġistrata fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni lill-opinjoni maħruġa mill-Kumitat. Għandha tinforma lill-Kumitat bil-mod kif l-opinjoni tiegħu ġiet ikkunsidrata.

3. Il-Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru, kull kwistjoni relatata ma’ l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 33

Id-Direttiva 77/62/KEE [14] hija hawnhekk revokata, mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Istati Membri li jikkonċerna l-limiti taż-żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni indikati fl-Anness V.

Ir-referenzi li jsiru għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenza għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.

L-Artikolu 34

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-14 ta' Ġunju 1994. Huma għandhom jinfurmaw b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva jew jigu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir tali referenza għandho, jiġi stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 35

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Trøjborg

[1] ĠU C 277, tas-26.10.1992, p. 1.

[2] ĠU C 72, tal-15.3.1993, p. 73. u d-Deċiżjoni tas- 26.5.1993 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 332, tas-16.12.1992, p. 72.

[4] ĠU L 13, tal-15.1.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/50/KEE (ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1).

[5] Ara p. 54 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[6] ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[7] ĠU L 71, tas-17.3.1980, p. 44. u ĠU L 345, tad-9.12.1987, p. 24.

[8] ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1.

[9] ĠU L 185, tas-16.8.1971, p. 15. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 77/63/KEE (ĠU L 13, tal-15.1.1977, p. 15.)

[10] ĠU L 217, tal-5.8.1986, pġ 21. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/263/KEE (ĠU L 128, tat-23.5.1991, p. 1).

[11] ĠU L 36, tas-7.2.1987, p. 31.

[12] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

[13] ĠU L 124, tat-8.6.1971, p. 1.

[14] Jinkludi d-dispożizzjonijiet li emendaw din id-Direttiva, jiġifieri:

- Direttiva 80/767/KEE (ĠU L 215, tat-18.8.1980, p. 1),

- Direttiva 88/295/KEE (ĠU L 127, ta' l-20.5.1988, p. 1),

- l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 90/531/KEE (ĠU L 297, tad-29.10.1990, p. 1),

- l-Artikolu 42(1) tad-Direttiva 92/50/KEE (ĠU L 209, ta' l-24.7.1992, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TA' AWTORITAJIET KONTRAENTI SUĠĠETTI GĦALL-FTEHIM TAL-GATT FUQ AKKWIST MILL-GVERN

IL-BELĠJU

A.L'État, exception faite pour les marchés passés dans le cadre de coopération au développement qui, en vertu d'accords internationaux conclus avec des pays tiers et se rapportant à la passation de marchés, sont soumis à d'autres dispositions, incompatibles avec les dispositions du présent arrêté:la Régie des postes,la Régie des bâtiments;le Fonds des routesB.Le Fonds général des bâtiments scolaires de l'ÉtatLe Fonds de construction d'institutions hospitalières et médico-socialesLa Société nationale terrienneL'Office national de sécurité socialeL'Institut national d'assurances sociales pour travailleurs indépendantsL'Institut national d'assurance maladie-invaliditéL'Institut national de crédit agricoleL'Office national des pensionsL'Office central de crédit hypothécaireL'Office national du ducroireLa Caisse auxiliaire d'assurance maladie-invaliditéLe Fonds des maladies professionnellesLa Caisse nationale de crédit professionnelL'Office national des débouchés agricoles et horticolesL'Office national du lait et de ses dérivésL'Office national de l'emploiRégie des voies aériennes | De Staat, met uitzondering van de opdrachten inzake ontwikkelingssamenwerking die, krachtens internationale overeenkomsten met derde landen inzake het plaatsen van opdrachten, andere bepalingen behelzen die niet verenigbaar zijn met de bepalingen van dit besluit: de Regie der Posterijen;de Regie der Gebouwen;.- het WegenfondsHet Algemeen Gebouwenfonds voor de rijksscholenHet Fonds voor de bouw van ziekenhuizen en medisch-sociale inrichtingenDe Nationale LandmaatschappijDe Rijksdienst voor sociale zekerheidHet Rijksinstituut voor de sociale verzekeringen der zelfstandigenHet Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekeringHet Nationaal Instituut voor landbouwkredietDe Rijksdienst voor pensioenenHet Central Bureau voor hypothecair kredietDe Nationale DelcrederedienstDe Hulpkas voor ziekte- en invaliditeitsverzekeringHet Fonds voor de beroepsziektenDe Nationale Kas voor beroepskredietDe Nationale Dienst voor afzet van land- en tuinbouwproduktenDe Nationale ZuiveldienstDe Rijksdienst voor arbeidsvoorzieningDe Regie der Luchtwegen |

1. Statsministeriet | to departementer |

2. Arbejdsministeriet | fem direktorater og institutioner |

3. Udenrigsministeriet (tre departementer) | |

4. Boligministeriet | fem direktorater og institutioner |

5. Energiministeriet | ét direktorat og Forsoegsanlaeg Risø |

6. Finansministeriet (to departementer) | fire direktorater og institutioner inklusiveDirektoratet for Statens Indkøb |

7. Ministeriet for Skatter og Afgifter (to departementer) | fem direktorater og institutioner |

8. Fiskeriministeriet | fire institutioner |

9.Industriministeriet (Fulde navn: Ministeriet for Industri, Handel, Haandvaerk og Skibsfart) | ni direktorater og institutioner |

10. Indenrigsministeriet | Civilforsvarsstyrelsenét direktoratet |

11. Justitsministeriet | Rigspolitichefenfem andre direktorater og institutioner |

12. Kirkeministeriet | |

13. Landbrugsministeriet | 19 direktorater og institutioner |

14. Miljøministeriet | fem direktorater |

15. Kultur- og Kommunikationsministeriet | tre direktorater og adskillige statsejede museer og højere uddannelsesinstitutioner |

16. Socialministeriet | fire direktorater |

17. Undervisningsministeriet | seks direktorater12 universiteter og andre højere laereanstalter |

18. Økonomiministeriet (tre departementer) | |

19. Ministeriet for Offentlige Arbejder | statshavne og statslufthavnefire direktorater og adskillige institutioner |

20. Forsvarsministeriet | |

21. Sundhedsministeriet | adskillige institutioner inklusive Statens Seruminstitut og Rigshospitalet |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

LISTA TAL-PRODOTTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 5 LI JIKKONĊERNA L-GĦOTJA TA' KUNTRATTI MINN AWTORITAJIET KONTRAENTI FIL-QASAM TAD-DIFIŻA

Il-Kapitolu 25 : Melħ, sulfurju; terrapien u ġebel; materjal tat-tikħil, lime u cement

Il-Kapitolu 26 : Ores metalliċi, gagazza u rmied

Il-Kapitolu 27 ex 2710 : karburanti speċjali għall-magni

Il-Kapitolu 28 ex 2809 : splussivi

ex 2813 : splussivi

ex 2814 : gass tad-dmugħ

ex 2828 : splussivi

ex 2832 : splussivi

ex 2839 : splussivi

ex 2850 : prodotti tossiċi

ex 2851 : prodotti tossiċi

ex 2854 : splussivi

Il-Kapitolu 29 ex 2903 : splussivi

ex 2904 : splussivi

ex 2907 : splussivi

ex 2908 : splussivi

ex 2911 : splussivi

ex 2912 : splussivi

ex 2913 : prodotti tossiċi

ex 2914 : prodotti tossiċi

ex 2915 : prodotti tossiċi

ex 2921 : prodotti tossiċi

ex 2922 : prodotti tossiċi

ex 2923 : prodotti tossiċi

ex 2926 : splussivi

ex 2927 : prodotti tossiċi

ex 2929 : splussivi

Il-Kapitolu 30 : Prodotti farmaċewtiċi

Il-Kapitolu 31 : Fertilizzanti

Il-Kapitolu 32 : Estratti tal-kunzatura u taż-żebgħa; kunzaturi u d-derivattivi tagħhom; żebgħa, kuluri, żebgħa u verniċi; stokk, fillers u stoppings; linka

Il-Kapitolu 33 : Żejt essenzjali u resinojdi; fwieħa, preparazzjonijiet kosmetiċi jew tal-banju

Il-Kapitolu 34 : Sapun, aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-propjetajiet li jixxarrbu tal-likwidi, preparazzjonijiet tal-ħasil, preparazzjonijiet lubrikanti, xemgħa artifiċjali, xemgħa ppreparata, preparazzjonijiet għall-ippolixjar u għall-għorik, xemgħat u artikoli simili, taħlitiet għall-mudelli u "dental waxes"

Il-Kapitolu 35 : Sustanzi ta' l-albumina; kolla; enżimi

Il-Kapitolu 37 : Oġġetti tal-fotografija u iċ-ċinematografija

Il-Kapitolu 38 ex 3819 : prodotti tossiċi

Il-Kapitolu 39 ex 3903 : splussivi

Il-Kapitolu 40 ex 4011 : tyres bullet-proof

Il-Kapitolu 41 : Ġild (ħlief ġild tal-fur) u ġilda

Il-Kapitolu 42 : Ġild mhux ikkunzat; oġġetti tas-sarġ u tax-xadd taż-żwiemel; oġġetti ta' l-ivvjaġġar, handbags u reċipjenti simili; artikoli magħmula mill-intern ta' l-annimali (ħlief mill-intern tad-dudu tal-ħarir)

Il-Kapitolu 43 : Ġild tal-fur ufur artifiċjali; prodotti fabbrikati minnhom

Il-Kapitolu 44 : Injam u artikoli ta' l-injam; faħam ta' l-injam

Il-Kapitolu 45 : Sufra u oġġetti tas-sufra

Il-Kapitolu 46 : Oġġetti magħmula mis-silla, mill-esparto u prodotti oħra tal-plaiting; basktijiet u oġġetti tal-wicker

Il-Kapitolu 47 : Materjal tax-xogħol tal-karta

Il-Kapitolu 48 : Karta u paperboard; L-artikoli tal-polpa tal-karta, tal-karta jew tal-paperboard

Il-Kapitolu 49 : Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħra ta' l-industrija ta' l-istampar; manuskritti, dokumenti ttajpjati u pjanti

Il-Kapitolu 65 : Xedd ir-ras u partijiet minnhom

Il-Kapitolu 66 : Umbrelel, sunshades, bsaten, frosti, riding-crops u partijiet minnhom

Il-Kapitolu 67 : Rix ippreparat u L-artikoli magħmula minnu; fjuri artifiċjali; L-artikoli tax-xagħar tal-bniedem

Il-Kapitolu 68 : Oġġetti tal-ġebla, tal-ġibs, tas-siment, ta' l-asbestos, tal-majka u ta' materjali simili

Il-Kapitolu 69 : Prodotti taċ-ċeramika

Il-Kapitolu 70 : Ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

Il-Kapitolu 71 : Perli, ħaġar prezzjuż u semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli prezzjużi rrumblati, u oġġetti minnhom; ġojjellerija imitattiva

Il-Kapitolu 73 : Ħadid u azzar u oġġetti magħmula minnhom

Il-Kapitolu 74 : Ram u oġġetti magħmulin minnu

Il-Kapitolu 75 : Nikil u oġġetti magħmulin minnu

Il-Kapitolu 76 : Aluminju u oġġetti magħmulin minnu

Il-Kapitolu 77 : Manjesju u berillju u oġġetti magħmulin minnhom

Il-Kapitolu 78 : Ċomb u oġġetti magħmulin minnu

Il-Kapitolu 79 : Żingu u oġġetti magħmulin minnu

Il-Kapitolu 80 : Landa u oġġetti magħmulin minnha

Il-Kapitolu 81 : Metalli ta' bażi oħrajn użati fil-metallurġija u oġġetti magħmulin minnhom

Il-Kapitolu 82 ex 8205 : għodod

ex 8207 : għodod, biċċiet

Il-Kapitolu 83 : Diversi oġġetti tal-metall ta' bażi

Il-Kapitolu 84 ex 8406 : magni

ex 8408 : magni oħra

ex 8445 : makkinarju

ex 8453 : magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data

ex 8455 : biċċiet mill-magni taħt it-Titolu Nru 84.53

ex 8459 : reatturi nukleari

Il-Kapitolu 85 ex 8513 : tagħmir tat-telekomunikazzjoni

ex 8515 : apparat tat-trasmissjoni

Il-Kapitolu 86 ex 8602 : lokomottivi karozzati, elettriċi

ex 8603 : lokomottivi karozzati oħrajn

ex 8605 : vaguni karozzati

ex 8606 : vaguni tat-tiswija

ex 8607 : vaguni

Il-Kapitolu 87 8708 : tankijiet u vetturi karozzati oħra

ex 8701 : trakters

ex 8702 : vetturi militari

ex 8703 : breakdown lorries

ex 8709 : motoċikletti

ex 8714 : trejlers

Il-Kapitolu 89 ex 8901 A : bastimenti tal-gwerra

Il-Kapitolu 90 ex 9005 : trombi

ex 9013 : diversi strumenti, lejżers

ex 9014 : telemetri

ex 9028 : strumenti ta' kejl elettriċi u elettroniċi

ex 9011 : mikroskopji

ex 9017 : strumenti mediċi

ex 9018 : apparat tat-terapija mekkanika

ex 9019 : apparat ortopediċi

ex 9020 : apparat tar-raġġi X

Il-Kapitolu 91 : Arloġġi u arloġġi ta' l-idejn u biċċiet minnhom

Il-Kapitolu 92 : Strumenti mużikali; rikorders jew reproducers tal-ħoss; rikorders jew reproducers ta' l-immaġini u il-ħoss tat-televiżjoni; biċċiet u aċċessorji ta' oġġetti bħal dawn

Il-Kapitolu 94 ex 9401 A : sedili f'inġenji ta' l-ajru

Il-Kapitolu 95 : Oġġetti u manifatturi ta' materjal ta' l-inqix jew tal-forma

Il-Kapitolu 96 : Xkupi, xkupilji, mopop u passaturi

Il-Kapitolu 98 : Diversi oġġetti ffabbrikati

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

DEFINIZZJONI TA' ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva t-termini li ġejjin għandhom jiġu definiti kif ġej:

Speċifikazzjonijiet tekniċi : it-totalità tal-preskrizzjonijiet tekniċi li hemm b'mod partikolari fid-dokumenti tat-tender, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta' materjal, prodott jew provvista, li tippermetti li materjal, prodott jew provvista tkun deskritta b'tali mod li tissodisfa l-użu li għalih hi intenzjonata mill-awtorità kontraenti. Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi għandhom jinkludu l-livelli ta' kwalità, l-eżekuzzjoni, is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, li jinkludu l-kundizzjonijiet applikabbli għall-materjal, il-prodott jew il-provvista f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-assigurazzjoni tal-kwalità, it-terminoliġija, is-simboli, il-verifiki u l-metodi ta' verifika, imballaġġ, l-immarkar jew l-ittikkettjar.

Standard : speċifikazzjoni teknika approvata minn korp standardizzat rikonoxxut għal applikazzjoni repetuta u kontinwa, li l-konformità magħha m'hiex, fil-prinċipju, obbligatorja.

Standard ewropew : standard approvat mill-Kumitat Ewropew għall-istandardizzazzjoni (CEN) jew mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) bħala "Standard Ewropew (EN)" jew "Dokumenti ta' Armonizzazzjoni (HD)" skond ir-regoli komuni ta' dawn l-organizzazzjonijiet.

Approvazzjoni teknika Ewropea : valutazzjoni teknika favorevoli tal-kundizzjoni tajba għall-użu tal-prodott, ibbażata fuq it-twettiq tal-kundizzjonijiet essenzjali għax-xogħlijiet tal-bini, permezz ta' karatteristiċi inerenti tal-prodott u l-kundizzjonijiet definiti ta' applikazzjoni u użu. Il-Ftehim Ewropew għandu jinħareġ minn korp approvat innominat għal dan il-għan mill-Istat Membru.

Speċifikazzjoni teknika komuni : speċifikazzjoni teknika preskritta skond proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri biex tassigura applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha li tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

MUDELLI TA' L-AVVIŻI GĦALL-KUNTRATTI TA' PROVVISTA

A. Informazzjoni ta' qabel

1. L-isem, l-indirizz, l-indirizz telegrafiku, i n-numri tat-telefon, telex u telefax ta' l-awtorità kontraenti, u jekk dan ikun differenti, tas-servizz mingħand min tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali:

2. In-natura u l-kwantità jew il-valur tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti: Numru ta' referenza CPA:

3. Id-data stmata għall-bidu tal-proċeduri ta' għotja fir-rigward tal-kuntratt jew kuntratti (jekk dawn ikunu magħrufa):

4. Informazzjoni oħra:

5. Datali fiha ntbagħat l-avviż:

6. Data li fiha l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej irċieva l-avviż:

B. Proċeduri miftuħa

1. L-isem, l-indirizz, l-indirizz telegrafiku, n-numri tat-telefon, telex u telefax ta' l-awtorità kontraenti:

2. (a) Il-proċedura ta' għotja magħżula:

(b) Il-forma tal-kuntratt li għalih qed jintalbu t-tenders:

3. (a) Il-post tal-kunsinna:

(b) In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti: Numru ta' referenza CPA:

(ċ) Indikazzjoni ta' jekk il-fornitur jistax jitfa’ tender għall-parti mill-oġġetti mitluba:

4. Limitu ta' żmien tal-kunsinna, jekk ikun hemm:

5. (a) L-isem u l-indirizz tas-servizz li minn għandu jistgħu jinkisbu d-dokumenti tal-kuntratt u dokumenti addizzjonali:

(b) Id-data finali biex isiru rikjesti bħal dawn:

(ċ) Fejn japplika, l-ammont u t-termini ta' pagament tas-somma li trid titħallas biex jinkisbu dawn id-dokumenti:

6. (a) Id-data finali li fiha jistgħu jiġu rċevuti t-tenders:

(b) L-indirizz fejn għandhom jintbagħtu:

(ċ) Il-lingwa jew lingwi li fihom għandhom jinkitbu:

7. (a) Il-persuni awtorizzati biex ikunu preżenti fil-ftuħ tat-tenders:

(b) Id-data, s-siegħa u l-post ta' dan il-ftuħ:

8. Fejn japplika, xi depożiti jew garanziji mitluba:

9. It-termini prinċipali li għandhom x'jaqsmu mal-finanzjament u l-pagament u/jew r-referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawn qegħdin fihom:

10. Fejn japplika, l-formalegali li trid tittieħed mill-grupp ta' fornituri li jkunu ngħataw il-kuntratt:

11. L-informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-fornitur u l-informazzjoni u l-formalitajiet meħtieġa għal stima ta' l-istandards ekonomiċi u tekniċi minimi meħtieġa mill-fornitur:

12. Il-perjodu li matulu t-tenderer huwa marbut lijżomm it-tender tiegħu miftuħ:

13. Il-kriterji għall-għotja tal-kuntratt. Għandhom jissemmew il-kriterji l-oħra barra dak ta' l-inqas prezz jekk dawn ma jidhrux fid-dokumenti tal-kuntratt:

14. Fejn japplika, projbizzjoni fuq il-varjanti:

15. Informazzjoni oħra:

16. Id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż ta' informazzjoni ta' qabel fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew ir-referenzi tan-nuqqas ta' pubblikazzjoni tiegħu:

17. Data li fiha ntbagħat l-avviż:

18. Data li fiha l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej irċieva l-avviż:

Ċ. Proċeduri Ristretti

1. L-isem, l-indirizz, l-indirizz telegrafiku, in-numri tat-telefon, telex u telefax ta' l-awtorità kontraenti:

2. (a) Il-proċedura ta' għotja magħżula:

(b) Fejn japplika, ġustifikazzjoni għall-użu tal-proċedura aċċelerata:

(ċ) Il-forma tal-kuntratt li għalih qed jintalbu t-tenders:

3. (a) Il-post tal-kunsinna:

(b) In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti: Numru ta' referenza CPA:

(ċ) Indikazzjoni ta' jekk il-fornitur jistax jitfa’ tender għall-parti mill-oġġetti mitluba:

4. Limitu ta' żmien tal-kunsinna, jekk ikun hemm:

5. Fejn japplika, l-forma legalili trid tiġi assunta mill-grupp ta' fornituri li jkunu ngħataw il-kuntratt:

6. (a) Id-data finali li fiha jiġu rċevuti t-talbiet għall-parteċipazzjoni:

(b) L-indirizz fejn għandhom jintbagħtu:

(ċ) Il-lingwa jew lingwi li fihom għandhom jinkitbu:

7. Id-data finali li fihajintbagħtu l-istediniet biex tintefa’ tender:

8. Fejn japplika, xi depożiti jew garanziji mitluba:

9. L-informazzjonili tikkonċerna l-pożizzjoni tal-fornitur u l-informazzjoni u l-formalitajiet meħtieġa għal stima ta' l-istandards ekonomiċi u tekniċi minimi meħtieġa minnu:

10. Il-kriterji għall-għotja tal-kuntratt meta huma msemmija fl-istedina biex tintefa’ tender:

11. In-numru jew skalata' fornituri maħsuba biex jiġu mistiedna biex jitfgħu tender:

12. Fejn japplika, projbizzjoni fuq il-varjanti:

13. Informazzjoni oħra:

14. Id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż ta' informazzjoni ta' qabel fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew ir-referenzi tan-nuqqas ta' pubblikazzjoni tiegħu:

15. Datali fiha ntbagħat l-avviż:

16. Data li fiha l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej irċieva l-avviż:

D. Proċeduri Negozjati

1. L-isem, l-indirizz, l-indirizz telegrafiku, n-numri tat-telefon, telex u telefax ta' l-awtorità kontraenti:

2. (a) Il-proċedura ta' għotja magħżula:

(b) Fejn japplika, ġustifikazzjoni għall-użu tal-proċedura aċċellerata:

(ċ) Fejn japplika, l-forma tal-kuntratt li għalih kien hemm stedina biex jintefgħu tenders:

3. (a) Il-post tal-kunsinna:

(b) In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu fornuti: Numru ta' referenza CPA:

(ċ) Indikazzjoni ta' jekk il-fornituri jistgħux jitfgħu tender għall-parti mill-oġġetti mitluba:

4. Limitu ta' żmien tal-kunsinna, jekk ikun hemm:

5. Fejn japplika, l-forma legali li trid tiġi assunta mill-grupp ta' fornituri li jkunu ngħataw il-kuntratt:

6. (a) Id-data finali li fiha jiġu rċevuti t-talbiet għall-parteċipazzjoni:

(b) L-indirizz fejn għandhom jintbagħtu:

(ċ) Il-lingwa jew lingwi li fihom għandhom jinkitbu:

7. Fejn japplika, xi depożiti jew garanziji mitluba:

8. L-informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-fornitur u l-informazzjoni u l-formalitajiet meħtieġa għal stima ta' l-istandards ekonomiċi u tekniċi minimi meħtieġa minnu:

9. In-numru jew skalata' fornituri maħsuba biex jiġu mistiedna biex jitfgħu tender:

10. Fejn japplika, projbizzjoni fuq il-varjanti:

11. Fejn japplika, l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornituri li diġà ntagħżlu mill-awtorità kontraenti:

12. Fejn japplika, id-data/i ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:

13. Informazzjoni oħra:

14. Datali fiha ntbagħat l-avviż:

16. Data li fiha l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej irċieva l-avviż:

E. L-għotja tal-kuntratti

1. L-isemu l-indirizz ta' l-awtorità kontraenti:

2. Il-proċedurata' għotja magħżula Fil-każ ta' proċedura negozjata, mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' tender, il-ġustifikazzjoni (L-Artikolu 6(3)):

3. Id-data ta' l-għotja tal-kuntratt:

4. Il-kriterji għall-għotja tal-kuntratt:

5. In-numru ta' tenders irċevuti:

6. L-isem/ismijietu l-indirizz(i) tal-fornitur(i):

7. In-natura u l-kwantità ta' oġġetti fornuti, fejn japplika, mill-fornitur:

Numru ta' referenza CPA:

8. Il-prezz jew l-iskala ta' prezzijiet (minimu/massimu) mħallsa:

9. Fejn xieraq, il-valur u l-proporzjon tal-kuntratt li għandu tendenza li jiġi sottokuntrattat lill partijiet terzi:

10. Informazzjoni oħra:

11. Id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż ta' tender fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:

12. Datali fiha ntbagħat l-avviż:

13. Data li fiha l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej irċieva l-avviż:

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

TERMINU TA’ ZMIEN GĦALL-APPLIKAZZJONI TA’ MIŻURI TA’ TRASPOŻIZZJONI

Id-Direttiva 77/62/KEE | emendati bid-Direttivi | Emendati bl-Atti ta’ l-Adeżjoni |

80/767/KEE | 88/295/KEE | 90/531/KEE | 92/50/KEE | GR | ES/PO |

L-Artikolu 1(a) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 1(b) u (ċ) | | | | | | |

L-Artikolu 1(d) sa (f) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 2(1) | | imħassar | | | | |

L-Artikolu 2(2) | | emendat | emendat | | | |

L-Artikolu 2(3) | | | | | | |

L-Artikolu 2a | | imdaħħal | | | | |

L-Artikolu 3 | | | | | | |

L-Artikolu 4 | | imħassar | | | | |

L-Artikolu 5 | | emendat | | | | |

L-Artikolu 5(1)(ċ) | | | | emendat | | |

L-Artikolu 6 | | emendat | | | | |

L-Artikolu 7 | | emendat | | | | |

L-Artikolu 8 | | | | | | |

L-Artikolu 9 | | emendat | | | | |

L-Artikolu 10(1) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 10(2) sa (4) | | | | | | |

L-Artikolu 11(1) sa (3) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 11(4) sa (6) | | | | | | |

L-Artikolu 12(1) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 12(2) sa (3) | | | | | | |

L-Artikolu 13 | | imħassar | | | | |

L-Artikolu 14 | | imħassar | | | | |

L-Artikolu 15 | | imħassar | | | | |

L-Artikolu 16 | | | | | | |

L-Artikolu 17 | | | | | | |

L-Artikolu 18 | | | | | | |

L-Artikolu 19(1) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 19(2) | | | | | | |

L-Artikolu 20 | | | | | | |

L-Artikolu 21(1) | | | | | | |

L-Artikolu 21(2) | | emendat | | | | |

L-Artikolu 22 | | | | | | |

L-Artikolu 23 | | | | | | |

L-Artikolu 24 | | | | | | |

L-Artikolu 25 | | | | | | |

L-Artikolu 26 | | emendat | | | | |

L-Artikolu 27 | | | | | | |

L-Artikolu 28 | | | | | | |

L-Artikolu 29 | | emendat | | | | |

L-Artikolu 30 | | | | | | |

L-Artikolu 31 | | | | | | |

L-Artikolu 32 | | | | | | |

L-Anness I | | emendat | | | emendat | emendat |

L-Anness II | | emendat | | | | |

L-Anness III | | emendat | | | | |

| L-Artikolu 1 | | | | | |

| L-Artikolu 2 | imħassar | | | | |

| L-Artikolu 3 | imħassar | | | | |

| L-Artikolu 4 | imħassar | | | | |

| L-Artikolu 5 | imħassar | | | | |

| L-Artikolu 6 | imħassar | | | | |

| L-Artikolu 7 | | | | | |

| L-Artikolu 8 | | | | | |

| L-Artikolu 9 | | | | | |

| L-Artikolu 10 | | | | | |

| L-Artikolu 11 | | | | | |

| L-Anness I | | | | | |

| L-Anness II | | | | | |

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva | 77/62/KEE | 80/767/KEE | 88/295/KEE | 90/531/KEE | 92/50/KEE |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 | | | | |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2(2) | | | L-Artikolu 35(1) | |

L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 2(3) | | | | |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 2a | | | | |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 3 | | | | |

L-Artikolu 5(1)(a) u b) | L-Artikolu 5(1)(a) u (b) | | | | |

L-Artikolu 5(1)(ċ) l-ewwel sotto paragrafu | L-Artikolu 5(1)(ċ) | | | | L-Artikolu 42(1) |

L-Artikolu 5(1)(ċ) it-tieni sotto paragrafu | L-Artikolu 5(1)(d) | | | | |

L-Artikolu 5(1)(d) | — | | | | |

L-Artikolu 5 (2-6) | L-Artikolu 5 (2 — 6) | | | | |

L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 6(1) | | | | |

— | L-Artikolu 6(2) | | | | |

L-Artikolu 6(2) | L-Artikolu 6(3) | | | | |

L-Artikolu 6(3)(a) — (e) | L-Artikolu 6(4)(a) — (e) | | | | |

L-Artikolu 6(4) | L-Artikolu 6(5) | | | | |

L-Artikolu 7 (1 — 2) | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 6(6) | | | | |

L-Artikolu 8 (1 — 4) | L-Artikolu 7 (1-4) | | | | |

L-Artikolu 8(5)(a) u (b) | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 8(5)(ċ) | L-Artikolu 7(5)(a) — (ċ) | | | | |

L-Artikolu 8(6) | L-Artikolu 7(6) | | | | |

L-Artikolu 9(1) l-ewwel sotto- paragrafu | L-Artikolu 9(1) l-ewwel sotto-paragrafu | | | | |

( — ) | L-Artikolu 9(1) it-tieni sotto –paragrafu | | | | |

L-Artikolu 9(1) it-tieni sotto-paragrafu | — | | | | |

L-Artikolu 9(2) u (3) | L-Artikolu 9(2) u (3) | | | | |

L-Artikolu 9(4) | L-Artikolu 9(5) | | | | |

L-Artikolu 9(5) | L-Artikolu 9(4) | | | | |

L-Artikolu 9(6) u (7) | L-Artikolu 9(6) l-ewwel sotto-paragrafu | | | | |

L-Artikolu 9(8) | L-Artikolu 9(6) it-tieni sotto-paragrafu | | | | |

L-Artikolu 9(9) | L-Artikolu 9(7) | | | | |

L-Artikolu 9(10) | L-Artikolu 9(8) | | | | |

L-Artikolu 9(11) | L-Artikolu 9(9) | | | | |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 10 | | | | |

L-Artikolu 11(1) | L-Artikolu 11(1) | | | | |

L-Artikolu 11(2) | L-Artikolu 11(2) | | | | |

L-Artikolu 11(2)(a) — (e) | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 11(3) | L-Artikolu 11(3) | | | | |

L-Artikolu 11(4) | L-Artikolu 11(5) | | | | |

L-Artikolu 11(5) | L-Artikolu 11(4) | | | | |

L-Artikolu 11(6) | L-Artikolu 11(6) | | | | |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 12 | | | | |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 16 | | | | |

L-Artikolu 14 | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 17 | | | | |

L-Artikolu 16(1) | L-Artikolu 8 | | | | |

L-Artikolu 16(2) | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 17 | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 18 | | | | |

L-Artikolu 19(1) | L-Artikolu 19(1) | | | | |

L-Artikolu 19(2) u (3) | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 19(4) | L-Artikolu 19(2) | | | | |

L-Artikolu 20 | L-Artikolu 20 | | | | |

L-Artikolu 21(1) u (2) | L-Artikolu 21 | | | | |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 22 | | | | |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 23 | | | | |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 24 | | | | |

L-Artikolu 25 | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 26(1) u (2) | L-Artikolu 25(1) u (2) | | | | |

( — ) | L-Artikolu 25(3) u (4) | | | | |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 25(5) sa (7) | | | | |

— | L-Artikolu 26 | | | | |

— | L-Artikolu 27 | | | | |

L-Artikolu 28 | | L-Artikolu 1(1) u 7 | | | |

L-Artikolu 29(1) u (2) | | L-Artikolu 8(1) u (2) | | | |

L-Artikolu 29(3) | | L-Artikolu 1(2) | | | |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 28 | | | | |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 29 | | | | |

L-Artikolu 32 | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 30 u 31 | L-Artikolu 9 u 10 | L-Artikolu 20 u 21 | | |

L-Artikolu 34 | ( — ) | | | | |

L-Artikolu 35 | ( — ) | | | | |

( — ) | L-Anness I | | | | |

L-Anness I | | L-Anness I | | | |

L-Anness II | | L-Anness II | | | |

L-Anness III | L-Anness II | | | | |

punt 1 | il punt 1 | | | | |

punt 2 | il-punt 2 | | | | |

punt 3 | il-punt 3 | | | | |

punt 4 | — | | | | |

punt 5 | il-punt 4 | | | | |

L-Anness IV | L-Anness III | | | | |

il-punt A | il-punt D | | | | |

il-punt B | il-punt A | | | | |

il-punt Ċ | il-punt B | | | | |

il-punt D | il-punt Ċ | | | | |

il-punt E | il-punt E | | | | |

L-Anness V | ( — ) | | | | |

L-Anness VI | ( — ) | | | | |

--------------------------------------------------

Top