EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31970R1107
Regulation (EEC) No 1107/70 of the Council of 4 June 1970 on the granting of aids for transport by rail, road and inland waterway
Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill ta' l-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni
Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill ta' l-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni
OJ L 130, 15.6.1970, p. 1–3
(DE, FR, IT, NL)
Danish special edition: Series I Volume 1970(II) P. 309 - 311
English special edition: Series I Volume 1970(II) P. 360 - 362
Greek special edition: Chapter 07 Volume 001 P. 135 - 137
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 001 P. 164 - 166
Portuguese special edition: Chapter 08 Volume 001 P. 164 - 166
Special edition in Finnish: Chapter 07 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Swedish: Chapter 07 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 001 P. 39 - 41
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 001 P. 54 - 56
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 001 P. 54 - 56
No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2009; Imħassar b' 32007R1370
Official Journal L 130 , 15/06/1970 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0097
Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0309
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 1 P. 0097
English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0360
Greek special edition: Chapter 07 Volume 1 P. 0135
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 1 P. 0164
Portuguese special edition Chapter 08 Volume 1 P. 0164
Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill ta' l-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 75, 77 u 94 tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 1965 [1] dwar l-armonizzazjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet li jaffetwaw il-kompetizzjoni fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-eliminazzjoni ta' disparitajiet li jistgħu jagħmlu distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq tat-trasport hija oġġettiv essenzjali tal-politika komuni dwar it-trasport; Billi, għal dan il-għan, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ċerti regoli dwar l-għoti ta' għajnuna għal trasport bil-ferrovija, bit-toroq u bil-passaġġi ta' l-ilma interni sa fejn din l-għajnuna jkollha x'taqsam speċifikament ma' attivitajiet f'dak is-settur; Billi l-Artikolu 77 jistqarr li l-għajnuna tkun kumpatibbli mat-Trattat jekk din tissodisfa l-bżonnijiet ta' koordinazzjoni tat-trasport jew jekk jirrappreżentaw rimborż għall-qadi ta' ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku; Billi r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1192/69 u (KEE) 1191/69 [4] tas-26 ta' Ġunju 1969 jistabbilixxu regoli u proċeduri komuni dwar, rispettivament, ħlasijiet ta' kumpens li jirriżultaw min-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi tal-ferroviji, u kumpens fir-rigward ta' piżijiet finanzjarji li jirriżultaw minn obbligi ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni; Billi huwa għalhekk neċessarju li wieħed jispeċifika l-każijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ta' koordinazzjoni jew jimponu obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku li jinvolvu l-għoti ta' għajnuna taħt l-Artikolu 77 tat-Trattat li ma jaqgħux taħt ir-regolament hawn fuq imsemmi; Billi, taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 1965, ħlasijiet minn Stati u awtoritajiet pubbliċi lill-intrapriżi ferrovjarji għandhom isiru soġġetti għar-regoli tal-Komunità; billi l-ħlasijiet magħmula minħabba l-fatt li l-armonizzazzjoni msemmija fl-imsemmi Artikolu 8 tkun għadha ma ġietx imwettqa għandhom ikunu eżentati mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jistabilixxu l-poteri ta' l-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri ta' koordinazzjoni jew sabiex jimponu obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku li jinvolvu l-għoti ta' għajnuna taħt l-Artikolu 77 tat-Trattat; Billi, minħabba in-natura partikolari ta' dawn l-ħlasijiet, jidher xieraq, taħt l-Artikolu 94 tat-Trattat, li tiġi stabbilita proċedura speċjali sabiex il-Kummissjoni tiġi informata b'dawn il-pagamenti. Billi huwa mixtieq illi ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw għal miżuri meħuda minn xi Stat Membri waqt l-implimentazzjoni ta' sistema ta' għajnuna li dwarha il-Kumissjoni diġà tkun, taħt l-Artikoli 77, 92, u 93 tat-Trattat, ippronunċjat ruħha; Billi huwa mixtieq, sabiex il-Kummissjoni tiġi assistita waqt li hija tkun qiegħda teżamina l-għajnuna mogħtija għat-trasport, li l-Kummissjoni tingħata kumitat konsultattiv li jikkonsisti f'esperti appuntati minn Stati Membri, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Dan ir-regolament għandu japplika għal għajnuna mogħtija fir-rigward ta' trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni, sa fejn din l-għajnuna jkollha x'taqsam speċifikament ma' attivitajiet f'dak is-settur. L-Artikolu 2 L-Artikoli 92 sa 94 għandhom japplikaw għal għajnuna mogħtija fir-rigward ta' trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni. L-Artikolu 3 Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1192/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar regoli komuni għan-normalizzazzjoni tal-kontijiet ta' intrapriżi ferrovjarji, u tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni minn Stati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, fuq it-toroq jew permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni, l-Istati Membri m'għandhom la jieħdu miżuri ta' koordinazzjoni u lanqas m'għandhom jimponu obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku li jinvolvu l-għoti ta' għajnuna skond l-Artikolu 77 tat-Trattat ħlief fil-każijiet jew fiċ-ċirkostanzi li ġejjin: 1. Fir-rigward ta' koordinazzjoni tat-trasport: (a) fejn forom ta' għajnuna mogħtija lill-intrapriżi ferrovjarji mhux koperti mir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 huma intenzjonati bħala kumpens għal piżijiet finanzjarji żejda li dawk l-intrapriżi jġorru b'paragun ma' intrapriżi tat-trasport oħrajn u li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji ta' normalizzazzjoni elenkati f'dak ir-Regolament; (b) sad-dħul fis-seħħ ta' regoli komuni dwar l-allokazzjoni ta' spejjeż ta' infrastruttura, meta l-għajnuna tingħata lil intrapriżi li jridu jġorru spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' l-infrastruttura użata minnhom, waqt li intrapriżi oħrajn m'humiex soġġetti għal piż bħal dan. Waqt li jiġi stabbilit l-ammont ta' għajnuna mogħti b'dan il-mod wieħed għandu jqis l-ispejjeż ta' infrastruttura li mezzi tat-trasport rivali ma jridux iġorru; (ċ) fejn l-iskop ta' l-għajnuna huwa li din tippromwovi: - riċerka f'sistemi u teknoloġiji tat-trasport iktar ekonomiċi għall-Komunità b'mod ġenerali; jew - l-iżvilupp ta' sistemi u teknoloġiji tat-trasport iktar ekonomiċi għall-Komunità b'mod ġenerali; jew Din l-għajnuna għandha tiġi ristretta għall-istadju ta' riċerka u żvilupp u ma tistax tkopri l-isfruttar kummerċjali ta' dawn is-sistemi u teknoloġiji tat-trasport; (d) sad-dħul fis-seħħ ta' regoli Komunitarji dwar aċċess għas-suq tat-trasport, fejn l-għajnuna hija mogħtija bħala miżura eċċezzjonali u temporanja sabiex telimina, bħala parti minn pjan ta' riorganizzazzjoni, kapaċità eċċessiva li tikkawża problemi strutturali serji, u għalhekk sabiex tikkontribwixxi lejn l-għan li jiġu sodisfatti b'effiċjenza ikbar il-ħtiġiet tas-suq tat-trasport. 2. Fir-rigward ta' kumpens għall-qadi ta' obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku: sad-dħul fis-seħħ ta' regoli Komunitarji relevanti, fejn ħlasijiet isiru lil intrapriżi tat-trasport bil-ferrovija, fuq it-toroq jew permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni bħala kumpens għal obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuqhom mill-Istat jew minn awtoritajiet pubbliċi u li jkopru jew: - obbligi ta' tariffi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69; jew - intrapriżi tat-trasport jew attivitajiet li għalihom dak ir-Regolament ma japplikax. 3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 75(3) tat-Trattat, il-Kunsill, bis-saħħa ta' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jemenda l-lista mogħtija fil-paragrafi (1) u (2) ta' dan l-Artikolu. L-Artikolu 4 Sad-dħul fis-seħħ ta' regoli Komunitarji adottati taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 1965 u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u tar-Regolament (KEE) 1192/69, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 ma japplikawx għal ħlasijiet minn Stati u awtoritajiet pubbliċi magħmula minħabba xi nuqqas li tinkiseb l-armonizzazzjoni, kif stabbilit fl-imsemmi Artikolu 8, tar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet finanzjarji bejn intrapriżi ferrovjari u Stati, fejn l-iskop ta' din l-armonizzazzjoni jkun li jagħmel dawk l-intrapriżi finanzjarjament awtonomi. L-Artikolu 5 1. Meta jinfurmaw lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 93(3) tat-Trattat, b'xi pjanijiet sabiex tingħata jew tiġi mibdula xi għajnuna, l-Istati Membri għndhom jgħaddu lill-Kummisjoni kull informazzjoni meħtieġa sabiex tistabilixxi li din l-għajnuna tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. 2. L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 4 hija eżenti mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tat-Trattat. Dettaliji ta' dawn il-forom ta' għajnuna għandhom jiġu kommunikati lill-Kummissjoni fil-forma ta' estimi fil-bidu ta' kull sena u sussegwentement, fil-forma ta' rapport, wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. L-Artikolu 6 Qiegħed jiġi stabbilit Kumitat Konsultattiv għall-Kummissjoni; huwa għandu jassisti lill-Kummissjoni fl-eżaminazzjoni tagħha ta' l-għajnuna mogħtija għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Il-Kumitat għandu jkollu bħala President tiegħu rappreżentant tal-Kummissjoni u għandu jikkonsisti f'rappreżentanti appuntati minn kull Stat Membru. Notifika ta' mhux inqas minn għaxart ijiem tal-laqgħat tal-Kumitat għandha tingħata u din in-notifika għandha tinkludi d-dettalji ta' l-aġenda. Dan il-perjodu jista' jiġi mnaqqas f'każijiet urġenti. Il-ħidma tal-kumitat għandha tkun soġġetta għall-Artikolu 83 tat-Trattat. Il-Kumitat jista' jeżamina, u jagħti opinjoni dwar, il-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw l-operat ta' dan ir-Regolament u tad-dispożizzjonijiet l-oħrajn kollha li jirregolaw l-għoti ta' għajnuna fis-settur tat-trasport. Il-Kumitat għandu jinżamm infurmat dwar ix-xorta u l-ammont ta' għajnuna mogħtija lill-intrapriżi tat-trasport u, ġeneralment, dwar id-dettalji relevanti kollha li tirrigwarda din l-għajnuna, malli dawn ta' l-aħħar jiġu notifikati lill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 7 Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 m'għandhomx japplikaw għal miżuri meħuda minn kull Stat Membri waqt l-implimentazzjoni ta' sistema ta' għajnuna li dwarha l-Kumissjoni diġà tkun, taħt l-Artikoli 77, 92, u 93 tat-Trattat, ippronunċjat ruħha. L-Artikolu 8 Dan ir- Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar ta' l-1971. Dan ir- Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fl-4 ta' Ġunju 1970. Għall-Kunsill Il-President A. Bertrand [1] ĠU 88, ta' l-24.5.1965, p. 1500/65. [2] ĠU 103, tat-2.6.1967, p. 2050/67. [3] ĠU 178, tat-2.8.1967, p. 18. [4] ĠU L 156, tat-28.6.1969, p. 1. --------------------------------------------------