EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989R2299

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 ta' l-24 ta' Lulju 1989 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata

OJ L 220, 29.7.1989, p. 1–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 003 P. 174 - 180
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 003 P. 174 - 180
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 001 P. 277 - 283
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 002 P. 30 - 36
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 002 P. 30 - 36

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/03/2009; Imħassar b' 32009R0080

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1989/2299/oj

31989R2299



Official Journal L 220 , 29/07/1989 P. 0001 - 0007
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 3 P. 0174


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

ta' l-24 ta' Lulju 1989

dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 84(2) dwar dan,

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-biċċa l-kbira tar-riservazzjonijiet ta' l-ajru isiru permezz ta' sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata;

Billi dawn is-sistemi jistgħu, jekk użati sew, jipprovdu servizz importanti u utli għat-trasportaturi bl-ajru, aġenti ta'l-ivjaġġar u lill-pubbliku li jivjaġġa billi jagħtu aċċess faċli għal informazzjoni aġġornata u korretta dwar titjiriet, prezzijiet u postijiet disponibbli, jippermettu li jsiru reservazzjonijiet u, f'xi kazijiet, il-ħruġ ta' biljetti u karti ta' imbarkazzjoni;

Billi abbużi bħal ċaħda ta' aċċess għas-sistemi, jew diskriminazzjoni fil-provvista, tagħbija jew fil-wiri ta' fatti magħrufa (data), jew kondizzjonijiet mhux raġonevoli imposti fuq partiċipanti jew abbonati jistgħu jiżvantaġġaw serjament lit-trasportaturi bl-ajru, aġenziji ta' l-ivjaġġar u fl-aħħar mill-aħħar lill-konsumaturi;

Billi dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2672/88 [4] jeżenta mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat ftehim dwar xiri, żvilupp u ħidmiet komuni ta' sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzati;

Billi kodiċi ta' kondotta obbligatorja li japplika għal kull sistema ta' riservazzjoni kompjuterizzata u/jew għall-faċilità ta' distribuzzjoni offruta għall-użu u/jew użata fil-Komunità jagħmel ċert li dawn is-sistemi jintużaw b'kull mod mhux diskriminatorju u trasparenti, soġġett għal ċerti salvagwardji, sabiex jiġi evitat l-abbuż waqt li tiġi rinforzata kompetizzjoni mhux imfixkla bejn trasportaturi ta' l-ajru u bejn sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzati u sabiex b'hekk jiġu mħarsa l-interessi tal-konsumaturi;

Billi m'huwiex xieraq li jiġu imposti obbligazzjonijiet fuq bejjiegħa ta' sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzati jew ġarriera ewliena jew parteċipanti fir-rigward ta' ġarrier bl-ajru ta' pajjiż terz li, waħdu jew b'mod konġunt ma' oħrajn, huwa s-sid u/jew jikkontrolla sistema oħra bħal din li ma taqbilx ma' dan il-kodiċi jew toffri trattament ekwivalenti;

Billi kull proċedura għall-investigazzjoni ta' l-ilment u għall-inforzar fir-rigward ta' nuqqas ta' konformità ma kodiċi ta' din ix-xorta hija mixtieqa,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzati (CRS) meta dawn jiġu offruti għall-użu fit-territorju tal-Komunità għad-distribuzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-trasport bl-ajru irrispettivament minn:

- l-istat jew nazzjonalità tal-bejjiegħ tas-sistema,

- is-sors ta' informazzjoni użat jew il-lok tal-unità ċentrali rilevanti ta' l-ipproċessar ta' informazzjoni

- l-inħawi ġeografiċi tal-prodott ta' trasport bl-ajru konċernat.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "prodott ta" trasport bl-ajru' għandha tfisser kull servizz ta' l-ajru għall passiġġiera skedat, inkluż kull servizz relatat anċillari u benefiċċji addizzjonali offruti għall-bejgħ u/jew mibjugħa bħala kull parti integrali tas-servizz ta' l-ajru;

(b) "sistema ta" riservazzjoni kompjuterizzata (CRS) għandha tfisser kull sistema komputerizzata li jkun fiha informazzjoni dwar, inter alia, trasportaturi bl-ajru'

- skedi,

- disponibbiltà

- prezzijiet, u

- servizzi relatati

bil-faċilitajiet jew mingħajr dawn il-faċilitajiet li permezz tagħhom jistgħu jsiru

- riservazzjonijiet jew

- jistgħu jinħarġu biljetti

sa fejn xi ftit minn dawn is-servizzi jew kollha jistgħu jitpoġġew għad-disposizzjoni ta' l-abbonati;

(ċ) "faċilitajiet ta" distribuzzjoni' għandha tfisser faċilitajiet ipprovduti minn kull bejjiegħ ta' sistema lil kull abbonat jew konsumatur għall-provvista ta' informazzjoni dwar skedi tat-trasportaturi bl-ajru, prezzijiet u servizzi relatati sabiex isiru reservazzjonijiet u/jew sabiex jinħarġu biljetti, u għal kull servizz ieħor relatat;

(d) "bejjiegħ ta" sistema' għandha tfisser kull entità u l-affiljati tagħha li huma responsabbli għall-ħidma jew bejgħ ta' CRS;

(e) "trasportatur ewlieni" għandha tfisser trasportatur bl-ajru li huwa kull bejjiegħ ta' sistema jew li direttament jew indirettament, waħdu jew flimkien ma' oħrajn, huwa sid jew jikkontrolla kull bejjiegħ ta' sistema;

(f) "trasportatur parteċipanti" għandha tfisser kull trasportatur bl-ajru li għandu kull ftehim ma kull bejjiegħ ta' sistema għad-distribuzzjoni tal-prodotti tat-trasport bl-ajru tagħha permezz ta' CRS. Sa fejn trasportatur ewlieni juża l-faċilitajiet ta' distribuzzjoni ta' l-CRS tiegħu stess, huwa għandu jitqies bħala trasportatur parteċipanti;

(g) "abbonat" għandha tfisser kull persuna jew kull impriża, ħlief għat-trasportatur parteċipanti, li juża taħt kuntratt jew arranġament ieħor ma' kull bejjiegħ ta' sistema CRS għall-bejgħ ta' prodotti tat-trasport bl-ajru direttament lil membri individwali tal-pubbliku;

(h) "konsumatur" għandha tfisser kull persuna li tfittex informazzjoni u/jew li jkollha ħsieb li tixtri kull ta' trasport bl-ajru;

(i) "wirja prinċipali" għandha tfisser kull wirja komprensiva newtrali ta' fatti magħrufa (data) dwar servizzi bejn pari ta' bliet, f'kull perjodu ta' żmien speċifikat, li jkun fih inter alia kull titjira diretta minn trasportaturi parteċipanti;

(j) "ħin tal-vjaġġ li skada" għandu jfisser id-differenza fil-ħin skedat bejn il-ħin ta' tluq u dak tal-wasla;

(k) "servizz aħjar" għandu jfisser kull prodott jew servizz offrut minn kull bejjiegħ ta' sistema f'ismu lill-abbonati jew lill-konsumaturi flimkien ma' kull CRS apparti minn faċilitajiet ta' distribuzzjoni;

(l) "servizz ta" l-ajru skedat' għandha tfisser kull serje ta' titjiriet li kull waħda minnhom tkun fiha kull karatteristika li ġejja:

- huwa mwettaq minn ajruplan għat-trasport ta' passiġġiera jew passiġġiera u merkanzija u/jew posta għal remunerazzjoni, b'tali mod li fuq kull titjira hemm postijiet disponibbli għax-xiri individwali minn membri tal-pubbliku (jew direttament mit-trasportatur ta' l-ajru jew mill-aġenti awtorizzati tiegħu),

- huwa operat sabiex iservi traffiku bejn l-istess żewġ punti jew iżjed, jew:

1. skond kull skeda ppubblikata; jew

2. ma titjiriet li huma tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu kull serje sistematika b'mod rikonoxxibbli.

Artikolu 3

1. Kull bejjiegħ ta' sistemi li joffri faċilitajiet ta' distribuzzjoni fir-rigward ta' servizzi skedati ta' l-ajru għall-passiġġiera għandu jippermetti lil kull trasportatur ta' l-ajru l-opportunità parteċipanti, fuq kull bażi ugwali u mhux diskriminatorju, f'dawn il-faċilitajiet fil-limiti tal-kapaċità disponibbli tas-sistema konċernata, bla ħsara għal limitazzjonijiet tekniċi barra l-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema.

2. (a) Bejjiegħ ta' sistema m'għandux

- iżid kondizzjonijiet mhux raġonevoli ma' kull kuntratt ma' kull trasportatur parteċipanti,

- jirrikjedi l-aċċettazzjoni ta' kondizzjonijiet supplimentari li, min-natura tagħhom jew skond drawwiet kummerċjali, m'għandom ebda rabta ma' parteċipazzjoni fil-CRS u għandu japplika l-istess kondizzjonijiet għall-istess livell ta' servizz.

(b) Kull bejjiegħ ta' sistema ma jistax jimponi kull kondizzjoni ta' parteċipazzjoni fil-CRS li kull trasportatur parteċipanti ma jistax fl-istess ħin ikun kull parteċipant f'sistema oħra.

(ċ) Kull trasportatur parteċipanti għandu jkollu d-dritt li jwaqqaf l-kuntratt tiegħu ma' kull bejjiegħ ta' sistema mingħajr penali la darba jagħti notifika li ma tistax taqbeż is-sitt xhur, li ma tistax tiskadi qabel it-tmiem ta' l-ewwel sena.

3. Faċilitajiet ta' tagħbija u proċessar ipprovduti mill-bejjiegħ tas-sistema għandhom jiġu offruti lil kull trasportatur parteċipanti mingħajr diskriminazzjoni.

4. Jekk il-bejjiegħ tas-sistema jagħmel kull titjib mal-faċilitajiet ta' distribuzzjoni fornuti jew fit-tagħmir użat għal forniment tal-faċilitajiet, huwa għandu joffri dan it-titjib lil kull trasportatur parteċipanti fuq l-istess patti u kondizzjonjijiet, bla ħsara għal limitazzjonijiet tekniċi preżenti.

Artikolu 4

1. It-trasportaturi parteċipanti u oħrajn li jipprovdu materjal sabiex jiġi inkluż f'kull CRS għandhom jiżguraw li l-fatti magħrufa (data sottomessa hija komprensiva, eżatta, ma tiżvijax u trasparenti.

2. Kull bejjiegħ ta' sistema m'għandux jimmanipula l-materjal li għalih saret referenza fil-paragrafu 1 b'kull mod li jista' jwassal għal għoti ta' informazzjoni mhux korretta, qarrieqa jew diskriminatorja.

3. Kull bejjiegħ ta' sistemi għandu jaħżen u jipproċessa fatti magħrufa (data) ipprovduta minn trasportaturi parteċipanti b'kura ugwali u b'attenzjoni għall-ħin, bla ħsara għal-limitazzjonijiet tal-metodu ta' tagħbija magħżul minn trasportaturi parteċipanti individwali u għal formats standard użati mill-imsemmi bejjiegħ.

Artikolu 5

1. Kull bejjiegħ ta' sistema għandu jipprovdi kull wirja prinċipali u għandu jinkludi fiha fatti magħrufa (data) fornuta minn trasportaturi parteċipanti fuq skedi, prezzijiet u postijiet disponibbli għax-xiri individwali b'kull mod ċar u komprensiv u mingħajr diskriminazzjoni jew preġudizzju, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-ordni li fiha tiġi ppreżentata l-informazzjoni.

2. Kull bejjiegħ ta' sistema m'għandux intenzjonalment jew b'negliġenza juri informazzjoni m'hux korretta jew żvijanti u, bla ħsara għall-Artikolu 9(5), b'mod partikolari:

- il-kriterji li jridu jintużaw għall-klassifikazzjoni ta' l-informazzjoni m'għandhomx ikunu bbażati fuq kull fattur li għandu x'jaqsam direttament jew indirettament ma' l-identità tat-trasportatur u għandhom jiġu applikati fuq kull bażi mhux diskriminatorja għal kull trasportatur parteċipanti,

- ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' ajruporti differenti li jaqdu lill-istess belt m'għandhom jiġu eżerċitati waqt il-kostruzzjoni u għażla ta' bliet-pari.

3. Il-klassifikazzjoni ta' għażliet ta' titjira fil-wirja prinċipali, għall-ġurnata jew ġranet mitluba, għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness sakemm ma jintalbux b'kull mod differenti minn kull konsumatur għal kull transazzjoni individwali.

Artikolu 6

Kull bejjiegħ ta' sistema għandu jipprovdi informazzjoni, b'mod statistiku jew mod ieħor, ġenerata bis-CRS tiegħu, apparti minn dik fornuta bħala parti integrali tal-faċilitajiet ta' distribuzzjoni, biss kif ġej:

(a) informazzjoni dwar reservazzjonijiet individwali għandhom ikunu disponibbli fuq bażi ugwali lit-trasportatur jew trasportaturi bl-ajru parteċipanti fis-servizz kopert mir-reservazzjoni;

(b) informazzjoni f'forma miġbura jew anonima meta din issir disponibbli fuq talba ta' xi trasportatur bl-ajru għandha tiġi offruta lil kull trasportatur bl-ajru parteċipanti fuq kull bażi mhux diskriminatorja;

(ċ) informazzjoni oħra ġenerata mis-CRS għandha tkun disponibbli bil-kunsens tat-trasportatur bl-ajru konċernat u bla ħsara għal kull ftehim bejn kull bejjiegħ ta' sistema u trasportatur parteċipanti;

(d) informazzjoni personali dwar kull konsumatur u ġenerata minn kull aġent tal-vjaġġi għandha tkun disponibbli għal oħrajn mhux involuti fit-transazzjoni biss bil-kunsens tal-konsumatur.

Artikolu 7

1. L-obbligazzjonijet ta' kull bejjiegħ ta' sistema taħt l-Artikoli 3 sa 6 m'għandhomx japplikaw fir-rigward ta' trasportatur ewlieni ta' kull pajjiż terz sa fejn is-CRS ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament jew ma toffrix lit-trasportatur bl-ajru tal-Komunità trattament ekwivalenti għal dak ipprovdut taħt dan ir-Regolament.

2. L-obbligazzjonijiet ta' trasportaturi ewliena u parteċipanti taħt l-Artikolu 8 m'għandhiex tapplika fir-rigward ta' CRS kontrollata minn trasportaturi bl-ajru ta' pajjiż terz sa fejn kull trasportatur ewlieni jew parteċipanti ma jingħatax trattament ekwivalenti f'dak il-pajjiż għal dak ipprovdut taħt dan ir-Regolament u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2672/88.

3. Kull bejjiegħ ta' kull sistema jew trasportatur bl-ajru li jipproponi li jinqeda bid-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 jew 2 irid jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tiegħu u r-raġunijiet għal dan sa mill-inqas 14-il jum bil-quddiem minn din l-azzjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista', fuq talba tal-bejjiegħ jew tat-trasportatur bl-ajru konċernat, tagħti rinunzja mir-regola ta' l-14 -il jum.

4. Malli tirċievi kull notifika, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tistabbilixxi jekk teżistix diskriminazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafi 1 u 2. Jekk jinstab li dan hu l-każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lil kull bejjiegħ ta' sistemi jew lit-trasportaturi bl-ajru konċernati fil-Komunità kif ukoll lill-Istati Membri b'dan. Jekk ma teżistix diskriminazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha tinforma b'dan lill-bejjiegħa ta' sistemi jew lit-trasportaturi ta' l-ajru konċernati.

Artikolu 8

1. Trasportatur ewlieni jew parteċipanti m'għandux jorbot l-użu ta' kwalunkwe CRS speċifika minn abbonat mal-qliegħ ta' kwalunkwe kummissjoni jew inċentiv ieħor għall-bejgħ jew ħruġ ta' biljetti għal wieħed mill-prodotti tiegħu tat-trasport bl-ajru.

2. Trasportatur ewlieni jew parteċipanti m'għandux jirrikjedi l-użu ta' CRS speċifiku minn abbonat għal kwalunkwe bejgħ jew ħruġ ta' biljetti ta' prodotti tat-trasport bl-ajru pprovdut direttament jew indirettament minnu stess.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjoni li trasportatur bl-ajru jista' jitlob minn aġent tal-vjaġġi meta jawtorizzah biex ibiegħ u joħroġ biljetti għall-prodotti tat-trasport bl-ajru tiegħu.

Artikolu 9

1. Kull bejjiegħ ta' sistema għandu jagħmel kull faċilità ta' distribuzzjoni ta' CRS disponibbli għal kull abbonat fuq kull bażi mingħajr ebda diskriminazzjoni.

2. Bejjiegħ ta' sistema ma jistax jitlob lil abbonat li jiffirma kuntratt esklussiv, u l-anqas ma jista' direttament jew indirettament iwaqqaf lil abbonat milli jabbona ma', jew juża kull sistema jew sistemi oħra.

3. Kull tkabbir tal-valur tas-servizz offrut lil kull abbonat ieħor għandu jiġi offrut lill-bejjiegħ tas-sistemi lil kull abbonat fuq kull bażi mhux diskriminatorja.

4. Kull bejjiegħ ta' sistema ma jistax jorbot kondizzjonijiet mhux raġonevoli ma kull kuntratt ma' abbonat u, b'mod partikolari, kull abbonat jista' jtemm il-kuntratt tiegħu ma' kull bejjiegħ ta' sistema, mingħajr penali, jekk jagħti avviz li m'għandiex bżonn taqbeż it-tliet xhur biex tiskadi mhux iktar kmieni mit-tmiem ta' l-ewwel sena.

5. Kull bejjiegħ ta' sistema jrid jiżgura, jew permezz ta' mezzi tekniċi jew permezz ta' kuntratt ma' l-abbonat, li l-wirja prinċipali hija pprovduta għal kull transazzjoni individwali u li l-abbonat ma jimmanipulax materjal ipprovdut minn CRS b'kull mod li jista' jwassal għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lill-konsumaturi li m'hijiex korretta, qarrieqa jew diskriminatorja. Madankollu, għal kull transazzjoni kull abbonat jista' jerġa' jordna fatti magħrufa (data) jew juża wirjiet alternattivi sabiex jilħaq kull preferenza espressa mill-konsumatur.

6. Kull bejjiegħ ta' sistema m'għandux jimponi ebda obbligazzjoni fuq kull abbonat biex jaċċetta kull offerta ta' tagħmir tekniku, iżda jista' jirrikjedi li jintuża tagħmir kompatibbli mas-sistema tiegħu stess.

Artikolu 10

1. Kull ħlas impost minn kull bejjiegħ ta' sistemi jrid ikun mhux diskriminatorju u raġonevolment relatat ma' l-ispiża tas-servizz ipprovdut u użat, u għandu, b'mod partikolari, ikun l-istess għall-istess livell ta' servizz.

2. Kull bejjiegħ ta' sistema jrid, fuq talba, jipprovdi lill-partijiet interessati dettalji ta' proċeduri preżenti, miżati, faċilitajiet tas-sistemi, editjar u kriterji tal-wiri wżati. Madankollu, din id-disposizzjoni ma tobbligax lil bejjiegħ ta' kull sistema li jikxef informazzjoni proprjetarja bħal programmi tas-software.

3. Kull bdil fil-livelli tal-miżati, kondizzjonjijiet jew faċilitajiet offruti u l-bażi għal dawn għandhom jiġu kkomunikati lil kull trasportatur parteċipanti u abbonat mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 11

1. Wara li tirċievi kull ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tibda proċedimenti sabiex ittemm ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi minn:

(a) Stat Membri

(b) persuni naturali jew legali li jippretendu kull interess leġittimu.

3. Il-Kummissjoni għandha minnufih jibgħat lill-Istati Membri kopji ta' l-ilmenti u ta' l-applikazzjonijiet u ta' kull dokument relevanti mibgħut lilha jew li hi tibgħat waqt dawn il-proċeduri.

Artikolu 12

1. Fit-twettieq tad-doveri mogħtija lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tikseb kull informazzjoni meħtieġa mill-Istati Membri u minn impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi.

2. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi kull limitu ta' żmien ta' mhux inqas minn xahar għall-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni rikjesta.

3. Meta tibgħat kull rikjesta għal informazzjoni lil kull impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi, il-Kummissjoni għandha tgħaddi kopja tar-rikjesta fl-istess ħin lill-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali ta' l-impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi.

4. Fit-talba tagħha, il-Kummissjoni għandha tistqarr il-bażi legali u l-iskop tar-rikjesta kif ukoll il-penali jekk tingħata informazzjoni ħażina skond l-Artikolu 16(1).

5. Is- sidien ta' l-impriżi jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ ta' persuni legali jew kumpaniji, ditti jew assoċjazzjonijiet li ma jkollhomx personalità legali, il-persuna awtorizzata biex tirrappreżentahom bil-liġi jew bir-regoli tagħhom huwa obbligat li jforni l-informazzjoni mitluba.

Artikolu 13

1. Fit-twettieq tad-doveri mogħtija lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tmexxi kull investigazzjonijiet meħtieġa dwar impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi. Għal dawn il-finijiet, uffiċjali awtorizzati mill-Kummissjoni għandhom ikollhom is-setgħa:

(a) li jeżaminaw il-kotba u dokumenti kummerċjali ta' l-impriżi;

(b) li jieħdu kopji ta', jew siltiet minn, dawn il-kotba u dokumenti kummerċjali;

(ċ) li jistaqsu għal spjegazzjonijiet orali fuq il-lok;

(d) li jidħlu f'kull fond, art u vettura wżata minn impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi

2. L-uffiċjali awtorizzati tal-Kummissjoni għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom wara li juru awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika l-materja tas-suġġett u l-iskop ta' l-investigazzjoni u l-penali li jinsabu fl-Artikolu 16(1) f'każijiet fejn il-wiri tal-kotba meħtieġa jew ta' rekords kummerċjali oħra m'huwiex komplut. Fi żmien tajjeb qabel l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tkun ser iseħħ, dwar l-investigazzjoni u l-identità ta' l-uffiċjali awtorizzati.

3. L-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi jridu jissottomettu għal investigazzjonjiet ordnati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-investigazzjoni, tappunta d-data meta għandha tibda u tindika l-penali li jinsabu fl-Artikolu 16(1) u d-dritt li d-deċiżjoni tista' tiġi reveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja.

4. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjonjiet msemmija fil-paragrafu 3 wara li tikkonsulta lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra ssir l-investigazzjoni.

5. Uffiċjali ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun sejra ssir l-investigazzjoni jistgħu jgħinu lill-uffiċjali tal-Kummissjoni waqt li dawn iwettqu d-doveri tagħhom, fuq talba ta' l-Istat Membru jew tal-Kummissjoni.

6. Meta kull impriża topponi investigazzjoni ordnata kif previst b'dan l-Artikolu, l-Istat Membru konċernat irid jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-uffiċjali awtorizzati mill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjoni tagħhom.

Artikolu 14

1. Informazzjoni akkwistata b'kull riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12 u 13 għandha tintuża biss għall-iskopijiet tat-talba jew investigazzjoni rilevanti.

2. Bla ħsara għall-Artikoli 11 u 20, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-uffiċjali tagħhom u qaddejja oħra m'għandhomx jikxfu informazzjoni ta' kull tip kopert mill-obbligazzjoni ta' segretezza professjonali li tkun ġiet akkwistata minnhom minħabba kull applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx iwaqqfu l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni ġenerali jew ta' sondaġġi li ma jkunx fihom informazzjoni dwar impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi partikolari.

Artikolu 15

1. Meta kull impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi partikolari ma tfornix l-informazjoni mitluba fiż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni jew tforni informazzjoni mhux kompluta, il-Kummissjoni għandha permezz ta' deċiżjoni titlob li tiġi mogħtija l-informazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa, tistabbilixxi kull limitu ta' żmien sa meta trid tingħata u tindika l-penali kif previsti fl-Artikolu 16(1) kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tista' tiġi riveduta mill-Qorti tal-Ġustizzja.

2. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tibgħat kull kopja tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab l-uffiċċju prinċipali ta' l-impriża jew assoċjazzjoni ta' impriżi.

Artikolu 16

1. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi multi fuq impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi minn 1000 EKU sa 50000 EKU meta, intenzjonalment jew b'negliġenza:

(a) jagħtu informazzjoni ħażina b'risposta għal kull talba magħmula b'mod konformi ma' l-Artikolu 12 jew ma jagħtux informazzjoni fiż-żmien stabbilit;

(b) jipproduċu l-kotba jew dokumenti kummerċjali meħtieġa f'forma mhux kompluta waqt investigazzjonijiet jew jirrifjutaw li jissottomettu għal kull investigazzjoni kif previst bl-Artikolu 13(1).

2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' deċiżjoni, timponi multi fuq bejjiegħa ta' sistemi, trasportaturi ewliena, trasportaturi parteċipanti u/jew abbonati għal ksur ta' dan ir-Regolament sa kull massimu ta' 10 % tad-dħul annwali ta' l-attività annwali ta' l-impriża konċernata.

Waqt li jiġi stabbilit l-ammont tal-multa, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa kemm tas-serjetà kif ukoll tat-tul taż-żmien tal-ksur.

3. Deċiżjonijiet meħuda b'mod konformi mal-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx ikunu ta' kull natura penali.

Artikolu 17

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni mingħajr limitu skond it-tifsira ta' l-Artikolu 172 tat-Trattat biex tirrevedi deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun imponiet kull multa; hija tista' tħassar, tnaqqas jew iżżid il-multa.

Artikolu 18

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 16, għandu jintuża l-eku meta jitħejja l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikoli 207 u 209 tat-Trattat.

Artikolu 19

1. Qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet kif previst fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta' impriżi konċernati l-opportunità li jinstemgħu dwar kwistjonijiet li għalihom il-Kummissjoni tagħmel, jew tkun għamlet, oġġezzjoni.

2. Kemm-il darba l-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jikkunsidraw li dan huwa meħtieġ, huma jistgħu jisimgħu wkoll persuni naturali jew legali oħra. Applikazzjonijiet minn persuni bħal dawn għandhom jintlaqgħu meta juru interess biżżejjed.

Artikolu 20

1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet li hija tadotta kif previst fl-Artikolu 16.

2. Din il-pubblikazzjoni għandha tiddikjara l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni; hija għandha tikkunsidra l-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Artikolu 21

1. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Awwissu 1989 għal kull CRS fir-rigward ta' servizzi skedati bl-ajru tal-passiġġiera.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikoli 5(3) u 9 (5) m'għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Jannar 1990 għas-CRS li jkunu stabbilew l-amministrazzjoni ċentrali tagħhom u l-lok ewlieni ta' negozju fil-Komunità qabel l-1 ta' Awissu 1989. Il-Kummissjoni tista' tagħti rinunzja ulterjuri ta' 12-il-xahar lis-CRS li għal raġunijiet tekniċi m'humiex kapaċi jikkonformaw ma dawn id-disposizzjonijiet sa l-1 ta' Jannar 1990.

Artikolu 22

Dan ir-regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni nazzjonali dwar sigurtà, ordni pubblika u ħarsien ta' fatti magħrufa (data).

Artikolu 23

Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni dwar ir-reviżjoni ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 1992, fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni li trid tiġi sottomessa sal-31 ta' Marzu 1992 flimkien ma rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f'kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Lulju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Nallet

[1] ĠU Ċ 294, 18.11.1988, p. 12.

[2] ĠU Ċ 158, 26.6.1989.

[3] ĠU Ċ 56, 6.3.1989, p. 32.

[4] ĠU L 239, 30.8.1988, p. 13.

--------------------------------------------------

ANNESS

KRITERJI TA' KLASSIFIKAZZJONI

Kriterji ġenerali

1. Kull wirja prinċipali għandha, meta dan ikun prattiku, tinkludi titjiriet ta' konnessjoni ta' trasportaturi parteċipanti mibnija permezz ta' kull numru minimu ta' disgħa punti ta' konnessjoni. Kull trasportatur parteċipant jista' jitlob li jiġi inkluż kull servizz indirett kemm-il darba r-rotta ma tkunx taqbeż 130 % tad-distanza taċ-ċirku l-kbir bejn iż-żewġ ajruporti. Punti ta' konnessjoni b'rotot ta' aktar minn 130 % jistgħu ma jintużawx.

2. Kull bejjiegħ ta' sistemi m'għandux juża l-ispazju ta' l-iskrin fil-wirjiet prinċipali tiegħu b'kull mod li jagħti esposizzjoni eċċessiva lil għażla waħda ta' ivjaġġar partikolari jew li turi għażliet ta' vjaġġar li mhumiex realistiċi.

3. Meta kull bejjiegħ ta' sistemi jagħżel li juri informazzjoni għal kull par ta' bliet fir-rigward ta' l-iskedi jew prezzijiet ta' trasportaturi li ma jipparteċipawx, din l-informazzjoni għandha tintwera b'mod preċiż, li ma tiżvijax u li ma tiddiskriminax bejn dawk it-trasportaturi murija.

4. Jekk informazzjoni fir-rigward tan-numru ta' servizzi bl-ajru diretti u l-identità tat-trasportaturi bl-ajru konċernati ma tkunx komprensiva, dan għandu jintqal b'mod ċar fuq il-wirja rilevanti.

Kriterji għal servizzi bl-ajru skedati

1. Il-klassifikazzjoni ta' għażliet ta' titjiriet fil-wiri prinċipali għal servizzi bl-ajru skedati, għall-ġurnata jew ġranet mitluba, għandhom ikunu fl-ordni li ġejja kemm-il darba ma jintalbux b'mod differenti minn kull konsumatur għal kull transazzjoni individwali.

(i) kull titjira diretta mingħajr waqfien bejn il-pari ta' ibliet ikkonċernati;

(ii) titjiriet diretti oħra, li ma jinvolvux kull bdil ta' l-ajruplan, bejn il-pari ta' bliet ikkonċernati;

(iii) titjiriet ta' konnessjoni.

Kull konsumatur għandu mill-inqas jingħata l-possibbiltà li jitlob il-wirja prinċipali klassifikata skond il-ħin ta' tluq u tal-wasla u/jew ħin tal-vjaġġ li jkun skada. Kemm-il darba ma tiġix espressa kull preferenza mill-konsumatur, il-wirja prinċipali għandha tiġi klassifikata permezz tal-ħin tat-tluq għall-grupp (i) u ħin tal-vjaġġ li skada għall-gruppi (ii) u (iii).

2. Titjiriet skedati li jinvolvu waqfiet fir-rotta, tibdil ta' l-ajruplan, tibdil ta' l-ajruport u/jew qsim tal-kodiċi għandhom jiġu identifikati b'mod ċar. Titjiriet li jaqsmu l-kodiċi għandhom jitqiesu bħala titjiriet ta' konnessjoni.

--------------------------------------------------

Top