EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983L0129

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 1983 li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri

OJ L 91, 9.4.1983, p. 30–31 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 004 P. 122 - 123
Portuguese special edition: Chapter 15 Volume 004 P. 122 - 123
Special edition in Finnish: Chapter 15 Volume 004 P. 121 - 121
Special edition in Swedish: Chapter 15 Volume 004 P. 121 - 121
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 001 P. 208 - 209
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 001 P. 134 - 135
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 001 P. 134 - 135
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 032 P. 6 - 7

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 15/06/1989

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1983/129/oj

31983L0129



Official Journal L 091 , 09/04/1983 P. 0030 - 0031
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0121
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0122
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0121
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0122


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-28 ta’ Marzu 1983

li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri

(83/129/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-kummerċ Komunitarju fil-prodotti mill-foki, u partikolarment dwar il-prodotti li jiġu mill-friegħ tal-foki ta’ l-arpa (harp) u tal-foki tal-barnuża (hooded);

Billi, f’numru ta’ Stati Membri, diġa jeżistu miżuri volontarji jew statutorji li jirrestrinġu l-importazzjoni jew il-bejgħ fis-suq tal-ġlud tal-friegħ tal-pil abjad tal-foki ta’ l-arpa u tal-friegħ tal-foki tal-barnuż (ta’ daharhom iswed); billi Stat Membru diġa jeħtieġ li l-prodotti kollha mill-foki jkunu markati;

Billi studji varji qajmu dubji rigward l-istat tal-poplazzjoni tal-foki ta’ l-arpa u ta’ dawk tal-barnuż u speċjalment dwar l-effett tal-kaċċa mhux tradizzjonali fuq il-konservazzjoni u l-istat tal-poplazzjoni tal-foki tal-barnuż;

Billi l-isfruttament tal-foki u ta’ speċi oħra huwa, jiddependi mill-ħila tagħhom li jirreżistu dan l-isfruttament u b’rispett għall-bilanċ tan-natura xogħol naturali u leġittimu u f’ċerti firxiet fid-dinja jifforma parti importanti mill-ħajja tradizzjonali u mill-ekonomija; billi l-kaċċa, kif prattikata tradizzjonalment mill-poplu Inuit, tħalli lill-friegħ tal-foki mingħajr ħsara u huwa għalhekk xieraq li jidher li l-interessi tal-poplu Inuit ma jiġux affettwati;

Billi hija mixtieqa iktar investigazzjoni dwar l-aspetti xjentifiċi u dwar il-konsegwenzi tal-qtil tal-friegħ tal-foki ta’ l-arpa u ta’ dawk tal-barnuż fit-tnaqqis tal-poplazzjoni tagħhom; billi, sakemm isiru magħrufa r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni, għandhom jittieħdu jew jibqgħu jinżammu l-miżuri temporanji b’mod konformi mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tal-5 ta’ Jannar 1983 [3];

Billi ġie notat illi l-kaċċa għall-friegħ tal-foki ġiet diġa limitata b’xi effett; billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tissokta tfittex, fil-kuntest tal-kuntatti kontinwati mal-pajjiżi interessati, soluzzjonijiet li jagħmlu dispensabbli r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet;

Billi l-Kunsill irid jikkunsidra mill-ġdid is-sitwazzjoni fuq il-bażi ta’ rapport li jrid jiġi preżentat lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Settembru 1983,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu jew jibqgħu jżommu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness ma jiġux importati kummerċjalment fit-territorji tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjon b’dawn il-miżuri.

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 1983 sa l-1 ta’ Ottubru 1985, sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix xorta oħra, fil-waqt li jqis rapport li jrid jiġi preżentat lill-Kunsill mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Settembru 1983.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal dawk il-prodotti li ma jirriżultawx mill-kaċċa tradizzjonali tal-poplu Inuit.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hjija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta’ Marzu 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Ertl

[1] ĠU C 334, ta’ l-20.12.1982, p. 132.

[2] ĠU C 346, tal-31.12.1982, p. 1.

[3] ĠU C 14, tat-18.1.1983, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru | Nru ta' l-intestatura CCT * | Deskrizzjoni |

1 | eż 43.01 eż 43.02 A | Ġlud tal-pil mhux maħduma u ġlud tal-pil, kunzati jew imħejjija, inklużi l-ġlud tal-pil f'folji jew imsallba u għamliet simili: tal-friegħ tal-pil abjad tal-foki ta' l-arpa,tal-friegħ tal-foki tal-barnuż (ta' daharhom iswed) |

2 | eż 43.03 | L-oġġetti mill-ġlud tal-pil riferiti fil-1 |

--------------------------------------------------

Top