EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0384

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 1989 li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għat-twettiq ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li jiġi mħares l-punt meta jiffriża il-ħalib mhux trattat stipulat fl-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE

OJ L 181, 28.6.1989, p. 50–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 029 P. 189 - 190
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 029 P. 189 - 190
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 009 P. 88 - 88
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 007 P. 96 - 96
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 007 P. 96 - 96
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 029 P. 59 - 59

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/384/oj

31989L0384



Official Journal L 181 , 28/06/1989 P. 0050 - 0050
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0189
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0189


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-20 ta’ Ġunju 1989

li tistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għat-twettiq ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li jiġi mħares l-punt meta jiffriża il-ħalib mhux trattat stipulat fl-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE

(89/384/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra id-Direttiva tal-Kunsill 85/397/KEE tal-5 ta’ Awissu 1985 dwar is-saħħa u problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw kummerċ intra-komunitarju f’ħalib trattat bis-sħana [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(6) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi Kapitolu VI, punt D tal-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE jindika li l-istandards li jridu jiġu mħarsa meta ħalib mhux trattat jidħol fl-istabbiliment tat-trattament jew fiċ-ċentru tal-ġbir jew standardizzazzjoni;

Billi, sabiex jitħallew differenzi fil-ġbir, dispożizzjonijiet għandhom isiru dwar meta l-ispezzjoni dwar il-punt ta’ meta jiffriża tista’ titwettaq sabiex jiġi żgurat li dan ir-rekwiżit jiġi applikat uniformament,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet provduti fil-Kapitolu VI, punt D tal-Anness A tad-Direttiva 85/397/KEE, dwar il-punt li fih jiffriża il-ħalib mhux trattat huma mwettqa skond il-proċeduri dettaljati li ġejjin:

1. il-ħalib mhux trattat ta’ kull impriża irid jiġi spezzjonat regolarment bit-teħid ta’ kampjuni kif ġie ġie.

Fejn il-ħalib ta’ impriża waħda huwa mwassal direttament lill-stabbiliment tat-trattament, dawn il-kampjuni iridu jittieħdu meta l-ħalib ikun miġbur mill-impriża bil-prekawzjonijiet meħuda madankollu li jiġi pprevjenut kull frodi matul it-trasport jew qabel il-ħatt fl-istabbiliment tat-trattament jew meta l-ħalib jiġi mwassal hemm direttament mill-bidwi.

Jekk ir-riżultati ta’ spezzjoni jwasslu l-awtorità kompetenti biex tissuspetta li ġie miżjud l-ilma, għandha tieħu kampjun awtentiku fl-impriża. Kampjun awtentiku huwa kampjun li jirrapreżenta l-ħalib ta’ għodwa jew lejla waħda kompletament sorveljata li tibda mhux anqas minn ħdax il-siegħa jew aktar minn tlettax il-siegħa wara l-ħlib li sar qabel.

Meta l-ħalib huwa mwassal minn impriżi diversi, kampjuni jistgħu jittieħdu biss meta l-ħalib mhux trattat jidħol fl-istabbiliment tat-trattament jew ċentru tal-ġbir jew standardizzazzjoni iżda bi spezzjonijiet fuq il-post mwettqa fl-impriżi.

Jekk ir-riżultati fi spezzjoni juru li l-istandard stipulat fil-Kapitolu VI, punt D tal-Anness A lid- Direttiva 85/397/KEE ġie eċċedut, kampjuni għandhom jittieħdu f’ kull impriża li ħadet sehem fil-ġbir tal-ħalib mhux trattat in kwistjoni.

Jekk neċessarju, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kampjuni awtentiċi fit-tifsira tat-tielet subparagrafu tal-punt 1;

2. jekk ir-riżultati tal-ispezzjoni juru li mhux minnu s-suspett li l-ilma ġie miżjud, il-ħalib mhux trattat jista jintuża sabiex jiġi prodott ħalib trattat bis-sħana.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 1990.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-20 ta’ Ġunju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Romero Herrera

[1] ĠU L 226, ta’ l-24.8.1985, p. 13.

[2] ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8.

--------------------------------------------------

Top